EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0343

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

/* KUMM/2005/0343 finali - COD 2005/0138 */

52005PC0343




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.7.2005

KUMM(2005) 343 finali

2005/0138 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-proposta preżenti għal Regolament għandha l-għan li tittrasponi r-Rakkomandazzjoni Speċjali VII dwar “wire transfers” (SR VII) tat-Task Force ta’ l-Azzjoni Finanzjarja (FATF) fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.[1] Il-proposta tistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti tal-fondi, sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni bażika tkun disponibbli immedjatament għall-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, biex ikunu assisti fix-xogħol tagħhom. Skond in-nota interpretattiva riveduta tagħha, li kienet adottata fl-10 ta’ Ġunju 2005, l-SR VII għandha tkun trasposta sa Diċembru 2006. |

Kuntest ġenerali Iż-żieda fid-dinja ta’ l-atti ta’ terroriżmu fl-aħħar għaxar snin immobilizzat il-komunità internazzjonali biex tiżviluppa miżuri xierqa sabiex ikun miġġieled dan il-fenomenu. Wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru 2001 fl-Istati Uniti, il-ġlieda kontra t-terroriżmu saret prijorità politika ewlenija fid-dinja kollha. Fil-laqgħa straordinajra tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2001, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tkun, aktar minn qatt qabel, l-għan ewlieni ta’ l-Unjoni Ewropea, u adotta Pjan ta' Azzjoni biex ikun Miġġieled it-Terroriżmu. Wara l-attakki f’Madrid tal-11 ta' Marzu 2004, il-Kunsill Ewropew adotta fil-25 ta’ Marzu 2004 Dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u rreveda l-Pjan ta' Azzjoni biex ikun Miġġieled it-Terroriżmu. Id-Dikjarazzjoni kkommettiet l-Unjoni u l-membri tagħha “(...) li jagħmlu dak kollu li hu fil-poter tagħhom biex jikkumbattu l-forom kollha ta’ terroriżmu (...)” u identifikat numru ta’ għanijiet strateġiċi li jgħinu jinkiseb dan l-għan. Dawn jinkludu rekwiżit li l-Unjoni u l-membri tagħha jieħdu l-miżuri kollha neċessarji “biex jitnaqqas l-aċċess tat-terroristi għal riżorsi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra. Il-“Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu” rivedut jagħraf li l-qafas leġiżlattiv maħluq mill-Unjoni għall-iskop biex ikun miġġieled it-terroriżmu u titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja għandu sehem deċiżiv x'jilgħab fil-ġlieda kontra l-attivitajiet terroristiċi u jissettja proposti dettaljati għall-iżvilupp tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Waħda minn dawn il-miżuri tikkonsisti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-FATF u l-addattament tal-qafas leġiżlattiv ta’ l-UE għad-disa’ Rakkomandazzonijiet Speċjali dwar il-finanzjament tat-terroriżmu adottat mill-FATF. Flimkien ma’ l-Erbgħin Rakkomandazzjoni tal-FATF dwar il-ħasil tal-flus adottati fl-1990 u riveduti fl-2003, ir-Rakkomandazzonijiet Speċjali I sa IX jissettjaw il-qafas bażiku biex jinqabad, jitwaqqaf u jinqered il-finanzjament tat-terroriżmu u l-atti terroristiċi fuq livell internazzjonali. Ir-regoli tal-FATF huma ġeneralment aċċettati bħala standard internazzjonali fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea huma impenjati fl-implimentazzjoni ta’ l-istandards tal-FATF. Ħafna mill-miżuri mdaħħla fis-Disa' Rakkomandazzonijiet tal-FATF kienu jew huma fil-proċess li jkunu implimentati jew permezz ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità, jew permezz tal-proċeduri stabbiliti skond it-Titli V u VI tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta' din il-proposta Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001[2] tas-27 ta’ Diċembru u (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002[3] huma dwar l-iffriżar ta’ l-assi tat-terroristi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti madanakollu japplikaw għal individwi jew gruppi speċifiċi magħżula kkunsidrati bħala terroristi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2005/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fiha numru ta’ miżuri li għandhom l-għan li jiġġieldu l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madanakollu, il-miżuri deskritti hawn fuq ma jwaqqfux kompletament lit-terroristi u kriminali oħrajn milli jkollhom aċċess għal sistemi ta' ħlas biex iċaqilqu l-fondi tagħhom. Il-proposta tikkumplimenta dawk il-miżuri billi tiżgura li dik l-informazzjoni bażika dwar il-pagatur tat-trasferimenti tal-fondi tkun immedjatament disponibbli għall-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi u/jew tal-prosekuzzjoni biex tassistihom fis-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroristi jew kriminali oħra u jkunu traċċati l-assi tat-terroristi. |

Il-konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Il-proposta hi konsistenti ma’ l-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni biex ikun Miġġieled it-Terroriżmu tal-Kunsill Ewropew, li tindirizza speċifikament il-bżonn li jkun żgurat li l-qafas leġiżlattiv maħluq mill-Komunità sabiex ikun miġġieled it-terroriżmu u titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja hu adattat għad-disa' Rakkomandazzjonijiet speċjali tat-Task Force ta' l-Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin li kienet immirata lejhom u profil ġenerali ta' min wieġeb Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “Qafas legali ġdid għall-pagamenti fis-Suq Intern”, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati fuq kwistjonijiet imqanqlin mit-traspożizzjoni ta’ l-SR VII fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod estensiv l-imsieħba ewlenin permezz ta’ laqgħat immirati tal-Kumitati Kunsultattivi (il-Grupp espert tal-Gvern tas-Sistemi tal-Ħlas, il-Grupp tas-Suq tas-Sistemi tal-Ħlas u l-Kumitat tal-Kuntatt dwar il-Ħasil tal-Flus). |

Sommarju tat-tweġibiet u kif ittieħdu f’kunsiderazzjoni Il-kwistjonijiet ewlenin indirizzati fil-Komunikazzjoni dwar “Qafas legali ġdid għall-pagamenti fis-Suq Intern” kienu: (1) it-traspożizzjoni ta’ l-SR VII bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità għal-leġiżlazzjoni nazzjonali; (2) is-sistema ta’ informazzjoni applikabbli fil-UE; (3) il-bżonn ta’ deroga mill-prinċipju ta’ informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur fir-rigward ta' trasferimenti f’lottijiet (“batch transfers”) bejn il-ġuriżdizzjonijiet u (4) il-bżonn ta' eżenzjonijiet jew limiti. (1) It-traspożizzjoni tad-DR VII permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità għal-leġiżlazzjoni nazzjonali Ir-riżultati tal-konsultazzjoni urew appoġġ massiv mill-imsieħba kollha (il-Komunità bankarja, il-banek ċentrali nazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Istati Membri) biex jittrasponu l-SR VII permezz ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja u mhux b’leġiżlazzjoni nazzjonali. (2) Is-sistema ta’ informazzjoni applikabbli fl-UE: il-kontenuti ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ fondi fi u bejn l-Istati Membri Skond l-SR VII, l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti tal-fondi f’ġuriżdizzjoni tista' tkun limitata għan-numru tal-kont tal-pagatur, sakemm l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur (isem, indirizz u numru tal-kont) tista' tingħata fi tlett ijiem ta' xogħol, wara li ssir talba, mill-PSP tal-pagatur lill-PSP tar-riċevitur. Ġaladarba din ir-regola tidħol fis-seħħ fil-Komunità permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Komunità, hu biżżejjed li jinkisbu t-trasferimenti tal-fondi fl-UE billi jkunu akkumpanjati bin-numru tal-kont tal-pagatur. Fil-każijiet fejn jew il-PSP tal-pagatur jew ta’ dak li qed iħallas huma barra l-UE, għandha tkun trażmessa l-informazzjoni sħiħa fuq il-pagatur. Għalhekk il-proposta preżenti tistabbilixxi li l-informazzjoni semplifikata (in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku) għandha tkun applikata fuq trasferimenti ta' fondi fl-UE, filwaqt li informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur għandha tkun applikata fuq trasferimenti ta' fondi bejn l-UE u ġuriżdizzjonijiet oħra. Dan hu perfettament skond ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika. (3) Il-bżonn ta' deroga mill-prinċipju ta' informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur fir-rigward ta’ trasferiment f'lott bejn il-ġuriżdizzjonijiet In-nota interpretattiva oriġinali tal-FATF dwar l-SR VII (INSR VII) teżenta t-trasferimenti f’lottijiet bejn il-ġuriżdizzjonijiet (bl-eċċezzjoni ta’ dawk mibgħuta bis-servizz tat-trasferiment tal-flus) milli tingħata informazzojni sħiħa dwar il-pagatur. B’deroga fuq is-sistema ta’ informazzjoni sħiħa li japplika bejn il-ġuriżdizzjonijiet, trasferimenti f’lottijiet għandhom bżonn li jkollhom in-numru tal-kont biss tal-pagatur jew l-identifikatur uniku. Madanakollu, it-terminu “lott” ma kienx imfisser fl-INSR VII oriġinali tal-FATF. Din l-assenza ta’ definizzjoni għamlet l-ambitu tad-deroga mhux ċar. Fil-kuntest tas-sistemi ta’ ħlas, it-terminu “trasferimenti f’lottijiet” jista’ jkollu ħafna tifsiriet differenti. Mingħajr definizzjoni armonizzata, għarfien komuni tad-deroga mill-PSPs hu improbabbli, u jista’ wkoll ma jkunx possibbli. Il-Komunità bankarja u l-maġġoranza ta’ l-Istati Membri jirrikonoxxu l-bżonn ta’ din id-deroga fir-rigward ta' trasferimenti individwali minn pagatur uniku li jkunu fil-lott għat-trażmissjoni lil dawk li jirċievu l-ħlas u li jkunu barra l-Komunità. Dan il-proċess speċifikament jirreferi għall-ġabra flimkien ta' gruppi ta’ trasferimenti individwali mingħand pagatur uniku għal diversi riċevituri tal-ħlas (tipikament ċertu tip ta’ trasferimenti ta’ rutina, bħall-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali), li ma tippermettix, għal raġunijiet ta’ spiża/effiċjenza, li tiġi inkluża l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, iżda biss dik dwar il-lott li jinkludihom. L-istess arranġament issa japplika fl-FATF, wara reviżjoni ta’ l-INSR VII oriġinali. Il-proposta preżenti għalhekk fiha dispożizzjoni speċifika li tippermetti trasferimenti ta’ fondi minn pagatur uniku li qiegħad f’lott għat-trażmissjoni lir-riċevituri tal-ħlas barra l-Komunità, li jkun fihom biss in-numru tal-kont tal-pagatur, sakemm il-lott fih informazzjoni sħiħa fuq il-pagatur. (4) Il-bżonn ta’ eżenzjonijiet jew limiti In-nota interpretattiva inizjali dwar l-SR VII stabbiliet li l-ġuriżdizzjonijiet jista’ jkollhom limitu de minimis (ta’ mhux aktar minn USD 3 000). Madanakollu din l-eżenzjoni kellha tkun temporanja u suġġetta għar-reviżjoni mill-FATF fl-2004. Din ir-reviżjoni saret bejn Frar 2004 u Ġunju 2005 u immaterjalizzat fl-INSR VII rivedut, li kien approvat fl-10 ta' Ġunju 2005. Din ir-reviżjoni qanqlet konsultazzjoni estensiva ma' l-industrija tal-ħlasijiet kif ukoll ta’ l-Istati Membri. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni juru li l-industrija tal-ħlasijiet hi ġeneralment kontra l-applikazzjoni tal-limiti, għax din tagħmel necessarja l-introduzzjoni tas-sistemi doppji għat-trattament tat-trasferimenti tal-fondi anqas jew aktar mil-limiti. Imsieħba oħra (Stati Membri, banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew) ġeneralment mhumiex favuriha lanqas. Barra minn hekk, studju mill-FATF juri li anke ammonti żgħar jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw it-terroriżmu. Fuq in-naħa l-oħra, hemm tħassib li ħtiġiet ta’ identifikazzjoni stretti ħafna jistgħu jitfgħu t-transazzonijiet fil-ħabi, fejn il-kapaċità ta’ l-awtoritajiet biex jiksbu kwalunkwe informazzjoni tkun ipperikolata konsiderevolment. Konsegwentement, il-proposta preżenti tneħħi l-limiti sew minn fuq it-trasferimenti ħerġin mill-UE u kif ukoll minn fuq dawk deħlin fl-UE, fir-rigward tal-ġbir u t-trażmissjoni ta' l-informazzjoni dwar il-pagatur. Għalhekk tipprovdi li t-trasferimenti anonimi deħlin fl-UE jkunu suġġetti għal viġilanza speċjali u miżuri xierqa destinati li jiġbru informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur. Tistabbilixxi wkoll li trasferimenti ta’ fondi ħerġin mill-UE għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, iżda sabiex jittieħed kont tar-riskju li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi, il-flessibilità hi għalhekk permessa fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-verifika ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur, fuq bażi tas-sensittività tar-riskju. |

Saret konsultazzoni miftuħa fuq l-internet mill-02/12/2003 sal-15/02/2004. Il-Kummissjoni rċeviet 103 tweġibiet. Ir-riżultati jinsabu fuq http://europa.eu.int/comm/internal_market/payments/framework/2004-contributions_en.htm. |

Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza |

Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern. |

Valutazzjoni ta' l-Impatt Il-proposta ma kinitx sottomessa għall-valutazzjoni ta’ l-impatt skond l-obbligi internazzjonali u ma għandhiex impatt sinifikanti trasversali. Barra minn hekk, kienet sottomessa għal konsultazzjoni estensiva bejn l-imsieħba. Din tittrasponi l-SR VII tal-FATF b’mod li timminimizza l-ispejjeż għall-industrija tal-pagamenti u fl-istess ħin tiżgura standard għoli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-proposta tistabbilixxi regoli bl-għan li tiġi stabbilita t-traċċabilità tat-trasferimenti tal-fondi, li huma applikabbli fuq il-PSPs kollha involuti fil-katina ta’ ħlas. Il-PSP tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferimenti tal-fondi jkun fihom informazzjoni sħiħa, preċiża u utli dwar il-pagatur. Kwalunkwe PSP intermedjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni kollha dwar il-pagatur li takkumpanja trasferiment tinżamm mat-trasferiment jew li r-rekords xierqa jinżammu. Il-PSP tar-riċevitur għandu jkun kapaċi li jsib nuqqas ta' preżenza ta' informazzjoni dwar il-pagatur meta jirċievi t-trasferimenti u jittieħdu passi xierqa sabiex tkun korretta din is-sitwazzjoni, sabiex trasferimenti ta’ fondi milqugħa ma jibqgħux anonimi. Filwaqt li jsir dan, għandha tiġi eżerċitata viġilanza speċjali fir-rigward ta’ dawn it-trasferimenti u, fuq bażi tas-sensitività tar-riskju, jitqiesu fatturi pertinenti oħra u jkunu rrappurtati trasferimenti suspettużi lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-PSPs għandhom iżommu wkoll rekords xierqa u jirrispondu bis-sħiħ u malajr għall-mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ta’ l-Istat Membru fejn ikunu bbażati. |

Il-bażi legali L-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju ta' sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet ta' din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu għal kollox mill-Istati Membri għal dawn ir-raġuni/jiet. |

Azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri waħedha fil-qasam tat-trasferimenti tal-fondi bejn il-fruntieri jista' jkollha impatt sinifikattiv fuq it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas fuq il-livell ta’ l-UE, u għalhekk tagħmel il-ħsara fis-Suq Intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. |

Azzjoni komunitarja se twettaq aħjar l-obbjettivi tal-proposta għar-raġuni/jiet li ġejjin: |

Bil-qies ta’ l-azzjoni tagħha, l-azzjoni tal-Komunità għandha tiggarantixxi traspożiżżjoni uniformi ta’ l-SR VII fl-UE kollha, u partikularment, li ma jkunx hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn ħlasijiet nazzjonali fi Stat Membru u ħlasijiet bejn il-fruntiera ta’ l-Istati Membri. Dan il-prinċipju kien stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 dwar ħlasijiet bejn il-fruntieri permezz ta’ l-euro li kien l-ewwel pass sinifikattiv lejn it-twaqqif ta' Żona Unika ta' Ħlasijiet fl-UE. |

Hemm kunsens ġenerali, li ġej mill-imsieħba kollha (partikularment mill-Istati Membri u l-industrija tal-ħlas), li l-għanijiet ta’ l-azzjoni jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Unjoni. |

L-ambitu ta’ din il-proposta, li jikkoinċidi mal-miżuri previsti fl-SR VII ma jistax, min-natura tiegħu, u biex ikunu evitati l-inkonsistenzi, jinqasam bejn azzjoni Komunitarja u azzjoni ta' l-Istati Membri. |

Għalhekk il-proposta tosserva l-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tosserva l-prinċipju ta' proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet/din ir-raġuni li ġejja: |

F’konformità mar-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni, il-proposta tittrasponi l-SR VII b’mod sempliċi, billi tipprovdi reġim simpliflikat fl-UE u sistema ta’ nfiq effettiv sabiex tkun żgurata traċċabilità tat-trasferimenti ta' fondi lejn u minn pajjiżi terzi. Din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħa. |

Bid-definizzjoni ta’ l-obbligi applikabbli fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, li jimminimizzaw l-ispiża ta' l-industrija tal-ħlasijiet, il-proposta għalhekk timminimizza t-toqol finanzjarju għal gvernijiet nazzjonali, operaturi ekonomiċi u ċittadini. |

L-għażla ta' l-istrumenti |

L-istrument propost: regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni/raġunijiet li ġejja/ġejjin: Is-sistemi ta’ ħlas fl-UE huma fil-proċess li jkunu integrati f'Żona Unika ta' Ħlas u, konsegwentement, l-SR VII għandu jkun implimentat f'manjiera armonizzata fl-UE kollha. L-imsieħba kollha għamlu sejħa għall-użu ta’ regolament, li jkun l-aktar mod effettiv biex tkun garantita l-implimentazzjoni uniformi u għalhekk ambjent ġust u ugwali. |

IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT |

Il-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni li tirrigwarda ż-ŻEE u għandu għalhekk jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

1. 2005/0138 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (Test b'relevanza għall-EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,[4]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,[6]

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Bank Ċentrali Ewropew,[7]

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,[8]

Billi:

(1) Wara l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti fil-11 ta’ Settemrbu 2001, il-Kunsill Ewropew staordinarju fil-21 ta’ Settembru 2001 reġa’ saħaq li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hu għan ewlieni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew approva pjan ta’ azzjoni li jittratta kooperazzjoni aħjar ġudizzjarja u tal-pulizija li jiżviluppa strumenti legali internazzjonali kontra t-terroriżmu, li jwaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu, isaħħaħ is-sigurtà fl-ajru u konsistenza akbar bejn il-politika relevanti kollha. Dan il-pjan ta’ azzjoni kien rivedut mill-Kunsill Ewropew wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Marzu 2004 f’Madrid, u issa jindirizza speċifikament il-bżonn li jiżgura l-qafas leġiżlattiv maħluq mill-Komunità bl-iskop li jkun miġġieled it-terroriżmu u titjieb l-kooperazzjoni ġudizzjarja. Hu adattat għad-disa' Rakkomandazzonijiet Speċjali kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu adottat mit- Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (FATF).

(2) Sabiex ikun evitat il-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri bl-għan li jkunu ffriżati fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jkun miġġieled it-terroriżmu[9], u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, ix-xibka ta' l-Al-Qaida u t-Talibani, u li jneħħi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afghanistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rispett tat-Talibani ta’ l-Afghanistan[10]. Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi mħarsa s-sistema finanzjarja kontra d-devjazzjoni tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għal skopijiet ta’ terroriżmu. Id-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu[11] fiha numru ta’ miżuri bl-għan li jkun miġġieled l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu dawk il-miżuri kollha ma jipprevenux bis-sħiħ it-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta’ ħlas biex iċaqilqu l-fondi tagħhom.

(3) Sabiex jiġi inkoraġġit approċċ koerenti fil-kuntest internazzjonali fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, aktar azzjoni Komunitarja għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi f’dak il-livell, jiġifieri d-disa' Rakkomandazzjonijiet speċjali kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu adottati mill-FATF u partikularment ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII (SR VII) fuq il-"wire transfers”, u n-nota interpretattiva riveduta għall-implimentazzjoni tagħha.

(4) It-traċċabilità sħiħa tat-trasferimenti ta’ fondi tista’ tkun għodda partikularment importanti u ta’ valur fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk huwa xieraq, sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni ta’ l-informazzoni dwar il-pagatur matul il-katina kollha tal-ħlas, li jkun hemm sistema li timponi l-obbligu fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li t-trasferimenti ta’ fondi jkunu akkumpanjati b’informazzoni preċiża u utli dwar il-pagatur.

(5) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad- data personali u dwar iċ-ċaqliq ħieles tad- data [12]

(6) Minħabba li hemm riskju iżgħar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-fondi minn transazzjoni kummerċjali jew fejn il-pagatur u dak li jħallas huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jaġixxu f’isimhom, hu xieraq li dawn it-trasferimenti jkunu eżentati mill-iskop ta' dan ir-Regolament, fuq il-kondizzjoni li tibqa’ dejjem possibbli li l-pagatur ikun ittraċċat.

(7) Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-transazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni hi preċiża għandu jkun applikat abbażi tas-sensitività tar-riskju, fir-rigward ta’ trasferimenti ta' fondi lil min jħallas barra l-Komunità sa 1 000 euro.

(8) Fl-isfond tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħlasijiet bejn il-fruntieri bl-euro[13] u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas Legali Ġdid għall-Ħlasijiet fis-Suq Intern"[14], hu biżżejjed li jkun hemm provvediment li t-trasferimenti tal-fondi fil-Komunità jkunu akkumpanjati minn informazzjoni simplifikata dwar il-pagatur.

(9) Sabiex l-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f'pajjiżi terzi jkunu jistgħu jittraċċaw is-sors ta' fondi użati għall-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, it-trasferimenti tal-fondi mill-Komunità għal pajjiżi terzi għandhom ikollhom informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Aċċess, minn dawk l-awtoritajiet, għal informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur għandha tingħata biss għal skopijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejba ta’ u prosekuzzjoni fuq il-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

(10) Sabiex it-trasferimenti ta' fondi minn pagatur uniku għal diversi riċevituri jintbagħtu b’mod mhux għali f’lottijiet li jkun fihom it-trasferimenti individwali, dawn it-trasferimenti individwali għandhom ikunu jistgħu jkollhom fihom biss in-numru tal-kont tal-pagatur, sakemm il-lott ikun fih informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur.

(11) Sabiex ikun iċċekkjat jekk l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur hix takkumpanja t-trasferimenti tal-fondi, u biex tgħin ħalli jkunu identifikati transazzjonijiet suspettużi, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jkollu proċeduri effettivi sabiex jinstab in-nuqqas ta’ preżenza ta’ informazzjoni dwar il-pagatur.

(12) Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur ikun jista' jevita jew jikkorreġi dawn is-sitwazzjonijiet meta jiġi konxju ta’ nuqqas ta' preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur. F’dan ir-rigward, għandha titħalla flessibilità fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur fuq bażi tas-sensittività tar-riskju. Barra minn hekk, il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur għandha tibqa’ r-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra mill-Komunità, għandhom jkunu applikati obbligi msaħħin ta’ diliġenza fir-rapport mal-klijent, skond l-Artikolu [11] tad-Direttiva 2005/…/KE, fir-rispett ta’ relazzjonijiet bankarji korrispondenti bejn il-fruntieri ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

(13) Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta isir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirraporta transazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti.

(14) Sakemm jitneħħew il-limitazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwaqqfu fornituri tas-servizzi tal-ħlas intermedjarji milli jissodisfaw l-obbligu li jittrasmettu l-informazjzoni kollha milqugħa dwar il-pagatur, dawk il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas intermedjarji għandhom iżommu rekords ta’ l-informazzjoni. Dawn il-limitazzjonijiet tekniċi għandhom jitneħħew hekk kif is-sistemi tal-ħlas jiġu mtejba.

(15) Ġaladarba fl-investigazzjonijiet kriminali, jista’ ma jkunx possibbli li tkun identifikata d- data meħtieġa jew l-individwi involuti sa ħafna xhur jew anke snin wara t-trasferiment tal-fondi oriġinali, huwa xieraq li ssir eżiġenza fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jżommu rekords ta' informazzjoni dwar il-pagatur għall-iskopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejba ta' u prosekuzzjoni fuq il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F’soċjetà demokratika, dan il-perjodu għandu jkun limitat. Huwa xieraq li dan il-perjodu jkun ta' ħames snin.

(16) Biex tippermetti azzjoni rapida fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b'mod rapidu għal talbiet ta’ informazzjoni dwar il-pagatur mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti.[15]

(17) Minħabba l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u disswassivi fil-liġi nazzjonali għan-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

(19) Numru ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Komunità jaqsmu unjoni monetarja jew jiffurmaw parti miż-żona monetarja ta’ Stat Membru u stabbilixxew sħubija fis-sistemi ta’ ħlas u approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex ikun evitat effett negattiv sinifikattiv fuq l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi jew territorji li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq it-trasferimenti ta’ fondi bejn l-Istati Membri konċernati u dawk il-pajjiżi u territorji, hu xieraq li jkun hemm provvediment għall-possibbiltà ta’ dawn it-trasferimenti li għandhom ikunu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f'dak l-Istat Membru.

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 150 euro. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet karitattivi sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom.

(21) Ġaladarba l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta ma jistgħux ikunu milħuqa suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22) Sabiex ikun stabbilit approċċ koerenti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data bħad-dispożizzjonijiet relevanti adottati fil-livell internazzjonali.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1 Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha takkumpanja t-trasferimenti tal-fondi, li tikkonċerna l-pagaturi ta' dawk il-fondi, għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal trasferimenti ta' fondi fi kwalunkwe munita li jintbagħtu minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas stabbilit fil-Komunità.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jgħaddu minn tranżazzjoni kummerċjali li jsiru permezz ta’ credit card jew debit card jew permezz ta’ kwalunkwe strument simili ieħor ta’ ħlas, sakemm identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi kollha li jgħaddu mit-tranżazzjoni kummerċjali.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll ir-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaġixxu f’isimhom stess.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-għanjiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(3)] tad-Direttiva 2005/…/KE;

2. “Il-ħasil tal-flus" tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(2)] tad-Direttiva 2005/.../KE;

3. “pagatur” tfisser persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi mill-fondi u li tippermettihom ikunu trasferiti lir-riċevitur;

4. “ir-riċevitur” tfisser persuna naturali jew legali li hu r-riċevitur finali intiż tal-fondi trasferiti;

5. “fornitur tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li n-negozju tagħha jinkludi l-provvista tas-servizzi tal-ħlas lill-utenti tas-servizzi tal-ħlas;

6. “fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju” tfisser fornitur tas-servizzi tal-ħlas li la hu dak tal-pagatur u lanqas dak tar-riċevitur u li jipparteċipa fl-eżekuzzjoni tat-trasferimenti tal-fondi;

7. “trasferimenti tal-fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni magħmula f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas b’mezzi elettroniċi, irrispettivament jekk il-pagatur u r-riċevitur humiex l-istess persuna;

8. “utent tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li tuża servizz ta' ħlas, fil-kapaċità ta’ pagatur jew riċevitur;

9. “trasferiment f’lott” tfisser trasferimenti individwali ta’ fondi li jinġabru flimkien għat-trażmissjoni.

Kapitolu II Obbligi għall-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur

Artikolu 4 Informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur

Informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur għandha tikkonsisti f'ismu, l-indirizz u n-numru tal-kont.

L-indirizz jista’ jiġi sostitwit mid-data u l-post tat-twelid tal-pagatur, in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-klijent jew in-numru ta’ l-identità nazzjonali.

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur jista’ jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Artikolu 5 Informazzjoni li takkumpanja trasferimenti ta’ fondi u żamma tar-reġistru

1. Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jiżguraw li t-trasferimenti tal-fondi huma akkumpanjati mill-informazzjoni sħiħa tal-pagatur.

2. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu, qabel ma jittrasferixxi l-fondi, jivverifika l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur abbażi tad-dokumenti, id-data u l-informazzjoni miksuba minn sors ta' min joqgħod fuqu u indipendenti.

Madankollu, għal trasferimenti ta' fondi lil riċevituri barra l-Komunità sa l-ammont ta’ 1 000 euro, fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiddeterminaw l-estensjoni ta’ din il-verifika in vista tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

3. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu jżomm għal ħames snin ir-rekords ta’ l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur li takkumpanja tasferimenti tal-fondi.

Artikolu 6 Trasferimenti tal-fondi fil-Komunità

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, trasferimenti ta’ fondi, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizzz tal-ħlas tar-riċevitur huma bbażati fil-Komunità, għandhom ikunu meħtieġa biss li jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Madankollu, jekk hu mitlub hekk mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jagħmel disponibbli lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta tasal din it-talba.

Artikolu 7 Trasferimenti ta’ fondi mill-Komunità lir-riċevitur barra mill-Komunità

1. Trasferimenti ta' fondi mill-Komunità lil riċevituri barra l-Komunità għandhom ikunu akkumpanjata mill-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur.

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku għal riċevitur barra l-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika fuq it-trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti indivdwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

Kapitolu III

Obbligi għall-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur

Artikolu 8 Sejbien ta’ nuqqas ta' informazzjoni dwar il-pagatur

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

2. Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat fil-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 6.

3. Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4, jew, fejn hu applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 13.

Artikolu 9 Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi, għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każ ta’ l-aħħar, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jista’ jew iżomm il-fondi sakemm issir inkjesta jew jagħti l-fondi lir-riċevitur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/.../KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas repetutament jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti ta' fondi minn dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew iwaqqaf ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew f'dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tat-trasferimenti tal-fondi jew f’dak li għandu x’jaqsam ma' kwalunkwe provvista ta' servizzi reċiproċi.

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jirraporta dak il-fatt lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 10 Valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferimenti tal-fondi, jew kwalunkwe trażazzjoni relatata, hix suspettuża, u jekk għandhiex tkun irrapuratata, skond l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/...?KE, lill-awotritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 11 Iż-żamma tar-rekords

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jżomm għal ħames snin ir-rekords ta’ kwalunkwe informazzjoni li tasal dwar il-pagatur.

Kapitolu IV

Obbligi għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas intermedjarji

Artikolu 1 2 Iż-żamma ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur mat-trasferiment

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas intermedjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li tasal dwar il-pagatur li takkumpanja trasferimenti tal-fondi tibqa’ miżmuma mat-trasferiment.

Artikolu 13 Limitazzjonijiet tekniċi

1. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità u l-limitazzjonijiet tekniċi fil-livell ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju bbażat fil-Komunità ma jippermettux li l-informazzjoni dwar il-pagatur takkumpanja t-trasferiment tal-fondi, dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu jżomm għal ħames snin rekords ta’ l-informazzjoni li tasal, irrispettivament jekk dik l-informazzjoni hix sħiħa jew le.

2. Jekk, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju ma jirċevix informazzjoni dwar il-pagatur, għandu jinforma l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur kif inhu xieraq, meta jkunu trasferiti l-fondi.

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta tasal dik it-talba.

Kapitolu V Obbligi ġenerali, poteri li jimplimntaw u jemendaw

Artikolu 14 Obbligi ta’ Kooperazzjoni

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom, skond il-limitu taż-żmien u r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

Dawk l-awtoritajiet jistgħu jużaw din l-informazzjoni biss għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 15 Penali

Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, propozjonati u disswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni tagħhom, lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 16 Poteri ta’ implimentazzjoni u emenda

1. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) u fil-waqt li jitqiesu kwalunkwe żviluppi fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-bidliet li jikkorrispondu magħhom fl-istandards internazzjonali, notevolment dawk maqbula fit- Task Force ta’ l-Azzjoni Finanzjarja dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (FATF), tadotta l-miżuri li jikkonċernaw il-kjarifika tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(5) u (7).

2. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) u fil-waqt li jitqiesu kwalunkwe żviluppi fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-bidliet li jikkorrispondu magħhom fl-istandards internazzjonali, notevolment dawk maqbula fil-FATF, tadotta miżuri li jikkonċernaw l-aġġornament tal-limiti monetarji stabbiliti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 19.

Artikolu 17 Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/.../KE, minn hawn ‘il quddiem, “il-Kumitat”.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

Kapitolu VI Derogi

Artikolu 18 Ftehim ma’ territorji jew pajjiżi barra l-Komunità

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

Dawn il-ftehim jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-pajjiż jew t-territorju kkonċernat jissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

a) ikun f’unjoni monetarja ma’ l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miż-żona tal-valuta ta' l-Istat Membru konċernat;

b) hu msieħeb fis-sistemi tal-ħlas u l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat;

ċ) jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

2. Stat Membru li jixtieq jikkonkludi ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni u jagħtiha l-informazzjoni kollha neċessarja.

Hekk kif il-Kummissjoni tirċievi applikazzjoni minn Stat Membru, it-trasferimenti tal-fondi bejn dak l-Istat Membru u l-pajjiż jew it-territorju konċernat għandhom ikunu proviżorjament trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f’dak l-Istat Membru sakemm tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ma għandhiex l-informazzjoni kollha neċessarja, għandha tikkuntattja lill-Istat Membru konċernat fi żmien xahrejn minn meta tasal l-appplikazzjoni u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Ġaladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja għall-valutazzjoni tat-talba, għandha fi żmien xahar tinnotifika kif inhu xieraq lill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba u tittrasmetti t-talba lill-Istati Membri l-oħra.

3. Fi żmien tliet xhur min-notifika msemmija fir-raba’ sub-paragrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2), jekk tawtorizzax l-Istat Membru konċernat sabiex jikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1.

Fi kwalunkwe eventwalità, deċiżjoni kif imsemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun adottata fi żmien 18-il xahar minn meta tasal l-applikazzjoni għand il-Kummissjoni.

Artikolu 19 Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet tal-karità fl-Istat Membru

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet li jwettqu attivitajiet għal skopijiet ta’ karità, reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, jew fraterni, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 euro kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu.

Kapitolu VII Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 20 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Madankollu, l-Artikoli 4 sa 14 u 19 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

LEGISLATIVE FINANCIAL STATEMENT

Policy area(s): Internal Market Activit(y/ies): Internal Market for goods and services |

TITLE OF ACTION: PROPOSAL FOR A REGULATION ON INFORMATION ON THE PAYER ACCOMPANYING TRANSFERS OF FUNDS |

1. BUDGET LINE(S) + HEADING(S)

12.010211.01.03 – Committee meetings

2. OVERALL FIGURES

2.1. Total allocation for action (Part B): € million for commitment

n.a.

2.2. Period of application:

2005–2010

2.3. Overall multiannual estimate of expenditure:

(a) Schedule of commitment appropriations/payment appropriations (financial intervention) (see point 6.1.1)

n.a.

(b) Technical and administrative assistance and support expenditure (see point 6.1.2)

n.a.

(c) Overall financial impact of human resources and other administrative expenditure (see points 7.2 and 7.3)

Commitments/ payments | 0.224 | 0.224 | 0.224 | 0.224 | 0.224 |

TOTAL a+b+c |

Commitments | 0.224 | 0.224 | 0.224 | 0.224 | 0.224 |

Payments | 0.224 | 0.224 | 0.224 | 0.224 | 0.224 |

2.4. Compatibility with financial programming and financial perspective

[X] Proposal is compatible with existing financial programming.

Proposal will entail reprogramming of the relevant heading in the financial perspective.

Proposal may require application of the provisions of the Interinstitutional Agreement.

2.5. Financial impact on revenue:[16]

[X] Proposal has no financial implications (involves technical aspects regarding implementation of a measure)

OR

Proposal has financial impact – the effect on revenue is as follows:

n.a.

3. BUDGET CHARACTERISTICS

Type of expenditure | New | EFTA contribution | Contributions from applicant countries | Heading in financial perspective |

Non-comp | Non-diff | NO | YES | YES | No [5] |

4. LEGAL BASIS

The action only concerns administrative expenditure.

5. DESCRIPTION AND GROUNDS

5.1. Need for Community intervention[17]

5.1.1. Objectives pursued

The present proposal for a regulation aims to transpose Special Recommendation VII (SR VII) of the Financial Action Task Force (the international body established by the Paris G7 summit in 1989 which objective is to fight against financial crime) into Community law in a way that is fully compatible with Internal Market principles. It lays down rules on payer’s information accompanying funds transfers, in order to ensure that basic information is immediately available to the authorities responsible for combating money laundering and terrorism, to assist them in their task.

5.1.2. Measures taken in connection with ex ante evaluation

In its Communication to the Council and the European Parliament concerning a “New legal framework for payments in the Internal Market” (COM (2003) 718 final) the Commission consulted interested parties on issues raised by the transposition of SR VII into Community legislation.

The results of the consultation have shown overwhelming support from all stakeholders (the banking community, Central Banks, the European Central Bank and Member States) to transpose SR VII through Community legislation rather than national legislation. Payment systems in the EU are in the process of being integrated into a Single Payment Area and, consequently, SR VII should be transposed in a harmonised manner throughout the EU. All stakeholders called for the use of a regulation, which would be the most effective way of guaranteeing uniform implementation and thus a level playing field.

The results of the consultation are available at:

http://europa.eu.int/comm/internal_market/payments/framework/2004-contributions_en.htm.

5.1.3. Measures taken following ex post evaluation

n.a.

5.2. Action envisaged and budget intervention arrangements

The rules on payer’s information accompanying funds transfers provided for in the proposal for a regulation result in a number of obligations applicable to all payment service providers (PSPs) involved in the payment chain. The payer’s payment service provider must ensure that funds transfers contain complete, accurate and meaningful payer’s information (name, address and account number). Any intermediary payment service provider must ensure that all payer’s information that accompanies a transfer is retained with the transfer or that appropriate records are kept. The payee’s payment service provider must have effective risk-based procedures in order to identify funds transfers lacking complete payer’s information and, as appropriate, report suspicious transactions to the authorities responsible for combating money laundering and terrorism.

5.3. Methods of implementation

The negotiation of the Regulation in the Council and in the European Parliament will be carried out by DG MARKT staff within existing resources. Furthermore, Article 12 of the Regulation specifies that the Commission will be assisted by a committee consisting of Member States’ representatives on certain specific issues.

6. FINANCIAL IMPACT

n.a.

7. IMPACT ON STAFF AND ADMINISTRATIVE EXPENDITURE

Human and administrative resource requirements will be covered from within the budget allocated to the managing DG in the framework of the annual allocation procedure.

7.1. Impact on human resources

Types of post | Staff to be assigned to management of the action using existing | Total | Description of tasks deriving from the action |

Number of permanent posts | Number of temporary posts |

Officials or temporary staff | A B C | 1 0.5 | 1 0.5 | Negotiation of the Regulation in the Council and in the European Parliament and participation in FATF work Organisation of meetings of the regulatory Committee on the prevention of money laundering and terrorist financing |

Other human resources |

Total | 1.5 | 1.5 |

7.2. Overall financial impact of human resources

Type of human resources | Amount (€) | Method of calculation * |

Officials Temporary staff | EUR 162 000 | EUR 108 000 x 1.5 |

Other human resources (specify budget line) |

Total | EUR 162 000 |

The amounts are total expenditure for twelve months.

7.3. Other administrative expenditure deriving from the action

Budget line (number and heading) | Amount € | Method of calculation |

Overall allocation (Title A7) Copy updated budget linesA0701 – Missions 12 01 02 11 01 – Missions 12 01 02 11 02 – Meetings, conferences 12 01 02 11 03 – Committees (consultative committee) 12 01 02 11 04 – Studies and consultations | EUR 62 400 (Regulatory Committee on the prevention of money laundering and terrorist financing) | EUR 15 600 (reimbursement of 24 experts) x 4 meetings |

Information systems (A-5001/A-4300) | n.a. |

Other expenditure - Part A (specify) | n.a. |

Total | EUR 62 400 |

The amounts are total expenditure for twelve months.

Les besoins en ressources humaines et administratives seront couverts à l’intérieur de la dotation allouée à la DG gestionnaire dans le cadre de la procédure d’allocation annuelle.

1 Specify the type of committee and the group to which it belongs.

I. Annual total (7.2 + 7.3) II. Duration of action III. Total cost of action (I x II) | EUR 224 400 5 years EUR 1 122 000 |

8. FOLLOW-UP AND EVALUATION

8.1. Follow-up arrangements

n.a

8.2. Arrangements and schedule for the planned evaluation

n.a

9. ANTI-FRAUD MEASURES

n.a

[1] FATF huwa korp internazzjonali stabbilit mil-laqgħa għolja tal-G& ta’ Pariġi fl-1989, li hu kkunsidrat bħala l-istandard dinji fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

[2] Fuq miżuri restritti speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jkun miġġieled it-terroriżmu. ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat mir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2003 (ĠU L 106, 29.4.2003, p. 22).

[3] L-impożizzjoni ta’ ċerti miżuri restritti speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama Bin Laden, ix-xibka ta' Al-Qaida u t-Talibani, it-tenħħija tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzonijiet ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, it-tisħiħ tal-projbizzjoni tat-titjir u l-estensjoni tal-friża tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rispett tat-Talibani ta’ l-Afganistan. ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emndat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2034/2004 (ĠU L 353, 27.11.2004, p 11).

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU C [...], [...], p. [...].

[9] ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2003 (ĠU L 106, 29.4.2003, p. 22).

[10] ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2034/2004 (ĠU L 353, 27.11.2004, p. 11).

[11] ĠU L …, ……2005, p. .. (li għandu jiġi ppubblikat, 2004/0137/COD).

[12] ĠU L 281, tal-23.11.1995, p. 31.

[13] ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 13.

[14] COM (2003) 718 finali.

[15] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[16] For further information, see separate explanatory note.

[17] For further information, see separate explanatory note.

Top