EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0463

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew L-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija tal-Komunità biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Karozzi: Is-Sitt Komunikazzjoni annwali dwar l-effettività ta’ l-istrateġija {SEG(2006) 1078}

/* KUMM/2006/0463 finali */

52006DC0463

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew L-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija tal-Komunità biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Karozzi: Is-Sitt Komunikazzjoni annwali dwar l-effettività ta’ l-istrateġija {SEG(2006) 1078} /* KUMM/2006/0463 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.8.2006

KUMM(2006) 463 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

L-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija tal-Komunità biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Karozzi: Is-Sitt Komunikazzjoni annwali dwar l-effettività ta’ l-istrateġija {SEG(2006) 1078}

1. INTRODUZZJONI

L-istrateġija tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u ttejjeb l-ekonomija tal-karburant[1] hija bbażata fuq tliet pilastri, jiġifieri l-Obbligi ta’ l-industrija tal-karozzi dwar titjib fl-ekonomija tal-karburant[2], ll-ittikkettjar dwar l-konsum tal-karburant tal-karozzi[3], u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fil-konsum tal-karburant permezz ta’ miżuri fiskali.. Skond Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 1753/2000/KE[4], għal kull sena kalendarja, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-effettività bbażat fuq id-data tal-monitoraġġ li tirċievi mill-Istati Membri[5].

Din il-Komunikazzjoni tindirizza l-monitoraġġ ta’ l-2004 u r-reviżjonijiet li tniedu matul dik is-sena: skond l-Impenn tagħha, l-KAMA rrevediet il-potenzjal għal aktar tnaqqis fis-CO2, “ biex jersqu dejjem aktar viċin ta’ l-oġġettiv tal-Komunità ta’ 120 g CO 2 /km sa mhux aktar tard mill-2012 ”. (ACEA u JAMA kienu diġà għamlu hekk fl-2003, kif previst fl-impenji tagħhom). ). Barra dan, skond l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 1753/2000/KE, il-Komunikazzjoni annwali, għas-sena ta’ mira (2004) ta’ KAMA, għandha tindika jekk it-tnaqqis mill-KAMA huwiex minħabba l-miżuri tekniċi meħuda mill-fabbrikanti inkella minħabba miżuri oħra bħal tibdil fl-imġiba tal-konsumatur (mhux marbuta ma’ miżuri tekniċi meħuda mill-industrija). Fl-aħħar, l-impenn volontarju tal-KAMA fih l-Impenn li twettaq, ibbażat fuq id-data ta’ l-2004, “Reviżjoni Prinċipali” konġunta mas-servizzi tal-Kummissjoni (Reviżjonijiet Prinċipali konġunti ma’ l-ACEA u l-JAMA twettqu fuq il-bażi tad-data ta’ l-2003, kif previst fl-impenji tagħhom).

2. L-EVOLUZZJONI TAL-MEDJA TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO 2 TAL-FLOTTA ġDIDA TA’ KAROZZI FL-UE25 FL-2004

2.1. Il-progress li sar mill-industrija tal-karozzi fir-rigward ta’ l-impenji rispettivi tagħhom (UE15)

Bħala l-ewwel u l-aqwa pilastru ta’ l-istrateġija, l-Impenji tal-assoċjazzjonijiet tal-manifattura tal-karozzi Ewropej, Ġappuniżi u Koreani huma ddisinjati sabiex jilħqu l-medja ta’ l-UE15 totali fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' flotta ġdida ta’ karozzi [6] ta’ 140 g CO2/km[7] sa l-2008 (ACEA) u l-2009 (JAMA u KAMA). Il-miri ta’ l-Impenji għandhom jintlaħqu prinċipalment mill-iżviluppi teknoloġiċi li jeffettwaw karatteristiċi differenti tal-karozzi u bidliet tas-suq marbuta ma' dawn l-iżviluppi.

2.1.1. Il-progress ġenerali li twettaq mit-tliet assoċjazzjonijiet tal-manifattura tal-karozzi fl-2004

L-abbozzi tar-rapporti annwali konġunti tlestew u ġew maqbula bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u t-tliet assoċjazzjonijiet tal-manifattura tal-karozzi, u huma annessi ma’ din il-Komunikazzjoni. Ir-riżultati ewlenin għal perjodu ta’ rappurtar 1995 sa l-2004 huma (ara wkoll Tabella 1):

- Fl-2004, il-medja speċifika ta’ l-emissjonijiet CO2 tal-flotta l-ġdida tal-karozzi kienet ta’ 161 g CO2/km għall-ACEA, li tibqa’ fuq quddiem nett, u 168 g CO2/km għal KAMA u 170 g CO2/km għal JAMA[8] (ara tabella 1 fl-Anness). Imqabbel ma’ l-1995, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tnaqqsu b’24 g CO2/km jew 13% għal ACEA, 26 g CO2/km jew13.3% għall-JAMA, u 29 g CO2/km jew 14.7 % għall-KAMA;

- Fl-2004, imqabbel ma’ l-2003, it-tliet assoċjazzjonijiet naqqsu l-medja speċifika ta’ l-emissjonijiet CO2 tal-flotta l-ġdida tal-karozzi li ġew reġistrati għall-ewwel darba fis-suq ta’ l-UE. L-ACEA b’madwar 1.2%, il-JAMA b’madwar 1.2% u l-KAMA b’madwar 6.1%. Mill-1995, it-titjib fl-effiċjenza tal-karburant fil-karozzi tal-passiġġieri bid-diżil kien akbar milli fil-karozzi tal-petrolpetrol u, flimkien maż-żieda sostanzjali fis-sehem tal-karozzi diżil fl-UE15 fis-suq tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda, dan ta kontribut importanti lill-progress ġenerali li nkiseb s'issa (ara Tabella 3)[9]. Din ix-xejra titlob għal aktar titjib fil-prestazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri bid-diżil dwar l-emissjonijiet tal-pollutanti atmosferiċi, kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta riċenti tal-EURO5[10];

- L-ACEA u l-JAMA fis-sena 2004 kellhom xejra persistenti ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minkejja li l-prestazzjoni riċenti tagħhom hija aktar baxxa mit-tnaqqis annwali fl-ewwel snin ta’ l-impenji tagħhom. Fl-2000, l-ACEA kienet diġà laħqet il-firxa għas-snin ta' mira intermedji previsti għall-2003 u ilha mill-2003 taħt l-aktar livell baxx ta' din il-firxa. Il-JAMA ilha mill-2002 fil-firxa tal-mira intermedja. Il-KAMA għamlet progress sinifikanti ħafna u laħqet il-firxa tal-mira intermedja ta’ l-2004 ta’ 165-170 g CO2/km;

- Sabiex tintlaħaq il-mira finali ta' 140 g CO2/km hemm bżonn ta’ aktar sforzi, għax hemm bżonn li jiżdiedu r-rati tat-tnaqqis medji annwali tat-tliet assoċjazzjonijiet. It-tnaqqis ikun ta’ madwar 3.5 CO2/km fis-sena, jew ta’ madwar 2 % fis-sena, jekk titqies rata kostanti ta' titjib fuq il-perjodu sħiħ 1995-2008/9. Fil-kumplament tas-snin sa l-2008/9, ir-rati ta’ tnaqqis annwali issa jridu jilħqu medja ta’ 3.3 % għall-ACEA, 3.5 % għall-JAMA u 3.3 % għall-KAMA. Kien antiċipat mill-bidu nett li r-rati ta’ tnaqqis medji kienu se jkunu ogħla fis-snin aktar tard. Madankollu, huwa nnutat li n-nuqqasijiet li jridu jiġu konklużi, espressi fil-prestazzjoni annwali obbligatorja, komplew jiżdiedu fl-2004 (ara Tabella 2). Dan qed jikkawża tħassib. Il-Kummissjoni se ssegwi l-monitoraġġ mill-qrib tal-kisbiet ta’ l-Assoċjazzjonijiet skond l-Impenji tagħhom.

Fl-2004, il-medja ġenerali ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġiera ġodda kienet inqas fil-15-il Stat Membru imqabbel ma’ l-1995 u fis-snin ta’ bejnithom (ara Figura 1 fl-Anness). Madankollu, r-rati ta’ tnaqqis ivarjaw kemmxejn minn pajjiż għal ieħor[11].

2.1.2. "Ir-Reviżjoni Prinċipali” u x-xogħol fuq Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 1753/2000/KE tal-KAMA

L-impenn volontarju li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda fihom l-impenn li titwettaq, “Reviżjoni Prinċipali” bbażata fuq id-data ta’ l-2003 (ACEA u JAMA) u l-2004 (KAMA). Din ir-Reviżjoni Prinċipali għandha tindirizza “...ir-riżultati tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 sa u inkluż is-sena kalendarja 2003/4, inkluż it-tqabbil tal-medja tal-flotta ta’ dik is-sena mal-firxa stmata ta' mira. ” Barra dan, għandha tikkunsidra l-istennija inizjali li “...It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO 2 ma jistax ikun lineari ; il-pass se jkun jiddependi l-aktar fuq iż-żmien tad-disponibbiltà tal-karburant permessi fis-suq kif ukoll fuq iż-żmien opportun għal teknoloġiji u prodotti ġodda u l-penetrazzjoni tagħhom fis-suq . Għalhekk il-profil ta’ tnaqqis huwa mistenni li jkun relattivament bil-mod fil-bidu u li jibda jgħaġġel aktar tard.”

Is-suġġett ta’ Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 1753/2000/KE wkoll jindirizza xi wħud minn dawn il-mistoqsijiet u jirrikjedi li: “...Ir-rapporti għas-snin ta' mira intermedji u s-snin ta' mira se jindikaw jekk it-tnaqqis huwiex minħabba l-miżuri tekniċi meħuda mill-fabbrikanti inkella minħabba miżuri oħra bħal tibdil fl-imġiba tal-konsumatur.”

Billi l-evalwazzjonijiet li jridu jitwettqu skond "Ir-Reviżjoni Prinċipali” u skond Artikolu 10 jikkonċidu parzjalment, twettqu evalwazzjonijiet konġunti mill-Kummissjoni u mill-Assoċjazzjonijiet. Il-Komunikazzjoni annwali preċedenti[12] indirizzat "Ir-Reviżjonijiet Prinċipali” ta’ l-2003 ta' l-ACEA u tal-JAMA u l-evalwazzjonijiet relatati skond artikolu 10. Il-Komunikazzjoni attwali tindirizza biss l-eżerċizzju ta’ reviżjoni tal-KAMA 2004, u tiffoka fuq il-mistoqsijiet kruċjali li ġejjin:

1. Kien hemm xi ostakli fis-seħħ li fixklu lill-KAMA milli twettaq l-Impenn tagħha, jew li wasslu lill-KAMA biex tagħti inqas milli kien mistenni?

2. Kien hemm xi fatturi oħra minbarra l-iżviluppi teknoloġiċi li rriżultaw fi tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda?

Ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet huma deċiżivi biex iwieġbu jekk hux minnu jew le li t-tnaqqis osservat tas-CO2 sa, u inkluż l-2004, għandux ikun ikkunsidrat fil-medda sħiħa tagħhom, lejn l-akkwist ta' l-Impenn.

L-evalwazzjoni konġunta waslet għall-konklużjoni li jmiss (il-konklużjonijiet fid-dettal huma annessi mar-Rapport Konġunt mal-KAMA): it-tnaqqis fl-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 intlaħaq l-aktar permezz ta' l-iżvilupp teknoloġiku, l-impenji u s-suppożizzjonijiet applikabbli kollha speċifikati fl-Impenn tas-CO2 ta’ KAMA twettqu, u l-ambjent li fih il-membri tiegħu qed joperaw ma żammx lill-KAMA milli tilħaq l-Impenn tagħha. Fil-qosor, il-KAMA u l-Kummissjoni kkonkludew li l-KAMA matul il-perjodu 1995 sa l-2004, laħqet l-obbligi kollha msemmija fl-Impenn tagħha. Minkejja li għaddiet minn sitwazzjoni ekonomika diffiċli matul l-ewwel snin tal-perjodu ta’ impenn, l-industrija Koreana tal-karozzi kkontribwixxiet fl-istrateġija ta’ l-UE biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u l-miri ta’ tnaqqis ta’ Kjoto, kif previst fl-Impenn tagħha.

Dawn ir-riżultati jenfasizzaw ukoll aspett ieħor tat-twettiq ta’ l-istrateġija: l-impatt li s’issa kien limitat tal-miżuri li ttieħdu skond iż-żewġ pilastri l-oħra, l-ittikkettjar u l-miżuri fiskali (ara paragrafi 3 u 4 rispettivament).

2.1.3. Ir-Reviżjoni tal-KAMA dwar il-potenzjal sabiex tersaq aktar lejn il-mira tal-Komunità ta’ 120 g CO 2 /km

Kif previst fl-Impenn tagħha, il-KAMA f’Diċembru 2004 ressqet ir-riżultati tar-“ reviżjoni tagħha dwar il-potenzjal għal tnaqqis addizzjonali fis-CO 2 bil-għan li tersaq aktar lejn il-mira tal-Komunità ta’ 120 g CO 2 /km sa l-2012” . Fil- position paper tagħha, il-KAMA tiddikjara li l-potenzjal teknoloġiku biex tilħaq il-mira tal-Komunità ta’ 120 g CO2/km fl-2012 jkun disponibbli meta aktar progress fit-teknoloġiji konvenzjonali jiġi kombinat ma' sehem sostanzjali f’vetturi ibridi (25.3%), iżda tenfasizza li, fl-opinjoni tagħha, dan se jkun ta’ “piż finanzjarju eċċessiv kemm fuq il-KAMA u anke fuq il-konsumaturi”. It-tnaqqis fis-CO2 ekwivalenti ma’ l-għan tal-Komunità jista’ jintlaħaq b’mod li huwa aktar effiċjenti f'termini ta' spiża billi tintuża strateġija integrata li tinvolvi l-industrija tal-karozzi u partijiet oħra, li jinkludu l-fornituri taż-żejt/karburant, l-awtoritajiet pubbliċi, is-sewwieqa, eċċ.

Fil-fatt, minbarra t-tliet pilastri ta’ l-istrateġija, diversi għażliet oħra jistgħu jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi kummerċjali ħfief. Il-Kummissjoni, waqt li kkunsidrat din il- position paper u l- position papers ipprovduti fl-2003 mill-ACEA u mill-JAMA, ddeċidiet li fl-2005-2006, twettaq reviżjoni ta’ l-Istrateġija tal-Komunità biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda u minn karozzi kummerċjali ħfief. Fir-rigward ta' l-għan eżistenti tal-Komunità ta' emissjoni medja tal-flotta ta' karozzi ġodda ta' 120 g CO2/km, il-Kummissjoni se tirrevedi l-għażliet disponibbli biex jkomplu jonqsu l-emissjonijiet minn karozzi tal-passiġġieri u minn karozzi kummerċjali ħfief, soġġetta għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt u tikkunsidra x-xogħol tal-grupp ta’ livell għoli tal-CARS21. Din ir-reviżjoni se titwettaq skond il-qafas tal-Programm Ewropew għat-Tibdil fil-Klima. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tressaq Komunikazzjoni dwar l-istrateġija riveduta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-tieni nofs ta’ l-2006.

2.2. Il-Medja ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 tal-flotta l-ġdida ta’ karozzi fl-UE25 fl-2004

Separata mill-eżerċizzju ta’ monitoraġġ konġunt u minbarra t-tkabbir ta' l-UE, id-data dwar il-medja ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 tal-flotta l-ġdida ta’ karozzi kienet disponibbli għall-ewwel darba fl-2004 għall-parti l-kbira ta’ l-Istati l-Ġodda (is-Slovakkja u Malta ma pprovdewx data fl-2004). It-tabella li jmiss tippreżenta s-sitwazzjoni fl-UE15, l-UE10 u l-UE25:

2004 Il-Monitoraġġ tad-data ta’ l-UE 15 | 2004 Il-Monitoraġġ tad-data ta’ l-UE 10[13] | 2004 Il-Monitoraġġ tad-data ta’ l-UE 2513 |

Karburant | Reġistrazzjonijiet | g CO2/km | Reġistrazzjonijiet | g CO2/km | Reġistrazzjonijiet | g CO2/km |

Petrol | 7.001.245 | 170 | 533.665 | 158 | 7 534 910 | 169 |

Diżil | 6.787.834 | 155 | 168.284 | 151 | 6 956 118 | 155 |

Petrol+Diżel | 13.789.079 | 163 | 701.949 | 156 | 14 491 028 | 162 |

Ta’ min jinnota li l-medja ta’ CO2 fl-UE10 hija madwar 4% iktar baxxa minn dik fl-UE15, u li l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet fl-UE10 jirrapreżenta biss madwar 5% tar-reġistrazzjonijiet fl-UE15. Barra dan, waqt li l-vetturi tad-diżil issa jirrapreżentaw biss madwar 50% tar-reġistrazzjonijiet il-ġodda fl-UE 15, jirrapreżentaw inqas minn 25% fl-UE1013.

2.3. Kwalità tad-data

Id-Deċiżjoni tal-“Monitoraġġ” 1753/2000/KE ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fit-30 ta' Awwissu 2000. Id-data miġbura skond din id-Deċiżjoni mis-sena 2002 'l quddiem, tintuża bħala data uffiċjali għall-monitoraġġ ta' l-impenji volontarji. Fis-snin ta’ qabel, id-data pprovduta mill-assoċjazzjonijiet ma kinetx tintuża għal monitoraġġ.

Din it-tranżizzjoni fil-ġabriet ta’ data, riflessa fil-qtugħ fil-kontinwità bejn is-serje ta’ data ta’ l-assoċjazzjonijiet u s-serje ta’ data uffiċjali ta’ l-UE, tefgħet ukoll dawl fuq diskrepanzi żgħar. Matul dawn l-aħħar snin, saru sforzi sabiex jiġu identifikati r-raġunijiet għad-differenzi li ġew osservati u titjieb il-kwalità tad-data. Kollox ma’ kollox, id-data uffiċjali ta’ l-UE15 hija meqjusa mit-tliet assoċjazzjonijiet bħala sodisfaċenti, u d-diskrepanza mad-data pprovduta mill-industrija hija limitata ħafna. Ix-xogħol ma’ l-Istati Membri fuq il-kwalità tad-data se jitkompla, sabiex tkompli tiżdied l-eżattezza u r-rappreżentanza tagħhom tas-sitwazzjoni fl-UE15 u l-UE25.

3. L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 1999/94/KE

L-Istati Membri kollha nnotifikaw il-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 1999/94/KE[14] relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburant u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda. Dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/73/KE, l-Awstrija u l-Greċja għadhom ma nnotifikawx il-miżuri relatati. Fuq il-bażi tar-rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/94/KE, fl-2004 sar studju[15] għal Kummissjoni sabiex jiġu analizzati l-effettività ta' din il-leġiżlazzjoni u fejn jista’ jsir titjib. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju, ippreżentati lill-partijiet involuti kmieni fl-2005, juru li in ġenerali l-effettività tad-Direttiva tidher li hi baxxa, għax ma kienx nnutat li kien hemm xi impatt sinifikanti fuq id-deċiżjonijiet tal-konsumatur. L-għażliet l-aktar promettenti biex titjieb il-leġiżlazzjoni kurrenti bil-għan li tiżdied il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar l-effiċjenza tal-karburant u ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 jinsabu fl-introduzzjoni tal-klassijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija fuq it-tikketta, u aktar armonizzazzjoni tad-disinn tiegħu.

Waqt li tibni fuq din l-evalwazzjoni u bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ l-istrateġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn karozzi tal-passiġġieri u minn karozzi kummerċjali ħfief, fl-2006 l-Kummissjoni se tanalizza l-bżonn li tressaq proposta li temenda sabiex ittejjeb l-effettività tad-Direttiva.

4. XOGħOL FUQ MIżURI FISKALI

Fl-2002 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni[16] dwar it-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea. Il-Komunikazzjoni kien fiha għadd ta’ għażliet ta’ politika għal azzjoni fil-futur u ġiet segwita minn konsultazzjoni wiesgħa ma’ l-Istati Membri, l-Parlament Ewropew, l-industrija tal-karozzi u partijiet oħra importanti. Minbarra din il-konsultazzjoni, f'Lulju 2005 l-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva[17] dwar taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġiera bil-għan li fost affarijiet oħra, tirrikjedi li l-Istati Membri li dawn it-tip ta’ taxxi għandhom jinkludu element ta’ CO2 fil-kalkoli tagħhom, sabiex jippromwovu x-xiri ta’ karozzi effiċjenti fil-konsum tal-karburant.

5. MIżURI OħRA RELATATI

Il-Kunsill Ambjentali fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ l-10 ta’ Ottubru 2000 talab lill-Kummissjoni biex tistudja miżuri ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fuq vetturi kummerċjali ħfief (li għalihom hemm referenza wkoll bħala vetturi “N1”[18]) u s-sistemi ta’ l-arja kondizzjonata li jintużaw f’karozzi tal-passiġġieri[19].

Fir-rigward tal-vetturi N1, id-Direttiva 2004/3/KE[20] se tirrikjedi li jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2 u l-provvediment ta’ tagħrif relatat ma’ din il-kategorija tal-vetturi. Barra dan, il-Kummissjoni nediet kuntratt dwar it-tħejjija ta’ miżuri ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi N1[21]. Fir-rigward ta’ l-arja kkondizzjonata mobbli, l-Kummissjoni nediet b’mod simili kuntratt sabiex tiżviluppa proċedura ta’ kejl biex jiġi evalwat l-impatt ta’ l-użu ta’ l-arja kondizzjonata dwar il-konsum tal-karburant[22].

Tnaqqis potenzjal fil-gassijiet b’effett ta’ serra minn vetturi N1 u minn sistemi ta' arja kondizzjonata mobbli se jkunu meqjusa mill-Kummissjoni bħala parti mill-istrateġija integrata fir-reviżjoni ta' l-istrateġija dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali ħfief (ara 2.1.3).

6. KONKLUżJONIJIET

L-istrateġija tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġiera u ttejjeb l-ekonomija tal-karburant għandha l-għan li tikseb il-figura medja speċifika dwar l-emissjoni tas-CO2 ta’ 120 g CO2/km, mill-karozzi tal-passiġġieri li jkunu reġistrati għal ewwel darba fil-Komunità. Il-valur medju fl-UE15 miksub fl-2004 kien ta' 163 g CO2/km[23], mqabbel ma’ 186 g CO2/km fl-1995, s-sena ta’ referenza għall-istrateġija tal-Komunità – tnaqqis ta’ madwar 12.4 %. L-evalwazzjonijiet li saru skond "Ir-Reviżjoni Prinċipali” u skond Artikolu 10 tad-Deċizjoni 1753/2000/KE juru li l-ACEA, JAMA u l-KAMA matul il-perjodu 1998 sa l-2004, wettqu l-obbligi kollha msemmija fl-Impenji tagħhom. Permezz ta’ dan, l-industrija tal-karozzi, tat kontribuzzjoni sinifikanti lill-istrateġija ta’ l-UE biex jonqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra u lill-għanijiet ta’ tnaqqis ta' Kjoto.

Sabiex jilħqu l-mira finali ta' l-Impenji (140 g CO2/km) it-tlett assoċjazzjonijiet iridu jżidu l-isforzi tagħhom b’mod sostanzjali. Waqt li tibbaża fuq ir-Rapporti Konġunti annessi, l-Kummissjoni tagħraf li t-tlett assoċjazzjonijiet ikkonfermaw mill-ġdid id-determinazzjoni soda tagħhom li jwettqu l-aħjar sforzi possibbli sabiex iżommu ma’ l-impenji tagħhom. Madankollu, l-ACEA u l-JAMA ma kinux kapaċi jipprovdu assigurazzjonijiet aktar sodi minn dawk tas-snin ta' qabel li kienu se jilħqu l-140 g CO2/km sa l-2008 (ACEA) u l-2009 (JAMA), minkejja li spiċċa l-perjodu ta’ impenn. Fl-2004, il-KAMA akkwistat tnaqqis sostanzjali ħafna u kkonfermat li ma kellha l-ebda raġuni biex temmen li ma kinetx se żżomm l-impenn tagħha[24]. Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza għall-industrija tal-karozzi biex tilħaq il-mira ta' 140 g CO2/km li l-Kummissjoni tqis li hija possibli u li l-industrija kkommettiet ruħha għaliha. Tenfasizza wkoll il-bżonn biex jitkomplew l-isforzi lejn ir-riċerka teknika, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar propulsjoni u sistemi awżiljarji aktar effiċjenti (li jinkludu l-arja kondizzjonata mobbli) għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief, sabiex jintlaħqu spejjeż aktar baxxi u prestazzjoni aħjar, li jinkludu l-effiċjenza u d-durabilità ġenerali.

Il- position papers imressqa mill-ACEA, JAMA, u l-KAMA[25] dwar ir-reviżjonijiet tagħhom fuq il-potenzjal biex jimxu aktar lejn l-għan tal-Komunità ta’ 120 g CO2/km sa l-2012 juru li l-assoċjazzjonijiet iqisu li hemm bżonn ta’ strateġija integrata, minflok li jkun hemm konċentrazzjoni biss fuq it-teknoloġija tal-karozzi. Skond l-assoċjazzjonijiet, jekk ikun hemm konċentrazzjoni fuq it-teknoloġija tal-karozzi, din “tħassar serjament il-kompetittività fil-ġejjieni u l-vijabbiltà finanzjarja ta’ l-industrija Ewropea tal-manifattura tal-karozzi, u ddgħajjef l-ekonomija ta' l-UE" (ACEA).

Il-Kummissjoni ddeċidiet li fl-2005-2006 twettaq reviżjoni ta’ l-istrateġija tal-Komunità sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. Fid-dawl tal-mira tal-Komunità ta’ 120 g CO2/km, il-Kummissjoni se tirrevedi l-għażliet disponibbli, inklużi dawk leġiżlattivi, sabiex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, soġġetti għal evalwazzjoni ta’ l-impatt u li jqisu x-xogħol tal-grupp ta’ livell għoli CARS21. Se titwettaq skond il-qafas tal-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima, u l-Kummissjoni mistennija tressaq Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni ta’ l-istrateġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-tieni nofs ta’ l-2006.

Dokument mehmuż

Tabella 1 : Il-medja ta’ l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda għat-tip ta’ karburant, għal kull assoċjazzjoni u l-UE 15.

CO2 (g/km) |

1995* CO2 (g/km) | 2004* CO2 (g/km) | Total | Kull sena |

JAMA il-karburanti kollha | 196 | 170 | 17.6 | 30 | 3.5 | 6 |

KAMA il-karburanti kollha | 197 | 168 | 16.6 | 28 | 3.3 | 5.6 |

*Il-figura ta’ l-2004 bbażata fuq data uffiċjali ta’ l-UE; *Il-figura ta’ l-2004 bbażata fuq data uffiċjali ta’ l-UE

Figura 1 : Il-medja Speċifika ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda fl-UE15, l-UE10 u fl-Istati Membri fl-1995 u l-2004 (medji mwieżna bbażati fuq id-data għall-vetturi tad-diżil u petrol; għall-1995, id-data kif mgħotija mill-assoċjazzjonijiet; għall-2004, id-data uffiċjali ta’ l-UE tintwera u hija korretta minn 0.7% għall-aġġustament fiċ-ċiklu ta' bidla; fl-1995 l-ebda data ma kienet disponibbli għall-Greċja, il-Finlandja u l-UE 10; fl-2004 l-ebda data ma kienet disponibbli għas-Slovakkja u Malta.)

[pic]

Tabella 3 : Xejriet fil-kompożizzjoni tal-karozzi ġodda reġistrati fis-suq, għal kull assoċjazzjoni u l-UE15

ACEA | 1995 |1996 |1997 |1998 |1999 |2000 |2001 |2002 (4) |2003 (4) |2004 (4) |Bidla 95-04' (2) | | Petrol |73.4% |72.9% |73.1% |70.3% |65.8% |60.9% |58.2% |56.3% |52.4% |45.4% |-28 | | Diżil |24.0% |24.3% |24.3% |27.0% |31.0% |35.8% |39.4% |43.6% |47.5% |51.9% |27.9 | | Total (3) |10,241,651 |10,811,011 |11,226,009 |11,935,533 |12,518,260 |12,217,744 |12,552,498 |11,649,782 |11,533,323 |11,668,101 |13.9% | | JAMA | 1995 |1996 |1997 |1998 |1999 |2000 |2001 |2002 (4) |2003 (4) |2004 (4) |Bidla 95-04' (2) | | Petrol |82.1% |82.1% |83.2% |81.6% |80.4% |80.8% |79.1% |77.3% |71.8% |65.6% |-16.5 | | Diżil |9.5% |10.4% |11.2% |13.1% |14.9% |16.5% |17.4% |22.6% |28.2% |30.9% |21.4 | | Total (3) |1,233,975 |1,342,144 |1,510,818 |1,666,816 |1,716,048 |1,667,987 |1,520,643 |1,501,937 |1,703,960 |1,843,728 |49.4% | | KAMA | 1995 |1996 |1997 |1998 |1999 |2000 |2001 |2002 (4) |2003 (4) |2004 (4) |Bidla 95-04' (2) | | Petrol |87.9% |87.6% |89.2% |85.9% |81.9% |80.9% |85.2% |77.8% |73.9% |69.5% |-18.4 | | Diżil |1.6% |1.8% |2.3% |6.1% |7.4% |8.3% |13.9% |22.0% |26.1% |26.4% |24.8 | | Total (3) |169,060 |236,454 |275,453 |373,230 |463,724 |491,244 |396,792 |325,436 |427,341 |589,542 |249% | | UE-15 (1) | 1995 |1996 |1997 |1998 |1999 |2000 |2001 |2002 (4) |2003 (4) |2004 (4) |Bidla 95-04' (2) | | Petrol |74.5% |74.2% |74.6% |72.1% |68.0% |63.9% |61.2% |59.2% |55.4% |49.6% |-24.9 | | Diżil |22.2% |22.4% |22.3% |24.7% |28.4% |32.6% |36.4% |40.7% |44.4% |48.1% |25.9 | | Total (3) |11,644,686 |12,389,609 |13,012,280 |13,975,579 |14,698,032 |14,376,975 |14,469,933 |13,477,155 |13,664,624 |14,101,371 |21.1% | |(1) Karozzi tal-passiġġieri ġodda mqegħda fis-suq ta’ l-UE minn manifatturi mhux koperti mill-obbligi, ma jkunux jeffetwaw in-numri b'mod sinifikanti.

(2) Il-bidla fuq il-perjodu 1995 sa l-2004 għall-karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diżil, tirrapreżenta l-bidla fis-sehem assolut ta’ kull tip ta’ karburant għat-total tar-reġistrazzjonijiet. It-tibdil għat-totali tal-karozzi huwa ż-żieda jew it-tnaqqis fir-reġistrazzjonijiet ġodda assoluti. It-tibdil fit-total tal-karozzi jirrappreżenta ż-żieda fir-reġistrazzjonijiet ġodda ta’ l-UE-15 fuq il-perjodu.

(3) It-total jinkudi vetturi mhux identifikati statistikament u vetturi li jużaw ‘tipi oħra’ ta’ karburant.

(4) Għall-2002 - 2004 ttieħdet id-data uffiċjali ta’ l-UE15

ANNESS (SEC(2006) 1078)

3. Il-monitoraġġ ta’ l-Impenn ta’ l-ACEA dwar it-Tnaqqis fl-Emissjonijiet tas-CO2 minn Karozzi tal-Passiġġieri (2004), Rapport Konġunt ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi ta' Karrozzi Ewropea u s-Servizzi tal-Kummissjoni, Verżjoni finali tal-25.11.2005

4. Il-monitoraġġ ta’ l-Impenn ta’ l-JAMA dwar it-Tnaqqis fl-Emissjonijiet tas-CO2 minn Karozzi tal-Passiġġieri (2004), Rapport Konġunt ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi ta' Karrozzi Ġappuniża u s-Servizzi tal-Kummissjoni, Verżjoni finali tal-25.11.2005

5. Il-monitoraġġ ta’ l-Impenn ta’ l-KAMA dwar it-Tnaqqis fl-Emissjonijiet tas-CO2 minn Karozzi tal-Passiġġieri (2004), Rapport Konġunt ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi ta' Karrozzi Ġappuniża u s-Servizzi tal-Kummissjoni, Verżjoni finali tal-25.11.2005

L-annessi huma disponibbli biss bl-Ingliż

[1] KUMM(95) 689 finali u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25.6.1996.

[2] L-impenji saru mill-assoċjazzjonijiet tal-manifattura tal-karozzi Ewropej (l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi ta' Karrozzi Ewropea - ACEA), dawk Ġappuniżi (l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi ta' Karrozzi Ġappuniża - JAMA), u Koreani (l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi ta' Karrozzi Koreana - KAMA).

[3] Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburant u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda, ĠU L 12, 18.1.2000.

[4] Deċiżjoni 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema biex timmonitorja il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda, OJ L 202, 10.8.2000.

[5] Informazzjoni dwar l-istrateġija tal-Komunità tista’ tinstab ukoll fuq il-websajt li jmiss: http://europa.eu.int/comm/environment/co2/co2_home.htm

[6] Billi l-Impenji kif rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea fl-1999/2000 ttieħdu fi żmien fejn l-UE kienet tinkludi biss 15-il Stat Membru, l-ambitu ġeografiku tagħhom huwa limitat għall-UE15.

[7] Imkejla skond id-Direttiva 93/116/KE kif modifikata.

[8] Mill-2001 d-data inkluża tiġi korretta miż-0.7% biex tikkunsidra l-bidla fiċ-ċiklu tat-test.

[9] L-impatt ta’ l-inċentivi fiskali għal karburant tad-diesel fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri probabbli wkoll ikkontriwixxa fis-sehem tal-karozzi tad-diesel fis-suq, u t-tnaqqis relatat ma' l-emissjonijiet tas-CO2.

[10] KUMM (2005) 683 finali.

[11] Ma tistax tingħata figura għal Greċja u l-Finlandja għall-1995 għax m’hemmx data disponibbli.

[12] KUMM(2005) 269 finali.

[13] KUMM(2005) 269 finali.

[14] ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

[15] “ Study on the effectiveness of Directive 1999/94/EC relating to the availability of consumer information on fuel economy and CO 2 emissions in respect of the marketing of new passenger cars ”, ADAC for the European Commission, Final report, March 2005, downloadable at http://europa.eu.int/comm/environment/co2/co2_directive.htm

[16] KUMM(2002) 431 finali.

[17] KUMM(2005) 261 finali.

[18] Vetturi N1 huma definiti bħala vetturi użati għall-ġarr ta’ prodotti u li jkollhom toqol li ma jaqbiżx it-3.5 tunnellata.

[19] Il-Kunsill Ambjentali ta’ l-10 ta’ Ottubru 2000 ikkonkluda, li

“ Fil-qasam tal-politika tat-trasport, il-Kunsill jirrikjedi lill-Kummissjoni biex tistudja u tħejji miżuri fl-oqsma li ġejjin, u jikkunsidraw ir-rata ta' żieda fl-emissjonijiet fis-settur tat-trasport, kif ukoll il-bżonn biex tirrifletti dwar l-ispejjeż soċjali u ambjentali għal kull mezz ta’ trasport kif imsemmi fil-Kunsill Ewropew ta’ Ħelsinki .

-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO 2 mill-vetturi, speċjalment biex jonqsu l-emissjonijiet minn vetturi għal xogħol ħafif

- tnaqqis tal-gass b’effett ta’ serra (GHG) mill-arja kondizzjonata fil-vetturi ”.

[20] Direttiva 2004/3/KE li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 70/156/KEE u 80/1268/KEE dwar il-kejl ta' l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u konsum ta' karburant minn vetturi N1, ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36.

[21] “Il-kejl u t-tħejjija ta’ miżuri ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO 2 mill-vetturi N1” , TNO għall-Kummissjoni Ewropea, Diċembru 2004, disponibbli fuq: http://europa.eu.int/comm/environment/co2/pdf/a_9482_final%20report.pdf

[22] "L-iżvilupp ta’ proċedura biex jiġi determinat il-konsum ta’ karburant addizzjonali tal-karozzi tal-passiġġieri (vetturi M1) dovut minħabba l-użu tat-tagħmir ta' l-arja kondizzjonata mobbli", TNO għall-Kumissjoni Ewropea, Lulju 2005, disponibbli fuq: http://europa.eu.int/comm/environment/co2/pdf/a_16174.pdf

[23] Figura bbażata fuq data uffiċjali ta’ l-UE.

[24] Għandu jiġi mfakkar li l-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “... biex immedjatament tippreżenta proposti, li jinkludu proposti leġiżlattivi, biex ikunu kkonsidrati, jekk ikun jidher biċ-ċar li, fuq il-bażi tal-monitoraġġ u wara konsultazzjoni ma’ l-assoċjazzjonijiet, li waħda jew iktar mill-assoċjazzjonijiet ma rrispettatx l-impenji li saru” (Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ottubru 1999).

[25] 2003 għall-ACEA u l-JAMA, 2004 għall-KAMA.

Top