This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0454
Proposal for a Council Regulation on the conclusion of the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Gabonese Republic
Proposta ta’ regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon
Proposta ta’ regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon
/* KUMM/2006/0454 finali - CNS 2006/0156 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.8.2006 KUMM(2006) 454 finali 2006/0156 (CNS) Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fit-28 ta’ Ottubru 2005, il-Komunità u r-Repubblika tal-Gabon innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jippermetti lis-sajjieda tal-Komunità biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Dan il-Ftehim ta’ Sħubija, flimkien ma’ Protokoll u ma’ l-Anness tiegħu, ġie konkluż għal 6 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu u jista’ jiġġedded. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jirrevoka u jissostitwixxi l-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Gabon li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 1998. Il-Protokoll u l-Anness tiegħu li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE ġie konkluż għal perjodu ta’ sitt snin mit-3 ta’ Diċembru 2005. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan. Huma jibdew japplikaw fit-3 ta’ Diċembru 2005. L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u għall-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, u dan fl-interess taż-żewġ partijiet. Sabiex tiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha fin-negozjati, il-Kummissjoni bbażat ruħha, fost affarijiet oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni ex post u ex ante mwettqa minn esperti indipendenti. Iż-żewġ Partijiet jidħlu fi djalogu politiku fuq is-suġġetti li huma ta’ interess reċiproku fis-settur tas-sajd. Fil-Ftehim ta’ Sħubija, il-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd fil-Gabon għandhom jippermettu li ż-żewġ partijiet jidentifikaw ftehim komuni, għanijiet xi jwettqu u l-programmar annwali u multijannwali li joħroġ minnhom, bil-għan li tiġi assigurata ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur. Il-Ftehim ta’ Sħubija jaħseb ukoll biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Il-kumpens finanzjarju huwa stabbilit għal EUR 860 000 fis-sena. 60% minn dan il-kumpens finanzjarju se jservi ta’ appoġġ finanzjarju annwali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Gabon sabiex ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli. Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jkun ibbażat fuq programmar annwali u multijannwali (cf. supra). L-opportunitajiet ta’ sajd previsti fil-Ftehim ġew stabbiliti skond żewġ kategoriji: 1) għall-kategorija tas-sajd “bastimenti bil-friża abbord għall-qbid tat-tonn bit-tartarun”: 24 bastiment; 2) għall-kategorija tas-sajd “bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ”: 16-il bastiment. Il-kontribuzzjonijiet ta’ l-operaturi ġew stabbiliti għal kull kategorija u jistgħu globalment jikkontribwixxu għal dħul addizzjonali annwali ta’ madwar 142 000 € favur il-Gabon. Il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li l-Kunsill jadotta l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon permezz ta’ Regolament. 2006/0156 (CNS) Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien mal-paragrafu 2 u l-ewwel subinċiż tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 300, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Il-Komunità u r-Repubblika tal-Gabon nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jippermetti lis-sajjieda tal-Komunità biex jistadu fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità tar-Repubblika tal-Gabon. (2) Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim imsemmi. (3) Huwa importanti li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon huwa approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll tal-Ftehim huma mqassma bejn l-Istati Membri skond it-tabella li ġejja: Il-kategorija tas-sajd | It-tip ta’ bastiment | L-Istat Membru | Il-liċenzji jew il- kwota | Is-sajd għat-tonn | Bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ | Spanja | 13 | Portugall | 3 | Is-sajd għat-tonn | Bastimenti bil-friża abbord għall-qbid tat-tonn bit-tartarun | Spanja | 12 | Franza | 12 | Jekk it-talbiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jeħdux l-opportunitajiet kollha ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal-liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor. Artikolu 3 L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull qabda li tkun saret fiż-żona tas-sajd tal-Gabon skond il-modalitajiet stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 dwar it-twaqqif tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-monitoraġġ tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ibħra tal-pajjiżi terzi u f’baħar miftuħ[1]. Artikolu 4 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussell, il- Mill-Kunsill Il-President FTEHIM ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd Bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea IR-REPUBBLIKA TAL-GABON, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Gabon”, u IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità” minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”, WARA LI KKUNSIDRAW ir-relazzjonijiet stretti ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Gabon, b’mod partikolari fil-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Cotonou, kif ukoll ix-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw dawn ir-relazzjonijiet; WARA LI KKUNSIDRAW ix-xewqa taż-żewġ partijiet li jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni; FILWAQT LI QIESU d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-liġi tal-baħar; IDDETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku minn hawn ‘il quddiem “ICCAT”; KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ l-imġieba għal sajd responsabbli adottat waqt il-konferenza ta’ l-FAO fl-1995; IDDETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, biex ikun hemm sajd responsabbli li jassigura l-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi fuq żmien twil; KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-ikkomplementar ta’ l-inizjattivi u l-azzjonijiet li jsiru kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-partijiet waqt li jiġu assigurati l-koerenza tal-politika u s-sinerġija ta’ l-isforzi; DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li joħolqu djalogu fuq il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern tal-Gabon, li jgħaddu għall-identifikazzjoni tal-mezzi xierqa sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effikaċi ta’ din il-politika kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiddaħħlu fil-proċedura; XEWQANA li jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità fl-ibħra tal-Gabon, u dawk li jikkonċernaw l-għoti ta’ l-appoġġ mill-Komunità sabiex isir sajd responsabbli f’dawn l-istess ibħra; DEĊIŻI li jidħlu f’kooperazzjoni ekonomika iktar stretta fil-qasam ta’ l-industrija tas-sajd u ta’ l-attivitajiet marbuta magħha, permezz tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ kumpaniji konġunti li fihom ikun hemm intrapriżi miż-żewġ partijiet; JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 – L-għan Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw: - il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd sabiex isir sajd responsabbli fl-ibħra tal-Gabon li jassigura l-konservazzjoni u sfruttament sostenibbli tar-tiżorsi tas-sajd u sabiex is-settur tas-sajd fil-Gabon jiżviluppa; - il-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ibħra tal-Gabon; - il-kooperazzjoni dwar il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra tal-Gabon sabiex jiġu assigurati l-ħarsien tal-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat; - is-sħubija bejn l-intrapriżi bil-għan li jiżviluppaw, fl-interess komuni tagħhom, attivitajiet ekonomiċi li jaqgħu taħt il-qasam tas-sajd u attivitajiet li jorbtu miegħu. Artikolu 2 – Id-definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-termini li ġejjin ifissru: 1. “awtoritajiet tal-Gabon”, il-Gvern tal-Gabon; 2. “awtoritajiet Komunitarji”, il-Kummissjoni Ewropea; 3. “ibħra tal-Gabon”, l-ibħra li jaqgħu, għal dak li għandu x’jaqsam mas-sajd, taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Gabon; 4. “bastiment tas-sajd”, kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar; 5. “bastiment tal-Komunità”, bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u rreġistrat fil-Komunità; 6. “kummissjoni konġunta”, kummissjoni kkostitwita minn rappreżentanti tal-Komunità u tal-Gabon hekk kif speċifikat fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim; 7. “trasbord”, trasferiment magħmul fil-port jew fuq il-baħar tal-qabdiet kollha, jew ta’ parti minnhom, minn bastiment tas-sajd għal bastiment ieħor; 8. “ċirkostanzi anormali”, ċirkostanzi li mhumiex fenomeni naturali u li jaħarbu mill-kontroll normali ta’ waħda mill-Partijiet b’tali mod li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attività tas-sajd fl-ibħra tal-Gabon. Artikolu 3 – Il-Prinċipji u l-għanijiet li jwasslu għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim 1. Il-partijiet jobbligaw ruħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ibħra tal-Gabon skond il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu f’dawn l-ibħra, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim konkluż bejn pajjiżi ta’ l-istess reġjun ġeografiku li jkunu qed jiżviluppaw, inkluż il-Ftehim tar-reċiproċità fil-qasam tas-sajd. 2. Il-partijiet jikkooperaw sabiex jimplimentaw politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern tal-Gabon u jibdew, għal dawn il-finijiet, djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Huma jikkonsultaw lil xulxin minn qabel sabiex jadottaw il-miżuri eventwali f’dan il-qasam. 3. Il-partijiet jikkooperaw ukoll fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet ex-ante, simultanji u ex-post, kemm flimkien kif ukoll fuq inizjattiva unilaterali, tal-miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. 4. Il-partijiet jobbligaw ruħhom li jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond il-prinċipji ta’ tmexxija ekonomika u soċjali tajba waqt li jitħares l-istat tar-riżorsi tas-sajd. 5. B’mod partikolari, l-impjieg ta’ baħrin tal-Gabon u/jew AKP abbord il-bastimenti tal-Komunità hu kkontrollat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol, li tapplika bis-sħiħ fil-qafas tal-kuntratti korrispondenti u tal-kondizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Huwa l-każ, b’mod partikolari, tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u l-professjoni. Artikolu 4 – Il-kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku 1. Sakemm idum japplika l-Ftehim, il-Komunità u l-Gabon għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-iżvilupp ta’ l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Gabon; 2. Iż-żewġ partijiet, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u ta’ riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT) u fid-dawl ta’ l-aqwa opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim biex jadottaw, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika u bi qbil bejniethom, miżuri li għandhom l-għan ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fuq żmien twil li taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Komunità. 3. Il-partijiet jobbligaw ruħhom li jikkonsultaw lil xulxin, jew direttament inkluż fil-livell tas-sottoreġjun fil-qafas tal-COREP (il-Kumitat Reġjonali tas-Sajd tal-Golf tal-Ginea) jew fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bil-għan li jassiguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi fl-Atlantiku u li jikkooperaw fil-qafas tar-riċerki xjentifiċi li jorbtu magħhom. Artikolu 5 – L-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għaż-żoni tas-sajd fl-ibħra tal-Gabon 1. Il-Gabon jobbliga ruħu li jawtorizza lil bastimenti tal-Komunità biex jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tiegħu skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness. 2. L-attivitajiet tas-sajd li huma t-tema ta’ dan il-Ftehim huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Gabon. L-awtoritajiet tal-Gabon jinnotifikaw lill-Komunità b’kull emenda fil-leġiżlazzjoni msemmija. 3. Il-Gabon jintrabat li jkun responsabbli dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Komunità jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon għat-twettiq ta’ dan il-monitoraġġ. 4. Il-Komunità tobbliga ruħha li tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tassigura l-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mill-bastimenti tagħha, kif ukoll il-ħarsien tal-leġiżlazzjoni li tikkontrolla s-sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gabon. Artikolu 6 – Il-liċenzji 1. Il-bastimenti tal-Komunità ma jistgħux jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon ħlief jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Ftehim u tal-Protokoll anness miegħu. 2. Il-proċedura li tippermetti l-kisba ta’ liċenzja tas-sajd għal bastiment, it-taxxi li japplikaw u l-mod tal-ħlas mill-operatur huma ddefiniti fl-Anness tal-Protokoll. Artikolu 7 – Il-kumpens finanzjarju 1. Il-Komunità tħallas kumpens finanzjarju lill-Gabon skond it-termini u l-kondizzjonijiet iddefiniti fil-Protokoll u fl-Annessi. Dan il-kumpens uniku hu ddefinit fuq il-bażi ta’ żewġ komponenti relattivi, rispettivament, a) għall-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għall-ibħra u r-riżorsi tas-sajd tal-Gabon, u b) għall-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u għall-użu fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra tal-Gabon. 2. Il-komponent tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) ta’ hawn fuq hu ddeterminat skond l-identifikazzjoni miż-żewġ partijiet ta’ ftehim komuni u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-Protokoll, skond l-għanijiet li għandhom jitwettqu fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern tal-Gabon u skond programmar annwali u multijannwali li jorbot ma’ l-implimentazzjoni tagħha. 3. Il-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità jitħallas kull sena skond il-modalitajiet stabbiliti bil-Protokoll u b’riserva tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-Protokoll dwar il-modifika eventwali ta’ l-ammont tiegħu minħabba: a) ċirkostanzi anormali; b) tnaqqis, bi qbil, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità b’applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tal-ħażniet ikkonċernati meqjusa meħtieġa għall-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi fuq żmien twil skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli; c) żieda, bi qbil bejn il-partijiet, fl-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità jekk, skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli, l-istat tar-riżorsi jippermetti dan; d) rievalwazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Gabon meta r-riżultati tal-programmar annwali u multijannwali kkonstatati mill-partijiet jiġġustifikaw dan; e) terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 fih imsemmi; f) sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 fih imsemmi. Artikolu 8 – Il-Promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-livell ta’ l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili 1. Il-partijiet iħeġġu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Huma jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti possibbli f’dan ir-rigward. 2. Il-partijiet iwiegħdu li jħeġġu l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar it-tekniċi u l-inġenji tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċeduri industrijali ta’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd. 3. Il-partijiet jimpenjaw ruħhom biex joħolqu l-kondizzjonijiet xierqa għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom, fil-qasam tekniku, dak ekonomiku u kummerċjali waqt li jiffavorixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investimenti. 4. Il-partijiet iħeġġu, b’mod partikolari, il-ħolqien ta’ kumpaniji konġunti li jkollhom interess reċiproku waqt li jħarsu b’mod sistematiku l-leġiżlazzjoni tal-Gabon u l-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. Artikolu 9 – Il-Kummissjoni Konġunta 1. B’dan qed titwaqqaf kummissjoni konġunta inkarigata mill-kontroll ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kummissjoni Konġunta teżerċita l-funzjonijiet li ġejjin: a) li tikkontrolla l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim u b’mod partikolari d-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-programmar annwali u multijannwali previst fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 7; b) li tassigura r-rabta meħtieġa għall-kwistjonijet ta’ interess komuni fir-rigward tas-sajd; c) li sservi ta’ forum biex tirregola, b’mod amikevoli, it-tilwim li jista’ jinqala’ minħabba l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim; d) li terġa’ tevalwa, jekk ikun il-każ, il-livell ta’ l-ooportunitajiet ta’ sajd u, għalhekk, tal-kumpens finanzjarju; e) kull funzjoni oħra li l-partijiet, bi qbil, jiddeċiedu li jattribwixxulha. 2. Il-Kummissjoni Konġunta tiltaqa’ mill-inqas darba f’sena, darba fil-Gabon u d-darba ta’ wara fil-Komunità, taħt il-presidenza tal-parti li tkun qed tilqa’ l-laqgħa. Hi tiltaqa’ f’sessjoni straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-partijiet. Artikolu 10 – Iż-żona ġeografika applikabbli Dan il-Ftehim japplika, min-naħa l-waħda, fit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bit-Trattat imsemmi, u min-naħa l-oħra, fit-territorju tal-Gabon. Artikolu 11 – It-tul ta’ żmien Dan il-Ftehim japplika għal 6 snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ; huwa jiġġedded awtomatikament kull perjodu supplimentari ta’ 6 snin, sakemm ma jiġix itterminat skond l-Artikolu 13. Artikolu 12 – Is-Sospensjoni 1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’każ ta’ tilwim gravi fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fih. Din is-sospensjoni hija suġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. Malli jirċievu din in-notifika, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu t-tilwim tagħhom b’mod amikevoli. 2. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien tas-sospensjoni. Artikolu 13 – It-terminazzjoni 1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat minn waħda mill-partijiet f’każ ta’ avvenimenti mhux normali relattivi, fost oħrajn, għad-degradazzjoni tal-ħażniet ikkonċernati, għall-konstatazzjoni ta’ tnaqqis fil-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità jew għan-nuqqas ta’ ħarsien tal-wegħdiet sottoskritti mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat. 2. Il-parti interessata tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel perjodu jew ta’ kull perjodu supplimentari. 3. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-partijiet jibdew il-konsultazzjonijiet. 4. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis. Artikolu 14 – Il-Protokoll u l-Anness Il-Protokoll u l-Anness jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Artikolu 15 – Id-Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ibħra tal-Gabon huma kkontrollati mil-leġiżlazzjoni li tapplika fil-Gabon, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jiddisponu mod ieħor. Artikolu 16 – Ir-revoka Fid-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim jirrevoka u jissostitwixxi l-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Gabon li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 1998. Madankollu, il-Protokoll li għall-perjodu bejn it-3 ta’ Diċembru 2005 u t-2 ta’ Diċembru 2011 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti bil-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd ‘il barra mill-Gabon jibqa’ japplika matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 1 fih imsemmi u jsir parti integrali minn dan il-Ftehim. Artikolu 17 – Id-dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim, li huwa redatt f'żewġ kopji bil-Ġermaniż, l-Ingliż, id-Daniż, l-Ispanjol, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Iżvediż u ċ-Ċek, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li ġew kompletati l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-iskop. Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju msemmija fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd ‘il barra mill-Gabon għall-perjodu bejn it-3 ta’ Diċembru 2005 u t-2 ta’ Diċembru 2011 Artikolu 1 Il-Perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd 1. Mit-3 ta’ Diċembru 2005 u għal perjodu ta’ 6 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija taħt l-Artikolu 5 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej: L-ispeċijiet li jimmigraw ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta’ l-1982) - il-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun bil-friża abbord: 24 bastiment, - il-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 16-il bastiment. 2. Il-paragrafu 1 japplika b’riserva tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll. 3. Il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux jeżerċitaw attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon ħlief jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll u skond il-modalitajiet deskritti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 2 Il-Kumpens finanzjarju – Il-modalitajiet tal-ħlas 1. Il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hu magħmul, min-naħa l-waħda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, minn ammont annwali ta’ EUR 715000 li huma ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 11 000 t fis-sena, u min-naħa l-oħra minn ammont speċifiku ta’ EUR 145 000 fis-sena previst għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd Gaboniż. Dan l-ammont speċifiku jifforma parti integrali mill-kumpens finanzjarju uniku ddefinit fl-Artikolu 7 tal-Ftehim. 2. Il-paragrafu 1 japplika b’riserva tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4, 5 u 7 ta’ dan il-Protokoll. 3. Is-somma ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri EUR 860 000, titħallas kull sena mill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. 4. Jekk il-kwantità globali tal-qabdiet li jsiru mill-bastimenti tal-Komunità fl-ibħra tal-Gabon taqbeż il-11 000 tunnellata fis-sena, l-ammont ta’ EUR 715 000 tal-kumpens finanzjarju annwali għandu jiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata żejda li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (EUR 1 430 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara. 5. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 isir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2006 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 għas-snin ta’ wara. 6. B’riserva tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, l-għoti ta’ dan il-kumpens jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva ta’ l-awtoritajiet tal-Gabon. 7. Il-kumpens finanzjarju jitħallas lit-Teżor Pubbliku tal-Gabon fil-kont “Sajd marittimu”, numru 47069 X. Artikolu 3 Il-Kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Laqgħa xjentifika 1. Iż-żewġ partijiet jobbligaw ruħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ibħra tal-Gabon skond il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu f’dawn l-ibħra. 2. Sakemm idum dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet tal-Gabon għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-iżvilupp ta’ l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. 3. Iż-żewġ partijiet jobbligaw irwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell tas-sottoreġjun dwar is-sajd responsabbli u b’mod partikolari fil-qafas tal-COREP. 4. Skond l-Artikolu 4 tal-Ftehim u fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn (ICCAT) u fid-dawl ta’ l-aqwa opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim biex jadottaw, bi qbil bejniethom u jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika eventwalment fil-livell tas-sottoreġjun, miżuri bil-ħsieb ta’ ġestjoni fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd li jaffettwaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Komunità. Artikolu 4 Reviżjoni bi qbil ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd 1. L-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 3, din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni fuq żmien twil tar-riżorsi tal-Gabon. F’każ bħal dan, il-kumpens finanzjarju ta’ EUR 715 000 msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 jiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont totali tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità Ewropea u mmirat lejn it-tunnellaġġ ta’ referenza ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont ta’ EUR 715 000. Meta l-kwantitajiet maqbuda kull sena mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu d-doppju ta’ 11 000 t (jiġifieri 22 000 tunnellata), l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara. 2. Min-naħa l-oħra, fil-każ li l-partijiet jiftiehmu dwar l-adozzjoni ta’ tnaqqis ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis . 3. It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn kategoriji differenti ta’ bastimenti jista’ wkoll ikun suġġett għal reviżjoni, wara konsultazzjoni u bi qbil bejn il-partijiet, b’ħarsien ta’ kull rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-ġestjoni tal-ħażniet li jistgħu jkunu affetwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-partijiet jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kumpens finanzjarju jekk it-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd jiġġustifika dan. Artikolu 5 Opportunitajiet ġodda ta’ sajd 1. Fil-każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li ma jkunux indikati fl-Artikolu 1, il-Komunità tikkonsulta lill-Gabon għal awtorizzazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet ġodda. Jekk ikun il-każ, il-Partijiet jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet ġodda ta’ sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu. 2. Il-Partijiet iħeġġu s-sajd sperimentali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispeċijiet li jgħixu fil-fond ta’ l-ibħra tal-Gabon. Għalhekk, u fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, huma jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet, il-kondizzjonijiet u parametri oħra xierqa. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skond il-parametri li huma jaqblu dwarhom, jekk ikun il-każ, f’dispożizzjoni amministrattiva. Għandu jsir qbil dwar l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għal perjodu massimu ta’ 6 xhur. Fil-każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati konvinċenti, il-Gvern tal-Gabon jista’ jagħti opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Komunità sa l-iskadenza tal-Protokoll attwali. Għalhekk, il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2.1 tal-Protokoll attwali jiżdied. Artikolu 6 Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju f’każ ta’ ċirkostanzi anormali 1. Fil-każ ta’ ċirkostanzi anormali, minbarra l-fenomeni naturali, li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Gabon, il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 jista’ jiġi sospiż mill-Komunità Ewropea. Id-deċiżjoni tas-sospensjoni tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet f’terminu ta’ xahrejn wara t-talba ta’ waħda miż-żewġ partijiet u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kull ammont dovut meta ssir is-sospensjoni. 2. Il-kumpens finanzjarju jerġa’ jibda jitħallas malli l-partijiet jikkonstataw, bi qbil wara li jsiru l-konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-waqfien ta’ l-attivitajiet ta’ sajd inbidlu u/jew li s-sitwazzjoni tista’ tippermetti li jerġgħu lura għall-attivitajiet ta’ sajd. 3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità, li tiġi sospiża malli ma jsirx il-ħlas tal-kumpens finanzjarju, tiġi pprolungata għal tul ta’ żmien daqs il-perjodu ta’ sospensjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd. Artikolu 7 Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli fl-ibħra tal-Gabon 1. Sittin fil-mija (60%) ta’ l-ammont totali tal-kumpens finanzjarju stabbilit bl-Artikolu 2 jikkontribwixxu kull sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern tal-Gabon. Il-ġestjoni ta’ l-ammont korrispondenti mill-Gabon hija bbażata fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet, bi qbil u skond il-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd tal-Gabon sabiex tiġi assigurata ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur, ta’ l-għanijiet li għandhom jitwettqu u tal-programmar annwali u multijannwali li jorbot magħhom, skond il-paragrafu 2 li ġej. 2. Fuq proposta tal-Gabon u għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-paragrafu preċedenti, il-Komunità u l-Gabon jiftiehmu fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, malli l-Protokoll jidħol fis-seħħ u sa mhux aktar tard mit-tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, dwar Programm Settorjali Multijannwali u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi b’mod partikolari: (a) il-linji ta' gwida fuq bażi annwali u multijannwali li se jintużaw għall-perċentwal tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq u għall-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li għandhom isiru kull sena. (b) l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u multijannwali sabiex fl-aħħar ikunu jistgħu jaslu għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u fuq żmien twil waqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Gabon fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd jew ta’ politika oħra li għandha rabta jew impatt fuq il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u fuq żmien twil; (c) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. 3. Kull emenda proposta fil-Programm Settorjali Multiannwali jew fl-użu ta’ l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li għandhom isiru kull sena għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni konġunta. 4. Kull sena, il-Gabon jiddeċiedi l-koeffiċjent li jikkorrispondi għall-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jiġi implimentat il-Programm multijannwali. Fir-rigward ta’ l-ewwel sena tal-validità tal-Protokoll, dan il-koeffiċjent għandu jkun ikkomunikat lill-Komunità malli l-Programm Settorjali multijannwali jiġi approvat fil-Kummissjoni Konġunta. Għal kull sena segwenti, dan il-koeffiċjent jiġi kkomunikat mill-Gabon lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju tas-sena preċedenti. 5. Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multijannwali tiġġustifika dan, il-Komunità Ewropea se tkun tista’ titlob li jerġa’ jsir aġġustament tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll biex tadatta l-ammont effettiv tal-fondi mogħtija għall-implimentazzjoni tal-Programm ma’ dawn ir-riżultati. Artikolu 8 It-tilwim – is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll 1. Kull tilwim bejn il-partijiet fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tagħhom għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun meħtieġ, imlaqqgħa f’sessjoni straordinarja. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet meta t-tilwim li jpoġġi ż-żewġ Partijiet f’oppożizzjoni jitqies gravi u meta l-konsultazzjonijiet li jsiru fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond il-paragrafu 1 ma jkunux ippermettew tmiem b’mod amikevoli. 3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. 4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim li jkun qed jifridhom. Malli tinstab soluzzjoni b’mod amikevoli, il-Protokoll jerġa’ jibda japplika u l-ammont tal-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll tkun ġiet sospiża. Artikolu 9 Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas B’riserva tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3, fil-każ li l-Komunità tonqos milli tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin: a) L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon jibagħtu notifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, għall-ħlas f’terminu massimu ta’ 60 jum ta’ xogħol mid-data ta’ l-irċevuta tan-notifika. b) Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ta’ ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fit-terminu stabbilit bil-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon għandhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Huma jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b’dan mill-ewwel. c) Il-Protokoll jerġa’ jibda japplika malli jsir il-ħlas ikkonċernat. Artikolu 10 Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ibħra tal-Gabon huma gvernati mil-leġiżlazzjoni li tapplika fil-Gabon, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jiddisponu dwar dan mod ieħor. Artikolu 11 Il-Klawsola ta’ reviżjoni Matul ir-raba’ sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu, il-Partijiet jistgħu jerġgħu jaraw id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi. Dawn l-emendi jistgħu jinkludu t-tunnellaġġ ta’ referenza u l-ħlasijiet magħmula mill-operaturi. Artikolu 12 Ir-revoka L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd ‘il barra mill-Gabon huwa revokat u sostitwit bl-Anness ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ 1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li ġew kompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop. 2. Huma jibdew japplikaw mit-3 ta’ Diċembru 2005. ANNESS IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GABON MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ KAPITOLU I – IL-FORMALITAJIET LI JAPPLIKAW GħAT-TALBA U GħALL-ħRUġ TAL-LIċENZJI Sezzjoni 1 Il-ħruġ tal-liċenzji 1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. 2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, l-operatur, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jridux ikunu pprojbiti milli jwettqu attivitajiet ta’ sajd fil-Gabon. Huma jridu jkunu f’sitwazzjoni regolari fil-konfront ta’ l-amministrazzjoni tal-Gabon, fis-sens li jridu jkunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbuta ma’ l-attivitajiet tagħhom ta’ sajd fil-Gabon fil-qafas tal-Ftehim ta’ sajd konkluż mal-Komunità. 3. Kull bastiment tal-Komunità li jitlob liċenzja tas-sajd jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent marittimu li jgħix fil-Gabon. L-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant għalhekk jissemmew fit-talba għal-liċenzja. 4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jippreżentaw talba, mill-inqas 15-il jum tax-xogħol qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba, lill-Ministeru inkarigat mis-sajd fil-Gabon għal kull bastiment li jixtieq jistad fil-qafas ta’ dan il-Ftehim. 5. It-talbiet jiġu ppreżentati lill-Ministeru inkarigat mis-sajd skond il-formoli li l-mudell tagħhom jidher fl-Appendiċi I. 6. Kull talba għal-liċenzja għandha tkun akkompanjata mid-dokumenti li ġejjin: - il-prova tal-ħlas tal-miżata għall-perjodu tal-validità tagħħa. - kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment skond dan il-Protokoll. 7. Il-miżata titħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-Gabon skond il-paragrafu 7 ta’ l-Artikolu 2 tal-Protokoll. 8. Il-miżati jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizzi. 9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jingħataw lill-operaturi jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon f’terminu ta’15-il jum tax-xogħol wara l-irċevuta tad-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 6 hawn fuq mill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon. 10. Fil-każ li meta tkun se tiġi ffirmata l-liċenzja l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jkunu magħluqin, din tista’ tingħadda direttament lill-aġent tal-bastiment u tingħata kopja lid-Delegazzjoni. 11. Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment partikolari u mhijiex trasferibbli. 12. Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ ta’ forza maġġuri ppruvata, il-liċenzja ta’ bastiment tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida f’isem bastiment ieħor ta’ l-istess kategorija hekk kif imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ma jkollu jsir ħlas ieħor. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet iqis it-total tal-qabdiet kollha taż-żewġ bastimenti biex jiġi ddeterminat ħlas addizzjonali eventwali. 13. L-operatur, jew ir-rappreżentant, tal-bastiment li jkun se jiġi ssostitwit jgħaddi l-liċenzja annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. 14. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir valida hija dik meta l-operatur jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon tiġi informata bit-trasferiment tal-liċenzja. 15. Il-liċenzja għandha dejjem tinżamm abbord mingħajr preġudizzju għal dak li hu stabbilit bil-paragrafu 2 tal-Kapitolu VIII ta’ dan l-Anness. Sezzjoni 2 Il-kondizzjonijiet għal-liċenzja – il-ħlasijiet u l-pagament bil-quddiem 1. Il-liċenzji huma validi għal sena. Huma jistgħu jiġġeddu. 2. Il-ħlas stabbilit huwa ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Gabon għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ. 3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jitħallsu s-somom stabbiliti li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: - EUR 4 550 għal kull bastiment għall-qbid tat-tonn bit-tartarun, li huma ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 130 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena; - EUR 2 030 għal kull skuna li tistad bil-konz tal-wiċċ, li huma ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 58 tunnellata ta’ speċijiet li jimmigraw ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena. 4. L-Istati Membri jikkomunikaw it-tunnellaġġi tal-qabdiet għas-sena li tkun għaddiet, hekk kif ikkonfermat mill-Istituti Xjentifiċi msemmija fil-punt 5 li ġej, lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ kull sena u jagħtu kopja lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet tal-Gabon. 5. Il-kont finali tal-ħlasijiet dovuti għas-sena n jiġi deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena n+1 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull operatur u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia) u l-IPIMAR (Instituto Português de Investigaçao Maritima) permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. 6. Dan il-kont jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon u lill-operaturi. 7. Kull ħlas addizzjonali eventwali għandu jsir mill-operaturi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Gabon sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena n+1, fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tas-Sezzjoni 1 ta’ dan il-Kapitolu. 8. Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din is-sezzjoni, l-operatur ma jkunx jista’ jieħu lura s-somma korrispondenti li jibqa’. KAPITOLU II – Iż-żONI TAS-SAJD 1. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fl-ibħra ‘il barra mit-12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ. 2. IŻ-Ż oni li ma tistax issir navigazzjoni fihom: Ma tista’ ssir l-ebda navigazzjoni fiż-żoni li jinsabu qrib ta’ fejn jittella’ ż-żejt. Il-Ministeru inkarigat mis-Sajd tar-Repubblika tal-Gabon jikkomunika l-limiti ta’ dawn iż-żoni lill-operaturi meta tingħatalhom il-liċenzja tas-sajd. Iż-żoni li fihom ma tistax issir navigazzjoni kif ukoll kull emenda li titħabbar mill-inqas xahrejn qabel l-applikazzjoni tagħha jiġu wkoll ikkomunikati għall-informazzjoni lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Gabon. KAPITOLU III – IR-REġIM TA’ DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET 1. It-tul ta’ żmien tal-vjeġġ ta’ bastiment tal-Komunità għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddefinit kif ġej: - jew il-perjodu li jgħaddi bejn daħla u ħarġa miż-żona tas-sajd tal-Gabon; - jew il-perjodu li jgħaddi bejn daħla fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u trasbord; - jew il-perjodu li jgħaddi bejn daħla fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u żbark fil-Gabon; 2. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ibħra tal-Gabon fil-qafas tal-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkontrollaw il-kwantitajiet maqbuda li jiġu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti skond il-proċedura msemmija fil-punt 4 tas-sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness. Il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni tal-qabdiet huma dawn li ġejjin: 2.1 Matul perjodu ta’ sena li fih il-liċenzja tkun valida fis-sens tal-paragrafu 1 tas-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness, id-dikjarazzjonijiet jinkludu l-qabdiet li jkunu saru mill-bastiment waqt kull vjeġġ. Id-dikjarazzjonijiet oriġinali fuq mezz fiżiku jiġu kkomunikati lill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon fil-45 jum ta’ wara t-tmiem ta’ l-aħħar vjeġġ li jkun sar matul il-perjodu msemmi. Fl-istess ħin jintbagħtu kopji b’mod elettroniku jew permezz ta’ faks lill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u lill-Ministeru inkarigat mis-sajd tal-Gabon. 2.2 Il-bastimenti jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola li tikkorrispondi għall-ġurnal ta’ abbord li l-mudell tagħha qiegħed fl-Appendiċi 2. Għall-perjodi li fihom il-bastiment ma jkunx daħal fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, huwa mitlub li jimtela l-ġurnal ta’ abbord bir-referenza “Barra ż-żona tas-sajd tal-Gabon”. 2.3 Il-formoli għandhom jimtlew b’mod ċar u jiġu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu. 3. F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern tal-Gabon jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment inkriminat li wettaq in-nuqqas sakemm titlesta l-formalità u tiġi applikata l-piena, stabbilita bir-Regolament fis-seħħ fil-Gabon, lill-operatur tal-bastiment. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jiġu informati b’dan. KAPITOLU IV – IT-TRAżBORD U L-IżBARK Iż-żewġ partijiet jikkooperaw sabiex itejbu l-opportunitajiet ta’ trażbord u ta’ żbark fil-portijiet tal-Gabon. 1. L-Iżbarki: Il-bastimenti tat-tonn tal-Komunità li jiżbarkaw b’mod volontarju f’port Gaboniż jibbenefikaw minn tnaqqis fil-miżata ta’ 5 euro għal kull tunnellata maqbuda mill-ibħra tal-Gabon fuq l-ammont indikat fil-paragrafu 2 tas-sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness. Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ 5 euro fil-każ ta’ bejgħ tal-prodotti tas-sajd lil fabbrika ta’ l-ipproċessar tal-Gabon. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika, għal kull bastiment tal-Komunità, sa massimu ta’ 50% tal-kont finali tal-qabdiet (hekk kif iddefinit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness) mill-ewwel sena ta’ dan il-Protokoll. 2. Il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tal-kontroll tat-tunnellati żbarkati jew trażbordati għandhom jiġu ddefiniti waqt l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta. 3. L-evalwazzjoni: Il-livell ta’ l-inċentivi finanzjarji kif ukoll il-perċentwal massimu tal-kont finali tal-qabdiet għandhom jiġu aġġustati fil-qafas tal-Kummissjoni Konġunta skond l-impatt soċjoekonomiku maħluq mill-iżbarki li jkunu saru matul is-sena kkonċernata. KAPITOLU V – L-IMBARK TAL-BAħRIN 1. L-operaturi tal-bastimenti għall-qbid tat-tonn u tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandhom jieħdu ħsieb li jħaddmu baħrin li ġejjin mill-pajjiżi AKP taħt il-kondizzjonijiet u bil-limiti li ġejjin: - għall-flotta tal-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin imbarkati matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP, - għall-flotta tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin imbarkati matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP. 2. L-operaturi għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jimbarkaw baħrin supplimentari mill-pajjiżi AKP. 3. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol tapplika b’mod sħiħ għall-baħrin imbarkati fuq bastimenti tal-Komunità. Huwa l-każ b’mod partikolari tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u ta' l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjieg u l-professjoni. 4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-pajjiżi AKP, li tingħata kopja tagħhom lill-firmatarji, huma stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) ta’ l-operaturi u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tar-reġim tas-sigurtà soċjali li japplika għalihom, li jinkludi assigurazzjoni fuq il-mewt, mard jew inċidenti. 5. L-operaturi huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin. Dan għandu jiġi stabbilit qabel ma jingħataw il-liċenzji bi qbil ma’ l-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Gabon u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għan-normi ta’ l-ILO. 6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment li jkun maħtur lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, l-operatur ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan il-baħri. KAPITOLU VI – IL-MIżURI TEKNIċI Il-bastimenti josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inġenji tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. KAPITOLU VII – L-OSSERVATURI 1. Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-ibħra tal-Gabon fil-qafas tal-Ftehim jimbarkaw osservaturi magħżula mill-organizzazzjoni reġjonali kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti li ġejjin: 1.1 Il-bastimenti tal-Komunità jimbarkaw osservatur magħżul mill-organizzazzjoni reġjonali kompetenti li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ibħra tal-Gabon. 1.2 L-awtorità reġjonali kompetenti tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti magħżula biex jimbarkaw osservatur kif ukoll il-lista ta’ l-osservaturi magħżula biex jiġu imbarkati. Dawn il-listi jiġu aġġornati. Dawn jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom. 1.3 L-awtorità reġjonali kompetenti tikkomunika lill-operaturi kkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment meta dawn jingħataw il-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark ta’ l-osservatur. 2. L-osservatur jibqa’ fuq il-bastiment għal vjeġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon, dan l-imbark jista’ jkopri aktar minn vjeġġ wieħed skond it-tul medju tal-vjeġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba ssir mill-awtorità reġjonali kompetenti waqt il-komunikazzjoni ta’ l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment ikkonċernat. 3. Il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark ta’ l-osservatur huma ddefiniti bi qbil bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet reġjonali kompetenti. 4. L-imbark ta’ l-osservatur isir fil-port magħżul mill-operatur fil-bidu ta’ l-ewwel vjeġġ fl-ibħra tas-sajd tal-Gabon skond in-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula. 5. L-operaturi kkonċernati jikkomunikaw f’terminu ta’ ġimagħtejn u b’avviż ta’ għaxart ijiem minn qabel id-dati u l-portijiet tal-Gabon stabbiliti għall-imbark ta’ l-osservaturi. 6. Fil-każ li l-osservatur jiġi imbarkat f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu mill-operatur. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur reġjonali joħroġ barra miż-żona tas-sajd reġjonali, għandha tittieħed kull miżura biex jiġi ggarantit li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun u l-ispejjeż jitħallsu mill-operatur. 7. Fil-każ li l-osservatur ma jkunx fuq il-post u fil-ħin miftiehma sa tnax-il siegħa wara, l-operatur awtomatikament ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan l-osservatur. 8. L-osservatur jitqies bħala uffiċjal abbord. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ibħra tal-Gabon, hu jwettaq dawn id-dmirijiet: 8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; 8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet ta’ sajd; 8.3 iwettaq operazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas ta’ programmi xjentifiċi; 8.4 jelenka t-tagħmir tas-sajd li jintuża; 8.5 jivverifika l-informazzjoni dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ibħra tas-sajd tal-Gabon li tidher fuq il-ġurnal ta’ abbord; 8.6 jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum ta’ speċijiet ta’ ħut għall-kummerċ li jkunu se jintremew; 8.7 jikkomunika bir-radju l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord. 9. Il-kaptan jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sikurezza fiżika u morali ta’ l-osservatur fl-eżerċizzju tal-karigi tiegħu. 10. L-osservatur jista’ jagħmel użu mill-faċilitajiet kollha meħtieġa biex jeżerċita l-karigi tiegħu. Il-kaptan jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal ta’ navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment. 11. Waqt li jkun fuq il-bastiment, l-osservatur: 11.1 jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark tiegħu kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment ma jwaqqfux u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet ta’ sajd; 11.2 iħares l-assi u t-tagħmir li jkunu fuq il-bastiment kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jkun proprjetà tal-bastiment imsemmi. 12. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet reġjonali kompetenti u li tingħata kopja tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea. Hu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu fih l-osservazzjonijiet kollha li jqis utli u jiffirmahom. Tingħata kopja tar-rapport lill-kaptan meta l-osservatur xjentifiku jiżbarka. 13. L-operatur huwa responsabbli mill-ispejjeż tas-soġġorn u ta’ l-ikel ta’ l-osservaturi taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali. Dan isir skond il-possibilitajiet prattiċi tal-bastiment. 14. Is-salarju u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali ta’ l-osservatur jitħallsu mill-awtoritajiet reġjonali kompetenti. KAPITOLU VIII – IL-MONITORAġġ 1. Il-Komunità Ewropea żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Din il-lista tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Gabon inkarigati mill-monitoraġġ tas-sajd malli tiġi stabbilita u, imbagħad kull meta tiġi sussegwentement aġġornata. 2. Il-bastimenti tal-Komunità jistgħu jitniżżlu fil-lista msemmija fil-punt preċedenti malli tiġi riċevuta n-notifika tal-ħlas bil-quddiem imsemmija fil-punt 3 tas-sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness. F’dan il-każ, l-operatur jista’ jikseb kopja ta’ din il-lista u jżommha abbord flok il-liċenzja tas-sajd sakemm din tinħareġ. 3. Id-dħul u l-ħruġ miż-żona: 3.1 Il-bastimenti tal-Komunità jinnotifikaw, mill-inqas 3 sigħat minn qabel, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon inkarigati mill-monitoraġġ tas-sajd bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Gabon. Huma jiddikjaraw ukoll il-kwantitajiet globali u l-ispeċijiet abbord. 3.2 Waqt in-notifika tal-ħruġ tiegħu, kull bastiment jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru l-ewwel bil-faks (+241-76 46 02), u fin-nuqqas ta’ dan bir-radju ( Call-sign DGPA-6241 MH2) jew bil-posta elettronika (dgpa@internetgabon.com). 3.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Gabon jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi. 3.4 Jingħataw ukoll in-numri tal-faks u tat-telefon kif ukoll l-indirizz tal-posta elettronika meta tingħata l-liċenzja tas-sajd. 4. Il-proċeduri tal-monitoraġġ 4.1 Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ibħra tas-sajd tal-Gabon jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Gabon inkarigat mill-ispezzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd. 4.2. Il-preżenza ta’ dawn l-uffiċjali abbord ma taqbiżx iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom. 4.3. Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni u monitoraġġ, jingħata ċertifikat lill-Kaptan tal-bastiment. 5. Il-monitoraġġ bis-satellita 5.1 Il-bastimenti kollha tal-Komunità li jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu mmonitorjati permezz tas-satellita skond il-miżuri msemmija fl-Appendiċi 4. Dawn il-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ fl-għaxar jum wara n-notifika mill-Gvern tal-Gabon lid-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Gabon dwar il-bidu tal-ħidma taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) tal-Gabon. 6. L-ispezzjoni u l-monitoraġġ 6.1 L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon jinfurmaw lill-Istat ta’ reġistrazzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea, f’terminu massimu ta’ 24 siegħa, b’kull spezzjoni u monitoraġġ u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjoni fuq bastiment tal-Komunità, li jkun daħal fl-ibħra tas-sajd tal-Gabon. 6.2 L-Istat ta’ reġistrazzjoni u l-Kummissjoni Ewropea jirċievu fl-istess ħin rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal din l-ispezzjoni u għall-monitoraġġ. 7. Il-minuti ta’ l-ispezzjoni u l-monitoraġġ 7.1 Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti tal-Gabon, għandu jiffirma dan id-dokument. 7.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jippreżenta biex iwieġeb għall-infrazzjoni li jkun akkużat biha. 7.3 Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet tal-Gabon. Fil-każijiet ta’ infrazzjoni minuri, l-awtorità kompetenti tal-Gabon tista’ tawtorizza ‘l-bastiment spezzjonat u kkontrollat biex ikompli l-attivitajiet tiegħu tas-sajd. 8. Laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ spezzjoni u monitoraġġ 8.1 Qabel ma jiġi kkunsidrat it-teħid ta’ miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment jew ta’ kull azzjoni fil-konfront tal-merkanzija u tat-tagħmir tal-bastiment, ħlief dawk intenzjonati għall-konservazzjoni tal-provi relattivi għall-infrazzjoni li tkun allegata, issir laqgħa ta’ konsultazzjoni, sa mhux aktar tard minn jum tax-xogħol wara li tkun waslet l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon, bil-parteċipazzjoni eventwali ta’ rappreżentant ta’ l-Istat Membru kkonċernat. 8.2 Matul din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni, il-Partijiet jagħmlu skambju bejniethom ta' kull dokument jew informazzjoni utli li jkunu jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi tal-fatti kkonstatati. L-operatur, jew ir-rappreżentant tiegħu, jiġi informat bir-riżultat ta’ din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni kif ukoll bil-miżuri kollha li jistgħu joħorġu mill-ispezzjoni u l-monitoraġġ. 9. Regolament għall-ispezzjoni u l-monitoraġġ 9.1. Qabel kull proċedura ġudizzjarja, l-infrazzjoni allegata għandha tipprova tiġi rregolata permezz ta’ tranżazzjoni bonarja. Din it-tranżazzjoni tispiċċa sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara t-tlugħ abbord għall-ispezzjoni u l-monitoraġġ. 9.2. F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata jiġi ddeterminat skond ir-regolamentazzjoni tal-Gabon. 9.3. F’każ li l-kwistjoni ma tkunx setgħet tiġi rregolata permezz ta’ tranżazzjoni bonarja u li din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, l-operatur jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon f’ammont li jiġi ffissat meta jitqiesu l-ispejjeż li l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-bastiment iġibu magħhom kif ukoll l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli mill-infrazzjoni. 9.4. Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rrevokata malli l-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ li l-kundanna twassal għal multa anqas mill-garanzija ddepożitata, id-differenza li jibqa’ tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon. 9.5. Il-bastiment jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port: - jew malli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mill-proċedura ta’ tranżazzjoni; - jew malli tiġi ddepożitata l-garanzija bankarja msemmija fil-punt 9.3. hawn fuq jew malli tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon, sakemm tintemm il-proċedura ġudizzjarja. 10. It-trażbord 10.1 Kull bastiment tal-Komunità li jixtieq jagħmel trażbord tal-qabdiet fl-ibħra tal-Gabon għandu jagħmel dan fil-portijiet tal-Gabon. 10.2. L-operaturi ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas 24 siegħa minn qabel: - l-isem tal-bastimenti tas-sajd li għandhom jittrażbordaw; - l-isem tal-bastiment tal-merkanzija; - it-tunnellaġġ għal kull speċi li għandha tiġi ttrażbordata; - il-jum tat-trażbord; 10.3. It-trażbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon. Il-bastimenti għandhom għalhekk jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Gabon. 10.4. Kull operazzjoni ta’ trażbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Kull min jikser din id-dispożizzjoni jista’ jeħel is-sanzjonijiet stabbiliti bir-regolamentazzjoni fis-seħħ fil-Gabon. 11. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ żbark jew ta’ trażbord f’port tal-Gabon jippermettu u jiffaċilitaw il-monitoraġġ ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Gabon. Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni u kull monitoraġġ fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. L-APPENDIċI 1. Il-formola għat-talba tal-liċenzja 2. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ l-ICCAT 3. Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS) u l-pożizzjoni eżatta taż-żona tas-sajd tal-Gabon Appendiċi 1 MINISTERU TAS-SAJD TALBA GĦAL-LIĊENZJA GĦALL-BASTIMENTI BARRANIN TAS-SAJD INDUSTRIJALI 1. Isem ta’ l-operatur: 2. Indirizz ta’ l-operatur: 3. Isem tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent: 4. Indirizz tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent lokali ta’ l-operatur: ……………………………………………………………………………………….. 5. Isem tal-kaptan: 6. Isem tal-bastiment: 7. Numru ta’ reġistrazzjoni: 8. Numru tal-faks: 9. Indirizz elettroniku: 10. Kodiċi tar-radju: 11. Data u post tal-kostruzzjoni: 12. Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: 13. Port ta’ reġistrazzjoni: 14. Port ta’ manutenzjoni: 15. Tul (h.t.) : 16. Wisa’: 17. Tunnellaġġ gross: 18. Tunnellaġġ nett: 19. Kapaċità ta’ l-istiva: 20. Kapaċità tal-friża: 21. Tip u saħħa tal-magna: 22. Inġenji tas-sajd: 23. Għadd ta’ baħrin: 24. Sistema ta’ komunikazzjoni: 25. Call-sign tar-radju: 26. Sinjali li jagħmluh rikonoxxibbli: 27. Operazzjonijiet ta’ sajd li għandu jiżviluppa: 28. Post ta’ l-iżbark: 29. Żoni tas-sajd: 30. Speċijiet li għandhom jinqabdu: 31. Tul ta’ żmien tal-validità: 32. Kondizzjonijiet speċjali: Opinjoni tad-Direzzjoni Ġenerali tas-Sajd u ta’ l-Akkwakultura: Osservazzjonijiet tal-Ministeru inkarigat mis-Sajd: Appendiċi 2 ĠURNAL TA’ ABBORD TA’ ICCAT GĦAS-SAJD GĦAT-TONN | Konz Lixka ħajja Parit Skuna Outros (Oħrajn) | Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: ……………………………………………………………………........................... | Kobor – (TM): ……………………………………………........ | Numru ta’ reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Kaptan: ……………………………………………..………….... | Operatur: ………………………………………………………….......................... | Għadd ta’ membri fl-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ | Indirizz: ………………………………………………………………………….... | Data tar-rapport: ……………………………………………….... | (Kittieb tar-rapport): ……………………………………………. ………………………………………………................................. | Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: | Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rkiekel: | Nru. tal-ħarġa għas-sajd: | Data | Settur | T° ta’ l-ilma fil-wiċċ (ºC) | Prova għas-sajd Għadd ta’ snanar użati | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka użata) | 1 – Uża folja kull xahar u linja kuljum. | 3 – B’ “jum”, wieħed jifhem il-jum li fih il-konz tpoġġa fil-post. | 5 – L-aħħar linja (Kwantitajiet żbarkati) għandha timtela biss fl-aħħar tal-ħarġa għas-sajd. Jeħtieġ li jiġi indikat il-piż reali fil-mument ta’ l-iżbark. | 2 – Wara kull ħarġa, għaddi kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lil ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja. | 4 – Is-settur tas-sajd jagħżel il-pożizzjoni tal-bastiment. Ikteb il-ħin fl-eqreb minuta u l-grad tal-latitudni u l-lonġitudni. Ara li tindika T/N u L/P. | 6 – L-informazzjoni kollha inkluża hawnhekk għandha tibqa’ strettament kunfidenzjali. | Appendiċi 3 Id-dispożizzjonijiet relattivi għall-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu fiż-ŻEE tal-Gabon u skond il-Ftehim tas-Sajd KE/GABON 1. Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru fl-itwal parti tagħhom, li jistadu fil-qafas tal-Ftehim tas-Sajd KE/Gabon, għandhom ikunu mmonitorjati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE tal-Gabon. 2. L-awtoritajiet tal-Gabon jikkomunikaw lill-Parti Komunitarja l-pożizzjonijiet taż-żoni tas-sajd (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE tal-Gabon sabiex il-bastimenti jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita. L-awtoritajiet tal-Gabon għandhom jgħaddu l-informazzjoni taħt forma informatika fi gradi deċimali (WGS 84). 3. Il-Partijiet għandhom jipproċedu billi jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet użati fil-komunikazzjoni elettronika bejn iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tagħhom skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5 u 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, safejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ. 4. Il-pożizzjoni tal-bastiment tiġi ddeterminata b’marġini ta’ żball inqas minn 500 m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%. 5. Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun immonitorjat permezz tas-satellita skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità jidħol fiż-ŻEE tal-Gabon, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti jiġu kkomunikati mill-ewwel miċ-Ċentru tal-Monitoraġġ ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni liċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd tal-Gabon (FMC) kultant ħin f'perjodi massimi ta’ sagħtejn. Dawn il-messaġġi jiġu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni. 6. Il-messaġġi previsti fil-punt 5 jintbagħtu b’mezz elettroniku fil-format X.25 jew kull Protokoll ieħor ta’ sigurtà. Dawn il-messaġġi jiġu kkomunikati mill-ewwel skond il-format tat-tabella ta' hawn taħt. 7. F’każ li l-apparat tal-monitoraġġ permanenti permezz tas-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd ikollu ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dan il-bastiment jgħaddi l-informazzjoni prevista fil-punt 5 meta suppost liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni u lill-FMC tal-Gabon permezz ta’ faks. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull 8 sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-Kaptan tal-bastiment fuq sagħtejn skond il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 5. Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni jibgħat dawn il-messaġġi lill-FMC tal-Gabon. It-tagħmir difettuż jissewwa jew jiġi sostitwit f’terminu massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE tal-Gabon. 8. Iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ ta’ l-Istati ta’ reġistrazzjoni għandhom jimmonitorjaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ibħra tal-Gabon. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skond il-kondizzjonijiet stabbiliti, l-FMC tal-Gabon jiġi informat b’dan mill-ewwel mill-FMC ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni, malli ssir il-konstatazzjoni, u l-proċedura prevista fil-punt 7 tiġi applikata. 9. Jekk l-FMC Gaboniż jiddeċiedi li l-FMC ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni ma jikkomunikax l-informazzjoni prevista fil-punt 5, is-servizzi kompetenti ta’ l-FMC ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni u tal-Kummissjoni Ewropea jiġu informati b’dan mill-ewwel. 10. L-informazzjoni ta’ l-għassa kkomunikata lill-parti l-oħra, skond dawn il-miżuri, għandha tkun utilizzata mill-awtoritajiet tal-Gabon esklussivament għall-monitoraġġ tal-flotta tal-Komunità li tkun qed tistad fil-qafas tal-Ftehim tas-sajd KE/Gabon. Din l-informazzjoni ma tkun tista’ fl-ebda każ tiġi kkomunikata lil partijiet oħra. 11. Il-komponenti tas-softwer u t-tagħmir fiżiku tas-sistema tal-monitoraġġ permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli u ma għandhom jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u lanqas ma għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment. Is-sistema għandha tkun kollha awtomatika u kapaċi topera dejjem u indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew jinterferixxi mas-sistema tal-monitoraġġ permezz tas-satellita. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li: - l-informazzjoni ma tinbidilx - l-antenna jew l-antenni marbuta mat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jiġux ostakolati - l-alimentazzjoni elettrika tat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma tinqatax - it-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jiġix żarmat. 12. Il-partijiet jaqblu li jiskambjaw, jekk jintalbu jagħmlu dan, ta’ l-informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ permezz tas-satellita sabiex jivverifikaw li t-tagħmir kollu huwa kompletament kompatibbli ma’ l-eżiġenzi tal-parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn il-miżuri. 13. Kull tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri huwa s-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-qafas tal-Kummissjoni Konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim. 14. Il-partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn il-miżuri. IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-GABON RAPPORT TA’ POŻIZZJONI Informazzjoni | Kodiċi | Obbligatorju/ Fakultattiv | Osservazzjonijiet | Bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Informazzjoni dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni | Destinatarju | AD | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż | Speditur | FR | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – speditur. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż | Stat ta’ reġistrazzjoni | FS | F | Tip ta’ messaġġ | TM | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ “POS” | Call-sign bir-radju | RC | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – call-sign internazzjonali bir-radju tal-bastiment | Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti | IR | F | Informazzjoni dwar il-bastiment – numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni segwit b’numru) | Numru ta’ reġistrazzjoni estern | XR | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment | Latitudni | LA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti T/N DDMM (WGS -84) | Lonġitudni | LO | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti L/P DDDMM (WGS-84) | Direzzjoni | CO | O | Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° | Veloċità | SP | O | Veloċità tal-bastiment f’deċmi ta’ mili nawtiċi | Data | DA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data ta’ reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (AAAAMMJJ) | Ħin | TI | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin ta’ reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (HHMM) | Tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Informazzjoni dwar is-sistema – turi t-tmiem tar-reġistrazzjoni | Sett ta’ karattri: ISO 8859.1 It-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni hija strutturata kif ġej: - żewġ linji oblikwi (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu tat-trasmissjoni, - linja oblikwa waħda (/) timmarka l-firda bejn il-kodiċi u l-informazzjoni. L-informazzjoni fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni. IL-LIMITI TAŻ-ŻEE TAL-GABON IL-POŻIZZJONI EŻATTA TAŻ-ŻEE L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon għandhom jikkomunikaw iż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni lis-servizzi kompetenti. Huma jwiegħdu li jikkomunikaw kull emenda relattiva għal dawn iż-żoni pprojbiti mill-inqas xahar minn qabel. IL-POŻIZZJONI EŻATTA TA’ L- FMC GABONIŻ Isem ta’ l-FMC: Tel. SSN: Faks SSN: E-mail SSN: Tel. DSPG: Faks DSPG: Indirizz X25 = Dikjarazzjoni dħul/ħruġ: IL-PROSPETT FINANZJARJU LEĠIŻLATTIV 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Gabon għall-perjodu ta’ 6 snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. 2. IL-QAFAS ABM / ABB (ĠESTJONI/TWAQQIF TAL-BAġIT SKOND L-ATTIVITAJIET) 11. Sajd 1103. Ftehim Internazzjonali dwar is-Sajd 3. IL-LINJI BAĠITARJI 3.1. Il-linji tal-baġit: 110301 : “Ftehim Internazzjonali fil-qasam tas-sajd” 11010404 : “Ftehim Internazzjonali fil-qasam tas-sajd: spejjeż amministrattivi” 3.2 It-tul ta' l-azzjoni u l-impatt finanzjarju: Il-Protokoll anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-KE u r-Repubblika tal-Gabon skada fit-02.12.2005. Il-Protokoll il-ġdid ġie konkluż għal terminu ta’ 6 snin mit-3 ta’ Diċembru 2005. Il-Protokoll jistabbilixxi l-kumpens finanzjarju, il-kategoriji u l-kondizzjonijiet ta’ l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fiż-żoni tas-sajd tal-Gabon. 3.3 Il-karatteristiċi baġitarji (żid il-linji jekk meħtieġ): Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 11.0301 | DO | CD[2] | LE | LE | LE | Nru. 4 | 11.010404 | DO | CND[3] | LE | LE | LE | Nru. 4 | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1 Ir-riżorsi finanzjarji 4.1.1 It-taqsira ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA) EUR miljuni (sa 4 ċifri deċimali) It-tip ta’ nefqa | It-taqsima Nru. | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n +5 | Total | L-infiq operattiv[4] | L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (CA) | 8.1 | a min a max | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 5.16 8.58 | L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA) | b min b max | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 5.16 8.58 | L-infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza[5] | L-għajnuna teknika u amministrattiva – ATA (CND) | 8.2.4 | c | 0.04 | 0.04 | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn | a+c min a+c mass | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.9 1.47 | 5.2 8.62 | L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c min b+c mass | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.86 1.43 | 0.9 1.47 | 5.2 8.62 | Ir-riżorsi umani u l-infiq relatat (NDA) | 8.2.5 | d | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.3564 | L-ispejjeż amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.129 | L-ispejjeż finanzjarji indikattivi totali ta’ l-azzjoni CA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | Min Max | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9809 1.5509 | 5.6854 9.1054 | PA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | Min Max | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9409 1.5109 | 0.9809 1.5509 | 5.6854 9.1054 | Id-dettalji dwar il-finanzjament konġunt: Mhemmx finanzjament konġunt EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) L-organizzazzjoni tal-finanzjament konġunt | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 | Total | F | CA TOTALi bil-finanzjament konġunt | a+c+d+e+f | 4.1.2 Il-kompatibilità mal-Programmar finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli mal-Programmar finanzjarju eżistenti. ( Din il-proposta tinvolvi programmar ta’ l-intestaturi rilevanti tal-perspettivi finanzjarji. ( Din il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (dwar l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji). 4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat. EUR miljuni (sa ċifra deċimali waħda) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | Il-linja tal-baġit | Id-dħul | [Sena n] | [n+1] | [n+2] | [n+3] | a) Id-dħul f’termini assoluti | b) It-tibdil fid-dħul | ( | (Jekk jogħġbok speċifika kull linja tad-dħul tal-baġit, u żid in-numru xieraq ta’ linji mat-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja waħda tal-baġit.) 4.2. Ir-riżorsi umani bħala FTE (inklużi uffiċjali, impjegati temporanji u dawk esterni) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1. Rekwiżiti annwali | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | Għadd totali ta’ riżorsi umani | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1 Implimentazzjoni meħtieġa tul medda qasira jew twila ta’ żmien Il-Protokoll preċedenti anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-KE u r-Repubblika tal-Gabon skada fit-02.12.2005. Il-Protokoll il-ġdid ikopri l-perjodu bejn it-03.12.2005 u t-02.12.2011. L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-Sajd (APP) huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon sabiex jitwaqqaf qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u għall-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid huma: - L-opportunitajiet ta’ sajd : 24 bastiment bil-friża abbord għall-qbid tat-tonn bit-tartarun u 16-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (37.5% inqas meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti) skond is-sistema ta’ tqassim li ġejja (ibbażata fuq it-talbiet ta’ l-Istati Membri u fuq ir-rati ta’ kemm dawn l-opportunitajiet intużaw fil-passat minn kull Stat Membru u kull kategorija), jiġifieri: - bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun: Franza: 12, Spanja: 12 - bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ: Spanja: 13, Portugall: 3 - Tunnellaġġ annwali ta’ referenza : 11 000 tunnellata ta’ tonn - Kumpens finanzjarju annwali : EUR 860 000 - Ħlas bil-quddiem u miżati mħallsa mill-operaturi : EUR 35 (minflok il-EUR 25 mħallsa preċedentement) għal kull tunnellata ta’ tonn maqbud fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Il-ħlas bil-quddiem huwa stabbilit għal EUR 4 550 fis-sena għal kull bastiment għall-qbid tat-tonn bit-tartarun, għal EUR 2 030 fis-sena għal kull skuna li tistad bil-konz tal-wiċċ (jiġifieri + 75% u + 84%). 5.2 Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-APP il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent komunitarju jċedi l-post lil Ftehim privat li ma jiggarantixxix sajd sostenibbli. Il-Komunità tispera wkoll li b’dan l-APP, ir-Repubblika tal-Gabon tikkoopera b’mod effikaċi mal-Komunità fiċ-ċrieki reġjonali bħall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT) fil-ġlieda kontra s-sajd illegali u għal ġestjoni tajba tal-ħażniet ta’ l-immigranti l-kbar. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM) In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehim tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jaqblu ma’ l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-flotta Komunitarja, inkluża l-flotta tas-sajd ‘il bogħod, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija sabiex jissaħħu l-użu fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd barra l-ibħra tal-Komunità waqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest ta’ l-ABM sabiex tiġi assigurata l-kontinwità ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim: ( L-analiżi tar-rata ta’ kemm l-opportunitajiet ta’ sajd jittieħdu; ( Il-ġbir u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet u tal-valur kummerċjali tal-Ftehim; ( Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fil-Komunità; ( Il-kontribut għall-istabbilizzazzjoni tas-suq Komunitarju; ( Il-kontribut għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar fil-Gabon li jinkludi l-kontribut għall-impjieg u għall-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi u l-appoġġ għall-baġit ta’ l-Istat; ( L-għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ Kummissjoni Konġunta; 5.4 Il-metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv) Indika hawn isfel il-metodu/i[8] ta’ l-implimentazzjoni magħżula. X Ġestjoni ċentralizzata X direttament mill-Kummissjoni ( indirettament ( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata ( Ġestjoni flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (ippreċiża) 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1 Is-sistema tal-monitoraġġ Il-Kummissjoni (DG FISH, b’kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Libreville fil-Gabon) se tassigura kontinwità regolari ta’ l-implimentazzjoni ta’ din il-proroga, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu mill-operaturi u ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet. 6.2 L-evalwazzjoni F’Ġunju 2005, saret u ġiet iffinalizzata evalwazzjoni profonda tal-Protokoll attwalment fis-seħħ bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex jinbdew in-negozjati ta’ Protokoll ġdid. 6.2.1 L-evalwazzjoni ex-ante Hawn xi elementi ta’ l-apprezzament tal-valur tal-Protokoll preċedenti (2002-2005) meħuda mill-istudju ta’ Ġunju 2005 (cf. pt 6.2). Użu tal-Ftehim tas-Sajd KE/Gabon (f’għadd ta’ bastimenti): It-tip ta’ bastiment | L-opportunitajiet ta’ sajd offert | L-użu 2002/2003 | L-użu 2003/2004 | L-użu 2004/2005[9] | L-użu medju | Bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun | 38 bastiment | 79 % | 71 % | 56 % | 69 % | Bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ | 26 bastiment | 50 % | 35 % | 43 % | 43 % | Sajd tal-qiegħ | 1 200 grt fix-xahar | 0 | 0 | 0 | 0 | Għall-perjodu 2001-2005, il-qabdiet varjaw minn 4 400 għal 11 700 tunnellata fis-sena għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 10 500 tunnellata. Il-Ftehim jibqa’ vantaġġuż sakemm ikun ċar li l-valur tal-qabdiet jaqbeż l-ispejjeż tal-Protokoll. Il-valur kummerċjali medju tat-tonn huwa bejn EURr 800 sa EUR 1 000 kull tunnellata. Barra l-valur kummerċjali dirett tal-qabdiet għall-bastimenti kkonċernati, il-Ftehim iġib miegħu l-benefiċċji viżibbli li ġejjin: - il-garanzija ta’ impjiegi abbord bastimenti tas-sajd; - il-ħolqien ta’ iktar impjiegi fil-portijiet, fil-bejgħ tal-ħut bl-irkant, fil-fabbriki ta’ l-ipproċessar, fit-tarzni, fl-intrapriżi li joffru s-servizzi, eċċ; - il-possibilitajiet ta’ l-impjieg f’reġjuni fejn ma teżisti l-ebda possibilità oħra; - il-kontribut għall-provvista ta’ ħut fil-Komunità. - Il-valur miżjud ta’ l-intervent Komunitarju: L-eżistenza ta’ Ftehim Komunitarju tiggarantixxi ġestjoni tajba tal-ħażniet permezz ta’ qafas iebes ta’ normi għaż-żewġ partijiet; dan ma jkunx dejjem assigurat fil-qafas tal-Ftehim privat. Fl-aħħar, il-Ftehim tas-Sajd joħloq postijiet tax-xogħol għall-baħrin li ġejjin mill-KE kif ukoll mill-pajjiż terz. Barra minn hekk, dan il-Protokoll jistabbilixxi inċentiv finanzjarju għall-iżbark fil-portijiet tal-Gabon sabiex jingħata stimolu ġdid lill-istrutturi ta’ l-ipproċessar tal-ħut fil-Gabon. Il-Ftehim tas-Sajd jassigura parti sostanzjali mir-riżorsi tal-politika settorjali tas-sajd fil-Gabon. - Ir-riskji u l-għażliet alternattivi: It-twaqqif ta’ Protokoll tas-sajd iġib miegħu ċerti riskji, per eżempju: l-ammonti previsti għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd u l-ħlasijiet ta’ l-operaturi jistgħu ma jiġux allokati kif miftiehem (frodi), il-flotot barranin jistgħu jinjoraw il-liċenzji u kontrolli oħra. Sabiex jiġu evitati dawn ir-riskji, għandhom jittejbu l-monitoraġġ tad-dħul u l-ħruġ, l-attivitajiet tal-monitoraġġ marittimu, jissaħħaħ il-monitoraġġ permezz tas-satellita (VMS), jiġu ffinanzjati miżuri favur is-sajjieda lokali, eċċ. 6.2.2 L-istima ex-ante tal-valur ekonomiku tal-Ftehim u l-kontribut finanzjarju tal-Komunità Il-kumpens finanzjarju mogħti mill-Komunità fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-sajd huwa l-ammont totali uniku stabbilit skond ammont finanzjarju totali annwali ta’ EUR 860 000 għall-Protokoll 2005/2011. 6.2.3 Il-miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) In-nuqqas ta’ sajd tal-qiegħ minħabba li l-bastimenti tal-Komunità ppreferew jieħdu liċenzji tas-sajd privati pjuttost milli permezz tal-Protokoll preċedenti wassal lill-Komunità biex tneħħi dan it-tip ta’ sajd mill-APP il-ġdid u biex iżżid il-klawsola ta’ l-esklussività għal-liċenzji fiż-ŻEE tal-Gabon. Il-Ftehim il-ġdid ma fihx azzjonijiet li jridu jintlaħqu imma appoġġ finanzjarju globali għall-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern Gaboniż. Il-Komunità u l-Gvern tal-Gabon jeħtiġilhom jiftiehmu fuq programm settorjali multijannwali dwar dan l-appoġġ finanzjarju (60% ta’ l-ammont totali tal-kumpens finanzjarju). 6.2.4 It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura Fil-futur se tibqa’ ssir evalwazzjoni li jkollha impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali qabel kull tiġdid tal-Protokolli bħala kontinwità ta’ l-istudju ffinalizzat f’Ġunju 2005 (cf. punt 6.2) u sabiex jiġi assigurat sajd fuq żmien twil fir-reġjun. L-indikaturi elenkati fil-punt 5.3 se jintużaw biex issir evalwazzjoni ex post. 7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI L-użu tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità fil-qafas tal-Ftehim jaqa’ taħt ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat terz sovran ikkonċernat. Il-Kummissjoni madankollu tobbliga ruħha li tipprova toħloq djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-proroga tal-Protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità fil-ġestjoni tar-riżorsi fuq żmien twil. Fil-każijiet kollha, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim tas-sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji ta’ l-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kumpens finanzjarju. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn f’EUR miljuni(sa 4 ċifri deċimali) Azzjoni 1 | Azzjoni 2 | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | Uffiċjali jew staff temporanji[11] (11 01 01) | A*/AD | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 | B*, C*/AST | 0,3 | 0,3 | 0,3 | 0,3 | 0,3 | 0,3 | L-istaff iffinanzjati[12] bl-Art. 11 01 02 | Staff ieħor iffinanzjati[13] bl-Art. 11 01 04 04 | TOTAL | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 8.2.2 Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni - Li n-negozjatur jiġi megħjun fil-preparazzjoni u l-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim tas-Sajd: - Il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġi konkluż ftehim tas-sajd; - Il-preparazzjoni ta’ proġetti dwar ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni u ta’ noti dwar l-istrateġija tan-negozjati għall-Kummissarju; - Il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-Grupp ta’ ħidma “Sajd estern” tal-Kunsill; - Il-parteċipazzjoni fis-sejbien ta’ kompromess ma’ l-Istati Membri msemmi fit-test finali tal-Ftehim. - Il-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim: - Li kuljum issir analiżi tal-Ftehim tas-Sajd; - Il-preparazzjoni u l-verifika tar-rabtiet u l-ħlas tal-kumpens finanzjarju u ta’ l-azzjonijiet li jridu jintlaħqu inkella tal-finanzjament għall-iżvilupp tas-sajd responsabbli; - Li jsir rapport regolari fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim; - L-evalwazzjoni tal-Ftehim: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi - Il-preparazzjoni tal-proġett tal-proposta tar-Regolament u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-elaborazzjoni tat-testi tal-Ftehim; - Il-bidu u l-kontinwità tal-proċeduri ta’ l-adozzjoni. - L-għajnuna teknika: - Il-preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Kummissjoni Konġunta. - Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali: - Ir-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess tan-negozjati; - Il-kitba tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u miktuba tal-Parlament Ewropew; - Il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni dwar is-servizzi reċiproċi: - L-assigurazzjoni tar-rabta mad-Direzzjonijiet Ġenerali l-oħra fi kwistjonijiet li jikkonċernaw in-negozjati u l-kontinwità tal-Ftehim; - L-organizzazzjoni u t-tweġib tal-konsultazzjonijiet dwar is-servizzi reċiproċi. - L-evalwazzjoni - Il-parteċipazzjoni fl-aġġornament ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt; - L-analiżi ta’ l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi ta’ l-evalwazzjoni. 8.2.3 Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji) (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors). X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena 2006 ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/APB li jmiss ( Karigi li ser jerġgħu jintużaw bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (użu mill-ġdid li jsir internament) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux prevista fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB ta’ l-eżerċizzju kkonċernat 8.2.4 Infiq ieħor amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza (11 01 04/05 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva) EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) Il-linja tal-baġit: 11010404 (In-nru. u l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | TOTAL | 1. L-għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ma’ l-impjegati) | L-aġenziji eżekuttivi[14] | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros (1)° | 0.04 | 0.04 | It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva | 0.04 | 0.04 | (1) studju ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll fis-seħħ u ex-ante tal-Protokoll futur 8.2.5 L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 4 ċifri deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | TOTAL | L-uffiċjali u l-istaff temporanju (11 01 01) | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.3564 | L-impjegati ffinanzjati bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | In-nefqa totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.3564 | Kalkolu – L-Uffiċjali u l-istaff temporanji Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ - 1A = € 108.000*0.25 = € 27.000 1B = € 108.000*0.15 = € 16.200 1C = € 108.000*0.15 = € 16.200 Sottototal : € 59.400 (0.0594 miljun € fis-sena) Total: 59.400 € fis-sena (0.0594 miljun € fis-sena) Kalkolu – L-istaff iffinanzjati bl-Artikolu XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ 8.2.6 Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza Miljuni ta’ € (sa 3 punti deċimali) Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | TOTAL | 11 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.12 | 11 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.009 | XX 01 02 11 03 – Kumitati[15] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2. It-total ta’ infiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) | 3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) | Infiq amministrattiv totali minbarra riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.129 | [1] ĠU L 73 tal-15.3.2001, p.8. [2] Krediti dissoċjati [3] Krediti mhux dissoċjati [4] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu 11 01 tat-Titolu 11 ikkoċernat. [5] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu 11 01 04 tat-Titolu 11. [6] Infiq li jaqa' taħt il-Kapitolu 11 01, għajr l-Artikoli 11 01 04. [7] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [8] Jekk tindika diversi metodi, jekk jogħġbok ippreċiża fil-parti “Rimarki” ta’ dan il-punt. [9] Liċenzji diġà maħruġa fit-3 ta’ Diċembru 2004, għall-perjodu 03.12.2004-02.12.2005 [10] Hekk kif deskritt fil-parti 5.3. [11] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [12] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [13] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza. [14] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-aġenzjija/I eżekuttiva(i) kkonċernata(i). [15] Ippreċiża t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li dan jagħmel parti minnu.