Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005TA1228(07)

    Rapport dwar il-kontijiet annwali ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti ta’ l-Awtorità

    ĠU C 332, 28.12.2005, p. 45–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    28.12.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C NaN/45


    RAPPORT

    dwar il-kontijiet annwalita’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti ta’ l-Awtorità

    WERREJ

    1-2

    INTRODUZZJONI

    3-6

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    7-12

    OSSERVAZZJONIJIET

    Tabelli 1 sa 4

    Ir-risposti ta’ l-Awtorità

    INTRODUZZJONI

    1.

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja li hemm bżonn sabiex leġislazzjoni għall-Komunità tiġi abbozzata, li tiġbor u tanalizza informazzjoni sabiex ir-riskji jiġu karatterizzati u kkontrollati u li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq dawn ir-riskji. Il-kompetenzi u l-attivitajiet ta’ l-Awtorità huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 1 fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija minnha.

    2.

    Għal skop ta’ informazzjoni l-kontijiet annwali abbozzati mill-Awtorità għas-sena finanzjarja 2004 jidhru sommarjament fit-Tabelli 2, 3 u 4.

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    3.

    Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2); hija kienet abbozzata wara eżaminazzjoni tal-kontijiet ta’ l-Awtorità, skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea.

    4.

    Il-kontijiet ta’ l-Awtorità għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004 (3) kienu abbozzati mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u mibgħuta lill-Qorti, li hija mitluba li tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-kredibilità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet ta’ bażi.

    5.

    Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali ta’ verifika li ġew adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifika kienet pjanata u mwettqa sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma kredibbli u li t-transazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari.

    6.

    Il-Qorti kisbet bażi raġonevoli għall-opinjoni espressa hawn taħt.

    Kredibilità tal-kontijietIl-kontijiet ta’ l-Awtorità għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabli.Legalità u regolarità tat-transazzjonijiet ta’ bażiĦlief għas-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafi 9 sa 11, t-transazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet annwali ta’ l-Awtorità, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

    OSSERVAZZJONIJIET

    7.

    Il-proporzjon ta’ trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet li jridu jiġu kkunsidrati bħala nefqa sabiex jiġi kkalkolat r-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja hija valutata fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni b’delega. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu abbozzati b’tali mod sabiex jippermettu lill-kontabilist sabiex jivvaluta n-nefqiet attwali ta’ l-Awtorità, li mhux dejjem kien il-każ.

    8.

    Hemm nuqqasijiet sinifikanti fil-ġestjoni ta’ assi fissi, b’mod partikolari rigward l-identifikazzjoni ta’ l-affarijiet li jridu jiġu reġistrati fl-inventarju (4). Barra minn hekk, il-metodi użati sabiex jittella’ l-inventarju fiżiku mhumiex sodisfaċenti.

    9.

    Rigward ir-reklutaġġ ta’ persunal, deċiżjonijiet dwar iċ-ċaħda ta’ applikanti mhumiex sostanzjati u r-rapporti finali dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni huma ħafna drabi mhux kompleti, jew saħansitra ineżistenti fejn jidħlu aġenti awżiljarji. L-applikazzjoni tal-kompjuter utilizzata matul l-ewwel stadji tal-proċedura ta’ selezzjoni għall-kandidati ma tagħtix garanzija dwar l-integrità ta’ l-informazzjoni reġistrata. Il-klassifikazzjoni tal-persunal reklutat mhix sostanzjata ħafna drabi u lanqas approvata minn dokumenti ta’ sostenn.

    10.

    L-aġenti awżiljarji kienu reklutati mingħajr proċedura ta’ selezzjoni. Barra minn hekk, persunal li kienu taw attestazzjonijiet favur ċerta kandidati dehru wkoll bħala membri tal-bord ta’ selezzjoni għal dawn il-kandidati. Attestazzjoni minnhom kienet mogħtija favur żewġ persuni u ddikjarat li huma kienu ser jiġu reklutati bħala persunal temporanju, minħabba li l-ebda deċiżjoni ta’ l-AIPN ma ttieħdet fuq dan is-suġġett. F’każ minnhom, kandidat li għadda mis-selezzjoni iżda li ma ntagħżilx kien reklutat direttament għal pożizzjoni oħra.

    11.

    Kuntratt minnhom kien konkluż fuq il-bażi ta’ żewġ offerti, għalkemm ir-regolament finanzjarju jistipula li mill-inqas għandu jkun hemm tlett offerenti għal kuntratti ta’ dan l-ammont (5). F’każ ieħor, iċ-Chairman ta’ Kumitat ta’ Valutazzjoni kien qabel impjegat tal-kumpanija li rebħet il-kuntratt. Il-membri ta’ dan il-Kumitat inkluda subordinat dirett ta’ dan iċ-Chairman. F’każ ieħor ta’ l-aħħar, kuntratt kien konkluż b’negozjati diretti mingħajr il-ħarsien ta’ ebda mill-kundizzjonijiet imniżżla mid-dispożizzjonijiet (6).

    12.

    L-Awtorità għandha tagħmel kull sforz sabiex ittejjeb it-trasparenza tad-deċiżjonijiet tagħha dwar reklutaġġ ta’ persunal u l-għotja ta’ kuntratti sabiex tiggarantixxi l-osservazzjoni tar-regoli fis-seħħ u sabiex tevita kull suspett ta’ preġudizzju.

    Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Ottubru u tas-7 ta' Diċembru 2005.

    Għall-Qorti ta’ L-Awdituri

    Hubert WEBER

    President


    (1)  ĠU L 31 tal-1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 248 ts-16.9.2002, p. 1.

    (3)  Dawn il-kontijiet kienu abbozzati fl-1 ta’ Awwissu 2005 u riċevuti mill-Qorti fis-17 ta’ Awwissu 2005.

    (4)  Artikolu 103 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli lill-Budget Ġenerali (ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 1).

    (5)  Ammont: 8 400 euro. Artikolu 129(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli għall-esekuzzjoni tar-regolament finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali (ĠU L 357 tal-31.12.2002).

    (6)  Artikolu 126 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli lill-Budget Ġenerali (ĠU L 357, 31.12.2002).


    Tabella 1

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (Parma)

    Oqsma ta’ kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

    Kompetenzi ta’ l-Awtorità

    (Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 28 ta’ Jannar 2002)

    Tmexxija

    Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2004

    (informazzjoni għall-2003)

    Prodotti u servizzi pprovduti fl-2004

    Moviment ħieles ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (Artikolu 37 tat-Trattat)

    Kontribuzzjoni għal livell għoli ta’ saħħa, sigurtà, u l-ħarsien ta’ l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, waqt li tieħu kont ta’ kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi (Artikolu 95 tat-Trattat)

    Il-Politika Kummerċjali Komuni (Artikolu 133 tat-Trattat)

    Is-Saħħa Pubblika (Artikolu 152 (4) (b) tat-Trattat)

    Miri

    Li tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u appoġġ xjentifiku u tekniku għal-leġislazzjoni tal-Komunità u politika li għandha impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà ta’ l-ikel

    Li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq ir-riskji li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà fl-ikel

    Li tikkontribwixxi għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja umana u tas-saħħa

    Li tiġbor u tanalizza d-data li hemm bżonn biex tippermetti l-karatterizzazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji

    Kompiti

    Li toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi

    Li tippromwovi metodoloġiji uniformi ta’ l-istima tar-riskju

    Li tgħin lil-Kummissjoni

    Li tfittex, tanalizza, u tqassar d-data xjentifika u teknika meħtieġa

    Li tidentifika u li jiġu karatterizzati riskji li joħorġu

    Li tistabblixxi network ta’ organizzazzjonijiet li joperaw f’oqsma simili

    Li tipprovdi għajnuna xjentifika u teknika għall-immaniġjar tal-kriżi

    Li ttejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali

    Li tipprovdi lill-partijiet pubbliċi u lill-partijiet interessati b’informazzjoni affidabbli, objettiva u li tinftiehem b’mod faċli

    Li tieħu sehem fis-sistema ta’ twissija rapida tal-Kummissjoni.

    1. Bord ta’ Ġestjoni

    Kompożizzjoni

    14-il membru maħtura mill-Kunsill (b’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni

    Dmirijiet

    Li jadotta l-programm tax-xogħol u jiżgura li qed jiġi implimentat

    2. Direttur Eżekuttiv

    Maħtur mill-Bord Maniġerjali fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara smiegħ quddiem il-Parlament Ewropew

    3. Forum Konsultattiv

    Kompożizzjoni

    Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru

    Dmirijiet

    Li jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv

    4. Kumitat Xjentifiku u Gruppi Xjentifiċi

    Li jfassal abbozz fuq l-opinjonijiet xjentifiċi ta’ l-Awtorità

    5. Verifika esterna

    Il-Qorti ta’ l-Awdituri

    6. Awtorità ta’ approvazzjoni

    Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

    Budget Finali:

    29,1 miljun euro (12,6 miljun euro)

    kontribuzzjoni Komunitarja: 100 % (100 %)

    Numru tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2004:

    Numru ta’ postijiet fil-pjan ta’ twaqqif 138 (49)

    Postijiet ġa meħuda: 102 (27)

    +37(36) impjegati oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, persunal lokali, persunal ta’ l-aġenzija ta’ mpjieg)

    Persunal totali:.139 (63)

    Assenjat għad-dmirijiet li ġejjin:

    operattivi: 83 (33)

    amministrattivi: 56 (30)

    158 opinjoni kienu adottati u ppubblikati fl-2004; huma koprew ħafna oqsma inklużi pjanti aromatiċi, organiżmi modifikati ġenetikament (fl-imkien mal-WHO), bovine spongiform encephalopathy (BSE) jew transmissable spongiform encephalopathy (TSB).

    Żewġ simpożji xjentifiċi dwar suġġetti speċifiċi, l-iżvilupp ta’ kompetenza xjentifika fl-Awtorità stess, l-identifikazzjonita’ riskji emerġenti u t-tqegħid fuq in-network u l-ġabra ta’ informazzjoni xjentifika kienu organizzati.

    Il-Forum Konsultattiv iltaqa’ erba’ darbiet bi ħsieb sabiex jaħem bħala network ma’ l-awtoritajiet nazzjonali fuq suġġetti speċifiċi bħal koordinazzjoni fl-eventwalità ta’ kriżi.

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenziija


    Tabella 2

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Implimentazzjoni tal-budget għas-sena finanzjarja 2004

    (1000 euro)

    Dħul

    Nfiq

    Sors ta' dħul

    Dħul imniżżel fil-budget finali għas-sena finanzjarja

    Dħul miġbur

    Allokazzjoni ta' nefqa

    Approprjazzjoni tal-budget finali

    Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

    Approprjazzjonijiet disponibbli (budget 2003 u trasferiment mis-sena finanzjarja 2002)

    reġistrati

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti (1)

    kanċellati

    reġistrati

    imħallsa

    kanċellati

    reġistrati

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    Sussidji Komunitarji

    29 092

    18 000

    Titolu 1

    Persunal

    11 509

    8 641

    8 251

    390

    2 868

    149

    140

    9

    11 658

    8 790

    8 391

    390

    2 876

    Sussidji oħra

    0

    0

    Titolu II

    Amministrazzjoni

    5 633

    5 094

    3 617

    1 477

    539

    1 189

    1 058

    130

    6 822

    6 283

    4 676

    1 477

    669

    Dħul ieħor

    0

    0

    Titolu III

    Nefqa ta' xogħol

    11 950

    7 517

    4 051

    3 818

    4 081

    2 894

    2 019

    875

    14 844

    10 411

    6 071

    3 818

    4 956

    Total

    29 092

    18 000

    Total

    29 092

    21 252

    15 919

    5 684

    7 488

    4 233

    3 219

    1 014

    33 325

    25 485

    19 139

    5 684

    8 502

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.


    Tabella 3

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Kont tad-Dħul u n-Nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

    (1000euro)

     

    2004

    2003 (2)

    Dħul mix-Xogħol

    20 591

    10 171

    Total dħul mix-xogħol

    20 591

    10 171

    Nefqa amministrattiva

    Nefqa tal-persunal

    –7 564

    –3 213

    Bini u nefqa relatata

    –4 192

    – 781

    Nefqa oħra

    –1 263

    – 536

    Deprezzament u tnaqqis fil-valur ta' entitajiet konsolidati

    – 333

    – 204

    Nefqa ta' Xogħol

    –6 431

    –2 159

    Total nefqa ta' xogħol

    –19 783

    –6 894

    Profitt/(telf) ta' xogħol

    808

    3 277

    Dħul mill-operazzjonijiet finanzjarji

    0

    1

    Nefqa minn operazzjonijiet finanzjarji

    –7

    –3

    Profitt/(telf) minn operazzjonijiet finanzjarji

    –6

    –2

    Profitt/(telf) kurrenti

    802

    3 275

    Dħul straordinarju

     

    402

    Nefqa straordinarja

    –27

     

    Profitt/(telf) straordinarju

    –27

    402

    Kwantità ekonomika maħduma għas-sena finanzjarja

    775

    3 677

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.


    Tabella 4

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Karta tal-Bilanċ fil- 31 Diċembru 2004 u fil-31 ta' Diċembru 2003

    (1000 euro)

    Assi

    2004

    2003

    Dejn

    2004

    2003 (3)

    A. Assi fissi

     

     

    A. Kapital proprju

     

     

    Assi mhux tanġibbli

     

     

    Bilanċ trasferit

    3 677

     

    Programmi tal-kompjuter

    423

    362

    Kwantita' ekonomika maħduma għas-sena finanzjarja

    775

    3 677

    Assi tanġibbli

     

     

    Total

    4 452

    3 677

    Tagħmir tal-kompjuter

    1 035

    701

    Ċ. Dejn

     

     

    Għamara u tagħmir mobbli

    151

    106

    Dejn għal massimu ta' sena

     

     

    Deprezzament

    – 537

    – 204

    Dejn tas-salarju

    13

    8

     

     

     

    Dejn fiskali u soċjali

    77

     

    Total

    1 071

    965

    Entitajiet Konsolidati (CE) (4)

    2 069

    146

    B. Assi kurrenti

     

     

    Nefqa li trid tiġi allokata u dħul li jrid jiġi trasferit

    2 686

    1 535

    Stokks

     

     

     

     

     

    Ammonti riċevibbli għal massimu ta' sena

     

     

     

     

     

    Finanzjament bil-quddiem

    323

     

     

     

     

    Persunal

    50

     

     

     

     

    Ammonti riċevibbli kurrenti

    1

    1

     

     

     

    Ammonti riċevibbli oħra

    36

    40

     

     

     

    Entitajiet Konsolidati (CE) (4)

    4 568

     

     

     

     

    Nefqa li trid tiġi trasferita u dħul miġbur

    47

    2

     

     

     

    Assi disponibbli

     

     

     

     

     

    Kontijiet bankarji

    3 202

    4 342

     

     

     

    Kontijiet Imprest

     

    15

     

     

     

    Total

    8 226

    4 400

    Total

    4 845

    1 688

    Assi totali

    9 297

    5 365

    Dejn totali

    9 297

    5 365

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.


    (1)  Inklużi trasferimenti mhux awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet (ara Deċiżjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tat-18 ta' Jannar 2005).

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.

    (2)  L-informazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 ġiet proċessata mill-ġdid sabiex tikkonforma mal-prinċipju ta' kontabilita' fuq bażi ta' dovuti.

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.

    (3)  L-informazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 ġiet proċessata mill-ġdid sabiex tikkonforma mal-prinċipju ta' kontabilità fuq bażi ta' dovuti.

    (4)  Istituzzjonijiet u Entitajiet Komunitarji.

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.


    IR-RISPOSTA TA’ L-AWTORITÀ

    7.

    L-Awtorità se tassigura li s-sistema mwaqqfa sabiex tinforma l-kontabilista dwar l-infiq tas-sena finanzjarja issir kemm jista’ jkun preċiża u affidabbli.

    8.

    L-Awtorità se tagħmel verifikazzjoni sħiħa ta’ l-inventarju tagħha f’Novembru ta’ l-2005, ladarba tkun spiċċat iġġorr f’Parma. Qed jintuża metodu fejn mal-wasla, jew l-iktar tard meta jsir il-ħlas tagħhom, l-oġġetti jiġu rreġistrati fl-inventarju.

    9.

    Il-proċeduri ta’ selezzjoni kif ukoll dawk għad-deċiżjonijiet tar-reklutaġġ ġew imtejba sabiex ikun hemm iktar trasparenza. In-nuqqasijiet konstatati mill-Qorti kienu kawża tal-bżonn li l-Awtorità titwaqqaf malajr. L-applikazzjoni tal-kompjuter imsemmija mill-Qorti m’għadhiex iktar użata bħala bażi għad-data.

    10.

    Minn Settembru ta’ l-2004, is-selezzjoni u r-reklutaġġ ta’ l-aġenti awżiljari qed isiru skond proċedura simplifikata. Il-membri tal-kumitat ta’ selezzjoni għandhom l-obbligu li jiddikjaraw jekk jafux lil kandidat waqt l-intervisti għas-selezzjoni. L-Awtorità qed tistudja xi miżuri ta’ kif tista’ tnaqqas għall-minimu r-riskji li tiġi mpoġġija fid-dubju l-imparzjalità tal-kumitat ta’ selezzjoni. Inħareġ ċertifikat ta’ mpieg ta’ aġent temporanju għal żewġ kandidati li għaddew mis-selezzjoni sabiex jimlew xi postijiet hekk meta jkun jippermetti l-pjan tal-budget, jiġifieri 6 xhur wara.

    11.

    L-Awtorità ħadet diversi miżuri u ħalqet struttura interna applikabbli għall-għotja tal-kuntratti, u dan sabiex ir-regoli li japplikaw f’dan il-qasam jiġu rispettati aħjar. L-għan ta’ dawn il-miżuri huwa dak li r-regoli fis-seħħ jinfthiemu aħjar u li jsir taħriġ għall-persunal ikkunċernat. Dwar il-każijiet msemmija mill-Qorti, il-membri tal-Kumitati ta’ Valutazzjoni jintgħażlu mill-EFSA skond il-prinċipji ġenerali wżati u dan jiddependi min-numru ta’ nies li huma kapaċi jagħtu evalwazzjoni teknika, li f’istituzzjoni żgħira huwa limitat. L-għotja ta’ kuntratt permezz ta’ ftehim dirett dwar servizz speċifiku ġrat minħabba xi diffikultajiet fl-ippjanar. Minn dan il-mument ‘l hemm dan l-istess servizz kellu jgħaddi mill-proċedura tax-xiri pubbliku qabel ma jasal għand l-Awtorità.

    12.

    L-awtorità dejjem fittxet li tirrispetta r-regoli fis-seħħ u se tkompli fl-isforzi tagħha fil-qasam ta’ l-ugwaljanza ta’ trattament u ta’ trasparenza kemm fil-politika ta’ reklutaġġ tagħha kif ukoll fil-politika ta’ xiri pubbliku.


    Top