EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0425

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u -Direttiva 2001/112/KE {SEG(2006) 1044} {SEG(2006) 1045}

/* KUMM/2006/0425 finali - COD 2006/0144 */

52006PC0425

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u -Direttiva 2001/112/KE {SEG(2006) 1044} {SEG(2006) 1045} /* KUMM/2006/0425 finali - COD 2006/0144 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.7.2006

KUMM(2006) 425 finali

2006/0144 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u -Direttiva 2001/112/KE

(preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2006) 1044}{SEG(2006) 1045}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

( Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Fil- White Paper dwar is-Sigurtà ta’ l-ikel, il-Kummissjoni ħabbret proposta li temenda d-Direttiva ta’ qafas 89/107/KEE dwar l-addittivi ta’ l-ikel sabiex tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi fejn għandhom x’jaqsmu l-enzimi ta’ l-ikel. Valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni wasslet biex tkun żviluppata proposta speċifika għall-enzimi ta’ l-ikel.

Bħalissa, l-ambitu tad-Direttiva 89/107/KEE ikopri biss l-enzimi li jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel, u żewġ enzimi biss huma awtorizzati taħt din id-Direttiva. L-enzimi li jifdal m’huma rregolati xejn jew huma rregolati bħala għajnuniet għall-ipproċessar taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri, li hija differenti. Għalhekk, hemm il-ħtieġa għal regoli armonizzati fuq livell Komunitarju, biex ikunu promossi l-kummerċ ġust u l-funzjonament effettiv tas-suq intern fl-enzimi ta’ l-ikel, u biex ikunu żgurati l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-interessi tal-konsumaturi. Proposta għal Regolament ġdid dwar l-enzimi ta’ l-ikel, bħala parti mill-pakkett dwar l-aġenti tat-titjib ta’ l-ikel, hija inkluża fil-Programm ta’ Xogħol,Leġiżlattiv tal-Kummissjoni ta’ l-2005.

( Il-kuntest ġenerali

Fl-UE, il-leġiżlazzjoni li tikkontrolla l-użu ta’ l-enzimi fl-ipproċessar ta’ l-ikel mhix armonizzata għalkollox. Il-kuntest regolatorju nazzjonali għall-enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ l-ikel ivarja sew bejn l-Istati Membri. Ftit Stati Membri biss għandhom proċedura ta’ awtorizzazzjoni mandatorja jew volontarja, il-maġġoranza m’għandhom xejn. Barra minn hekk, hemm opinjonijiet differenti fost l-Istati Membri fejn jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ l-enzimi f’addittivi ta’ l-ikel jew f’għajnuniet għall-ipproċessar, skond il-funzjoni tagħhom fil-proċess ta’ l-ikel jew ta’ l-ikel finali. In-nuqqas ta’ regoli armonizzati fil-Komunità ħoloq barrieri għall-kummerċ ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u fixkel it-tkabbir f’dan il-qasam.

Fejn tikkonċerna s-sigurtà, fuq livell Ewropew la hemm evalwazzjoni tas-sigurtà u lanqas awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel, ħlief għal dawk li jitqiesu bħala addittivi ta’ l-ikel. Storikament, l-enzimi ta’ l-ikel kienu jitqiesu bħala li mhumiex tossiċi. Madankollu, l-industrija ta’ l-enzimi ta’ l-ikel kontinwament tagħmel ħilitha biex tiżviluppa teknoloġija mtejba fl-iżvilupp ta’ enzimi ta’ l-ikel li matul is-snin saru aktar komplessi u sofistikati. Jista’ jkun hemm xi perikli potenzjali li ġejjin min-natura u mis-sors kimiku tagħhom, bħall-allerġiniċità, it-tossiċità relatata ma’ l-attività, l-attività mikrobijoloġika residwa, u t-tossiċità kimika. Għalhekk, il-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ l-enzimi ta’ l-ikel kollha, inklużi dawk li jiġu prodotti b’mikroorganiżmi modifikati ġenetikament (GMOs), hija essenzjali biex tkun żgurata s-sigurtà tal-konsumatur.

( Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa tippermetti l-użu ta’ żewġ enzimi bħala addittivi ta’ l-ikel: l-Invertase E 1103 u l-Lysozyme E1105.

Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE dwar ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, jirregolaw l-użu ta’ ċerti enzimi ta’ l-ikel f’dan l-ikel speċifiku.

( Il-konsistenza mal-politika u ma’ l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni

L-għanijiet ta’ politika li għandhom jintlaħqu huma:

- il-promozzjoni tal-kummerċ ġust fl-enzimi ta’ l-ikel biex tkun żgurata industrija ta’ l-ikel effiċjenti u kompetittiva internazzjonalment;

- il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-interessi tal-konsumaturi.

Dawn l-għanijiet se jikkontribwixxu għall-għanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni kif stabbilit fl-Istrateġija ta’ Liżbona, fil-pjan ta’ ħames snin tal-Kummissjoni, u fil- White Paper tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà ta’ l-ikel li ġiet ippubblikata fl-2000.

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

( Il-Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin ikkonċernati u profil ġenerali ta’ min wieġeb

Saret tfittxija għall-opinjoni ta’ l-Istati Membri u tal-partijiet interessati permezz ta’ konsultazzjonijiet li saru f’diversi gruppi ta’ ħidma kif ukoll matul il-kuntatti bilaterali mal-partijiet interessati li ilhom isiru sa mis-sena 2000. Fost il-partijiet interessati li ġew ikkonsultati kien hemm:

Il-BEUC (L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi)

Is-CIAA (Il-Konfederazzjoni ta’ l-Industriji ta’ l-Ikel u tax-Xorb ta’ l-UE)

CEFIC (Il-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija Kimika)

L-AMFEP (L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi u tal-Formulaturi tal-prodotti ta’ l-Enzimi)

L-ELC (Il-Federazzjoni ta’ l-Industriji Ewropej ta’ l-Addittivi ta’ l-Ikel u ta’ l-Enzimi ta’ l-Ikel)

L-ISA (L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sustanzi li Jagħtu Ħlewwa)

Il-FEDIMA (Il-Federazzjoni ta’ l-Industriji tal-Prodotti Intermedji għan-Negozji tal-Furnara u tal-Ħelu fiż-ŻEE)

Iċ-CAOBISCO (L-Assoċjazzjoni ta’ l-Industriji taċ-Ċikkulata, tal-Gallettini u tal-Ħelu ta’ l-UE)

Barra minn hekk, fit-22.2.2005 ġie ċċirkolat kwestjonarju dwar l-impatti tal-proposta fost il-partijiet interessati differenti, fejn sa tmiem il-konsultazzjonijiet kienu waslu 70 tweġiba.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Wara kull konsultazzjoni tqiesu l-kummenti u ġew adattati t-testi. Dwar il-proposta jeżisti kunsens ġenerali. Il-punti li ġejjin tqajmu speċifikament u l-kummenti tqiesu kif ġej:

1. L-armonizzazzjoni u l-ambitu tal-leġiżlazzjoni

L-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika li tarmonizza dwar l-enzimi ta’ l-ikel ġeneralment intlaqgħet tajjeb.

2. L-armonizzazzjoni ta’ l-evalwazzjoni tas-sigurtà u ta’ l-awtorizzazzjoni:

Il-partijiet interessati kollha kienu ġeneralment pożitivi għall-introduzzjoni ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà u ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel ma’ l-Ewropa kollha.

3. L-ittikkettar ta’ l-enzimi fuq l-ikel:

Fil-bidu, l-ittikkettar propost ta’ l-enzimi li m’għandhom l-ebda funzjoni ta’ l-ikel qajjem tħassib fl-industrija ta’ l-ikel. Min-naħa l-oħra, uħud mill-Istati Membri u mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi appoġġjaw tikkettar aktar speċifiku għall-enzimi li huma preżenti ta’ l-ikel. Ir-regoli riveduti ta’ l-ittikkettar jeħtieġu tikkettar speċifiku u informattiv għall-enzimi li għandhom funzjoni teknoloġika ta’ l-ikel finali, iżda jeskludu mill-ittikkettar l-enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar.

4. L-awtorizzazzjoni bi żmien limitat:

Kien hemm indikazzjoni qawwija min-naħa ta’ l-industrija li awtorizzazzjoni bi żmien limitat setgħet tkun barriera għall-innovazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi qiesu li l-approvazzjonijiet ta’ l-enzimi għandhom jibqgħu jiġu riveduti biex ikun żgurat li jibqgħu attwali. Qed tiġi proposta soluzzjoni intermedja fejn il-produtturi jew l-utenti ta’ l-enzimi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, bl-informazzjoni dwar l-użi effettivi.

5. Il-perjodi tranżitorji:

Il-proposta tistabbilixxi proċedura għal tranżizzjoni bla xkiel lejn lista pożittiva Komunitarja. Il-konsultazzjoni indikat li matul dan il-perjodu tranżitorju, l-industrija għandha tkompli tkun tista’ tiżviluppa u tqiegħed fuq is-suq enzimi ġodda. Biex ikun evitat li tiġi mfixkla l-innovazzjoni f’dan is-settur, il-proposta issa tipprevedi miżuri tranżitorji oħra.

( Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza

L-oqsma xjentifiċi/ta’ kompetenza konċernati

Twettaq "Studju ta’ l-enzimi użati fl-oġġetti ta’ l-ikel u l-qbil tad-data relatata dwar is-sigurtà tagħhom", taħt il-proċedura ta’ kooperazzjoni xjentifika fi ħdan il-qafas legali tad-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE 'dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta’ kwistjonijiet dwar l-ikel (SCOOP)'.

Il-metodoloġija użata

Inġabret data dwar is-sistemi ta’ approvazzjoni, dwar proċeduri ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà u dwar l-użi ta’ l-enzimi fl-UE minn 9 Stati Membri.

L-organizzazzjonijiet/l-esperti ewlenin ikkonsultati

Esperti minn 9 Stati Membri u mill-AMFEP.

Sommarju tal-parir li ngħata u li ntuża

L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irreversibbli ma ssemmietx.

It- Task Force ta’ l-iSCOOP ikkonkludiet li "intlaħaq kunsens biex ikun sostnut li, fil-każijiet kollha, ikun xi jkun l-istatus jew tkun xi tkun il-klassifikazzjoni ta’ l-enzima, hija meħtieġa raġuni fundamentali għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ".

Il-mezzi li ntużaw biex il-parir ta’ l-espert ikun disponibbli għall-pubbliku

Ir-rapport kien ippubblikat fuq: http://europa.eu.int/comm/food/fs/scoop/7.4.1_en.pdf

( Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

L-impatti mistennija dwar l-għażliet differenti jikkonċernaw aspetti ekonomiċi u soċjali. Mhumiex mistennija impatti ambjentali mill-għażliet differenti meqjusa, għaliex l-industrija konċernata – l-industrija ta’ l-ikel – hija involuta fl-ipproċessar sekondarju u terzjarju tal-prodotti ta’ l-ikel. L-enzimi diġà huma użati estensivament.

1. L-ebda azzjoni

1.1 L-impatt ekonomiku

L-inċertezza legali attwali minħabba l-metodi regolatorji differenti fost l-Istati Membri għandha tibqa’, flimkien mat-tagħwiġ attwali tas-suq fil-kummerċ ta’ l-enzimi ta’ l-ikel. Il-produtturi ta’ l-enzimi għandhom ikomplu jfittxu l-awtorizzazzjoni għall-istess enzima f’iktar minn Stat Membru wieħed, li għall-industrija huwa piż amministrattiv u finanzjarju.

1.2 L-impatt soċjali

Id-differenzi fil-perċezzjoni tar-riskju, fl-evalwazzjoni tas-sigurtà u fir-regolazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel fost l-Istati Membri se jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur. L-enzimi prodotti minn GMO li mhumiex koperti mir-Regolament 1829/2003, bħall-enzimi tal-mikrobi, mhux se jiġu vvaluatati għas-sigurtà tagħhom.

2. L-istrument mhux regolatorju

2.1 L-impatt ekonomiku

L-awtoregolazzjoni għandha tipprovdi l-flessibilità; min-naħa l-oħra, l-enzimi ta’ l-ikel huma diġà rregolati mil-liġi Komunitarja meta jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel u mil-leġiżlazzjoni nazzjonali meta jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar . Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni kontradittorja u konfuża għall-industrija u għal impatt ekonomiku negattiv.

2.2 L-impatt soċjali

Evalwazzjoni tas-sigurtà li ma ssirx minn korp indipendenti mhux se tikseb l-istess livell ta’ aċċettazzjoni mill-pubbliku. It-trasparenza tal-proċeduri mibnija f’sistema awtoregolatorja se tkun limitata. Sitwazzjoni legali mhux ċara se tirriżulta f’telf tal-kunfidenza tal-konsumaturi, speċjalment fejn jikkonċerna l-enzimi miksuba mill-GMOs.

3. Il-metodu regolatorju

3.1 L-impatti ekonomiċi

Minħabba li l-ispiża ta’ l-awtorizzazzjoni, li hija stmata li tvarja bejn 150 u 250k € għal kull enzima, l-armonizzazzjoni ta’ l-evalwazzjoni tas-sigurtà u ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-enżmi ta’ l-ikel jistgħu jirriżultaw f’investimenti ogħla bil-quddiem qabel ma l-enzimi ta’ l-ikel jiġu introdotti fis-suq . Madankollu, uħud mill-Istati Membri diġà għandhom proċeduri ta’ awtorizzazzjoni li jinvolvu spejjeż simili għall-kumpaniji li jqiegħdu fuq is-suq il-prodotti tagħhom f’dawk l-Istati Membri. B’din il-proposta, l-industrija se tibbenefika minn proċedura Komunitarja armonizzata bi skadenzi definiti, minflok għadd ta’ proċeduri nazzjonali.

Il-proposta teżenta mill-ittikkettar dawk l-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar. L-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw bl-istess mod bħala addittivi ta’ l-ikel, biex jeżerċitaw funzjoni teknoloġika ta’ l-ikel finali, għandhom ikunu tikkettati bil-funzjoni tagħhom (eż. stabilizzatur eċċ) u bl-isem speċifiku tagħhom. Mhux probabbli li din id-dispożizzjoni jkollha impatt ekonomiku fuq in-negozji, għaliex numru limitat ta’ enzimi biss (bħalissa 2 biss u fil-futur mhux iktar minn tużżana) ikun hemm il-ħtieġa li jiġu tikkettati. Dan jimplika li m’hu se jkun hemm l-ebda bidla kbir fis-sitwazzjoni attwali.

Din il-proposta se jkollha impatt limitat ħafna fuq il-familji. Għalkemm l-ispejjeż ta’ l-evalwazzjoni jidhru għoljin, mhux probabbli li dawn l-ispejjeż se jirriżultaw fi żjidiet sinifikanti fl-ammont ta’ flus li l-konsumaturi jonfqu għall-ikel.

3.2 L-impatt soċjali

Wieħed jista’ jistenna li s-sistema komprensiva proposta ta’ l-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ l-enzimi ta’ l-ikel se jkollha impatti pożittivi fuq is-saħħa pubblika u fuq il-kunfidenza tal-konsumatur.

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni ta’ l-impatt li hija elenkata fil-Programm ta’ Xogħol, u li r-rapport tagħha huwa aċċessibbli fuq [ http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/additives/index_en.htm ].

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

( Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

Ir-Regolament propost jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel, jipprovdi biex titwaqqaf lista Komunitarja ta’ enzimi ta’ l-ikel approvati u jistabbilixxi r-regoli ta’ l-ittikkettar għal dawk l-enzimi. Il-proposta se tikkompleta l-qafas tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament.

( Il-bażi legali

L-Artikolu 95 tat-Trattat KE

( Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni u sakemm ikun hemm inċertezza fl-istat attwali tar-riċerka xjentifika, li huwa partikolarment il-każ f’setturi ġodda tat-teknoloġija bħall-enzimi ta’ l-ikel, huma l-Istati Membri stess li jridu jiddeċiedu dwar il-livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem li jixtiequ jiżguraw u jekk jeħtieġux awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fuq is-suq ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-moviment liberu tal-prodotti fil-Komunità. F’termini ta’ valutazzjoni tar-riskju, ħafna drabi l-Istati Membri jibdew b’suppożizzjonijiet xjentifiċi differenti u jistgħu jeħtieġu data xjentifika differenti. Għalhekk, jekk l-Istati Membri kellhom jintroduċu l-leġiżlazzjoni tagħhom stess, dan għandu joħloq riskju li jinħolqu barrieri għall-kummerċ u piżijiet possibbli għall-industrija mir-rekwiżiti differenti li jistgħu jinqalgħu, kif ukoll livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur fost l-Istati Membri.

Azzjoni Komunitarja se tissodisfa aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Minħabba li l-enzimi ta’ l-ikel u l-ikel li fih dawk l-enzimi jiġu kkummerċjati min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, l-Istati Membri ma jistgħux huma stess jiksbu biżżejjed l-għanijiet tal-proposta. Iridu jiġu mmaniġġjati 300 enzima ta’ l-ikel. Dan jeħtieġ metodu armonizzat u ċentralizzat.

L-effiċjenza tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern, b’kondizzjonijiet ugwali għall-opertauri ekonomiċi kollha, se jindika li l-għanijiet jintlaħqu l-aħjar b’azzjoni Komunitarja.

Il-proposta tikseb l-għanijiet tagħha billi tillimita l-ambitu tagħha għall-kondizzjonijiet ġenerali għall-użu bla periklu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel, għad-dispożizzjonijiet għat-twaqqif ta’ lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel, u għad-dispożizzjonijiet komuni ta’ l-ittikkettar.

Il-proposta, għalhekk, hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

( Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Il-proposta hija Regolament ta’ qafas li tistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-użu mingħajr periklu u għall-awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel permezz ta’ lista Komunitarja. F’termini ta’ informazzjoni għall-konsumatur, il-proposta tipprevedi tikkettjar proporzjonat ta’ enzimi ta’ l-ikel bi spiża limitata għall-industrija waqt li fl-istess ħin, fejn ikun meħtieġ, toffri informazzjoni biżżejjed lill-konsumatur.

Il-proċedura Komunitarja għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ l-enzimi ta’ l-ikel se jkollha impatt finanzjarju u amministrattiv fuq l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-ikel. Madankollu, se ċċaqlaq il-piż tal-valutazzjoni tas-sigurtà minn fuq dawk l-Istati Membri li bħalissa għandhom leġiżlazzjoni dwar l-enzimi ta’ l-ikel, u se tħallihom jidderieġu r-riżorsi tagħhom aktar lejn l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u lejn l-attivitajiet ta’ kontroll. L-impatt finanzjarju u b’mod partikolari l-impatt amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi se jitnaqqas peress li se jkollhom japplikaw għal awtorizzazzjoni Komunitarja waħda minflok għal għadd ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali.

( L-għażla ta’ l-istrumenti

L-istrumenti proposti: regolament.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta huma ta’ natura teknika. L-użu ta’ regolament bħala l-istrument legali għall-proposta se jiżgura applikazzjoni uniformi u diretta tar-regoli għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-kompetittività ta’ l-industrija.

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Il-Komunità tista’ tiffinanzja t-twaqqif ta’ politika u ta’ sistema armonizzati fil-qasam ta’ l-enżimi ta’ l-ikel inkluż:

l-iżvilupp ta’ bażi tad-data xierqa biex tinġabar u tinżamm l-informazzjoni kollha li hija relatata mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-enzimi, it-twettiq ta’ studji meħtieġa għall-preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni, għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri, għall-kriterji tat-teħid ta’ deċiżjoni u għar-rekwiżiti tad-data ħalli jiġi ffaċilitat il-qsim tax-xogħol bejn l-Istati Membri u biex tkun żviluppata gwida f’dawn l-oqsma.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

( Is-simulazzjoni, il-fażi pilota u l-perjodu tranżitorju

Kien hemm jew se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta.

( Is-semplifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi s-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta’ l-UE jew nazzjonali) u għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-partijiet privati.

L-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel mill-awtoritajiet nazzjonali se jiġu sostitwiti bi proċedura Komunitarja.

Il-piż amministrattiv se jitnaqqas għall-partijiet privati, peress li dawn se jkollhom japplikaw għal awtorizzazzjoni Komunitarja waħda minflok għal għadd ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali.

Il-proposta hija inkluża fil-programm dejjem għaddej tal-Kummissjoni dwar l-aġġornament u s-semplifikazzjoni ta’ l- acquis communautaire u tal-Programm ta’ Xogħol u Leġiżlazzjoni tagħha, bir-referenza 2005/SANCO/034.

( Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

( Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Kapitolu I - Is-suġġett, l-ambitu u d-definizzjonijiet.

Ir-Regolament propost se japplika għall-enzimi li jintużaw għal skop teknoloġiku fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ l-ikel, inklużi dawk li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar ('enzimi ta’ l-ikel'). L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni tas-sigurtà u għal approvazzjoni permezz ta’ lista Komunitarja.

Kapitolu II – Il-listi Komunitarji ta’ l-enzimi ta’ l-ikel approvati

L-enzimi ta’ l-ikel kollha u l-użu tagħhom ta’ l-ikel se jkunu evalwati għas-sigurtà, għall-ħtieġa teknoloġika, għall-benefiċċju lill-konsumatur u li l-konsumatur ma jkunx qed jiġi żgwidat mill-użu. Skond id-deċiżjoni biex ikunu sseparati l-ġestjoni tar-riskju u l-valutazzjoni tar-riskju, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-ikel (l-EFSA) se twettaq l-evalwazzjonijiet tas-sigurtà. L-inklużjoni ta’ enzima ta’ l-ikel fil-lista Komunitarja se titqies mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-EFSA, waqt li jitqiesu kriterji ġenerali oħrajn (il-ħtieġa teknoloġika, l-aspetti marbuta mal-konsumatur). Għal kull enzima ta’ l-ikel li tiġi inkluża fil-lista pożittiva għandhom jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet, inklużi l-kriterji dwar il-purità u l-oriġini ta’ l-enzima ta’ l-ikel.

Kapitolu III – L-ittikkettar

Ir-Regolament propost jintroduċi rekwiżiti ta’ tikkettar għall-enzimi ta’ l-ikel li jinbiegħu lill-manifattur jew direttament lill-konsumatur. Għall-iskop ta’ l-ittikkettar, skond id-Direttiva 2000/13/KE li għandha x’taqsam ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel, l-enzimi li jintużaw ta’ l-ikel għandhom jitqiesu bħala ingredjenti bħall-addittivi. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-enzimi ta’ l-ikel se jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar, jiġifieri se jkunu preżenti ta’ l-ikel fil-forma ta’ residwu, jekk ikun hemm, u m’hu se jkollhom l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott lest. Waqt li qed jitqies li l-enzimi ta’ l-ikel kollha se jkunu vvaluatati għas-sigurtà tagħhom, qed ikun propost li l-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar jiġu eżentati mill-ittikkettar. L-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw biex jeżerċitaw funzjoni teknoloġika ta’ l-ikel finali se jiġu tikkettati bil-funzjoni tagħhom (eż. stabilizzatur eċċ) u bl-isem speċifiku tagħhom.

Kapitolu IV – Id-dispożizzjonijiet proċedurali u l-implimentazzjoni

Kulfejn ikun meħtieġ, il-produtturi jew l-utenti ta’ l-enzimi ta’ l-ikel se jkunu obbligati jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà dwar l-enzima ta’ l-ikel.

L-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fir-Regolament se jkunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja li ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Kapitolu V – Id-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Minħabba li ħafna enzimi ta’ l-ikel diġà jinstabu fuq is-suq fil-Komunità, it-tranżizzjoni lejn lista pożittiva Komunitarja għandha tkun mingħajr problemi u m’għandhiex twassal għal kondizzjonijiet inġusti għall-produtturi ta’ l-enzimi. Għalhekk, il-proposta tipprevedi perjodu inizjali ta’ 24 xahar, wara d-data ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi previsti fir-Regolament tal-proċedura komuni, li matulhom jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet. It-twaqqif tal-lista Komunitarja se ssir fi proċedura ta’ pass wieħed, wara li l-Awtorità tkun esprimiet l-opinjonijiet tagħha dwar il-prodotti kollha li dwarhom tkun ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni matul il-perjodu ta’ 24 xahar. Sakemm tiġi stabbilita l-lista Komunitarja, l-enzimi ta’ l-ikel u l-ikel prodott bl-enzimi ta’ l-ikel jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw, skond ir-regoli nazzjonali eżistenti. Għar-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar proposti qed ikun previst ukoll perjodu tranżitorju.

2006/0144 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-enzimi ta’ l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u -Direttiva 2001/112/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Il-moviment liberu ta’ ikel mhux perikoluż u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem għandu jiġi żgurat biex titwettaq il-politika tal-Komunità.

(3) L-enzimi, għajr għal dawk li jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel, bħalissa mhumiex irregolati jew huma rregolati bħala għajnuniet għall-ipproċessar taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar il-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel jistgħu jfixklu l-moviment liberu tagħhom, waqt li jinħolqu kondizzjonijiet għal kompetizzjoni inegwali u inġusta. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli Komunitarji li jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel.

(4) Dan ir-Regolament għandu jkopri biss l-enzimi li jiġu miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ ikel bħal dan, inklużi l-enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar (‘enzimi ta’ l-ikel’). L-ambitu ta’ dan ir-Regolament, għalhekk, m’għandux jestendi għal enzimi li ma jiġux miżjuda ma’ l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika iżda li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bħall-enzimi bi skopijiet nutrizzjonali. Il-kolturi tal-mikrobi li tradizzjonalment jintużaw fil-produzzjoni ta’ ikel bħall-ġobon u l-inbid, u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom, m’għandhomx jitqiesu bħala enzimi ta’ l-ikel.

(5) L-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw esklużivament fil-produzzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament […] dwar l-addittivi ta’ l-ikel, tas-sustanzi li jagħtu t-togħma li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament […] dwar is-sustanzi li jagħtu t-togħma […] u ta’ l-ikel ġdid li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ta’ l-ikel il-ġdid[3] għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament, peress li s-sigurtà ta’ dan l-ikel diġà ġiet ivvalutata u rregolata. Madankollu, meta dawn l-enzimi ta’ l-ikel jintużaw bħala tali ta’ l-ikel, ikunu minn dan ir-Regolament.

(6) L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu bla periklu meta jintużaw, għandu jkun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, u l-użu tagħhom m’għandux jiżgwida lill-konsumatur.

(7) Uħud mill-enzimi ta’ l-ikel jiġu permessi għal użi speċifiċi, bħal fil-meraq tal-frott u f’ċerti prodotti simili u f’ċerti lattoproteini maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għal ċerta prattika u ċerti proċessi enoloġiċi li ġew awtorizzati. Dawk l-enzimi ta’ l-ikel għandhom jintużaw skond dan ir-Regolament u skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman[4], id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta’ Lulju 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem[5] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid,[6] għalhekk għandhom jiġu emendati skond dan.

(8) L-enzimi ta’ l-ikel li l-użu tagħhom huwa permess fil-Komunità għandhom jidhru f’lista Komunitarja li għandha tiddeskrivi l-enzimi b’mod ċar, tispeċifika kwalunkwe kondizzjoni li tirregola l-użu tagħhom u tkun supplimentata bl-ispeċifikazzjonijiet, b’mod partikolari dwar l-oriġini tagħhom u dwar il-kriterji ta’ purità. Fejn l-enzima ta’ l-ikel ikun fiha jew tikkonsisti minn organiżmu modifikat ġenetikament (“GMO”) fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE[7], l-identifikatur uniku assenjat lill-GMO taħt dak ir-Regolament għandu wkoll jiġi inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet.

(9) Biex ikun hemm armonizzazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u l-inklużjoni tagħhom fil-lista Komunitarja għandhom isiru skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel[8].

(10) Taħt ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel[9], l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-ikel (‘l-Awtorità’) għandha tkun ikkonsultata dwar kwistjonijiet li hemm probabbiltà li se jaffettwaw is-saħħa pubblika.

(11) Enzima ta’ l-ikel li taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[10] għandha tiġi awtorizzata skond dak ir-Regolament, qabel l-approvazzjoni tagħha taħt dan ir-Regolament.

(12) Enzima ta’ l-ikel li diġà hija inkluża fil-lista Komunitarja taħt dan ir-Regolament u ppreparata b’metodi ta’ produzzjoni jew minn materjali tal-bidu li huma differenti b’mod sinifikanti minn dawk koperti mill-valutazzjoni tar-riskju ta’ l-Awtorità, jew li huma differenti minn dawk koperti mill-awtorizzazzjoni u mill-ispeċifikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità biex issirilha evalwazzjoni, b’enfażi fuq l-ispeċifikazzjonijiet. Metodi ta’ produzzjoni jew materjali tal-bidu li huma differenti b’mod sinifikanti tista’ tfisser bidla fil-metodu ta’ produzzjoni, mill-estrazzjoni mill-pjanti sal-produzzjoni bil-fermentazzjoni billi jintuża mikroorganiżmu jew b’modifikazzjoni ġenetika tal-mikroorganiżmu oriġinali.

(13) Minħabba li ħafna enzimi ta’ l-ikel diġà qegħdin fuq is-suq Komunitarju, għandu jsir provvediment sabiex ikun żgurat li l-bidla għal lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel ssir mingħajr problemi u ma tfixkilx is-suq eżistenti ta’ l-enzimi ta’ l-ikel. Għandu jitħalla żmien biżżejjed għall-applikanti sabiex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dawn il-prodotti. Għalhekk, għandu jitħalla perjodu inizjali ta’ sentejn wara d-data ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi li ġew stabbiliti skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], biex l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex jissottomettu l-informazzjoni dwar l-enzimi eżistenti li jistgħu jiġu inklużi fil-lista Komunitarja li għandha tkun ikkompilata taħt dan ir-Regolament. Għandu jkun possibbli wkoll li matul il-perjodu inizjali ta’ sentejn jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ enzimi ġodda. L-Awtorità għandha tevalwa mingħajr dewmien l-applikazzjonijiet kollha għall-enzimi ta’ l-ikel li matul dak il-perjodu ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni dwarhom.

(14) Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, il-lista Komunitarja għandha tkun ikkompilata f’darba. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li tkun ġiet sottomessa l-valutazzjoni tar-riskju ta’ l-enzimi ta’ l-ikel kollha li matul il-perjodu inizjali ta’ sentejn tkun ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni dwarhom.

(15) Huwa mistenni li matul il-perjodu inizjali ta’ sentejn jiġu sottomessi numru sinifikanti ta’ applikazzjonijiet. Għalhekk, jista’ jkun hemm bżonn ta’ perjodu twil qabel ma titlesta l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qabel ma tkun ikkompilata l-lista Komunitarja. Biex ikun żgurat aċċess ugwali għas-suq għall-enzimi ta’ l-ikel il-ġodda wara l-perjodu inizjali ta’ sentejn, għandu jingħata perjodu tranżitorju li matulu l-enzimi ta’ l-ikel u l-ikel li juża l-enzimi ta’ l-ikel jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm tkun ikkompilata l-lista Komunitarja, skond ir-regoli nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri.

(16) L-enzimi ta’ l-ikel Invertase E 1103 u Lysozyme E 1105, li ġew awtorizzati bħala addittivi ta’ l-ikel taħt id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa[11], u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom, għandhom jiġu trasferiti mid-Direttiva 95/2/KE għal-lista Komunitarja meta tiġi kkompilata minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 jawtorizza l-użu ta’ l-ureża, tal-beta-glucanase u tal-lysozyme fl-inbid, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 ta’ l-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi Komunitarju tal-prattika u tal-proċessi enoloġiċi[12]. Dawk is-sustanzi huma enzimi ta’ l-ikel u għandhom jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, meta tiġi kkompilata l-lista Komunitarja, għandhom jiġu miżjuda magħha biex jintużaw fl-inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1622/2000.

(17) L-enzimi ta’ l-ikel jibqgħu soġġetti għall-obbligi ġenerali ta’ l-ittikkettar li huma provduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fir-Regolament (KE) Nru 1830/2003, skond kif ikun japplika. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ l-ittikkettar għall-enzimi ta’ l-ikel mibjugħa bħala tali lill-manifattur jew lill-konsumatur għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(18) L-enzimi ta’ l-ikel huma koperti bid-definizzjoni ta’ l-ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u għalhekk, meta jintużaw ta’ l-ikel, huwa meħtieġ li jkunu indikati bħala ingredjenti fl-ittikkettar ta’ l-ikel skond id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel[13]. L-enzimi ta’ l-ikel għandhom jiġu indikati permezz tal-funzjoni teknoloġika tagħhom ta’ l-ikel, segwita mill-isem speċifiku ta’ l-enzima ta’ l-ikel. Madankollu, għandu jsir provvediment għal deroga mid-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar f’każijiet fejn l-enzima ma twettaq l-ebda funzjoni teknoloġika fil-prodott finali, iżda hija preżenti fl-oġġett ta’ l-ikel biss bħala riżultat ta’ trasferiment minn wieħed mill-ingredjenti jew aktar ta’ l-oġġett ta’ l-ikel jew fejn tintuża bħala għajnuna għall-ipproċessar. Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(19) L-enzimi ta’ l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u għandhom ikunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ fid-dawl ta’ kondizzjonijiet li jinbidlu li jirregolaw l-użu tagħhom u fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida.

(20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprevedi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[14].

(21) Biex tiġi żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-enzimi ta’ l-ikel b’mod proporzjonat u effettiv, huwa neċessarju li tinġabar id-data, ikun hemm qsim ta’ l-informazzjoni u jkun koordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista’ jkun utli li jsiru studji sabiex ikunu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi ħalli jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni. Huwa xieraq li bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha l-Komunità tista’ tiffinanzja studji bħal dawn. L-iffinanzjar ta’ tali miżuri huwa kopert mir-Regolament (KE0 Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li saru għall-aċċertament u l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, dwar saħħet l-annimali u regoli dwar il-benesseri ta’ l-annimali[15] u konegwentament il-bażi legali għall-iffinanzjar tal-miżuri li jissemmew hawn fuq għandhom ikunu r-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(22) L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(23) Minħabba li l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jkunu stabbiliti r-regoli Komunitarji dwar l-enzimi ta’ l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u l-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, jista’ jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Is-suġġett, l-ambitu u d-definizzjonijiet

Artikolu 1 Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw ta’ l-ikel, inklużi tali enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar, biex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

Għal dawn l-iskopijiet, dan ir-Regolament jipprovdi għal:

(a) lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel approvati;

(b) il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel ta’ l-ikel;

(c) ir-regoli dwar l-ittikkettar ta’ l-enzimi ta’ l-ikel li jinbiegħu bħala tali.

Artikolu 2 L-ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-enzimi ta’ l-ikel.

2. Dan ir-Regolament m’għandux japplikax għall-enzimi ta’ l-ikel li jintużaw esklużivament fil-produzzjoni ta’:

(a) addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru …[dwar l-addittivi ta’ l-ikel];

(b) sustanzi li jagħtu t-togħma li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru …[dwar is-sustanzi li jagħtu t-togħma];

(c) ikel ġdid li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

3. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola Komunitarja speċifika li tikkonċerna l-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel:

(a) f’ikel speċifiku;

(b) għal skopijiet li mhumiex dawk koperti minn dan ir-Regolament.

4. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal kolturi tal-mikrobi li jintużaw tradizzjonalment fil-produzzjoni ta’ l-ikel u li jista’ jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom.

5. Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 16(2), jista’ jiġi deċiż jekk sustanza taqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew le.

Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, fir-Regolament 1829/2003 u fir-Regolament (KE) Nru […] [ir-Regolament dwar l-addittivi ta’ l-ikel] għandhom japplikaw.

Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll:

‘enzima ta’ l-ikel’ tfisser prodott miksub bl-estrazzjoni mill-pjanti jew mill-annimali jew bi proċess ta’ fermentazzjoni billi jintużaw il-mikroorganiżmi:

(a) li jkun fihom enzima waħda jew aktar li kapaċi li tikkatalizza reazzjoni bijokimika speċifika; u

(b) miżjuda ma’ l-ikel li jwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ l-ikel.

Kapitolu II Il-lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel approvati

Artikolu 4 Il-lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel

Skond l-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu provduti fl-Artikolu 6(2), l-enzimi ta’ l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja biss jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq bħala tali u jintużaw ta’ l-ikel.

Artikolu 5 Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-inklużjoni u għall-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel fil-lista Komunitarja

Enzima ta’ l-ikel tista’ tiġi inkluża fil-lista Komunitarja biss jekk tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli, ma tikkawżax tħassib għas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost;

(b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli;

(c) l-użu tagħha ma jiżgwidax lill-konsumatur.

Artikolu 6 Il-kontenut tal-lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel

1. Skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […][li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], enzima ta’ l-ikel li tkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tista’ tiġi inkluża fil-lista Komunitarja.

2. L-annotazzjoni ta’ enzima ta’ l-ikel fil-lista Komunitarja għandha tispeċifika:

(a) l-isem ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

(b) l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-enzima ta’ l-ikel, li jinkludu l-oriġini tagħha, il-kriterji ta’ purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra; fejn l-enzima ta’ l-ikel taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi inkluża referenza għall-identifikatur uniku li jkun attribwit għall-organiżmu modifikat ġenetikament skond dak ir-Regolament;

(c) jekk ikun meħtieġ, l-ikel li miegħu tista’ tiġi miżjuda l-enzima ta’ l-ikel;

(d) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet li fihom tista’ tintuża l-enzima ta’ l-ikel;

(e) jekk ikun xieraq, jekk hemmx kwalunkwe restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ l-enzima ta’ l-ikel direttament lill-konsumatur jew le;

(f) fejn ikun meħtieġ, ir-rekwiżiti speċifiċi fejn għandu x’jaqsam l-ittikkettar ta’ l-ikel li fih intużaw l-enzimi ta’ l-ikel sabiex ikun żgurat li l-konsumatur finali jkun informat dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew dwar it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu.

3. Il-lista Komunitarja għandha tiġi emendata skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel.

Artikolu 7 L-inkluzjoni ta’ enzimi modifikati ġenetikament fil-lista Komunitarja

Enzima ta’ l-ikel li taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tista’ tkun inkluża fil-lista Komunitarja biss wara li tkun ġiet awtorizzata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

Kapitolu III L-ittikkettar

TAQSIMA 1 L-ITTIKKETTAR TA’ L-ENZIMI TA’ L-IKEL LI MHUMIEX MAħSUBA GħALL-BEJGħ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 8 L-ittikkettar ta’ l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

L-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin u/jew ma’ ingredjenti kif iddefinit fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss fejn l-ippakkjar jew il-kontenituri ikollhom fuqhom l-informazzjoni provdut fl-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament, li trid tkun tidher sew, tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

Artikolu 9 Ir-rekwiziti ta’ l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ l-enzimi ta’ l-ikel

1. Fejn l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma’ xulxin, l-ippakkjar jew il-kontenituri tagħhom għandu jkollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja fejn għandha x’taqsam kull enzima ta’ l-ikel:

(a) l-isem li ġie stabbilit f’dan ir-Regolament; jew

(b) fin-nuqqas ta’ isem, kif jissemma fil-punt (a), deskrizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwiha minn prodotti oħra li wieħed jista’ jfixkilhom magħha.

2. Fejn l-enzimi ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 fejn għandha x’taqsam kull enzima ta’ l-ikel, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħha skond il-piż tat-total.

Artikolu 10 Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn jiġu inkorporati sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra fl-enzimi ta’ l-ikel

Fejn jiġu inkorporati sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel għajr l-enzimi ta’ l-ikel fl-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali biex ikunu ffaċilitati l-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom, l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża ta’ l-enzimi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqu l-informazzjoni provduta fl-Artikolu 9, u indikazzjoni ta’ kull komponent, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

Artikolu 11 Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn l-enzimi ta’ l-ikel jiġu mħallta ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra

Fejn l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-enzimi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Artikolu 12 Ir-rekwiżiti ġenerali ta’ l-informazzjoni għall-enzimi ta’ l-ikel

1. L-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-enzimi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu ta’ l-ikel' jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett ta’ l-ikel' jew referenza aktar speċifika dwar l-użu maħsub tagħha ta’ l-ikel;

(b) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna u ta’ l-użu;

(c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni ta’ dawn għandha tipprekludi l-użu xieraq ta’ l-enzima ta’ l-ikel;

(d) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

(e) l-isem jew l-isem u l-indirizz kummerċjali tal-manifattur, ta’ min jippakkja jew tal-bejjiegħ;

(f) fejn komponent ta’ l-enzima ta’ l-ikel huwa soġġett għal limitu fuq il-kwantità ta’ l-ikel, indikazzjoni tal-persentaġġ ta’ dak il-komponent ta’ l-enzima ta’ l-ikel jew informazzjoni biżżejjed dwar il-kompożizzjoni ta’ l-enzima ta’ l-ikel biex ix-xerrej ikun jista’ jiżgura l-konformità mal-limitu fuq il-kwantità ta’ l-ikel; fejn l-istess limitu fuq il-kwantità japplika għal grupp ta’ komponenti li jintużaw wieħed wieħed jew flimkien, il-persentaġġ kombinat jista’ jingħata bħala figura waħda; il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis ;

(g) il-kwantità netta;

(h) fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni dwar enzima ta’ l-ikel jew sustanzi oħra kif jissemma fl-Artikoli 9, 10 u 11 tar-Regolament preżenti u elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (f) u (h) ta’ dak il-paragrafu tista’ tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-kunsinna li għandhom jiġu provduti ma’ jew qabel il-kunsinna, sakemm l-indikazzjoni “maħsuba għall-manifattura ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut” tidher fuq parti li tidher sew tal-pakkett jew tal-kontenitur tal-prodott konċernat.

TAQSIMA 2 L-ITTIKKETTAR TA’ L-ENZIMI TA’ L-IKEL MAħSUBA GħALL-BEJGħ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 13 L-ittikkettar ta’ enzimi ta’ l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-enzimi ta’ l-ikel li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom ikun fih l-informazzjoni li ġejja, li trid tkun tidher sew, tinqara b’mod ċar u ma titħassarx:

(a) l-isem li bih tinbiegħ l-enzima ta’ l-ikel; dak l-isem għandu jkun magħmul mill-isem stabbilit minn kwalunkwe dispożizzjoni Komunitarja li tapplika għall-enzima ta’ l-ikel konċernata;

(b) l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 9, 10 u 1 u l-punti (a) sa (e), u (g) u (h) ta’ l-Artikolu 12(1).

TAQSIMA 3 REKWIżITI OħRAJN TA’ L-ITTIKKETTAR

Artikolu 14 Rekwiżiti oħrajn ta’ l-ittikkettar

1. L-Artikoli 8 sa 13 għandhom ikunu minghajr preġudizzju għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar dettaljati jew aktar estensivi dwar il-piżijiet u l-qisien jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, jew li japplikaw għat-trasport ta’ sustanzi bħal dawn.

2. L-informazzjoni provduta fl-Artikoli 8 sa 13 għandha tkun f’lingwa li tiftiehem faċilment mix-xerrejja.

Skond ir-regoli tat-Trattat, l-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq, fit-territorju tiegħu stess, jista’ jistipula li din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali Komunitarji, li għandha tiġi ddeterminata minn dak l-Istat Membru.

L-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jipprekludu li informazzjoni bħal din tiġi indikata f’diversi lingwi.

Kapitolu IV Id-dispożizzjonijiet proċedurali u l-implimentazzjoni

Artikolu 15 L-obbligu ta’ l-informazzjoni

1. Produttur jew utent ta’ enzima ta’ l-ikel għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ l-enzima ta’ l-ikel.

2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, produttur jew utent ta’ enzima ta’ l-ikel għandu jinformaha dwar l-użu effettiv ta’ l-enzima ta’ l-ikel.

Artikolu 16 Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill- mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Kumitat’).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fejn jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 17 Il-finanzjament tal-Komunità tal-politika armonizzata

Il-bażi legali ta’ l-iffinanzjar tal-miżuri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament huwa l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004

KAPITOLU V Id-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 18 It-twaqqif tal-lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel

1. Il-lista Komunitarja ta’ l-enzimi ta’ l-ikel għandha tkun ikkompilata fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet li jkunu saru skond il-paragrafu 2.

2. Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet għall-inklużjoni ta’ enzima ta’ l-ikel fil-lista Komunitarja.

Il-perjodu li fih iridu jiġu sottomessi applikazzjonijiet bħal dawn għandu jkun ta’ 24 xahar wara d-data ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Reġistru ta’ l-enzimi ta’ l-ikel kollha li se jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista Komunitarja, li dwarhom tkun ġiet sottomessa applikazzjoni, skond il-paragrafu 2, li tikkonforma mal-kriterji ta’ validità li għandhom jiġu stabbiliti skond skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni] (‘ir-Reġistru’). Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-applikazzjonijiet lill-Awtorità għall-opinjoni tagħha.

4. Il-lista Komunitarja għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […][li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], ladarba l-Awtorità tkun ħarġet opinjoni dwar kull enzima ta’ l-ikel li hija inkluża fir-Reġistru.

Madankollu, bħala deroga minn dik il-proċedura:

(a) l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni] m’għandux japplika għall-adozzjoni mill-Awtorità ta’ l-opinjoni tagħha;

(b) il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista Komunitarja għall-ewwel darba wara li l-Awtorità tkun tat l-opinjoni tagħha dwar l-enzimi ta’ l-ikel kollha li huma elenkati fir-Reġistru.

5. Jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe miżura tranżitorja li tkun xierqa għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 19 Il-mizuri tranżitorji għal ċerti enzimi ta’ l-ikel li hum diġà koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja

Minkejja l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament preżenti, meta tkun ikkompilata, il-lista Komunitarja għandha tinkludi l-enzimi ta’ l-ikel li ġejjin:

(a) L-Invertase E 1103 u l-Lysozyme E 1105, waqt li jkunu ddikjarati l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom, kif inhu speċifikat fl-Anness I u l-Parti C ta’ l-Anness III għad-Direttiva 95/2/KE;

(b) L-ureża, il-beta-glucanase u l-lysozyme, għall-użu fl-inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-regoli implimentattivi għal dak ir-Regolament.

Artikolu 20 L-emendi għad-Direttiva 83/417/KEE

Fid-Direttiva 83/417/KEE, fit-Taqsima III(d) ta’ l-Anness I, l-inċiżi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“– tames li jilħaq ir-rekwiżiti ta’ [il-proposta għal] Regolament […/..] dwar l-enzimi ta’ l-ikel

- enzimi oħra li jgħaqqdu l-ħalib li jilħqu r-rekwiżiti ta’ [il-proposta għal] Regolament […/..] dwar l-enzimi ta’ l-ikel”.

Artikolu 21 L-emenda għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

Fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandu jkun miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3. L-enzimi u l-preparazzjonijiet enzimatiċi li jintużaw fil-prattika u fil-proċessi enoloġiċi awtorizzati li huma elenkati fl-Anness IV, għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ [il-proposta għal] Regolament […/..] dwar l-enzimi ta’ l-ikel.”

Artikolu 22 L-emendi għad-Direttiva 2000/13/KE

B’dan qed tiġi emendata d-Direttiva 2000/13/KE kif ġej:

1. L-Artikolu 6(4) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a) ‘Ingredjent’ għandha tfisser kwalunkwe sustanza, inklużi l-addittivi u l-enzimi, li tintuża fil-manifattura jew fil-preparazzjoni ta’ oġġett ta’ l-ikel u li tkun għadha preżenti fil-prodott finali, anki jekk f’għamla mibdula.”;

(b) Fil-punt (c)(ii), il-kelma introduttiva ‘addittivi’ għandha tiġi sostitwita b’‘addittivi u enzimi’;

2. Fl-Artikolu 6(6), għandu jiġi miżjud l-inċiż li ġej:

“− l-enzimi għajr dawk li jissemmew fil-paragrafu 4(c)(ii) iridu jiġu indikati permezz ta’ l-isem ta’ waħda mill-kategoriji ta’ l-ingredjenti li huma elenkati fl-Anness II, segwit mill-isem speċifiku tagħhom,”;

Artikolu 23 L-emendi għad-Direttiva 2001/112/KE

Fid-Direttiva 2001/112/KE, ir-raba’, il-ħames u s-sitt inċiżi fit-Taqsima II (2) ta’ l-Anness I għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“– Enzimi pectolytic li jilħqu r-rekwiżiti ta’ [il-proposta għal] Regolament […/..] dwar l-enzimi ta’ l-ikel

- Enzimi proteolytic li jiħqu r-rekwiżiti ta’ [il-proposta għal] Regolament […/..] dwar l-enzimi ta’ l-ikel

- Enzimi amylolytic li jiħqu r-rekwiżiti ta’ [il-proposta għal] Regolament […/..] dwar l-enzimi ta’ l-ikel”.

Artikolu 24 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

L-Artikolu 4 għandu japplika mid-data ta’ l-applikazzjoni tal-lista Komunitarja. Sa dik id-data, fl-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ li jikkonċernaw it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ l-enzimi ta’ l-ikel u ta’ l-ikel li jiġi prodott b’enzimi ta’ l-ikel.

L-Artikoli 8 sa 14 għandhom japplikaw minn [12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enżimi ta’ l-ikel.

2. QAFAS ABM / EBA

Oqsma politiċi kkonċernat(i): Is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Attivitajiet: Is-Siġurtà ta’ l-Ikel, is-Saħħa ta’ l-Annimali, il-Benesseri ta’ l-Annimali u s-Saħħa tal-Pjanti

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati ( ex linji B.A)) li jinkludu l-intestaturi :

17.01.04.05: Is-sigurtà ta’ l-ikel u ta’ l-għalf u attivitajiet relatati – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva

3.2. Tul l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Miftuħ

3.3. Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ) :

Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

17.01.04.05 | Obbliga-torji | Diffe-renzjati[16] | LE | LE | LE | Nru 1a |

Sabiex jiġi żviluppat u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-enżimi fl-ikel b’mod proporzjonat u effettiv, jista’ jkun ta’ użu jekk isiru studji għall-ksib tad-data, għat-tqassim ta’ l-informazzjoni, u l-koordinazzjoni tax-xogħol bejn l-Istati Membri. Dan it-tip ta’ infiq b’appoġġ li huwa indikat fil-punti 4.1 u 8.1 huwa kopert mir-Regolament (KE) nru 882/2004 dwar kontrolli uffiċjali fl-ikel u fl-għalf fi ħdan l-ammonti mbassra għall-implimentazzjoni tiegħu matul l-2007/2008.

4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru. | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Nefqa operattiva[17] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[18] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

In-nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[19] |

Riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d |

Spejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e |

Spiża indikattiva finanzjarja totali ta’ l-intervenzjoni |

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi n-nefqa fuq ir-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

AĦ TOTALI li jinkludu l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

Id-dettalji dwar il-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jkunu miżjuda linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

Miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Il-korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

AI TOTALI li jinkludu l-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibilità mal-Ipprogrammar Finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[20] (i.e. strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB:

Miljuni ta’ EUR (sa l-ewwel punt deċimali)

Qabel l-azzjoni[Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

In-numru totali ta’ riżorsi umani | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fiż-żmien fil-qosor jew fit-tul

L-użu tar-Regolament dwar l-enżimi fl-Ikel għandu l-għan li jarmonizza l-użu ta’ l-enżimi fl-ikel fi ħdan l-UE. Ir-Regolament jipprevedi, fost oħrajn, għall-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ l-enżimi ta’ l-ikel awtorizzati wara valutazzjoni minn għand l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) dwar is-sigurtà tagħhom. Madwar 200 enżima ta' l-ikel huma diġà fuq is-suq tal-Komunità u huma soġġetti għal-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri. Il-valutazzjoni tas-sigurtà tagħhom u t-trasferiment fuq il-lista komunitarja għandhom ikunu mingħajr tfixkil u ġusti għall-produtturi kollha. Għalhekk il-perjodi ta’ transizzjoni huma previsti, sakemm ma jasal l-istabbiliment inizzjali tal-lista Komunitarja. Matul dan il perjodu il-Kummissjoni għandha żżomm u tagħmel disponibbli lill-pubbliku database dwar l-enżimi ta’ l-ikel li għalihom applikazzjoni valida tkun tressqet flimkien ma’ l-informazzjoni dwar l-istat tal-valutazzjon tagħhom.

Barra minn hekk, fil-ġejjieni d- data dwar l-użu ta’ l-enżimi ta’ l-ikel tista’ tkun meħtieġa f’ xi każijiet għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni.

Sabiex tkun aċċertata l-proporzjonalità tal-miżuri implimentanti li għandhom jittieħdu fil-kwadru tar-regolament propost u li jilħqu l-għanijiet tar-Regolament (KE) 882/2004 dwar il-kontroll uffiċjali fuq l-ikel u l-għalf, l-istrumenti li ġejjin huma għalhekk meħtieġa:

• Database xierqa għall-ġbir u l-ħażna ta' kull informazzjoni relatata mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-enżimi ta' l-ikel,

• jitwettqu l-istudji meħtieġa għall-preparazzjoni u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni dwar l-enżimi ta’ l-ikel,

• jitwettqu l-istudji meħtieġa għall-proċeduri ta’ l-armonizzazzjoni, il-kriterji dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u r-rekwiżiti għad- data , għall-faċilitazzjoni tat-tqassim tax-xogħol fost l-Istati Membri u li jiżviluppaw gwidi f’dawn l-oqsma.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Id- data u l-informazzjoni miksuba għandha tgħin fl-aċċertament ta’ l-aqwa protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur filwaqt li l-industrija tkun tista’ tkompli tiżviluppa u tagħmel użu mill-enżimi ta’ l-ikel.

Fis-suq armonizzat dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ approċċ koordinat li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni komparabbli bejn l-Istati Membri.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Għan 1: Li jinħoloq u tinżamm database u jitwettqu studji relatati fikollaborazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet esterni li għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċeduri xierqa.

Għan 2: Li jkun aċċertat li l-użu ta’ l-enżimi ta’ l-ikel ma jwassalx għal riskji inaċċettabbli għall-konsumatur u fl-istess ħin ma jimponix piż mhux neċessarju fuq l-industrija.

Għan 3: Ġestjonir effettiva u trasparenti ta’ l-enżimi ta’ l-ikel fl-applikazzjoni tagħhom qabel l-istabbiliment tal-lista pożittiva tal-Komunita, permezz ta’ database ċentralizzata li fiha informazzjoni aġġornata dwar l-istat ta’ l-applikazzjonijiet u l-valutazzjoni tas-sigurtà tagħhom.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni Ċentralizzata

X Direttament mill-Kummissjoni

( Indirettament b’delega lil:

( Aġenziji Eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( Korp/i nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta u deċentralizzata

( Ma’ l-Istati Membri

( Ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (speċifika liema)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' sorveljanza

Il-kontenut tad- database u l-konklużjonijiet tar-riżultati ta’ l-istudji jistgħu jiġu ssorveljati permezz ta’ l-użu tagħhom fil-proposta ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tajba. Għodda bażika għandha tkun il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

6.2. L-Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

In-nefqa antiċipata mhix sinifkanti u għalhekk id- data għall-valutazzjoni ex-ante mhix disponibbli bħalissa.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Għaddejja bħalissa in relazzjoni mal-ħtieġa li jiġu proposti miżuri ta’ implimentazzjoni.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew staff temporanju[25] (17 01 01) | A*/AD | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

B*, C*/AST | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

Staff iffinanzjat[26] taħt l-Artikolu XX 01 02 |

Staff ieħor[27] iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

Eżaminazzjoni tar-rapporti tekniċi u finanzjarji, tħejjija ta’ l-impenji u l-ħlas

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Linja tal-baġit(numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra: |

intra muros |

extra muros |

It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5u wara |

L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) L-istaff iffinanzjat mill-Art. |

XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu: - Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Kalkolu - Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missionijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[29] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika |

2. Total ta’ spejjeż oħra ta’ tmexxija (XX 01 02 11)(XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika filwaqt li tindika l-linja tal-baġit) |

Nefqa Amministrattiva totali, ħlief tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza |

[pic][pic][pic]

[1] ĠU C […],[…], p. […].

[2] ĠU C […],[…], p. […].

[3] ĠU L 43, ta’ l-14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[4] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 58.

[5] ĠU L 237, tas-26.8.1983, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[6] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, tat-28.12.2005, p. 1).

[7] ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 24.

[8] ĠU L […], […], p. […].

[9] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolamentmir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[10] ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1.

[11] ĠU L 61, tat-18.3.1995 p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolamentmir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[12] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolamentmir-Regolament (KE) Nru 1163/2005 (ĠU L 188, ta’ l-20.7.2005, p. 3).

[13] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15).

[14] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[15] ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 191, tat-28.5.2004, p. 1.

[16] Approprjazzjonijiet differenzjati

[17] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[18] Nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[19] Nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[20] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[21] Additional columns should be added if necessary i.e. if the duration of the action exceeds 6 years.

[22] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[23] Creation of the database.

[24] Updating and maintaining database, and organising related studies.

[25] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[26] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[27] Spiża li hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[28] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[29] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

Top