Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0407(01)

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jemenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal benefiċċji għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kundizzjonijiet tagħhom

/* KUMM/2006/0407 finali */

52006PC0407(01)




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.7.2006

KUMM(2006) 407 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jemenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal benefiċċji għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kundizzjonijiet tagħhom

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li huma intitolati għal, u l-kundizzjonijiet għar-rati ta', benefiċċji għal dmirijiet regolari ta’ stand-by {SEG(2006) 975}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Il-bżonn għal sigħat tas-servizz estiżi għal ċerti gruppi ta’ impjegati ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej. Impenn tal-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-użu tar-Regolamenti 300/76 (xogħol bix-xift), 495/77 (xogħol stand-by) u 1799/72 (kundizzjonijiet partikulament diffiċli ta’ xogħol) u, jekk ikun hemm bżonn, biex tagħmel proposti ta' modifika. |

120 | Kuntest Ġenerali Ir-Regolament tal-Kunsill 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 jillimita l-allowance tax-xogħol bix-xift taħt approprjazzjonijiet operattivi lill-impjegati f’ċentru tal-kompjuters, f’dipartiment tas-sigurtà, f’servizz tat-telex jew involuti fid-dispaċċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-KE. Din il-lista eżawrjenti ma tippermettix li tkopri servizzi oħrajn li għalihom teżisti l-ħtieġa kkonfermata u ovvja għal sigħat tas-servizz estiżi: Punti ta’ għajnuna teknika, swiċċbords tat-telefon, punti ta’ informazzjoni f’binjiet, u oħrajn. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jiddetermina l-kategoriji ta' l-uffiċjali li jieħdu l-allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kundizzjonijiet ta' dawn, emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill 860/2004 tad-29 ta’ April 2004. |

141 | Konsistenza ma’ linji ta’ politika u għanijiet oħrajn ta' l-Unjoni Mhux applikabbli |

KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżI TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Miżura li tikkonċerna l-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE biss. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern. |

230 | Analiżi ta’ l-impatt L-ebda alternattiva - ħlief l-għażla li s-sigħat tas-servizzi estiżi ma jiġux offruti. Effett ekonomiku u soċjali insinifikanti, l-ebda impatt ambjentali. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta L-għoti ta’ l-aċċess ta' allowances lil servizzi oħra ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej li għandhom bżonn konfermat għal sigħat estiżi jew kontinwi ta’ xogħol. |

310 | Bażi Legali L-Artikolu 56a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004, li jiddikjara: “Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Kumitat dwar ir-Regolamenti ta’ l-Istaff, jistabbilixxi l-kategorija ta' uffiċjali intitolati għal dawn il-benefiċċji, u r-rati u l-kundizzjonijiet tagħhom.” |

329 | Prinċipju tas-Sussidjarjetà Il-proposta għandha x’taqsam ma’ qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju tal-Proporzjonalità L-estensjoni ta’ miżura eżistenti għal servizzi oħrajn. |

Għażla ta’ strumenti |

341 | Strument propost: Regolament. |

342 | Strumenti oħrajn mhumiex xierqa minħabba r-raġunijiet li ġejjin: Modifika ta’ Regolament tal-Kunsill eżistenti. |

IMPATT BAġITARJU |

401 | Madwar 30 persuna għal żewġ xiftijiet ta’ xogħol: 30 persuna x 12-il xahar x 337€ = 121 300€ (ċifri tal-Kummissjoni) |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jemenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal benefiċċji għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kundizzjonijiet tagħhom

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta' l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005[2], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56a tar-Regolament ta’ l-Istaff,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti ta’ l-Istaff,

Billi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[3] għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għal bidla fil-bżonnijiet tax-xogħol bix-xift fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 huwa emendat kif ġej:

Il-frażi introduttiva ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1 hi mibdula b'li ġej:

“Uffiċjal imħallas mill-approprjazzjonijiet tar-riċerka u l-investiment u impjegat fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka jew f’azzjoni indiretta, jew imħallas minn approprjazzjonijiet operattivi u impjegat f’dipartiment ta’ servizzi tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), f’dipartiment tas-sigurtà, f’servizz ta’ swiċċbord/informazzjoni tat-telefon, f’servizz ieħor li għandu bżonn ikkonfermat u dokumentat tas-sigħat tas-servizzi estiżi jew kontinwi, jew involuti fid-dispaċċ tal- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea , li huwa marbut li jaħdem bix-xift fl-ambitu ta’ l-Artikolu 56a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, għandu jkun intitolat għal benefiċċju ta’:”

Artikolu 2

L-aħħar sentenza ta' Artikolu 1(2) għandha titħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru .../2006 ta’ ... 2006, li jemenda r-Regolament 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal benefiċċji għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kundizzjonijiet tagħhom.

2. ABM/ABB (ĠESTJONI/STABBILIMENT TAL-BAĠIT SKOND L-ATTIVITÀ)

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/i u Attività/jiet assoċjata/i magħhom:

Potenzjalment l-oqsma ta’ politika kollha.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)) inklużi l-intestaturi:

XX.01.01.01 (il-Kummissjoni)

Kapitolu 11 (l-istituzzjonijiet l-oħra)

3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Mhux limitat.

3.3. Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun hemm bżonn):

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 Kap. 11 | Mhux komp. | Mhux diff.[4] | Nru. | Nru. | Nru. | Nru [5] |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijietijiet (PA)

Tip ta’ Nefqa | Sezzjoni nru | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Spiża operattiva[5] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (CA) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[6] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[7] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (Mhux obbligatorji) | 8.2.5 | d | Impenji: 0.12 Oħrajn: 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | Mhux applikabbli |

Nefqa amministrattiva, għajr riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (Mhux obbligatorju) | 8.2.6 | e |

Total indikattiv tan-nefqa ta’ l-azzjoni

TOTAL CA inklużi l-ispejjeż għar-riżorsi umani | a+c+d+e | Impenji: 0.12 Oħrajn: 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | Mhux applikabbli |

TOTAL PA inklużi l-ispejjeż għar-riżorsi umani | b+c+d+e | Impenji: 0.12 Oħrajn: 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | Mhux applikabbli |

Dettalji dwar kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima ta’ kemm hu dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk ikun meħtieġ jekk taħseb li se jkun hemm entitajiet differenti li jidħlu fil-kofinanzjament):

4.1.2. Kumpatibbiltà ma’ l-ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hi kumpatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tkun tinvolvi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (jiġifieri, l-istrument dwar il-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarji fuq id-dħul

( Impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Kwalunkwe dettall u osservazzjoni dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandhom jitniżżlu f’anness separat.

4.2. Riżorsi Umani FTE (jinkludu uffiċjali, u staff temporanju u estern) - ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jeħtieġ li jkun hemm id-dettalji tal-kuntest tal-proposta Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja:

5.1. Ħtieġa li trid tiġi sodisfatta fl-immedjat jew fit-tul

Il-proposta tara li jintlaħaq il-bżonn tas-sigħat ta’ ċerti servizzi estiżi.

5.2. Il-valur miżjud ta’ involviment u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u possibbiltà ta’ sinerġija

Mhux applikabbli.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-metodu/i[9] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata.

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni PMO

- ( indirettament b’delega lil:

- ( aġenziji eżekuttivi,

- ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

- ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

- ( ma’ Stati Membri

- ( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Mhux applikabbli.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjonii ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni interim/ex-post (lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza tal-valutazzjonijiet fil-futur

Mhux applikabbli.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Installazzjoni ta’ xogħol bix-xift fis-servizzi tal-Kummissjoni bl-approvazzjoni tad-DĠ Admin biss, u kontroll intern fid-DĠ Admin ibbażat fuq id- data tal-PMO.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom: mhux applikabbli

8.2. Spejjeż amministrattivi

8.2.1. Numru u tip ta’ riżorsi umani: mhux applikabbli

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ inkarigi li ġejjin mill-azzjoni

Inkluż fil-ġestjoni kurrenti ta’ dawn il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (staff kopert mir-Regolamenti ta’ l-Istaff)

(Fejn jissemma' aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors)

- ( Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

- ( Postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

- ( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

- ( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ ġestjoni (trasferimenti interni)

- ( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux imbassra fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena msemmija

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ ġestjoni amministrattiva)

8.2.5. Spiża finanzjarja fuq ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali jew staff temporanju (XX 01 01) | Impenji: 0.12 Oħrajn: 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 |

Staff iffinanzjat bl-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

Spiża totali fuq ir-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | Impenji: 0.12 Oħrajn: 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 | 0.12 0.08 |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji

Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

Kummissjoni: 30 persuna x 337 €/xahar (rata għal 2 xiftijiet) x 12-il xahar = 121 320 €

L-istituzzjonijiet l-oħra: l9-il persuna x 337 €/xahar (rata għal 2 xiftijiet) x 12-il xahar = 76 836 €

Kalkolu - Staff iffinanzjat mill-Art. XX 01 02

Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Il-bżonn ta’ xogħol stand-by f’ċerti servizz ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej. Impenn tal-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-użu tar-Regolamenti 300/76 (xogħol bix-xift), 495/77 (xogħol stand-by) u 1799/72 (kundizzjonijiet partikulament diffiċli ta’ xogħol) u, jekk ikun hemm bżonn, biex tagħmel proposti ta' modifika. |

120 | Kuntest Ġenerali Ir-Regolament tal-Kunsill 495/77 tat-8 ta’ Frar 1977 jillimita l-benefiċċju tax-xogħol stand-by taħt l-approprjazzjonijiet operattivi lill-istaff impjegat biex imexxi jew jissorvelja installazzjonijiet tekniċi jew biex jaħdem fis-servizz mediku. Din il-lista eżawrjenti mhux dejjem tippermetti li tkopri servizzi oħrajn li għalihom teżisti l-ħtieġa kkonfermata u ovvja ta’ xogħol stand-by, bħal per eżempju s-servizzi ta’ sigurtà, jew l-iskemi bħall-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili jew Ecurie, fejn il-Kummissjoni għandha mandat biex tassigura servizz permanenti għall-Istati Membri. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977 li jiddetermina l-kategoriji ta' l-uffiċjali intitolati għal, u l-kundizzjonijiet u r-rati ta’, l-allowances għal dmirijiet regolari stand-by, emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill 859/2004 tad-29 ta’April 2004. |

141 | Konsistenza ma’ linji ta’ politika u għanijiet oħrajn ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżI TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Miżuri li jikkonċernaw l-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet ta’l-UE biss. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern. |

230 | Analiżi ta’ l-impatt L-ebda alternattiva - ħlief l-għażla li servizzi stand-by ma jiġux offruti. Effett ekonomiku u soċjali insinifikanti, l-ebda impatt ambjentali. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta L-għoti ta’ l-aċċess ta' benefiċċji għal xogħol stand-by lil servizzi oħra ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej li għandhom bżonn konfermat għal xogħol regoli stand-by. |

310 | Bażi Legali L-Artikolu 56b tar-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004, li jiddikjara: “Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Kumitat dwar ir-Regolamenti ta’ l-Istaff, jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal dawn il-benefiċċji, u l-kundizzjonijiet tagħhom biex jingħataw il-benefiċċji kif ukoll ir-rati tagħhom.” |

329 | Prinċipju tas-Sussidjarjetà Il-proposta għandha x’taqsam ma’ qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju tal-Proporzjonalità L-estensjoni ta’ miżura eżistenti għal servizzi oħrjan. |

Għażla ta’ strumenti |

341 | Strument propost: Regolament. |

342 | Strumenti oħrajn mhumiex xierqa minħabba r-raġunijiet li ġejjin: Modifika ta’ Regolament tal-Kunsill eżistenti. |

IMPATT BAġITARJU |

401 | Madwar 5 servizzi ġodda stand-by (l-iktar xogħol stand-by mid-dar):. +/- 80 000 € (ċifri tal-Kummissjoni) |

2. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li huma intitolati għal, u l-kundizzjonijiet għar-rati ta', benefiċċji għal dmirijiet regolari ta’ stand-by

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta' l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[10], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005[11], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56b tar-Regolament ta’ l-Istaff,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti ta’ l-Istaff,

Billi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77[12] għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għal bżonn ta’ servizzi regolari stand-by fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 huwa emendat kif ġej:

1) L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1 (1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Uffiċjal imħallas mill-approprjazzjonijiet tal-baġit għar-riċerka u l-investiment u impjegat fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka jew f’azzjoni indiretta, jew imħallas minn approprjazzjonijiet fil-baġit operattiv u impjegat biex imexxi jew jissorvelja installazzjonijiet tekniċi jew li jaħdem f’dipartiment ta’ servizzi tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), f’dipartiment tas-sigurtà jew fid-dipartiment tas-servizzi ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, għandu jkun intitolat għal benefiċċju ta’ meta dan huwa meħtieġ li regolarment jagħmel xogħol stand-by b’konformità ma’ l-Artikolu 56b tar-Regolament ta’ l-Istaff.

F’każijiet speċifiċi l-istituzzjoni tista’ tagħti wkoll dan il-benefiċċju lill-persuni impjegati f’servizzi oħra minn dawk imsemmija hawn fuq, bil-kundizzjoni li jkun hemm bżonn ikkonfermat għal tali servizzi stand-by b'mod regolari, u partikolarment fejn dan huwa r-riżultat ta’ mandat sabiex ikun żgurat servizz permanenti għall-Istati Membri.”

2) L-Artikolu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“F’April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar in-numru ta’ uffiċjali u aġenti f’kull kategorija li jkunu rċivew il-benefiċċju msemmi f’dan ir-Regolament, b’referenza speċjali għall-każijiet fejn il-benefiċċju ingħata taħt id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 (1)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru .../2006 ta’ ... 2006, li temenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li huma intitolati għal, u l-kundizzjonijiet għar-rati ta', benefiċċji għal dmirijiet regolari ta' stand-by .

2. ABM/ABB (ĠESTJONI/STABBILIMENT TAL-BAĠIT SKOND L-ATTIVITÀ)

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/i u Attività/jiet assoċjata/i magħhom:

Potenzjalment l-oqsma ta’ politika kollha.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)) inklużi l-intestaturi:

XX.01.01.01 (il-Kummissjoni)

Kapitolu 11 (l-istituzzjonijiet l-oħra)

3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Mhux limitat.

3.3. Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun hemm bżonn):

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 Kap. 11 | Mhux komp. | Mhux diff.[13] | Nru. | Nru. | Nru. | Nru5 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA)

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ Nefqa | Sezzjoni nru | Sena n | n + 1 | +n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Spiża operattiva[14] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (CA) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[15] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[16] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (Mhux obbligatorji) | 8.2.5 | d | Impenji: 0.08 Oħrajn: 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | Mhux applikabbli |

Nefqa amministrattiva, għajr riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (Mhux obbligatorju) | 8.2.6 | e |

Total indikattiv tan-nefqa ta’ l-azzjoni

TOTAL CA inklużi l-ispejjeż għar-riżorsi umani | a+c+d+e | Impenji: 0.08 Oħrajn: 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | Mhux applikabbli |

TOTAL PA inklużi l-ispejjeż għar-riżorsi umani | b+c+d+e | Impenji: 0.08 Oħrajn: 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | Mhux applikabbli |

Dettalji dwar kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima ta’ kemm hu dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk ikun meħtieġ jekk taħseb li se jkun hemm entitajiet differenti li jidħlu fil-kofinanzjament):

4.1.2. Kumpatibbiltà ma’ l-ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hi kumpatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tkun tinvolvi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[17] (jiġifieri, l-istrument dwar il-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Kwalunkwe dettall u osservazzjoni dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandhom jitniżżlu f’anness separat.

4.2. Riżorsi Umani FTE (jinkludu uffiċjali, u staff temporanju u estern) - ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jeħtieġ li jkun hemm id-dettalji tal-kuntest tal-proposta Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja:

5.1. Ħtieġa li trid tiġi ssodisfata fl-immedjat jew fit-tul

Il-proposta tara li jintlaħaq il-bżonn ikbar tad-disponibilità permanenti (servizz regolari stand-by ) ta’ l-istaff f’ċerti servizzi.

5.2. Il-valur miżjud ta’ involviment mill-Komunit u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u possibbiltà ta’ sinerġija

Mhux applikabbli.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-metodu/i[18] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata.

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni PMO

- ( indirettament b’delega lil:

- ( aġenziji eżekuttivi,

- ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

- ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata

- ( ma’ Stati Membri

- ( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Kunsill.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjonii ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni interim/ex-post (lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza tal-valutazzjonijiet fil-futur

Mhux applikabbli.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Installazzjoni ta' dmirijiet regolari stand-by fis-servizzi tal-Kummissjoni biss bl-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali individwali tad-DĠ Admin., iffirmata mill-ġerarkija.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom: mhux applikabbli

8.2. Spejjeż amministrattivi

8.2.1. Numru u tip ta’ riżorsi umani:

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ inkarigi li ġejjin mill-azzjoni

Inkluż fil-ġestjoni kurrenti ta’ dawn il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (staff kopert mir-Regolamenti ta’ l-Istaff)

(Fejn jissemma' aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors)

- ( Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

- ( Postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

- ( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

- ( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ ġestjoni (trasferimenti interni)

- ( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux imbassra fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena msemmija

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ ġestjoni amministrattiva)

8.2.5. Spiża finanzjarja fuq ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tipi ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali jew staff temporanju (XX 01 01) | Impenji: 0.08 Oħrajn: 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 |

Staff iffinanzjat bl-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

Spiża totali fuq ir-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | Impenji: 0.08 Oħrajn: 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 | 0.08 0.05 |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji

Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

Kummissjoni: Madwar 5 servizzi ġodda stand-by x 15 923 € = 79 615 €

L-istituzzjonijiet l-oħra: Madwar 3 servizzi ġodda stand-by x 15 923 € = 47 769 €

Spiża għal kull servizz stand-by kull sena:

a) xogħol stand-by mid-dar

15-il siegħa/jum x 5 jiem x 52 ġimgħa x 2.15 punti/siegħa x 0.75 €/punt 6 289 €

24-il siegħa/jum x 2 jiem x 52 ġimgħa x 4.3 punti/siegħa x 0.75 €/punt 8 050 €

a) xogħol stand-by fuq il-post tax-xogħol (suppost: 8 sigħat/xahar matul il-weekend)

8 sigħat/xahar x 12-il xahar x22 punt x 0.75 €/punt 1 584 €

_____

15 923 €

Kalkolu - Staff iffininanzjat taħt l-Art. XX 01 02

Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta referenza

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p.1.

[2] ĠU L 8, 12.1.2005, p.1.

[3] ĠU L 38, 13.2.1976, p.1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 860/2004 tat-29 ta' April 2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 26).

[4] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati minn issa ’l quddiem imsejħa AMD.

[5] Nefqa li ma tidħolx taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[6] Spejjeż fl-ambitu ta’ l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[7] Nefqa fi ħdan il-Kapitlu xx 01 barra mill-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[8] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[9] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt

[10] ĠU L 56, 4.3.1968, p.1.

[11] ĠU L 8, 12.1.2005, p.1.

[12] ĠU L 66, 12.3.1977, p.1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 859/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 23).

[13] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati minn issa ’l quddiem imsejjħa AMD.

[14] Nefqa li ma tidħolx taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[15] Spejjeż fl-ambitu ta’ l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[16] Nefqa fi ħdan il-Kapitlu xx 01 barra mill-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[17] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[18] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt

Top