Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0013

    Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta' l-Annimali 2006-2010 {SEG(2006) 65}

    /* KUMM/2006/0013 finali */

    52006DC0013

    Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta' l-Annimali 2006-2010 {SEG(2006) 65} /* KUMM/2006/0013 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 23.1.2006

    KUMM(2006) 13 finali

    KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

    dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta' l-Annimali 2006-2010 {SEG(2006) 65}

    KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

    dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta' l-Annimali 2006-2010

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Introduzzjoni

    Il-Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja ppreżentat dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Benesseri ta’ l-Annimali”) jinkorpora l-impenn tal-Kummissjoni lejn iċ-ċittadini ta' l-UE, il-partijiet interessati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal skema ċara u komprensiva ta' l-inizjattivi ppjanati mill-Kummissjoni għas-snin li ġejjin rigward il-benesseri ta’ l-annimali. Dan iwieġeb ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Protokoll dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta' l-annimali anness mat-Trattat tal-KE permezz tat-Trattat ta' Amsterdam.

    Il-Pjan ta’ Azzjoni se jiżgura li l-inizjattivi fil-qasam tal-Benesseri ta’ l-Annimali jagħtu l-attenzjoni li jixraq lin-natura transsettorjali tagħhom, id-dimensjonijiet u l-valur Ewropew u internazzjonali tagħhom, u l-firxa ta’ kompetenzi relatati u dawk konnessi ma’ xulxin kif illum il-ġurnata jinsabu mqassmin fost id-diversi Direttorati Ġenearli tal-Kummissjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni, għaldaqstant, jikkontribwixxi wkoll lejn regolamentazzjoni aħjar billi jagħti sehmu għall-konsolidazzjoni ta' l-istrumenti leġiżlattivi.

    Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Benesseri ta’ l-Annimali kien it-tema ta' konsultazzjoni pubblika mifruxa f’konformità mat-Tfassil Interattiv tal-Politika tal-Kummissjoni Ewropea. Dan huwa akkumpanjat minn Evalwazzjoni ta’ l-Impatt u jipprevedi wkoll evalwazzjonijiet ta' l-impatt individwali għal inizjattivi leġiżlattivi futuri. Fl-aħħarnett, tfassal Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni sabiex iservi bħala bażi għall-ħidma ta’ segwiment tal-Pjan ta’ Azzjoni. Dan id-Dokument kien suġġett għall-ħidma u l-kontributi ta’ Grupp ta’ Direzzjoni magħmul minn għadd ta' Diretturi Ġenerali inkarigati mill-benesseri ta' l-annimali, b'mod partikolari id-Direttorati Ġenearali ta’ l-Agrikoltura, l-Ambjent, l-Intrapriża, is-Sajd, ir-Riċerka, it-Trasport u l-Enerġija, il-Kummerċ u ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

    L-għanijiet

    L-għanijiet ewlenin li l-Kummissjoni tixtieq tikseb permezz ta’ l-elaborazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni huma li:

    Tiġi ddefinita b’mod aktar ċar id-direzzjoni għas-snin li ġejjin tal-politiki Komunitarji dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali;

    Titkompla l-promozzjoni ta' standards għolja ta' benesseri ta' l-annimali fl-UE u fil-livell internazzjonali;

    Jiġi pprovdut koordinament akbar tar-riżorsi eżistenti filwaqt li jiġu identifikati l-ħtiġijiet futuri;

    Jiġu appoġġati x-xejriet futuri fir-riċerka dwar il-benesseri ta' l-annimali u jitkompla l-appoġġ għall-prinċipju tat-3Rs: il-metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali: is-Sostituzzjoni, it-Tnaqqis u l-Irfinar ( Replacement, Reduction, Refinement );

    Jiġi żgurat metodu aktar konsistenti u koordinat għall-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali f’oqsma differenti tal-politika tal-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni wkoll ta’ aspetti bħall-impatt soċjoekonomiku ta’ kwalunkwe miżura ġdida.

    Dawn l-għanijiet ġew identifikati abbażi ta’ l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni fl-ippjanar, it-tħejjija u n-negozjar ta’ għadd ta' inizjattivi dwar il-benesseri ta' l-annimali kemm fi ħdan il-Kummissjoni, kif ma' l-Istati Membri, l-Istituzzjonijiet differenti ta’ l-UE u l-għadd li qiegħed kulma jmur jiżdied b'ritmu konsistenti ta' partijiet interessati u organizzazzjonijiet internazzjonali li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ dan it-tip. Sabiex jinltlaħqu dawn l-għanijiet u jiġi żgurat li jkun hemm metodu aktar strutturat fis-setturi differenti inkwistjoni, ġew identifikati ħames oqsma ta’ azzjoni ewlenin .

    Dawn ma jistgħux jitqiesu bħala azzjonijiet li kapaċi jirnexxu waħedhom; hemm konnessjonijiet ċari bejn l-azzjonijiet previsti li jitolbu metodu koordinat u ħolistiku. Perjodu mill-2006 u l-2010 jitqies adatt sabiex jiġu avvanzati l-azzjonijiet proposti, b’monitoraġġ regolari relatat u evalwazzjoni tal-progress kif ukoll programmar ta’ segwiment ’il hinn mill-2010 wara li jitlesta dan l-ewwel Pjan ta' Azzjoni Komunitarja.

    Jekk azzjonijiet proġettati jinvolvu spejjeż addizjonali possibbli għall-oparturi, dawn l-ispejjeż possibbli se jitiqiesu kif suppost fi ħdan il-valutazzjonijiet ta’ l-impatt għal dawn l-azzjonijiet, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-għanijiet ta’ l-istratġeija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

    L-OQSMA TA' L-AZZJONI

    Il-ħames oqsma ta’ azzjoni ewlenin li ġew identifikati huma:

    1. It-titjib ta’ l-istandards minimi eżistenti għall-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali skond evidenza xjentifika u evalwazzjonijiet soċjoekonomiċi ġodda kif ukoll l-elaborazzjoni possibbli ta’ l-istandards minimi speċifiċi għall-ispeċi jew il-kwistjonijiet li bħalissa ma tindirizzahomx il-leġiżlazzjoni ta' l-UE. It-tfassil ta’ regoli ta’ l-UE sabiex jiġi żgurat li jkun hemm infurzar effiċjenti u li jqis ir-regoli li jmexxu l-kummerċ internazzjonali se jingħata prijorità partikolari.

    2. Li tingħata priorità għolja biex tiġi promossa r-riċerka futura orjentata lerjn il-politika dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali u l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-3Rijiet: sabiex jiġu rrispettati l-obbilgazjonijiet skond il-Protokoll tat-Trattat tal-KE biex tingħata kull konsiderazzjoni lejn il:-benesseri ta’ l-annimali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki f’paralleli mat-titjib ta’ l-iżvilupp, il-validità, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ approċċi alternattivi għat-testjar ta’ l-annimali.

    3. L-Introduzzjoni ta’ indikaturi standardizzati għal-benesseri ta’ l-annimali: għall-klassifikazzjoni tal-ġerarkija ta’ l-istandards tal-benesseri applikati (mill-minimu għal standards iktar għoljin) sabiex jiġi megħjun l-iżvilupp ta’ metodi aħjar għall-benesseri ta’ l-annimali f’dak li għandu x’jaqsma mal-produzzjoni u t-tal-benesseriu ta’ trobbija biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom fil-livelli ta' l-UE u internazzjonali. Fuq din il-bażi, se jiġu esplorati l-għażliet għat-tikketjar ta’ l-UE b’mod sistematiku.

    4. Jiġi żgurat li dawk li jrabbu/jieħdu ħsieb l-annimali kif ukoll il-pubbliku in ġenerali huma iktar involuti u infurmati dwar l-istandards attwali tal-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali u li ir-rwol tagħhom fil-protezzjoni u l-benessri ta’ l-annimali jiġi apprezzat bis-sħiħ. Fir-rigward ta’ l-annimali li li jitrabbew fl-irziezet u l-farms, dan jista’ pereżempju jinkludi ħidma mal-bejjiegħa bl-imnut u l-produtturi biex tgħin it-titjib tal-fiduċja u l-għarfien tal-konsumatur dwar il-prattiki attwali tal-biedja u għalhekk isiru deċiżjonijiet iktar infurmati, kif ukoll jiġu żviluppati inizjattivi komuni fil-qasam tal-benesseri ta' l-annimali biex jitħaffef l-iskambju ta' l-informazzjoni u l-applikazzjoni ta’ l-aħjar prattiki.

    5. Jitkompla l-appoġġ u jinbdew iktar inizjattivi internazzjonali għal iktar għarfien u jinħoloq kunsens ikbar dwar il-benesseri ta' l-annimali, inkluż li jsir impenn mal-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw għall-esplorazzjoni ta' opportunitajiet ta' kummerċ ibbażati fuq sistemi ta' produzzjoni favorevoli għall-benesseri. Il-Komunità għandha wkoll tidentifika b’mod attiv il-problemi li jaqsmu l-fruntieri fil-qasam tal-benesseri ta’ l-annimali, fir-rigward ta' annimali li jinżammu għall-kumpannija jew annimali li jitrabbew fl-irziezet, il-fawna selvaġġa eċċ, u biex tiżviluppa mekkaniżmu biex tittrattahom b’mod iktar effiċjenti, konsistenti u f’waqtu.

    Il-bażi strateġika ewlenija li kienet ikkunsidrata sabiex telabora fil-ħames oqsma ta’ azzjoni hija stabbilita fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni li jakkumpnja din il-Komunikazzjoni.

    Passi futuri

    Jinħtieġu iktar sforzi infurzati mill-ġdid biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi mfassla f’mod razzjonali u komprensibbli, li b’hekk jiffaċilitaw implimentazzjoni u infurzar uniformi. Il-politiki Komunitarji tal-benesseri ta’ l-annimali jeħtieġu li jissejsu fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli filwaqt li jitqies it-tħassib tas-soċjetà ċivili, il-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi u r-relazzjonijiet mas-sħab u l-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummerċ. Għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet leġiżlattivi speċifiċi li għalihom l-istandards minimi ta’ protezzjoni attwalment mhumiex deskritti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    Se tingħata wkoll kunsiderazzjoni għas-simplifikazzjoni u l-kjarifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni eżistenti fejn rapporti u esperjenza juru l-ħtieġa għal reviżjonijiet jew aġġornamenti. Se jiġi żgurat ukoll segwitu f’waqtu tan-nuqqasijiet nnotifikati minn naħa ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji tal-benesseri ta’ l-annimali . Il-Kummissjoni tibqa’ viġilanti f’dawn il-kwistjonijiet u għandu jiġi previst ukoll l-għoti ta’ gwida għall-Istati Membri permezz ta’ organizzazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Il-parteċipanti mill-Pajjiżi Terzi, u b’mod partikulari mill-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw, jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-korsijiet ukoll.

    Il-Komunità se tikkontribwixxi għall-evoluzzjoni attwali tal-benesseri ta’ l-annimali bħala dixxiplina xjentifika, permezz ta’ l-iffinanzjar ta’ riċerka, il-promozzjoni tad-djalogu eċċ, u b’hekk jiġi ffaċilitata skambju iktar sħiħ ta’ fehmiet u kompetenzi. Il-Kummissjoni se tisħaq biex tiżgura li tingħata kunsiderazzjoni sħiħa lill-benesseri ta’ l-annimali fil-kuntest ta’ oqsma ta’ poltika rrelatati bħall-politiki ta’ l-agrikoltura u r-riċerka, is-saħħa ta’ l-annimali, is-sigurtà ta’ l-ikel, it-testjar tal-kimiċi/ assessjar tar-riskju eċċ. Se jiġu ffukati b’mod partikolari l-implimentazzjoni tat-“ 3Rs Declaration” addottata fis-7 ta’ Novembru 2005 fi Brussell u t-twaqqif ta’ programm ta’ azzjoni li jimmira li jissostitwixxi, inaqqas u jirfina l-użu ta’ l-annimali u l-applikazzjoni ta’ approċċi alternattivi għat-testjar ta’ l-annimali. Dwar il-kwistjoni usa' tal-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali, iktar koordinament bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni kompetenti u differenti jista’ jiffaċilita l-konsultazzjoni interna tal-Kummissjoni. Dan jista’ jgħin biex jiżgura li l-proposti tal-politika li għandhom impatt fuq il-benesseri ta’ l-annimali huma miflija b’mod sħiħ biex tintwera konformità mal-Protokoll tat-Trattat ta’ l-UE dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali.

    Se jsiru sforzi biex jiġu inkorporati f’leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti u futura, indikaturi tal-benesseri ta’ l-annimali speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, meta dawn huma disponibbli. Se jiġu promossi aktar investigazzjonijiet u riċerka għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ indikaturi oġġettivi li jistgħu jitkejlu tal-benesseri ta’ l-annimali bħal dawn. B’dan il-mod jista’ jiġi previst strument leġiżlattiv biex jivvalidasistemi ta’ produzzjoni li japplikaw standards iktar għolja ta’ benesseri mill-istandards minimi previsti fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li dejjem jibqgħu jiġu rrispettati r-regoli internazzjonali tal-kummerċ. Se tiġi żviluppata sistema ta’ informazzjoni u marketing biex tippromwovi fil-livell ta’ l-UE, l-applikazzjoni ta’ standards ogħla ta’ benesseri fil-UE u fid-dinja kollha u biex tiffaċilita l-identifikazzjoni tagħhom mill-konsumaturi ta’ l-UE. Il-ġestjoni, l-aġġornament u t-tixrid ta' dawn l-istandards kif ukoll it-tħejjija ta' studji soċjo-ekonomiċi u evalwazzjonijiet ta’ l-impatti relevanti jistgħu jiġu ffaċilitati bil-ħolqien ta’ Ċentru Ewropew jew Laboratorju għall-protezzjoni ul-benesseri ta’ l-annimali.

    Jeħtieġ li jiġu żviluppati u analizzati strateġiji aħjar ta’ marketing, tikkettjar u komunikazzjoni biex jiżguraw li l-konsumaturi jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet ta’ xiri iktar infurmati. Se jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ Pjattaforma ta’ Tagħrif dwar il-Benesseri ta’ l-Annimali biex tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta’ kompetenzi u esperjenzi dwar din il-kwistjoni bejn il-partijiet interessati bħall-konsumaturi, il-produtturi, il-bejjiegħa bl-imnut l-industrija eċċ .

    Se tiġi żviluppata strateġija Ewropea għall-komunikazzjoni dwar il-benesseri ta' l-annimali fl-Ewropa u lil hinn minnha biex tispjega liċ-ċittadini l-varjazzjonijiet fis-sistemi tal-produzzjoni ta' l-annimali u l-ispejjeż u l-benefiċċji marbuta ma’ standards ogħla tal-benesseri ta' l-annimali. Din l-istrateġija se tinkludi wkoll analiżi ta’ l-impatt potenzjali fuq il-kummerċ (pożittiv jew negattiv) fil-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jridu jesportaw lill-UE. Se jiġu elaborati għodda speċifiċi biex jinfurmaw aħjar lill-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali dwar it-tekniki tat-trobbija ta’ l-annimali u kunsiderazzjonijiet tal-benesseri ta’ l-annimali. Se titkompla tintuża l-konsultazzjoini mal-partijiet interessati u s-servejs pubbliċi fuq l-internet biex jasal il-kontribut mill-pubbliku fi stadju bikri tal-proċess tat-tfassil tal-politika. Din l-attività għall-benesseri ta’ l-annimali se tkun integrata ukoll mal-forom l-oħra ta’ komunikazzjoni diġà żviluppati mill-komunità fis-settur agro-alimentari

    Se jiġi pprovdut appoġġ sħiħ u koordinazzjoni Komunitarja fl-arena internazzjonali għall-attivitajiet tal-benesseri ta’ l-annimali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OIE u l-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-Komunità se tagħfas għall-aċċettazzjoni fil-livell tad-WTO tal-benesseri ta’ l-annimali bħala entità non-kummerċjali fil-kummerċ agrikolu u wara li tkun żviluppat il-politiki tal-benesseri ta’ l-annimali se taħdem flimkien ma’ l-imsieħba internazzjonali tal-kummerċ sabiex jinbena ftehim komuni fuq l-implimentazzjoni ta' standards tal-benesseri ta' l-annimali miftehma reċiprokament inkluż fil-kuntest ta' ftehimiet multilaterali u bilaterali tal-KE. Se jiġu previsti inizjattivi speċifiċi sabiex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-benesseri ta’ l-annimali bħala opportunità għall-kummerċ mal-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw.

    Kunsiderazzjonijiet tal-Baġit

    It-tħejjija ta’ Pjan ta’ Azzjoni per se m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. L-implikazzjonijiet potenzjali tal-baġit ta’ kull azzjoni individwali se jitqiesu fl-evalwazzjonijiet ta’ l-impatti li għandhom jiġu ppreparati għal kull azzjoni rispettiva, fi ħdan il-qafas ta’ ħidma stabbilit għall-infiq fuq miżuri veterinarji u fitosanitarji għall-perjodu 2007-2013, fejn relevanti.

    azzjonijiet ippjanati fil-qasam tal-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali [1]

    Azzjonijiet speċifiċi | L-iskeda ta’ żmien prevista |

    Il-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/58/KE dwar il-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal għanijiet ta’ biedja. | 2006* |

    Tħejjija ta’ proposta li temenda d-Deċiżjoni 2000/50/KE dwar l-ispezzjoni ta’ l-istabbilimenti agrikoli. | 2006* |

    Il-promozzjoni ta’ Partenarjat Ewropew bejn il-Kummissjoni u l-industrija biex tippromwovi approċċi alternattivi għat-testjar fuq l-annimali. | 2006* |

    Il-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar is-sistemi varji tat-trobbija ta’ tiġieġ li jbidu. | 2006* |

    Servej ta’ segwitu fuq l-attitudnijiet tal-konsumaturi għall-protezzjoni u l-benesseri ta' annimali li jitrabbew fl-irziezet u oħrajn. | 2006* |

    Proposta li tindirizza t-tħassib tal-pubbliku dwar in-negozju tal-fer tal-qtates u l-klieb u ta’ prodotti ġejjin minnhom. | 2006* |

    L-Organizzazzjoni ta’ Konferenza Ewropea dwar il-Benesseri ta’ l-Annimali mal-Presidenza tal-Kunsill Awstriak. | 2006* |

    Użu aħjar ta’ l-istruttura eżistenti ta’ konsultazzjoni (GIR[2]) biex tiġi prioritizzata r-riċerka relevanti politikament fil-benesseri ta' l-annimali | 2006- ’il quddiem |

    Preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-aċċetazzjoni regolatorja ta' metodi alternattivi tat-testjar ta' l-annimali fil-qasam tal-kożmetiċi. | 2006* |

    Ħidma biex ssostni u tippromwovi is-sottomissjonijiet tal-KE lid-WTO dwar il-kwistjonijiet tal-benesseri ta’ l-annimali u l-kummerċ agrikolu u t-tikkettjar obbligatorju għall-prodotti agrikoli. | 2006* |

    Li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għal iktar armonizzazzjoni tal-benesseri ta' speċi oħra li jitrabbew fl-irziezet bħad-dundjani u l-baqar tal-ħalib, bbażata fuq il-parir xjentifiku disponibbli u l-eżistenza ta' linjigwida miftehma fuq livell internazzjonali (eż. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa) | 2006 |

    Ħidma ta’tħejjija għat-twaqqif ta' Ċentru-Laboratorju Ewropew għall-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali u l-Validazzjoni ta’ Metodi Alternattivi ta’ Testjar | 2006 |

    Pjanar għat-twaqqif possibbli ta’ Pjattaforma ta’ Tagħrif speċifika dwar il-Protezzjoniu l-Benesseri ta’ l-Annimali | 2006 |

    Il-Kordinament tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni tal-linjigwida tad-djar u l-kura rreveduti skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ETS 123 (il-protezzjoni ta’ annimali vertebri użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra) u l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tad-Direttiva 86/609 dwar il-protezzjoni ta’l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra | 2006/2007* |

    Tħejjija ta’ proposta biex tiġi rreveduta l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali fil-ħin tal-qtil, inkluż il-qtil għall-għanijiet ta’ kontroll tal-mard. | 2007* |

    It-tħejjija ta’ proposta tal-Kummissjoni dwar l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita għall-vetturi fil-kuntest tal-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport (inkluż l-appoġġ tekniku miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kommissjoni) u l-iżvilupp ta' sistema għal monitoraġġ fil-ħin reali tal-kundizzjonijiet tal-benesseri ta’ l-annimali waqt it-trasport | 2007* |

    L-integrazzjoni ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni speċifika dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali mal-mezzi l-oħra ta' komunikazzjoni diġà żviluppata mis-settur ta’ l-agrikoltura-ikel, inkluż l-iżvilupp ta’ għodod ta’taħriġ on-line biex jinfurmaw aħjar is-soċjetà, b’mod partikolari t-tfal, fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali. | 2007* |

    Il-ħolqien ta’għodod speċifiċi ta’ komunikazzjoni biex jaħdmu flimkien ma sħab kummerċjali internazzjonali biex jinbena ftehim komuni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-istandards tal-benesseri ta’ l-annimali miftehma b’mod reċiproku. | 2007 |

    L-organizzazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri responsabbli biex jinforzaw ir-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali. Għandhom jiġu involuti parteċipanti mill-Pajjiżi Terzi, b’mod partikolari l-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali għal parteċipazzjoni mill-pajjiżi ta’ adeżjoni. | 2007* |

    Il-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni ta’ għoġġiela miżmuma għal għanijiet ta’ trobbija. | 2008* |

    Il-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-possibilità ta’ skema obbligatorja ta’ tikkettjar għal-laħam tat-tiġieġ u prodotti tal-laħam ibbażati fuq konformità ma’ l-istandards tal-benesseri ta’ l-annimali | 2008* |

    Il-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni ta’ ħnieżer miżmuma għal għanijiet ta’ trobbija. | 2009* |

    Identifikazzjoni ta’ l-Istandards dwra il-Metodi ta’ l-Insib li Mhumiex Krudili bil-għan lijiġu implimentati fil-UE sa’ l-2014 | 2009* |

    Il-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-influwenza ta’ parametri ġenetiċi fuq il-benesseri tal-broiler breeders u t-tiġieġ brojler | 2010* |

    It-twaqqif ta’ dejtabejż biex tinġabar u tinżamm informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-benesseri ta’ l-annimali u biex tinxtered informazzjoni bħal din ma’ l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi | 2010* |

    Rapport lill-Kunsill u l-Parlament dwar l-applikazzjoni ulterjuri ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-benesseri ta’ l-annimali (ibbażata fuq ir-riżultat tal-proġett ta’ riċerka dwar il-Kwalità tal-Benesseri ta’ l-2009) | 2010 |

    Il-ħolqien ta’ strument leġiżlattiv biex jivvalidita sistemi ta’ biedja li japplikaw standards ta’ benesseri iktar għolja minn dawk previsti fil-leżiżlazzjoni applikabbli | 2010 |

    It-twaqqif possibbli ta’ Standard Ewropew ta’ Kwalità għal prodotti li ħerġin minn sistemi ta' produzzjoni tal-benesseri ta' l-annimali għolja u l-ħolqien ta' sistema teknika u finanzjarja speċifika biex tippromwovi fil-livell Ewropew l-applikazzjoni ta’ l-istandards ogħla ta’ benesseri kemmgħall-iżviluppi tekniċi tagħhom kif ukoll biex jiġu kkummerċjalizzati kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. | 2010 |

    [1] * jindika l-azzjonijiet li diġa qed jitwettqu, mħabbra u previsti speċifikament permezz tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    [2] Groupe Interservice de Recherche.

    Top