Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0318

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    /* KUMM/2005/0318 finali */

    52005PC0318

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina /* KUMM/2005/0318 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 12.07.2005

    KUMM(2005) 318 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Ir-Raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta |

    Din il-proposta hija dwar it-tħaddim tar-Regolament (KE) Nru 384/96[1] tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-bejgħ taħt il-prezz ta’ prodotti impurtati (dumped imports) minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004 (“ir-Regolament bażiku”) fil-proċeduri dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |

    Kuntest ġenerali |

    Din il-proposta qed issir fil-kuntest tat-twettiq tar-Regolament bażiku u hija r-rizultat ta’ stħarriġ li sar skond dak li hemm imnizzel fir-Regolament bażiku f’dak li huma htigijiet kemm ta’ sustanza kif ukoll ta’ procedura. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti f’dak li jaqa’ taħt din il-proposta |

    M’hemm l-ebda dispożizzjonijiet eżistenti li jaqgħu taħt din il-proposta. |

    Konsistenza ma’ linji ta’ politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni |

    Ma tapplikax. |

    2. KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

    Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati |

    Partijiet interessati li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri diġà setgħu jiddefendu l-interessi tagħhom waqt l-istħarriġ, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

    Ġbir u użu ta’ kompetenza |

    Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza minn barra. |

    Valutazzjoni ta’ l-impatt |

    Din il-proposta hija riżultat tat-twettiq tar-Regolament bażiku. |

    Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ġenerali ta’ l-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati. |

    3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    L-azzjoni proposta fil-qosor |

    Fit-30 ta’ April 2004, il-Kummissjoni bdiet proċeduri kontra l-bejgħ taħt il-prezz ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut impurtati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u maħduma hemm. L-għan ta’ dawn il-proċeduri kien li jistħarreġ jekk prodotti impurtati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kinux qed jinbiegħu taħt il-prezz, u b’hekk jikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Komunità. |

    L-istħarriġ stabbilixxa li importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut maħduma fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kienu qed jinbiegħu taħt il-prezz u heddew li jikkaġunaw dannu lill-Industrija tal-Komunità. Għalhekk ġie konkluż li kellhom jittieħdu miżuri kontra dan il-bejgħ taħt il-prezz fuq prodotti impurtati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |

    L-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar il-proposta għad-dħul ta’ dazji definittivi. |

    Qed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta annessa għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea sa mhux iżjed tard mid-29 ta’ Lulju 2005. |

    Bażi legali |

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn prodotti impurtati u mibjugħa taħt il-prezz minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004. |

    Prinċipju tas-Sussidjarjetà |

    Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

    Prinċipju tal-Proporzjonalità |

    Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi iżjed ’il fuq u ma tħalli l-ebda lok għal deċiżjoni nazzjonali. |

    Ħjiel ta’ kif il-piż amministrattiv u finanzjarju jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mill-inqas u huwa skond l-għan tal-proposta u ma japplikax. |

    Għażla ta’ strumenti |

    Strumenti proposti: Regolament. |

    Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni li ġejja: |

    Mezzi oħra ma jkunux xierqa għaliex ir-Regolament bażiku ma’ jipprevedix għażliet alternattivi. |

    4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA |

    Il-proposta ma’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jimponi dazju definittiv kontra d- dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn prodotti mibjugħa taħt il-prezz impurtati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ir-‘Regolament bażiku’) u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

    B’rispett lejn il-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A PROĊEDURA

    (1) Fit-30 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [2], il-bidu ta’ proċeduri kontra l-bejgħ taħt il-prezz ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut impurtati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u maħduma hemm.

    (2) Il-proċeduri bdew wara li sar ilment f’Marzu 2004 minn EUROFONTE (‘il-kwerelant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ iżjed minn 50% tal-produzzjoni totali ta’ prodotti tal-ħadid fondut fil-Komunità. L-ilment kien fih prima facie provi ta’ bejgħ taħt il-prezz tal-prodott imsemmi u ta’ dannu materjali kkaġunat minn dan kollu, li tqiesu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu ta’ proċeduri.

    (3) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, il-produtturi tal-Komunità msemmija fl-ilment, il-produtturi l-oħra kollha magħrufa fil-Komunità, l-awtoritajiet ta’ l-RPĊ, il-produtturi li jesportaw, l-importaturi, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati dwar il-bidu ta’ l-istħarriġ. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu li jinstemgħu fil-limiti taż-żmien mogħtija fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri.

    (4) Numru ta’ produtturi tal-Komunità rappreżentati mill-applikant, produtturi oħrajn tal-Komunità li kkooperaw, produtturi li jesportaw, importaturi, kumpaniji ta’ provvista u assoċjazzjonijiet oħra li jużaw il-prodotti wasslu l-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li talbu fil-limiti taż-żmien imsemmi iżjed ’il fuq u wrew li kien hemm raġunijiet partikulari għalfejn għandhom jinstemgħu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

    1. It-teħid ta’ kampjuni, trattament ta’ l-ekonomija tas-suq u trattament individwali

    (5) Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li jesportaw, il-produtturi tal-Komunità u importaturi mdaħħla fl-istħarriġ, l-applikazzjoni tal-metodi tat-teħid tal-kampjuni kien previst fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    (6) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta’ teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, produtturi li jesportaw u rappreżentanti li kienu qed jidhru f’isimhom, produtturi tal-Komunità u importaturi ġew mitluba jippreżentaw lilhom infushom u jagħtu tagħrif kif speċifikat fl-avviż tal-bidu dwar il-proċeduri. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ produtturi li jesportaw u lill-Awtoritajiet ta’ l-RPĊ. Dawn il-partijiet ma qajmu l-ebda oġġezzjoni għat-teħid tal-kampjuni.

    (7) B’kollox, 33 esportatur/produttur fl-RPĊ, 24 produttur tal-Komunità u 15 importatur wieġbu għall-kwestjonarju dwar it-teħid tal-kampjuni fil-limiti taż-żmien u taw it-tagħrif mitlub.

    (8) Sabiex produtturi ta’ l-RPĊ li jesportaw jitħallew iressqu talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) jew trattament individwali (TI), jekk hekk kienu jixtiequ, il-Kummissjoni bagħtet ukoll formoli b’talbiet TES jew TI lill-kumpaniji Ċiniżi magħrufa li kellhom x’jaqsmu, u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri. Rigward dan, 21 kumpanija talbu TES skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, u 3 kumpaniji talbu TI biss skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

    (9) L-għażla tat-teħid tal-kampjuni mill-produtturi li jesportaw saret wara konsultazzjoni ma’ produtturi ta’ l-RPĊ li jesportaw u jikkooperaw u mill-awtoritajiet ta’ l-RPĊ. Il-kampjun tal-produtturi li jesportaw inħadem fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità (li ġew eżaminati jew individwalment jew bħala grupp ta’ kumpaniji relatati), li b’mod raġjonevoli setgħu jiġu mħarrġa fil-limiti taż-żmien mogħti u jekk il-kumpaniji kellhomx l-intenzjoni japplikaw għat-Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq. Dawk il-kumpaniji biss li kellhom l-intenzjoni japplikaw għal Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq kienu mdaħħla fil-kampjun, peress li f’ekonomija fi stadju ta’ tranżizzjoni, il-valur normali għall-kumpaniji oħra huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew il-valur normali mibni fuq pajjiż terz analogu. Fuq din il-bażi, intagħżel kampjun rappreżentattiv ta’ seba’ produtturi esportaturi. Is-seba’ kumpaniji li tteħdilhom kampjun irrappreżentaw, skond it-tweġibiet għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni, madwar 50% ta’ l-esportazzjoni tal-produtturi kollha li kkooperaw.

    (10) Rigward il-produtturi tal-Komunità, skond 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni mal-produtturi li kkooperaw u bi qbil magħhom fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u bejgħ fil-Komunità. Bħala riżultat ta’ dan, fil-kampjun intagħżlu ħames produtturi tal-Komunità. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames kumpaniji magħżula, u rċeviet erba’ tweġibiet sħaħ fil-limiti taż-żmien mogħtija. Waħda minn dawn il-kumpaniji bagħtet it-tweġiba tagħha wara limiti taż-żmien estiżi għal dan il-għan u għalhekk ġiet eskluża mill-proċeduri.

    (11) F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importaturi, skond 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni ma’ l-importaturi li kkooperaw u bi qbil l-ewwel nett fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ l-importazzjoni fil-Komunità u t-tieni nett fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ġeografika. Mill-15-ilkumpanija, tnejn instabu li kellhom partijiet relatati mdaħħla fil-manifattura fl-RPĊ u ġew esklużi mit-teħid tal-kampjuni, għax kellhom jiġu mħarrġa fil-qafas tat-teħid tal-kampjuni għall-produtturi esportaturi. Bħala riżultat, intagħżlu erba’ importaturi, li minnhom tlieta bagħtu tweġibiet sħaħ tal-kwestjonarju.

    (12) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ biex tieħu deċiżjoni preliminari dwar il-bejgħ taħt il-prezz, id-dannu li rriżulta minn dan u l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin magħżula għal kampjun :

    (a) Produtturi tal-Komunità:

    - Saint Gobain PAM, Franza,

    - Saint Gobain, Ir-Renju Unit,

    - Norford, Franza, u lin-negozjanti relatati tiegħu Norinco, Franza u Norinco, Ir-Renju Unit,

    - Cavanagh, L-Irlanda,

    - Fudiciones Odena, Spanja.

    (b) Produtturi li jesportaw fl-RPĊ

    - Zibo Benito Metalwork Co. Ltd.

    - Benito Tianjin Metal Products Co. Ltd.

    - Qingdao Benito Meta products Co. Ltd.

    - Shandong Huijin Stock Co. Ltd.

    - Shijiazhuang Transun Metal Products Co. Ltd.

    - Changan Cast Limited Company ta’ Yixian Hebei

    - Shanxi Yuanxheng Casting u Forging Industrial Co. Ltd.

    (c) Importaturi fil-Komunità relatati ma’ produtturi li jesportaw

    - Fundicio Ductil Benito, S.L.,

    - Mario Cirino Pomicino S.p.A.

    (d) Importaturi fil-Komunita’ mhux relatati

    - -Hydrotec, Il-Ġermanja

    - -Peter Savage, Ir-Renju Unit

    (13) Fid-dawl tal-ħtieġa li jigi stabbilit il-valur normali ta’ produtturi fl-RPĊ li jesportaw li lilhom jista’ ma jingħatax it-TES, biex jiġi stabbilit il-valur normali imsejjes fuq it-tagħrif minn pajjiż analogu, saret żjara ta’ verifika f’din il-kumpanija li ġejja:

    - Carnation Industries Ltd., L-Indja.

    (14) L-istħarriġ dwar bejgħ taħt il-prezz u d-dannu kopra l-perjodu bejn l-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (‘perjodu ta’ stħarriġ’ jew ‘PS’). L-eżami tax-xejriet rilevanti ghal-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2000 sa l-aħħar tal-PS (‘perjodu ta’ stħarriġ’).

    B. IL-PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    1. Ġenerali

    (15) Il-prodotti tal-ħadid fondut huma ġeneralment magħmula minn gwarniċ, li hu mdaħħal fl-art, u huwa għatu jew gradilja, imqiegħda xifer ma’ xifer ma’ wiċċ l-art użata min-nies biex jimxu fuqha u/jew mill-vetturi u li direttament trid tkun tiflaħ il-piż u l-impatt ta’dawk li jimxu minn fuqha u/jew it-traffiku tal-vetturi. Il-gwarniċ jitqiegħed direttament fuq is-saqaf ta’ kamra mibnija mill-konkrit jew mill-briks. Hija użata biex tkun tagħti u/jew tidħol minnha għal kamra taħt l-art.

    (16) Il-prodotti tal-ħadid fondut iservu biex jgħattu kamra taħt l-art u għandhom jifilħu l-piż tal-vetturi u tan-nies li jgħaddu minn fuqhom.L-għatu jew gradilja huma meħtieġa biex jibqgħu mwaħħlin fil-gwarniċ biex jevitaw li jkun hemm tniġġis bil-ħsejjes, li n-nies iweġġgħu jew li ssir ħsara lill-vetturi. Il-prodotti tal-ħadid fondut għandhom jipprovdu dħul bla periklu u faċli għall-kamra taħt l-art. Kemm jekk dan ikun biex tidħol persuna jew għal-spezzjoni sa fejn jagħtu l-għajnejn.

    (17) Il-prodotti tal-ħadid fondut ivarjaw fil-forma u fid-daqs. Huma mfassla biex ikunu daqs il-qisien tal-kamra li jgħattu u li għaliha jipprovdu d-dħul. Il-gwarniċi tal-prodott huma normalment f’għamla ta’ ċirku, kwadru jew rettangolu. L-għatu u l-gradilji ssibhom f’kull forma li tinkludi iżda mhix limitata għal dik trijangulari, ċirkolari, kwadra jew rettangulari.

    (18) Il-prodotti tal-ħadid fondut huma magħmula minn ħadid griż u faċli biex jinħadem. Huma maħduma minn ammonti varji ta’ fdalijiet ta’ l-azzar, kokk, ħadid għadu ħiereġ mill-kalkara, trab tal-karbonju, ġebla tal-ġir, taħlita tal-ħadid u s-silikon, u l-manjeżju li jiddependu fuq il-proċess ta’ manifattura u t-tip ta’ prodott aħħari, jiġifieri jew ħadid griż jew li huwa faċli biex jinħadem. Hemm żewġ metodi li jintużaw biex jiddewweb il-ħadid waqt il-produzzjoni tal-ħadid fondut, jiġifieri billi tuża jew forn ta’ l-elettriku jew forn ieħor fejn jiddewweb il-metall. Il-process tal-produzzjoni jixxiebah ħafna għall-prodotti ta’ ħadid fondut magħmul mill-ħadid griż jew minn dak faċli biex jinħadem. Id-differenza ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-ħadid li faċli biex jinħadem hija li l-manjesju huwa miżjud mal-karbonju fil-ħadid biex jibdlu minn forma saffi saffi għal struttura sferika, waqt li dan ma jsirx għall-ħadid griż. Malli l-proċess tat-tidwib jintemm, il-ħadid imdewweb jitferra’ jew bl-idejn jew bil-magni ġewwa forma.

    2. Prodott konċernat

    (19) Il-prodott konċernat huwa ċerti prodotti tal-ħadid fondut mhux-malleabli ta’ tip użat biex jgħatti u/jew jipprovdi dħul f’sistemi ma’ l-art jew taħt il-wiċċ, u partijiet ta’ dawn, maħdum jew le bil-magni, miksi jew miżbugħ jew imwaħħal ma’ materjali oħra maħduma fl-RPĊ (‘il-prodott konċernat’), normalment iddikjarat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 1051 u 7325 1092 u xi drabi ddikjarat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 10 99. Dawn il-kodiċi tan-NM jikkorrispondu għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodott (li jinkludu gotien tat-toqob ta’ l-ispezzjonar, uċuh biex jgħattu l-kanali ta’ l-ilma u kaxxi tal-wiċċ). Dawn il-preżentazzjonijiet kollha kemm huma instabu li kienu jinxxiehbu biżżejjed biex jitqiesu bħala prodott wieħed għall-għan ta’ dawn il-proċeduri. Għandu jiġi nnutat li l-idranti għat-tifi tan-nar taħt l-art huma meqjusa materjalment differenti minn kaxxa tal-wiċċ, minħabba l-użu u l-bini tagħhom, u għalhekk mhumiex meqjusa bħala l-prodott konċernat.

    (20) Il-produzzjoni tal-ħadid fondut fl-RPĊ tuża l-iżjed fran tat-tip ‘cupola’ biex iddewweb il-ħadid waqt li l-industrija tal-Komunità tuża l-iżjed fran ta’ l-elettriku waqt il-proċess tat-tidwib. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni fl-RPĊ huwa differenti minn dak ta’ l-UE peress li l-produtturi fl-RPĊ iferrgħu l-ħadid imdewweb bl-idejn waqt li l-produtturi ta’ l-UE iferrgħuh bil-magni. Il-prodotti tal-ħadid fondut jagħmluhom minn ħadid griż jew faċli li jinħadem. Huma prodotti minn ammonti varji ta’ fdalijiet ta’ l-azzar, kokk, ħadid għadu ħiereġ mill-kalkara, trab tal-karbonju, ġebla tal-ġir, taħlita tal-ħadid u s-silikon, u l-manjeżju li jiddependu fuq il-proċess ta’ manifattura u t-tip ta’ prodott aħħari, jiġifieri jew ħadid griż jew li faċli biex jinħadem. Hemm żewġ metodi li jintużaw biex jiddewweb il-ħadid waqt il-produzzjoni tal-ħadid fondut, jiġifieri billi tuża jew forn ta’ l-elettriku jew forn ieħor tat-tip ‘cupola’ fejn jiddewweb il-metall. Il-proċess tal-produzzjoni jixxiebah ħafna għall-prodotti tal-ħadid fondut magħmul mill-ħadid griż jew minn dak faċli biex jinħadem. Id-differenza ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-ħadid li faċli biex jinħadem hija li l-manjesju huwa miżjud mal-karbonju fil-ħadid biex jibdlu minn forma saffi saffi għal struttura sferika, waqt li dan ma jsirx għall-ħadid griż. Malli l-proċess tat-tidwib jintemm, il-ħadid imdewweb jitferra’ jew bl-idejn jew bil-magni ġewwa forma. Fl-RPĊ jipproduċu prodotti tal-ħadid fondut kemm mill-ħadid griż kif ukoll min dak faċli li jinħadem.

    (21) Id-differenzi bejn il-ħadid griż u dak faċli li jinħadem huma li l-ħadid griż huwa magħmul minn grafitta saffi saffi; dan jipproduċi materjal iżjed iebes u fl-aħħar mill-aħħar bil-massa tieghu jissikka l-prodott tal-ħadid fondut f’postu. Il-ħadid faċli li jinħadem huwa grafitta sferika li jipproduċi prodott iżjed flessibbli li għandu karatteristiċi iżjed ergonomiċi imma għandu bżonn jitqiegħed sew f’postu minn tagħmir li jissakkar.

    (22) L-istħarriġ wera, kif intqal iżjed ’il fuq, li t-tipi kollha tal-ħadid fondut minkejja d-differenzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħadid griż jew dak iżjed faċli li jinħadem, għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi,bażikament jintużaw għall-istess skopijiet u jistgħu jitqiesu bħala tipi differenti ta’ l-istess prodott.

    (23) Għalhekk, għall-għan ta’ dan l-istħarriġ il-prodott konċernat huwa prodott tal-ħadid fondut, kif deskritt fil-parti ġenerali, maħdum fl-RPĊ.

    3. Prodott simili

    (24) Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott konċernat u l-prodotti tal-ħadid fondut maħduma u mibjugħa fl-Indja, li serviet bħala pajjiż analogu għall-għan biex jiġi stabbilit il-valur normali għal fejn għandha x’taqsam l-RPĊ.

    (25) Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott konċernat u l-prodotti tal-ħadid fondut maħduma u mibjugħa fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità.

    (26) Ċerti partijiet argumentaw li l-prodotti tal-ħadid fondut maħduma mill-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità ma kinux bħall-prodott konċernat. Huma sostnew partikularment li normi użati fil-livell Ewropew huma speċifikati fl-istandard EN124 u li normi nazzjonali jkopru EN124 iżda s-soltu jistipulaw iżjed dettalji u b’hekk joħolqu differenzi distinti bejn prodotti mibjugħa f’kull suq nazzjonali. B’żjieda ma’ dan ċerti partijiet sostnew b’mod partikulari li huma jqassmu l-hekk imsejjah prodott ta’ għata ‘gatic’, li huwa alternattiva kummerċjali għall-għotien normali tat-triq li jintuża f’rokna distinta tas-suq fejn speċifikazzjonijiet għall-proġetti ta’ inġinerija jitolbu prodotti li għandhom standard għoli. Huma argumentaw li dan il-prodott huwa kumplimentari għall-prodott standard, u li ma jistax jitqies bħala sostitut. Għalhekk saret it-talba biex jiġi eskluż il-prodott ‘gatiku’ mid-definizzjoni tal-prodott konċernat.

    (27) Rigward l-ewwel argument, għandu jiġi nnutat li meta mibjugħa fuq is-suq tal-Komunità, kemm il-prodotti simili kif ukoll il-prodott kkonċernat jeħtieġu jkunu konformi ma’ l-istandards EN124 u n-normi nazzjonali. B’hekk, dan jiddetermina l-kriterji użati biex jiddeterminaw x’inhu ‘prodott simili’ li huma l-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi, u fl-aħħar mill-aħħar x’użu jsir u x’funzjoni jaqdi l-prodott. Prodotti tal-ħadid fondut maħduma mill-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità huma magħmula minn ħadid griż jew minn ħadid li faċli jinħadem u nstab li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u jintużaw bħall-prodott konċernat. Bl-istess mod, id-differenzi f’dawk li huma normi nazzjonali ma jaffettwaw bl-ebda mod id-definizzjoni tal-prodott simili, għax ma tista’ ssir l-ebda distinzjoni ċara bejn il-prodotti f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi, l-użu li fl-aħħar mill-aħħar isir minnhom u kif jarawhom dawk li jużawhom. F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott, dawn huma ddeterminati mill- funzjoni, l-istallazzjoni u l-post fejn jitwaħħlu, u huma l-iżjed kemm jifilħu piż tat-traffiku li jiddependi l-iżjed mill-kategorija ta’ piż lijifilħu, l-istabbiltà tal-għatu u l-gradilja fil-gwarniċ u d-dħul bla periklu u ħafif li jippermettu. Il-prodott jista’ jkun tal-ħadid fondut magħmul minn ħadid griż jew dak faċli li jinħadem u l-għatu u/jew il-gwarniċ tat-toqba ta’ l-ispezzjoni tista’ timtela’ bil-konkrit jew b’materjal ieħor. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif jintuża l-prodott, l-għatu u l-gwarniċ tal-ħadid fondut iġibu flimkien il-linji ta’ taħt l-art u dak li hemm fil-wiċċ tat-triq jew tal-bankina. Il-karatteristiċi msemmija hawn fuq kollha japplikaw ukoll għall-hekk imsejjaħ prodott ‘ gatic’ , li ma jistgax jintgħaraf mil-prodott konċernat ta’ kwalunkwe wieħed minnhom. L-argument għal prodott gatic eskluż mill-prodott konċernat ġie għalhekk miċħud.

    (28) Fl-aħħarnett, ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott konċernat kif esportat u prodotti tal-ħadid fondut, li kienu maħduma u mibjugħa fis-suq domestiku ta’ l-esportaturi.

    (29) Qed jigi konkluż li, skond Artikolu 1(14) tar-Regolament bażiku u għall-għan ta’ dan l-istħarriġ, kull tip ta’ forma ta’ ħadid fondut maħdum u mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-RPĊ, dawk maħduma u mibjugħa fl-Indja u dawk maħduma u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità huma l-istess bħall-prodott konċernat.

    Ċ. BEJGĦ TAĦT IL-PREZZ

    1. Teħid ta’ kampjuni

    (30) Ta’ min ifakkar li fid-dawl tan-numru kbir ta’ kumpaniji involuti, ġie deċiż li jsir użu mid-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, u li għal dan l-iskop, intgħażel kampjun ta’ seba’ kumpaniji bl-akbar volum ta’ esportazzjoni lejn l-UE, wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet Ċiniżi.

    (31) F’dan ir-rigward, l-analiżi iżjed tard kixfet li mis-seba kumpaniji li ntagħżlu fil-bidu, TES skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku seta’ jingħata biss lill-kumpanija waħda, u li TI skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku seta’ jingħata lil tlieta mill-kumpaniji li kienu fil-kampjun.

    (32) Il-dispożizzjonijiet dwar it-teħid tal-kampjun għalhekk ġew applikati kif ġej. Il-marġni individwali ta’ bejgħ taħt il-prezz ġie stabbilit għall-unika kumpanija li ingħatat t-TES, ġie wkoll attribwit lill-kumpaniji mhux fil-kampjun li ingħatalhom TES. Il-kumpaniji li ingħatalhom IT u ma kinux fil-kampjun ingħataw il-medja statistikament kalibrata tal-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li ngħataw TI.

    2. Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq

    (33) Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fi stħarriġ kontra bejgħ taħt il-prezz ta’ prodotti importati maħduma fl-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2(7) għal dawk il-produtturi li nstab li ssodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

    (34) Fil-qosor, u biex isservi biss ta’ referenza ta’ malajr, il-kriterji tat-TES huma kif ġejjin:

    1. Deċiżjonijiet tan-negozju u spejjeż isiru biss skond il-kondizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil mill-Istat

    2. Il-kotba tal-kontijiet jiġu vverifikati indipendentement u skond in-normi tal-kontabilità internazzjonali u applikati għall-għanijiet kollha

    3. M’hemm l-ebda distorsjonijiet serji li ġejjin mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kinetx taħdem bil-kriterji tas-suq

    4. Il-liġijiet dwar il-propjetà u l-falliment jipprovdu stabbiltà u ċertezza legali

    5. Il-kambju tal-flus jinħadem bir-rata tas-suq.

    (35) Fl-istħarriġ preżenti, 21 produttur fl-RPĊ li jesportaw identifikaw irwieħhom u talbu t-TES skond l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Kull applikazzjoni għat-TES ġiet analizzata. Fid-dawl tan-numru kbir ta’ kumpaniji interessati, stħarriġ fuq il-post sar fil-bini ta’ seba kumpaniji biss. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji l-oħra, saret analiżi dettaljata tat-tagħrif kollu li ngħata, u kien hemm skambju wiesgħa ta’ korrispondenza mal-kumpaniji interessati, fejn kellhom elementi fit-talba tagħhom nieqsa jew mhux ċari. Fejn kien hemm sussidjarju jew kumpanija oħra b’xi rabta ma’ l-applikant fl-RPĊ, il-parti relatata ġiet mistiedna wkoll timla l-formola għat-talba tat-TES. Tassew it-TES jista’ jingħata biss jekk il-kumpaniji relatati jissodisfaw il-kriterji mniżżla iżjed ’il fuq.

    (36) F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji li fihom sar stħarriġjiet fuq il-post, l-istħarriġ sab li waħda mis-seba kumpaniji Ċiniżi produtturi li jesportaw ssodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tat-TES. Is-sitt applikazzjonijiet l-oħra ġew miċħuda fuq il-bażi mniżżla fit-tabella iktar ’l isfel.

    (37) F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-14 il-kumpanija l-oħra, l-analiżi li saret lil kull kumpanija individwali sabet li t-TES m’għandux jingħata lil 10 kumpaniji. Tlieta minn dawn l-10 kumpaniji ma kkooperawx sew fl-istħarriġ, jew għax ma tawx fiż-żmien dovut it-tagħrif mitlub jew għax kienu kumpaniji li jbiegħu biss u l-kumpanija li timmanifattura l-prodott għalihom ma kkooperatx. Għas-seba l-oħra minn dawn l-10, il-kriterji mhux sodisfatti huma wkoll imniżżla fit-tabella iżjed ’l isfel. L-erba kumpaniji l-oħra rnexxielhom juru li ssodisfaw il-ħames kriterji rilevanti tat-TES.

    (38) It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor x’wassal għal kull kumpanija biex ma tingħatax it-TES, skond il-ħames kriterji mniżżla fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Għandu jingħad li għalkemm il-kumpanija 3 ssodisfat kull kriterja individwalment, ma tistax tingħata t-TES minħabba r-rabtiet kummerċjali li għandha ma’ kumpaniji 1 u 2 mniżżla hawn taħt li ma ssodisfawx il-kriterji kollha tat-TES.

    Kumpanija | Kriterji |

    Artikolu 2(7)(ċ) inċiz 1 | Artikolu 2(7)(ċ) inċiz 2 | Artikolu 2(7)(ċ) inċiz 3 | Artikolu 2(7)(ċ) inċiz 4 | Artikolu 2(7)(ċ) inċiz 5 |

    1 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    2 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    3 | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    4 | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    5 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    6 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    7 | Ġiet issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    8 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    9 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    10 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    11 | Ma ġietx issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    12 | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    13 | Ma ġietx issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata | Ġiet issodisfata |

    Sors: tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju ta’ esportaturi Ċiniżi li kkooperaw

    (39) Fuq din il-bazi, il-produtturi fl-RPĊ li jesportaw li kisbu t-TES huma dawn li ġejjin:

    (1) Shijiazhuang Transun Metal Products Co Ltd.

    (2) Shaoshan Huanqiu Castings Foundry

    (3) Fengtai Handan Alloy Casting Co. Ltd.

    (4) Shanxi Jiaocheng Xinlong Casting Co. Ltd.

    (5) Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co. Ltd.

    3. Trattament Individwali

    (40) B’żieda ma’ l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju fuq il-pajjiż sħiħ, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7), ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku biex jieħdu trattament individwali.

    (41) Il-21 produttur li jesportaw u talbu t-TES, talbu wkoll trattament individwali f’każ li ma jingħatawx it-TES. Tliet produtturi oħra li jesportaw talbu trattament individwali biss.

    (42) L-ewwelnett, f’dak li għandu x’jaqsam mas-16 il-kumpaniji li talbu iżda ma rnexxielhomx jiksbu t-TES, instab li 5 kumpaniji ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għat-TI imniżżel fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji l-oħra interessati, 3 kumpaniji ma kkooperawx sew fl-istħarriġ, jew għax ma tawx it-tagħrif mitlub fiż-żmien dovut jew għax kienu biss kumpaniji kummerċjali u l-kumpaniji tal-manifatttura relatati magħhom ma kkooperawx, kif jindika l-paragrafu (37) iżjed ’il fuq.

    (43) It-8 kumpaniji l-oħra li fadal li talbu iżda ma rnexxielhomx jiksbu t-TES ma ssodisfawx il-kriterji mniżżla taħt l-Artikolu 9(5)(ċ), fl-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dawn il-kumpaniji ma jistgħux jingħataw it-TI.

    (44) It-tieninett, mit-tliet kumpaniji li talbu biss it-TI, tnejn ma kkooperawx iżjed f’fażi bikrija tal-proċeduri. It-tielet applikant instab li kienet kumpanija kummerċjali li tbiegħ biss u l-kumpaniji tal-manifattura relatati magħha ma kkooperawx. Dawn it-tliet kumpaniji għalhekk ma jistgħux jingħataw it-TI.

    (45) Ġie konkluż li it-TI għandu jingħata lil dawn il-5 kumpaniji li ġejjin:

    (1) Shandong Hujin Stock Co. Ltd.

    (2) Changan Cast Limited Company ta’ Yixian Hebei.

    (3) Shanxi Yuansheng Casting u Forging Industrial Co. Ltd. u l-kumpanija relatata maghha Shanxi Yuansheng Industrial Co. Ltd.

    (4) Botou City Simencum Town Hai ta’ Tang Casting Factory

    (5) Hebei Shunda Foundry Co.Ltd.

    (46) Numru ta’ produtturi li jesportaw ikkontestaw id-determinazzjoni tat-TES/TI. Madankollu, dawn il-partijiet ma ressqu l-ebda tagħrif ġdid li seta’ jwassal għal konklużjonijet differenti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħuda.

    4. Valur normali

    4.1 Kif jiġi determinat il-valur normali għall-produttur li jesporta u jingħata t-TES

    (47) Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku totali ta’ dan il-produttur li jesporta hux rappreżentativ meta tqabblu mal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili tqis rappreżentattiv meta l-volum totali tiegħu kien għallinqas 5% tal-volum tal-bejgħ kollu tal-prodott konċernat lill-Komunità.

    (48) Instab li l-bejgħ domestiku ta’ dan il-produttur li jesporta jirrappreżenta ħafna inqas mill-volum ta’ esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità.

    (49) Għaldaqstant, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nbena billi jingħaddu flimkien l-ispejjeż tat-tipi esportati tal-manifattura ta’ l-esportatur, ammont raġjonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (‘SG&A’) u marġni raġjonevoli ta’ qliegħ. Fin-nuqqas ta’ kumpanija oħra li tingħata t-TES fl-RPĊ f’dan il-każ partikulari, ġie deċiż li jintużaw l-SG&A u l-qliegħ determinat f’pajjiż analogu skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Qabel dan, il-Kummissjoni vverifikat li l-ammont tal-qliegħ hekk stabbilit kien raġjonevoli u ma kienx iżjed mill-qliegħ li għamel fuq il-bejgħ domestiku tiegħu l-produttur li ngħata t-TES.

    4.2. Kif jiġi determinat il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx it-TES

    (a) Pajjiż analogu

    (50) Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-kumpaniji li ma setgħux jingħataw it-TES, ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valur kostrutt f’pajjiż analogu. Fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri, il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni tagħha li tuża lin-Norveġja bħala pajjiż analogu addatat għall-għan li tistabbilixxi l-valur normali għall-RPĊ u l-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar dan. Numru ta’ produtturi fl-RPĊ li jesportaw u importaturi fil-Komunità oġġezzjonaw għal din il-proposta u għamlu talbiet u ssustanzjawhom biex juru li n-Norveġja ma kinetx pajjiż analogu addattat u li minflok kellha tintgħażel l-Indja . Wara stħarriġ, dawk li jagħmlu dan ix-xogħol għall-Komunità, sabu li f’dak li għandu x’jaqsam mal-varjetà tat-tipi tal-prodotti, volum ta’ bejgħ domestiku, kompetizzjoni fis-suq domestiku, aċċess għall-materja prima u l-proċess tal-produzzjoni, l-Indja kienet tabilħaqq pajjiż analogu iżjed addattat għall-RPĊ milli n-Norveġja. Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati b’din id-deċiżjoni u l-ebda naħa ma qajmet oġġezzjonijiet. Il-Kummissjoni għalhekk fittxet u kisbet kooperazzjoni sħiħa minn produttur wieħed fl-Indja.

    (b) Kif jiġi ddeterminat il-valur normali

    (51) Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatax it-TES ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat meħud minn produttur fl-ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz, jiġifieri fuq il-bażi ta’ prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq domestiku ta’ l-Indja. Ġie vverifikat li dawn it-tranżazzjonijiet kienu (i) kif isir is-soltu għall-kummerċ u (ii) kienu rappreżentattivi, skond il-metodoloġija stipulata fil-paragrafu (47). L-istħarriġ wera ċerti differenzi fil-proċess ta’ produzzjoni bejn il-manufatturi Indjani u dawk Ċiniżi. Ta’ l-aħħar jużaw tagħmir inqas sofistikat u jeħtieġu użu inqas ta’ enerġija. Il-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku Indjan kienu għalhekk aġġustati ’l isfel permezz ta’ ammont li jirrifletti dawn id-differenzi. Fejn kien hemm bżonn, dawk il-prezzijiet ġew aġġustati biex jiżguraw li jitqabblu b’mod ġust mat-tipi ta’ prodotti esportati lejn il-Komunità mill-produtturi Ċiniżi kkonċernati.

    (52) Bħala riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku li sar lill-klijenti bla ebda rabta mal-produttur fl-Indja li kkoopera fl-istħarriġ.

    5. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

    (53) F’dawk il-każi fejn il-produtt konċernat ġie esportat lejn klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali ta’ l-esportazzjoni jew li jistgħu jitħallsu. Hekk ġara fil-każ tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li ngħataw it-TI.

    (54) Fil-każ fejn il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ importatur relatat, il-prezz ta’ l-esportatur inħadem fuq il-bejgħ tal-prezzijiet li bihom l-importaur relatat biegħ lill-ewwel klijenti indipendenti tiegħu, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li saru mill-importazzjoni għall-bejgħ mill-ġdid ta’ l-importatur relatat, inklużi spejjeż SG&A, u marġni raġjonevoli ta’ qliegħ. Hekk ġara fil-kaz ta’ l-unika kumpanija li ngħatat it-TES u għat-tliet kumpaniji tal-kampjun li ma ngħataw la t-TES u la t-TI.

    6. Paragun

    (55) Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew imqabbla fuq livell tax-xogħlijiet dirett mill-fabbrika. Biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzoni, tqisu aġġustamenti għad-differenzi fil-prezzijiet u l-paragun tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn instab li kienu raġjonevoli, preċiżi u bil-provi verifikati, saru aġġustamenti addattati f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasport u assigurazzjoni, kreditu, kummissjoni u ħlasijiet tal-bank.

    (56) Instab li livell iżjed baxx ta’ VAT jitħallas lura fuq bejgħ ta’ esportazzjoni milli fuq bejgħ fis-suq domestiku. Biex din id-differenza titqies, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew aġġustati fuq il-bażi tad-differenza bejn bejgħ ta’ l-esportazzjoni u bejgħ domestiku tal-livelli tal-VAT mogħtija lura, jiġifieri 2% fis-sena 2003 u 4% fis-sena 2004.

    7. Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

    7.1. Għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw li ngħataw it-TES/TI

    a) TES

    (57) Għall-unika kumpanija fil-kampjun li ngħatat it-TES, il-valur normali tal-medja kalibrata statistikament għal kull tip esportat lejn il-Komunità tqabbel mal-medja tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kalibrat statistikament għat-tip korrispondenti tal-prodott konċernat esportat lejn il-Komunità, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

    (58) L-4 kumpaniji li ngħataw it-TES, iżda li ma ntgħażlux fil-kampjun, ngħataw il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz stabbilit għall-kumpanija fil-kampjun imsemmija iżjed ’il fuq, skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

    b) TI

    (59) Għat-tliet kumpaniji fil-kampjun li ngħataw it-TI, il-medja ta’ valur normali kalibrat statistikament stabbilit għall-pajjiż analogu tqabbel mal-medja tal-prezz kalibrat statistikament ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità., kif provdut għal dan taħt l-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku.

    (60) Iż-żewġ kumpaniji mhux fil-kampjun li ngħataw it-TI jieħdu marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit fil-livell tal-marġni tal-medja kalibrata statistikament stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun imsemmija fuq li ngħataw it-TI.

    (61) Fuq din il-bazi, il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz espressi bħala persentaġġ tal-valur ta’ l-ispiża, l-assigurazzjoni u l-merkanzija fuq il-fruntiera tal-Komunità id-dazju mhux imħallas huma:

    Shijiazhuang Transun Metal Products Co. Ltd. | 0.0% |

    Shaoshan Huanqiu Castings Foundry | 0.0% |

    Fengtai Handan Alloy Casting Co. Ltd | 0.0% |

    Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co. Ltd. | 0.0% |

    Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co. Ltd | 0.0% |

    Shanxi Yuansheng Casting u Forging Industrial Co. Ltd | 18.6% |

    Botou City Simencum Town Bai ta’ TanCasting Factory | 28.6% |

    Hebei Shunda Foundry Co. Ltd. | 28.6% |

    Changan Cast Limited Company ta’ Yixian Hebei | 31.8% |

    Shandong Huijin Stock Co. Ltd. | 37.9% |

    7.2 Marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu

    (62) Sabiex jiġi stabbilit il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu applikabbligħall-esportaturi l-oħra kollha, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilit il-livell ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan ġie kkalkulat il-proporzjon li se jingħad. In-numeratur huwa l-volum ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità tal-kumpaniji li kkooperaw li la ngħataw it-TES u lanqas it-TI. Id-denominatur huwa l-volum ta’ esportazzjoni ġejja mill-RPĊ lill-Komunità bbażata fuq il-Eurostat, u minnu tnaqqas il-volum ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji li ngħataw it-TES u tat-TI. Fuq din il-bażi, ġie stabbilit li l-livell ta’ kooperazzjoni kien ta’ 22%, li hu kkunsidrat livell baxx, anki għal industrija frammentata bħal dik tal-prodott konċernat.

    (63) Il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu għall-volum ta’ esportazzjoni minn produtturi oħra li jesportaw ġie ddeterminat kif ġej :-

    (64) Għall-volum ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji li ma kkooperawx, il-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz ġie ddeterminat fuq il-bażi taż-żewġ kategoriji ta’ prodotti bl-ogħla marġnijiet stabbiliti għall-produtturi li jesportaw li la ngħataw it-TES u lanqas it-TI.

    (65) Il-kumpaniji li kkooperaw li la ngħataw it-TES u lanqas it-TI jieħdu, għall-għan ta’ dan l-eżerċizzju ta’ komputazzjoni, ħjiel ta’ marġni individwali skond il-metodoloġija stabbilita taħt il-paragrafu (55).

    (66) Fl-aħħarnett, il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-ħjiel ta’ marġni individwali billi ntuża, bħala fattur ghall-kalibrar statistiku, il-valur ta’ l-ispejjeż, assigurazzjoni u merkanzija ta’ kull grupp ta’ esportaturi, jiġifieri dawk li kkooperaw u dawk li ma kkooperawx.

    (67) Fuq din il-bażi il-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu ġie stabbilit għal 47.8% tal-prezz ta’ l-ispejjeż, assigurazzjoni u merkanzija kif jidħol fil-Komunità bla ma jħallas dazju.

    D. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (a) Il-produzzjoni fil-Komunità

    (68) Matul l-istħarriġ instab li l-prodotti tal-ħadid fondut inħadmu mill-erba’ produtturi tal-Komunità li qajmu l-ilment magħżula fil-kampjun u minn 5 produtturi oħra tal-Komunità li appoġġjaw l-ilment.

    (b) Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (69) Il-produtturi tal-Komunità li qajmu l-ilment flimkien mal-produtturi tal-Komunità li appoġġjaw l-ilment, u wieġbu għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni u kkooperaw fl-istħarriġ, jammontaw għal iżjed minn 60% tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott simili. Għalhekk, huma jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità kif imfissra fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (70) Kumpanija li qajmet l-ilment waqqfet tikkoopera immedjatament wara li beda l-istħarriġ. Kumpanija oħra magħżula għall-kampjun, ressqet it-tweġiba tagħha wara l-limitu taż-żmien stipuat. Kumpanija li appoġġjat l-ilment rtirat l-appoġġ tagħha mill-ewwel wara li bdiet l-istħarriġ. Għaldaqstant, dawn it-tliet kumpaniji ma ġewx inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (71) Ċerti partijiet argumentaw li ż-żewġ kumpaniji li qajmu l-ilment għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità peress li importaw kwantitajiet massivi ta' ħadid fondut li joriġina mill-RPĊ. F’dan ir-rigward, għandu l-ewwelnett jiġi nnutat li, filwaqt li hi tabilħaqq prassi qadima li produtturi tal-Komunità li jimportaw għandhom jiġu esklużi mill-industrija tal-Komunità jekk huma mħarsa mid- dumping jew japprofittaw minnu, mhumiex esklużi jekk jinsab li l-produtturi tal-Komunità kienu mġiegħla li jkollhom użu temporanju u tassew limitat ta' l-importazzjoniiet, minħabba s-sitwazzjoni ta' waqgħa fil-prezz fis-suq tal-Komunità. F’dan il-każ, l-importazzjonijiet totali ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji waqt il-PI kienu anqas minn 3.5% tal-produzzjoni totali rispettiva tagħhom u kienu limitati għal ċerti reġjuni fil-Komunità b’mod partikolari mnaqqsa minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi taħt il-prezz. Minħabba l-kwatitajiet żgħar ikkonċernati, iż-żewġ produtturi tal-Komunità jistgħu jitqiesu parti mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità fi ħdan t-tifsira ta’ l-Artiklu 491) tar-Regolament bażiku. Largument ġie miċħud fuq din il-bażi.

    E. DANNU

    (a) Kummenti tal-bidu

    (72) Fid-dawl tal-fatt li t-teħid tal-kampjuni ntuża f’dak li għandu x’jaqsam mal-Komunità, id-dannu ġie valutat fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur. Xejriet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni, kapaċià produttiva, l-użu ta’ din il-kapaċità, il-produttività, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u t-tkabbir ġew valutati fil-livell ta’ l-industrija tal-Komunità. Rigward dan, iżjed tagħrif intalab mill-produtturi kollha tal-Komunità li kkooperaw, permezz ta’ kwestjonarju mibgħut lill-kumpaniji kollha tal-Komunità mhux fil-kampjun. B’kollox, wieġbu ħames kumpaniji mhux fil-kampjun u t-tagħrif tagħhom ġie meqjus. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-oħrajn, tħallew barra mill-proċeduri għax ma kkooperawx. Xejriet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet, livelli ta’ qliegħ, likwidità, ħila li tikseb kapital u investiment, merkanzija maħżuna, qliegħ fuq investiment u l-pagi ġew analizzati fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi tal-Komunità fil-kampjun.

    (73) L-analiżi tad-dannu turi li l-penetrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz ma kinetx indaqs fi ħdan is-suq tal-Komunità. Waqt li kien hemm penetrazzjoni għolja ta’ importazzjonjiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz f’erbatax-il Stat Membru, is-suq Franċiż kien għadu mhux fil-mira ta’ dawk li jimpurtaw taħt il-prezz. Fl-istess ħin il-fattur li jikkalibra statistikament liż-żewġ produtturi Franċiżi fil-kampjun fis-sitwazzjoni ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità kien partikularment għoli għax il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tal-ħadid fondut fi Franza rrappreżenta bejn wieħed u ieħor 36% tal-produzzjoni totali u l-volum totali tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni partikulari, kien ikkunsidrat bħala ħaġa sewwa li flimkien ma’ l-analiżi tad-dannu għall-industrija tal-Komunità kollha kemm hi, li titressaq analiżi tax-xejriet ta’ ċerti indikaturi għas-suq tal-Komunità li kien fil-mira ta’ dawk li impurtaw taħt il-prezz, jiġifieri is-suq tal-Komunità mingħajr Franza (UE14).

    (b) Kif jidher li hu l-konsum tal-Komunità

    (74) Il-konsum li jidher tal-ħadid fondut fil-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi taċ-ċifri tal-produzzjoni għall-produtturi li kkooperaw u għall-produzzjoni tal-produtturi l-oħra tal-Komunità u billi għaddew l-importazzjoni u naqqsu l-esportazzjoni, bl-użu ta’ tagħrif meħud mill-Eurostat u b’tagħrif mogħti minn min qajjem l-ilment dwar id-daqs tas-suq ta’ kull Stat Membru u kif evolva matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    (75) Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, il-konsum li jidher tal-ħadid fondut fis-suq tal-Komunità, ħlief għal tnaqqis żgħir fis-sena 2002, baqa’ pjuttost stabbli madwar 580 elf tunnellata matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Is-suq tal-ħadid fondut jiddependi fuq it-talba influwenzata mid-dinamiżmu relattiv tas-settur tad-drenaġġ u ta’ l-ilma li jiddependu mill-iżvilupp ekonomiku ġenerali ta’ kull Stat Membru.

    Konsum li jidher fil-Komunità | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Tunnellati | 584.000 | 597.000 | 568.000 | 577000 | 578750 |

    Indiċi 2000= 10 | 100 | 102 | 97 | 99 | 99 |

    Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità, ilment u Eurostat

    (c) Volum ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat u sehem mis-suq

    (76) Il-volum ta’ l-importazzjonijiet li jinbiegħu taħt il-prezz tal-prodott konċernat li joriġina fl-RPĊ ittieħed billi tnaqqas miċ-ċifri ta’ l-Eurostat il-volumi ta’ importazzjoni li ma jinbiegħux taħt il-prezz. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz kiber minn 122 511 tunnellata fis-sena 2000 għal 179 755 tunnellata fil-PI, li jirrappreżenta żieda qawwija ta’ 47%.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Volum impurtat (tunnellati) | 122 511 | 149 329 | 163 135 | 181 400 | 179 755 |

    Indiċi 2000 =100 | 100 | 122 | 133 | 148 | 147 |

    (77) Waqt il-perjodu ta’ stħarriġ, l-importazzjonijiet taħt il-prezz mill-RPĊ baqgħu jżidu kontinwament is-sehem tagħhom mis-suq tal-Komunità minn 21.0% fis-sena 2000 għal 31.1% fil-PI. Għalhekk kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz kemm b’mod assolut kif ukoll relattiv għall-konsum tal-Komunità (iżjed minn 10 fil-mija) matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Sehem mis-suq | 21.0% | 25.0% | 28.7% | 31.4% | 31.1% |

    (d) Konsum li jidher fil-Komunità ta’ l-UE14

    (78) Il-konsum li jidher fl-UE14 tal-ħadid fondut ġie stabbilit fuq l-istess bażi tal-konsum għall-Komunità kollha u billi tnaqqas il-konsum fi Franza. Il-konsum li jidher fl-UE14 tal-ħadid fondut baqa’ stabbli, daqxejn iżjed mill-460 elf tunnellata matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    Konsum li jidher fil-Komunità | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Tunnellati | 464 000 | 480 000 | 458 000 | 462 000 | 462 500 |

    Indiċi 2000=100 | 100 | 103 | 99 | 100 | 100 |

    Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità, ilment u Eurostat.

    (e) Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiz konċernat u s-sehem mis-suq fl-UE14

    (79) Il-volum ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz tal-prodott konċernat li ġej mill-RPĊ ġie stabbilit billi tnaqqsu miċ-ċifri ta’ l-Eurostat fuq il-volum totali ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ il-volumi ta’ importazzjoni mhux taħt il-prezz u l-volum ta’ importazzjoni ta’ Franza. L-aħħar tnaqqis tqis biżżejjed biex jirrifletti b’mod korrett l-importazzjonijiet taħt il-prezz ġewwa l-UE, peress li skond it-tagħrif mogħti mill-produtturi li lmentaw l-ebda volum sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz ma daħal fis-suq Franċiż. Il-volum ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz żdied minn 119 818 tunnellata fis-sena 2000 għal 171 946 tunnellata matul il-PI, li jirrappreżenta żieda ta’ 44%.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Volum ta’ importazzjoni (Tunnellati) | 119 818 | 145 509 | 158 323 | 172 886 | 171 946 |

    Indiċi 2000=100 | 100 | 121 | 132 | 144 | 144 |

    (80) Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, l-importazzjonijiet taħt il-prezz mill-RPĊ żiedu s-sehem tagħhom mis-suq ta’ l-UE14 minn 25,8% fis-sena 2000 għal 37,2% fil-PI. Iż-żieda fis-sehem tas-suq hija daqxejn ogħla minn dak osservat fil-livell totali tal-Komunità matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Sehem mis-suq | 25.82% | 30.31% | 34.57% | 37.42% | 37.18% |

    (f) Prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz u twaqqigħ tal-prezz

    (i) Prezzijiet ta’ l-importazzjoni

    (81) Tagħrif dwar il-prezz ta’ l-importazzjonijiet konċernati li kien ibbażat fuq il-volumi ta’ importazzjoni u l-valuri meħuda mit-tagħrif ta’ l-Eurostat, juri li bejn is-sena 2000 u l-PI., il-medja tal-prezzijiet ta’ l-ispejjeż, assigurazzjoni u merkanzija ta’ l-importazzjoni ġejja mill-RPĊ naqset bi 11%. It-tnaqqis kien partikularment qawwi fis-sena 2003 u matul il-PI.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Prezz EUR/tunnellata | 548 | 560 | 531 | 486 | 489 |

    Indiċi 2000=100 | 100 | 102 | 97 | 89 | 89 |

    Sors: Eurostat

    (ii) Twaqqigħ tal-prezz u nżul tal-prezz

    (82) Għall-għan biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-PI, il-prezzijiet tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun tqabblu mal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz li l-produtturi esportaturi li kkooperaw biegħu fis-suq tal-Komunità matul il-PI fuq il-bażi tal-medja tal-prezz ikkalibrat statistikament ta’ kull prodott tip tal-ħadid fondut, it-total li jibqa’ wara li tnaqqas l-iskontijiet u t-taxxi lill-klijenti mhux relatati. Il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ġew aġġustati fuq livell tax-xogħlijiet dirett mill-fabbrika. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet konċernati użati kienu fuq bażi ta’ spejjeż, assigurazzjoni u merkanzija b’aġġustament addattat għad-dazji tad-dwana u għal spejjeż ohra li jinqalgħu wara l-importazzjoni.

    (83) Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw argumentaw li l-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità tal-prodott konċernat permezz ta’offerti pubbliċi għandu jitħalla barra mill-kalkoli dwar twaqqigħ tal-prezz għax bejgħ lill-awtoritajiet pubbliċi jista’ jinkludi servizzi u garanziji kif ukoll spejjeż oħra addizzjonali li jagħmlu l-prodotti mibjugħa bi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti oġġettivament differenti minn prodotti mibjugħa f’negozjati normali ta’ kummerċ. Dwar dan, l-ewwel għandu jiġi nnutat li din it-talba ma ġietx sostanzjata bi provi li d-differenzi fil-prezzijiet kienu ġejjin minn offerti u negozjati oħra ta’ kummerċ. Barra minn hekk, il-bejgħ permezz ta’ sejħa għall-offerti matul il-PI tal-produtturi tal-Komunità fil-kampjun li kkooperaw jirrappreżenta persentaġġ baxx ħafna mill-volumi u għalhekk ma setax ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz. Fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda.

    (84) L-elementi meqjusa biex jiġu definiti t-tipi ta’ prodott kienu b’mod ewlieni l-materja prima użata għall-prodott konċernat (ħadid griz fondut jew ħadid faċli li jinħadem b’konkrit miżjud miegħu jew mingħajru), l-użu tiegħu (għatu għat-toqob ta’ l-ispezzjoni, għatu għall-kanali u wċuh tal-kaxex), id-daqs u l-aċċessorji differenti u jekk hux skond l-istandards Ewropej EN 124.

    (85) Dan il-paragun wera li matul il-PI, il-prodotti konċernati ġejjin mill-RPĊ inbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li b’mod sinifikanti kienu mwaqqgħin taħt il-prezzijiet ta’ l-industrja tal-Komunità, meta espressi bħala persentaġġ ta’ dawn ta’ l-aħħar, b’marġnijiet minn 31% għal 60%.

    (g) Sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità

    (86) Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċijiet li kellhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità mis-sena 2000 sal-PI.

    (i) Il-kapacità produttiva, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (87) Il-kapaċità tal-produttiva ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet daqxejn matul il-perjodu ta’ stħarriġ li rriflettit strutturar mill-ġdid tal-kapaċità eżistenti iżjed milli żieda minħabba investimenti ġodda. Matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Komunità naqqset il-produzzjoni b’7 punti ta’ persentaġġ u r-rata ta’ l-użu tal-kapaċità tagħha b’iżjed minn 8 punti ta’ persentaġġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Kapaċità produttiva F’Tunnellati | 295 287 | 295 987 | 302 487 | 303 487 | 303 487 |

    Indiċi 2000=100 | 100 | 100 | 102 | 103 | 103 |

    Produzzjoni Tunnellati | 244 983 | 236 042 | 211 495 | 217 151 | 227 100 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 96 | 86 | 89 | 93 |

    Kapaċità produttiva Rata t’użu | 83.0% | 79.7% | 69.9% | 71.6% | 74.8% |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (88) Fl-UE, il-kapaċità produttiva ta’ l-industrija tal-Komunità rreġistrat żieda simili għal dik reġistrata fil-livell tal-Komunità. Madankollu, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha naqset b’mod aktar qawwi b’14 il-punt ta’ persentaġġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Kapaċità produttiva f’Tunnellati | 188 287 | 188 987 | 191 737 | 191 987 | 191 987 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 100 | 102 | 102 | 102 |

    Produzzjoni f’Tunnellati | 169 749 | 168 624 | 140 969 | 140 834 | 145 819 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 99 | 83 | 83 | 86 |

    Kapaċità produttiva Rati t’użu | 90,2% | 89,2% | 73.1% | 73.4% | 76.0% |

    Sors: Tweġibiet Kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità

    (ii) Volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Bejgħ f’Tunnellati | 249 053 | 237 632 | 211 706 | 221 250 | 224 545 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 95 | 85 | 89 | 90 |

    Sehem Mis-suq | 42.6% | 39.8% | 37.3% | 38.3% | 38.8% |

    (89) L-industrija tal-Komunità naqqset il-volum tal-bejgħ tagħha b’10% u sussegwentement is-sehem tagħha mis-suq niżel bi 3.8 punti ta’ persentaġġ matul il-perjodu ta’ stħarriġ, waqt li l-importazzjonijiet taħt il-prezz żdiedu l-volumi tagħhom b’47% u s-sehem tas-suq tagħhom b’10.1%.

    (90) Fl-UE14, l-industrija tal-Komunità ġarrbet telfa ikbar mis-sehem tas-suq (5.4%) waqt li l-bejgħ tagħha naqas b’mod qawwi (-17%) matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Bejgħ f’Tunnellati | 151 987 | 143 367 | 123 504 | 126 896 | 126 492 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 94 | 81 | 83 | 83 |

    Sehem Mis-suq | 32.76% | 29.87% | 26.97% | 27.47% | 27.35% |

    (iii) Impjiegi u produttività

    (91) Il-livell ta’ impjiegi fl-industrija tal-Komunità naqas matul il-perjodu ta’ stħarriġ bi 13%. Il-produttività ta’ l-industrija tal-Komunità kif imkejla b’tunnellati maħduma fis-sena minn kull impjegat żdiedet minn 133 tunnellata fis-sena 2000 għal 141 tunnellata matul il-PI. Iż-żieda fir-rata ta’ kull persuna hija mogħtija b’mod ewlieni għall-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità li żżid l-effiċjenza tal-produzzjoni tagħha u biex tiffaċċja ż-żieda fl-importazzjonijiet taħt il-prezz.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Numru ta’ l-impjegati | 1 843 | 1 783 | 1 721 | 1 657 | 1 610 |

    Indiċi 2000=100 | 100 | 97 | 93 | 90 | 87 |

    Produttività: Produzzjoni/ Impjegat | 133 | 132 | 123 | 131 | 141 |

    Sors Tweġibiet kwestjonarji ta’ l-industrija tal-Komunità

    (92) Bl-istess mod il-livell ta’ impjiegi fl-industrja tal-Komunità fl-UE14 naqas matul il-perjodu ta’ stħarriġ, madankollu b’mod iżjed qawwi għax irreġistra tnaqqis ta’ 16%. Il-produttività tagħha żdiedet minn 132 tunnellata fis-sena 2002 għal 135 tunnellata fil-PI.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Numru ta’ impjegati | 1 290 | 1 238 | 1 187 | 1 128 | 1 084 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 96 | 92 | 87 | 84 |

    Produttività: Produzzjoni/ Impjegat | 132 | 136 | 119 | 125 | 135 |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità

    (iv) Merkanzija maħżuna

    (93) Il-livell ta’ merkanzija maħżuna ta’ l-industrija tal-Komunità żdied b’16% matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Iż-żieda fir-rata ta’ merkanzija maħżuna tirrifletti t-tnaqqis fil-livell tal-bejgħ b’rata iżjed qawwija minn dak tal-livell ta’ produzzjoni.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Inventarju | 33 815 | 36 964 | 37 510 | 37 455 | 39 375 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 109 | 111 | 111 | 116 |

    (v) Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

    (94) Il-medja tal-prezz nett tal-bejgħ tal-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun baqa’ prattikkament stabbli. Madankollu din l-istabbilità ma tirriflettix iż-żieda qawwija ta’ 34% fil-prezz tal-materja prima ta’ l-azzar, l-element ewlieni tal-prezz fl-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott konċernat bejn is-sena 2002 u l-PI. F’dan ir-rigward, għandu jigi nnutat li kull bidla fil-prezz tal-materja prima tal-azzar hija direttament u għal kollox riflessa fl-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott konċernat peress li dan huwa l-element ewlieni fil-proċess tal-produzzjoni tiegħu. L-industrija tal-Komunità għalhekk ma setgħetx tgħaddi din iż-żjieda fil-prezz tal-bejgħ, kif kien mistenni raġjonevolment fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz li eżercitaw pressjoni fuqha u kif ukoll minħabba li l-medja tal-prezzjiet ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi oħra kienet sostanzjalment ogħla minn dawk ta’ l-RPĊ.

    2000 | 2002 | 2003 | 2004 | PI |

    Medja prezz bejgħ Eur/Tunnellata | 1 131 | 1 157 | 1 153 | 1 141 | 1 153 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 102 | 102 | 101 | 102 |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun

    (95) Kienet osservata stabbilità simili għall-medja tal-prezz nett tal-bejgħ tal-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunita fl-UE14.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Medja prezz bejgħ Eur/Tunnellata | 1 056 | 1 070 | 1 053 | 1 031 | 1 048 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 101 | 100 | 98 | 99 |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun

    (vi) Livell ta’ qliegħ

    (96) Il-livell ta’ qliegħ mill-bejgħ nett tal-produtturi fl-Industrija tal-Komunità fil-kampjun fis-suq tal-Komunità lil klijenti mhux relatati , qabel it-taxxi, naqas minn 12.1% fis-sena 2000 għal 9.9% fil-PI li jirrappreżenta waqgħa ta’ 18 fil-mija matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Dan it-tnaqqis kien iżjed qawwi sas-sena 2002. Minn dak iż-żmien ’l hawn ir-rata ta’ qliegħ żviluppat pjuttost b’mod pożittiv li turi ma’ l-ewwel daqqa t’għajn ċerta ħila ta’ l-industrija tal-Komunità li tirpilja minn sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-istess xejra kienet osservata f’diversi indikaturi, bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-produttività u l-volum tal-bejgħ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Livell ta’ qliegħ | 12.1% | 10.5% | 8.1% | 9.4% | 9.9% |

    Indiċi 2000= 100 | 100 | 87 | 67 | 78 | 82 |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju minn produtturi ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun

    (97) Il-livell ta’qliegħ fl-UE14 naqas minn 9.4% fis-sena 2000 għal 5.3% fil-PI li jirrappreżenta waqgħa ta’ 44 punt indiċi matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Għalkemm wera żvilupp posittiv wara s-sena 2002, il-livell ta’ qliegħ ma rkuprax għal-liveli simili għal dak miksub fis-sena 2000 li huma meqjusa addattati għal dan it-tip ta’ industrija.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Qliegħ | 9.4% | 5.9% | 1.0% | 4.3% | 5.3% |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 63 | 11 | 46 | 56 |

    Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun

    (vii) Investimenti u qliegħ fuq l-investimenti

    (98) Il-livell ta’ investimenti fil-produzzjoni tal-prodott konċernat li sar mill-produtturi ta’ l-industrja fil-Komunità naqas bin-nofs matul il-perjodu ta’ stħarriġ minn EUR 12 miljun għal bejn wieħed u ieħor EUR 6 miljuni.

    (99) Il-qliegħ fuq l-investiment mill-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun, li jesprimi r-riżultat tagħhom qabel it-taxxa bħala persentaġġ tal-medja ta’ kif fetaħ u għalaq il-valur nett imniżżel fil-kotba tad-ditti tal-assi mħaddma fil-produzzjoni tal-prodott konċernat, kien pożittiv matul il-perjodu 2000 sas-sena 2001, li jirrifletti s-sitwazzjoni tagħhom ta’ tnaqqis fil-qliegħ. Għal dak li għandu x’jaqsamgħall-perjodu wara s-sena 2001, l-istess kif ġara bil-livell tal-qliegħ, waqt li ġie osservat tnaqqis fis-sena 2002, dan ġie rkuprat sussegwentement fis-sena 2003 u fil-PI.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Investimenti 000EUR | 12 091 | 10 989 | 6 497 | 6 496 | 6 124 |

    Indiċi 1999 = 100 | 100 | 91 | 54 | 54 | 51 |

    Qliegħ fuq Investimenti | 32.4% | 29.0% | 23.7% | 30.1% | 33.9% |

    Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun

    (viii) Ħila li jsibu kapital

    (100) Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-industrija tal-Komunità in ġenerali ltaqgħet ma’ problemi biex issib kapital għall-ħidmiet tagħha.

    (ix) Likwidità

    (101) Il-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun irreġistraw tnaqqis fil-likwidità li daħlitilhom minn attivitajiet ta’ twettiq matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Likwidità 000EUR | 51 162 | 40 295 | 39 517 | 41 955 | 40 824 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 79 | 77 | 82 | 80 |

    Likwidità bħala persentaġġ tal-bejgħ gross | 19% | 16% | 17% | 18% | 17% |

    Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun

    (102) Anki fl-UE14, il-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun irreġistraw tnaqqis nett ta likwidità ġejja minn ħidmiet operattivi matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Madankollu dan it-tnaqqis kien aktar qawwi kif kien it-tnaqqis tal-likwidità netta dieħla espressa bħala persentaġġ tal-volum tan-negozju (4%) relatat mal-ħidma tagħhom fil-Komunità kollha kemm hi.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Likwidità 000EUR | 23 869 | 18 081 | 13 468 | 15 724 | 15 556 |

    Indiċi 2000 =100 | 100 | 76 | 56 | 66 | 65 |

    Likwidità bħala persentaġġ tal-bejgħ gross | 17% | 13% | 12% | 13% | 13% |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju tal-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità

    (x) Pagi

    (103) Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, il-medja tal-paga ta’ kull impjegat żdiedet b’9%. Wara li baqgħu stabbli fis-snin 2000 u 2001, il-pagi żdiedu bi 2% fis-sena 2002 u żieda oħra ta’ 5% u 2% rreġistrati fis-sena 2003 u fil-PI. Madankollu.meta tqis it-tnaqqis fl-impjiegi, it-total tan-nefqa fil-pagi mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | PI |

    Paga għal kull impjegat EUR | 42 470 | 42 504 | 43 474 | 45 336 | 46 203 |

    Indiċi 2000 = 100 | 100 | 100 | 102 | 107 | 109 |

    Sors: Tweġibiet kwestjonarju ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun

    (xi) Id-daqs tal-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz

    (104) F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tad-daqs tal-marġni attwali tal-bejgħ taħt il-prezz, meta tqis l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ, dan l-impatt huwa sostanzjali.

    (xii) L-irpiljar minn bejgħ taħt il-prezz fl-imghoddi

    (105) L-industrija tal-Komunità ma kinetx f’sitwazzjoni fejn kellha tirpilja mill-effetti ta’ dannu għaliha minn bejgħ taħt il-prezz.

    (h) Konklużjoni dwar danni

    (106) Eżami tal-fatturi msemmija hawn fuq juri li bejn is-sena 2000 u l-PI, l-importazzjonijiet taħt il-prezz żdiedu ħafna kemm f’dak li hu volum kif ukoll sehem mis-suq. Tassew, il-volum tagħhom żdied b’47% matul il-perjodu ta’ stħarriġu huma kisbu sehem mis-suq ta’madwar 31% fil-PI. Għandu jiġi nnutat li huma kienu jammontaw bejn wieħed u ieħor għal 80% ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat fil-Komunità fil-PI, u sostanzjalment waqqgħu l-prezzijiet tagħhom (sa massimu ta’ 60%) taħt il-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, indikaturi oħra dwar dannu, bħall-produzzjoni (-7%), użu tal-kapaċità (-10%), volum ta’ bejgħ (-10%), investimenti (-49%) u impjiegi (-13%) żviluppaw negattivament matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    (107) Fl-istess ħin l-industrija tal-Komunità tilfet parti mis-sehem tagħha tas-suq. Tabilħaqq, l-importazzjonijiet ikkonċernati kisbu sehem fis-suq tliet darbiet akbar minn dak li ntilef mill-industrija tal-Komunità tul il-perjodu ta’ stħarriġ. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod raġjonevoli li l-importazzjonijiet Ċiniżi ħadu l-kontroll, minn fuq is-sehem tas-suq mitluf mill-industrija tal-Komunità, is-sehem tas-suq minn fonderiji Ewropej oħra li jew fallew fin-negozju tagħhom, jew saru importaturi/negozjanti.

    (108) L-istampa negattiva ġenerali ta’ hawn fuq kienet riflessa parzjalment biss fil-livell ta’ qliegħ irreġistrat mill-industrija tal-Komunità. Meta kkalkolat f’termini assoluti, il-qliegħ niżel bi18%. Il-livell tal-qliegħ (qliegħ bħala persentaġġ mid-dħul tal-bejgħ) niżel minn livell ta’ 12.1% għal 9.9%. Meta mqabbel mal-livelli sostanzjali ta’ qtugħ fil-prezz, wieħed setga’ jistenna dannu akbar. Madankollu l-livell tal-qliegħ meqjus għalih innifsu ma jirrappreżentax l-istampa sħiħa.

    (109) L-industrija tal-Komunità kellha l-għażla li tikkompeti ras imb’ras fil-prezz ma’ l-importazzjonijiet Ċiniżi, jew li tipprova żżomm prezzijiet bħal jew qrib il-livelli storiċi tagħhom. Il-livell ta’ l-inżul fil-prezz li kellu jkun meħtieġ sabiex jikkompeti direttament ma’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz kien ikun b’mod ċar ħafna aktar minn dak li kienu se jaħsbu l-produtturi tal-Komunità li kieku kellhom jibqgħu ta’ qliegħ. Minkejja li niżlu l-prezzijiet sa ċertu punt, ma fittxewx li jqabblu l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz. Jidher li aċċetaw volumi anqas, u li mbagħad fittxew li jnaqqsu l-ispejjeż sabiex jikkompensaw għat-telf ta’ volum. B’hekk, il-qliegħ bħala persentaġġ tad-dħul tal-bejgħ ma niżilx b’mod daqshekk qawwi, imma dan sar fuq spiża ta’ nuqqas fil-volumi tal-bejgħ u telf fis-sehem tas-suq.

    (110) Barra minn hekk, l-analiżi iżolata tas-sitwazzjoni fl-UE14 turi li l-r-rata ta’ qliegħ ġeneralment għolja fil-livell globali tal-Komunità, matul il-PI, kienet l-iżjed minħabba r-rizultat partikolarment tajjeb ta’ ċerti kumpaniji fil-kampjun fis-suq ta’ Stat Membru wieħed, jiġifieri Franza, fejn il-penetrazzjoni ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz kienet limitata. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji fil-kampjun b’riżultat tal-ħidmiet tagħhom fl-UE14, fejn il-penetrazzjoni ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz kienet partikolarment għolja, uriet xejra negattiva ċara u l-livelli tal-qliegħ instab li kienu waqgħu taħt 6%. Fl-UE14, il-biċċa l-kbira ta’ l-indikaturi tad-dannu, bħall-produzzjoni (-14%), l-użu tal-kapaċità (-14%), il-volum tal-bejgħ (-17%), l-investimenti (-56%), l-impjiegi (-16%), il-likwidità (-45%) żviluppaw b’mod aktar negattiv matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    (111) L-industrija tal-Komunità b’mod ġenerali tilfet sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ stħarriġ fi żmien meta importazzjonijiet taħt il-prezz żdied sostanzjalment kemm f’dawk li huma volumi kif ukoll bħala sehem mis-suq. Iffaċċjata minn pressjoni dejjem akbar minn importazzjonijiet taħt il-prezz, l-industrija tal-Komunità għażlet li ttejjeb il-produttività tagħha billi tnaqqas l-impjiegi. Fl-istess ħin kellhom inaqqsu l-investimenti, li waqgħu b’mod qawwi. Dan kien rifless fl-iżvilupp ta’ ċerti indikaturi matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Tassew, il-livell tal-qliegħ, kif ukoll il-bejgħ, u l-volum ta’ produzzjoni wara waqgħa qawwija fil-perjodu 2000-2002 żviluppaw pjuttost b’mod pożittiv sal-PI. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ewwel perjodu, wieħed jista’ jassumi b’mod raġjonevoli li l-pressjoni dejjem tiela’ mill-importazzjonijiet li qegħdin jiżdiedu b’mod qawwi wasslu għal-livell iżjed baxx ta’ attività u riżultati għall-industrija tal-Komunità. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni perjodu, it-titjib relattiv ta’ dawn l-indikaturi juri l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità li tieħu passi kontra l-effetti negattivi ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fil-medda qasira billi żiedet l-effiċjenza tal-faċilitajiet produttivi tagħha billi żiedet l-użu tal-kapaċità u billi naqqset l-investimenti u l-impjiegi u hekk baxxiet l-ispejjeż tal-produzzjoni. Iżda dan xorta waħda jipperikola s-saħħa finanzjarja tagħha fit-tul peress li qed titlef sehem mis-suq u toqgħod lura milli tagħmel l-investiment meħtieġa biex issostni u anki ttejjeb fit-tul il-produttività u l-kompetittività tagħha.

    (112) Fid-dawl ta’ dan kollu, u minkejja l-fatt li s-suq Franċiż jidher li għadu ma ġiex attakat b’mod agressiv mill-importazzjonijiet taħt il-prezz, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Komunità kollha kemm hi sofriet dannu materjali. Sofriet minn pressjoni ta’ prezz qawwija, tilfet volumi ta’ bejgħ (-10%), sehem fis-suq (-3,8%) u ġiet imġiegħla tnaqqas il-produzzjoni (-7%). Żammet ċertu livell ta’ qliegħ, imma mhux livell li jgħin li jsir investiment fit-tul. Is-sitwazzjoni ġenerali tagħha wriet sinjali ta’ degradazzjoni qawwija. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-industrija tal-Komunità sofriet minn dannu materjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    F. KAWŻALITÀ

    (a) Daħla

    (113) Sabiex tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-kawża tad-dannu li qed tħabbat wiċċha magħhom l-industrija tal-Komunità u skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-fatturi kollha magħrufa u l-konsegwenzi tagħhom fuq is-sitwazzjoni ta’ dik l-industrija. Fatturi oħra magħrufa minbarra l-importazzjonijiet taħt il-prezz, li fl-istess ħin jistgħu qegħdin ikunu ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Komunità, ġew ukoll eżaminati biex jiġi żgurat li d-dannu li seta’ hemm ikkaġunat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet taħt il-prezz.

    (b) L-effetti ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz

    (114) Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, importazzjonijiet taħt il-prezz mill-RPĊ żdiedu b’mod konsiderevoli fil-volum (47%) u fis-sehem tas-suq (minn 21.0% fis-sena 2000 għal 31.1% fil-PI).

    (115) Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz kienu taħt dawk ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kollu ta’ stħarriġ. Barra minn hekk, huma eżerċitaw pressjoni, li ġiegħlet lill-industrija tal-Komunità li żżomm il-prezzijiet tagħha tista’ tgħid stabbli, minkejja ż-żieda sostanzjali fl-ispiża tal-materja prima. Il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz ġejjin mill-RPĊ huma b’mod sinjifikanti taħt il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità bil-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz li jvarja minn 31% għal 60%. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li s-suq tal-prodotti tal-ħadid fondut huwa suq kompetittiv u trasparenti. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz f’suq b’dawn il-karatteristiċi huwa fattur ta’ ħsara li jdawwar il-kummerċ lejn l-importazzjonijiet Ċiniżi taħt il-prezz .

    (116) L-effetti ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz jistgħu jintwerew ukoll mid-deċiżjoni ta’ għadd kbir ta’ produtturi tal-Komunità li jwaqqfu l-linji tagħhom ta’ produzzjoni u jsiru importaturi ta’ prodotti tal-ħadid fondut.

    (117) B’kollox, bejn is-sena 2000 u l-PI, it-telf ta’ 3.8 punti ta’ persentaġġ tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità ittieħed miż-żieda fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz li ġejjin mill-RPĊ.

    (118) It-telf fis-sehem tas-suq li ġarrbet l-industrija tal-Komunità seħħ fl-istess żmien li ġraw għadd ta’ żviluppi negattivi fis-sitwazzjoni ekonomika b’mod ġenerali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni, użu ta’ kapaċità produttiva, bejgħ, investiment u impjiegi.

    (119) Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità rat nuqqas fil-livell ta’ qliegħ minn 12.1% fis-sena 2000 għal 9.9% fil-PI. Dawn il-fatturi, magħquda mal-fatt li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tilqa’ għall-effett negattiv ta’ żieda fil-prezz tal-materja prima, minħabba l-pressjoni mill-prezz ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz, kellu l-effett li minkejja ż-żieda fl-effiċjenza u t-titjib fil-produttività, hija sabet ruħha f’sitwazzjoni ta' dannu. L-espansjoni tas-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz u l-waqgħa tal-prezzijiet ġrat ukoll fl-istess żmien li kien hemm bidla qawwija fil-kondizzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (120) Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw argumentaw li waqt li ż-żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet Ċiniżi fil-Komunità kienet riżultat dirett ta’ talba iżjed kbira għall-prodott konċernat, is-suq għall-industrija tal-Komunità rreġistra xejra ġenerali negattiva minħabba li naqset it-talba għall-prodotti tal-ħadid fondut fis-suq tat-telekomunikazzjoni fis-sena 2002. Is-suq laħaq l-iżvilupp massimu tiegħu fis-snin qabel l-2002 u b’hekk wassal għal distorsjoni fuq l-analiżi tad-dannu, peress li s-snin 2000 u 2001 kienu b'mod eċċezjonali tajbin. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ wara s-sena 2002, ġie reġistrat titjib fir-riżultati ta’ l-industrija tal-Komunità li juri industrija f’saħħitha.

    (121) Dwar dan, għandu l-ewwel jiġi nnutat li l-istħarriġ ma weriex talba li dejjem qiegħda tikber iżda pjuttost konsum stabbli fi sfond ta’ importazzjonijiet li dejjem qegħdin jiżdiedu matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Rigward l-impatt tas-suq tat-telekomunikazzjoni fis-sena 2002, dan ma kienx rifless fl-importazzjonijiet Ċinizi tal-prodott konċernat li baqgħu jikbru dejjem iżjed u mibjugħa taħt il-prezz. Barra minn hekk, din l-allegazzjoni ma kienet sostanzjata bl-ebda provi. Fl-aħħarnett, l-istħarriġ wera li l-industrija tal-Komunità kienet sofriet dannu materjali matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Fuq din il-bażi, l-argumenti ta’ hawn fuq ġew miċħuda.

    (c) Effetti ta’ fatturi oħra

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    (122) Il-volumi ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra naqsu minn 70 600 tunnellati fis-sena 2000 għal 49 000 fil-PI, is-sehem tagħhom fis-suq niżel minn 12% fis-sena 2000 għal 8.5% fil-PI. Ħafna minn dawn l-importazzjonijiet kienu ġejjin mill-Polonja, mir-Repubblika Ċeka u mill-Indja, Madankollu, fuq il-bażi ta’ tagħrif mill-Eurostat, il-prezz medju tal-prodotti tal-ħadid fondut impurtat minn pajjiżi terzi kellu medja ferm iżjed għolja mill-prezzijiet li bihom inbiegħu l-importazzjonijiet taħt il-prezz li ġejjin mill-RPĊ (minn differenza ta’ 12% fis-sena 2000 laħqu 55% differenza fil-PI). Barra minn hekk, bħala medja, il-prezzijiet minn pajjiżi oħra żdiedu b’16-il punt ta’ persentaġġ matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Għalhekk dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Komunità.

    Kif marru produtturi oħra tal-Komunità

    (123) Rigward il-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ ta’ produtturi oħra tal-Komunità, huma żammew is-sehem tagħhom tas-suq ta’ madwar 18.5% matul il-PI. Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, il-bejgħ taghhom waqa’ b’mod qawwi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ volum (21%) u tilfu wkoll b’mod konsiderevoli sehem mis-suq (4.9 punti ta’ persentaġġ). Ma nstabet l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet ta’ produtturi oħra tal-Komunità kienu iżjed baxxi minn ta’ dawk ta’ l-industrija tal-Komunità li kkooperaw. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod raġjonevoli li l-prodotti maħduma u mibjugħa minn produtturi oħra tal-Komunità ma kkaġunawx dannu materjali lill-industrija tal-Komunità.

    (124) L-ebda fatturi oħra, li setgħu fl-istess żmien jikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Komunità ma tqajmu minn partijiet interessati jew ġew identifikati waqt li kien qed isir l-istħarriġ.

    (d) Konklużjoni dwar każwalità

    (125) Is-sitwazzjoni vulnerabbli ta’ l-industrija tal-Komunità ġrat fl-istess żmien ta’ żieda qawwija minn importazzjonijiet mill-RPĊ u twaqqigħ sostanzjali fil-prezz minn dawn l-importazzjonijiet.

    (126) Dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, fid-dawl tas-sehem tas-suq dejjem iċken tagħhom matul il-perjodu ta’ stħarriġ u fid-dawl tal-fatt li l-medja tal-prezzijiet instabet konsiderevolment ogħla minn dawk ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz tul il-PI, huwa konkluż li mhux probabbli li dawn il-fatturi joħolqu xi tip ta’ theddida għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (127) Għalhekk huwa konkluż li, l-importazzjonijiet taħt il-prezz li ġejjin mill-RPĊ kkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

    G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    (128) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk id-deċiżjoni li tieħu miżuri kontra d- dumping tmurx kontra l-interessi tal-Komunità, b’mod ġenerali. Id-deċiżjoni dwar x’inhu fl-interess tal-Komunità hija bbażata fuq eżami ta’ l-interessi varji involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, l- importaturi u n-negozjanti, u dawk li jużaw il-prodott konċernat.

    (129) Biex tivvaluta l-interess tal-Komunità, il-Kummissjoni għamlet stħarriġ dwar xi jkunu l-effetti probabbli fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati jekk tieħu jew ma tieħux miżuri kontra d- dumping . Flimkien mal-produtturi u importaturi tal-Komunità, il-Kummissjoni talbet tagħrif mill-partijiet interessatikollha magħrufa li huma mdaħħlin f’dan il-qasam bħall-utenti u l-għaqdiet tal-konsumatur.

    (a) L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

    (130) L-industrija tal-Komunità hija magħmula minn kumpaniji kbar kif ukoll dawk żgħar u ta’ daqs medju.

    (131) It-teħid ta’ miżuri huwa mistenni li jwaqqaf id-distorsjoni tas-suq u d-deterjorament tal-prezzijiet. Dan iservi biex l-industrija tal-Komunità tirkupra s-sehem tas-suq li tilfet, waqt li tkun tista’ tbiegħ bi prezzijiet li jkopru l-ispejjeż tagħha, u dan iwassal li kull prodott ikun jiswa inqas minħabba produttività ogħla. Bħala konklużjoni, huwa mistenni li t-tnaqqis fl-ispiża biex jinħadem kull prodott (minħabba użu ogħla ta’ kapaċità u sussegwentement produttività ogħla) u sa ċertu punt żieda żgħira fil-prezz, jippermettu lill-industrija tal-Komunità li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, bla ma twassal għal distrosjoni tas-suq tal-konsumaturi.

    (132) Min-naħa l-oħra, jekk ma jittieħdux miżuri kontra d- dumping , huwa probabbli li x-xejra negattiva tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità se tissokta. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità hija karaterrizzata partikolarment fil-PI b’telf ta’ dħul minħabba prezzijiet baxxi u sehem inqas fis-suq. Tassew, fid-dawl ta’ dħul inqas, huwa probabbli li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità tmur iżjed għall-agħar jekk ma jittieħdux miżuri. Fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għall-qtugħ fil-produzzjoni u iżjed għeluq ta’ postijiet ta’ produzzjoni, li għalhekk jheddu l-impjiegi u l-investimenti fil-Komunità.

    (133) Minħabba dan huwa konkluż li t-teħid ta’ miżuri kontra d- dumping jippermetti lill-industrija tal-Komunità li tirkupra mill-importazzjonijiet taħt il-prezz ta’ dannu għaliha.

    (b) L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti fil-Komunità mhux relatati

    (134) Kif imsemmi fil-paragrafu (11), 15-il kumpanija pprovdew tagħrif mitlub fl-avviż tal-bidu tal-proċeduri biex jagħżlu kampjun fil-limitu taż-żmien mogħti għal dan il-għan. Minn dawn il-kumpaniji, kampjun rappreżentattiv ta’ erba’ importauri ġie magħżul. Intbagħtu kwestjonarji lill-erba kumpaniji kollha kemm huma.

    -teħid ta’ kampjun ta’ importaturi/negozjanti tal-Komunità mhux relatati

    (135) Mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bhala kampjun, waħda ma weġbitx għall-kwestjonarju u għalhekk tħalliet barra mill-proċeduri. Il-kumpaniji l-oħra kollha magħżula wieġbu b’mod sħiħ ghall-kwestjonarju. F’dak li huwa volum dawn il-kumpaniji jammontaw għal 19% mit-total ta’ prodotti tal-ħadid fondut importati mill-RPĊ tul il-PI.

    (136) Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw allegaw li importatur fil-kampjun ma kellux jintgħażel għax huwa sussidjarju ta’ kumpanija oħra, li allegatament huwa l-ikbar konsumatur individwali ta’ kumpanija li qajmet l-ilment, u formitu ta’ din il-kumpanija li qajmet l-ilment. Sar l-argument li din l-allegata rabta kienet biżżejjed biex dan l-importatur jitħalla barra mill-kampjun għax kellu kunflitt ta’ interess. F’dan ir-rigward,għandu jiġi nnotat li l-allegata rabta bejn l-importatur u l-kumpanija li qajmet l-ilment ma tmurx lil hinn minn dik ta’ rabta kummerċjali bejn operaturi ekonomiċi indipendenti u għalhekk ma tiġġustifikax li hemm kunflitt ta’ interess. Barra minn hekk din l-allegazzjoni ma ġietx issostanzjata. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

    (137) Huma argumentaw ukoll li t-teħid ta’ miżuri jolqtu l-impjiegi ta’ dawk li jużaw u jimportaw fil-Komunità. Kien allegat li la ta’ l-aħħar m’għandhom ebda spazju fejn jifilħu jieħdu l-piż tad-dazju, ifallu fin-negozju tagħhom u jkollhom ikeċċu l-ħaddiema mill-ewwel. Barra minn hekk, kien argumentat li hemm żieda sostanzjali fil-Komunità, l-aktar jekk jitqiesu l-għaxar Stati Membri l-ġodda li fi proċess ta’ żvilupp malajr se jsaħħuha iżjed. F’dan il-kuntest, l-impożizzjoni ta’ dazji jwassal għal nuqqas ta’ provvisti fis-suq Ewropew u, dan iwassal għal żieda qawwija fil-prezz. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Komunità mbagħad ikunu ħielsa li jikkontrollaw is-suq għax ma jkollhom jiffaċċjaw l-ebda kompetizzjoni serja.

    (138) Rigward l-impatt negattiv tal-miżuri fuq l-impjieg ta’ l-utenti u l-konsumaturi fil-Komunità u l-importaturi, dan ma ġiex issostanzjat. Rigward l-impatt negattiv fuq l-utenti fil-Komunità, kif intqal iżjed ’l isfel (154) l-ebda utent jew għaqda ta’ utenti ma ppreżentat ruħha waqt il-proċeduri. Rigward l-impatt negattiv fuq l-importaturi, bil-maqlub ta’ dak li ġie allegat, il-pożizzjoni b’saħħitha stabbilita minnhom fis-suq tal-Komunità tirrifletti s-sitwazzjoni b’saħħitha u soda tagħhom iżjed milli xi stat fraġli. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-assorbiment tad-dazju iħassar l-għan propju għala għandu jiġi impost, biex jerġa’ jġib kompetizzjoni ġusta fis-suq li nstab li kien qed jiġi mgħawweġ mill-imġieba mhix kompettitiva ta’ operaturi li kienu qed jimpurtaw taħt il-prezz. Dwar l-allegat nuqqas ta’ provvisti minħabba talba ogħla mill-għaxar Stati Membri l-ġodda, għandu l-ewwel jiġi nnutat li l-industrija tal-Komunità mhix tipproduċi bis-saħħa kollha li għandha u għalhekk kull nuqqas jista’ jkoprieha billi tuża iżjed il-kapaċità produttiva tagħha u tnaqqas il-merkanzija maħżuna. Barra minn hekk, il-produzzjoni eżistenti ta’ ċerti Stati Membri ġodda flimkien ma’ l- importazzjonijijiet minn terzi pajjiżi jibqa’ jforni lis-suq bi prezzijiet raġjonevoli u b’hekk joħolqu ambjent trasparenti u kompetittiv.

    (139) Għalhekk, gie konkluż li l-effetti probabbli tat-teħid ta’ miżuri kontra d- dumping mhux mistennija jkunu sinifikanti fuq importaturi/kummerċjanti mhux relatati.

    (c) Interessi ta’ utenti u konsumaturi

    (140) Ma kienx hemm assoċjazzjonijiet ta’ utenti u konsumaturi li ppreżentaw irwieħhom fil-limitu taż-żmien mogħti fl-avviż tal-bidu tal-proċeduri. La dawn il-partijiet ma kkooperawx, jista’ jiġi konkluż li t-teħid ta’ miżuri kontra d- dumping mhux se jolqothom ħażin ħafna.

    (d) Kompetizzjoni u effetti li jwasslu għal distorsjoni tal-kummerċ

    (141) F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-effetti tal-miżuri possibbli fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità, jidher li x’aktarx l-produtturi li jesportaw ikkonċernati jkunu jistgħu jkomplu jbiegħu l-prodotti tal-ħadid fondut, anki jekk bi prezzijiet li ma jkunux ta’ theddida ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Komunità, għaliex għandhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq. Dan, meħud flimkien man-numru kbir ta’ produtturi tal-Komunità u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra jiżguraw li utenti u bejjiegħa jibqa’ jkollhom għażla wiesgħa mnejn jixtru l-prodotti tal-ħadid fondut bi prezzijiet raġjonevoli. Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw argumentaw li l-industrija tal-Komunità mhix kompetittiva u dan huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ swieq lokali u reġjonali li huma maħkuma mill-monopolji/duwopolji. Huma ssottomettew ukoll li wieħed mill-produtturi tal-Komunità li kkoopera kien ikkundannat fil-passat talli abbuża mill-pożizzjoni dominanti biex ma jħallix il-prodott konċernat jidħol fis-suq Franċiż.

    (142) F’dan ir-rgward, l-ewwel għandu jiġi nnutat li l-argument dwar l-allegata preżenza ta’ swieq reġjonali u lokali, maħkuma minn monopolji/duwopolji, ma kinetx issostanzjata bi provi u għalhekk ġiet miċħuda. Rigward id-deċiżjoni dwar l-abbuż mill-pożizzjoni dominanti, din tirreferi għal sitwazzjoni fil-passat, għal kollox ’il barra mill-perjodu ta’ stħarriġu dwar prodott li m’għandu x’jaqsam xejn ma’ dan l-istħarriġ. Barra minn hekk, deċiżjoni rilevanti sussegwenti fiż-żmien tal-perjodu ta’ stħarriġ dwar ilment imressaq minn importatur kontra l-istess produttur dwar l-imġieba anti-kompettitiva tiegħu fis-suq Franċiż ma kkundannatx lill-produttur u l-proċedura ntemmet. Fuq din il-bażi, l-argument ta’ hawn fuq ġie miċħud.

    (143) Għalhekk ikun hemm numru kbir ta’ parteċipanti fis-suq li jkun jistgħu jissodisfaw it-talba. Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, huwa għalhekk konkluż li l-kompetizzjoni probabbli ħafna li tibqa’ b’saħħitha wara li jittieħdu miżuri kontra d- dumping .

    (e) Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

    (144) Fid-dawl ta’ hawn fuq, huwa konkluż li ma jeżistu l-ebda raġunijiet b’saħħithom kontra li jittieħdu mizuri fil-każ preżenti u li l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun fl-interess tal-Komunità.

    H. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D- DUMPING

    1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

    (145) Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar d- dumping , it-theddida tad-dannu li jirriżulta minn dan, kawżalitaà u l-interess tal-Komunità, għandhom jittieħdu miżuri sabiex ma jħallux li iżjed dannu jiġi kkaġunat lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet taħt il-prezz.

    (146) Għal dan il-għan, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ġew għall-ewwel imqabbla mal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità bla ma saru aġġustamenti għall-marġni xierqa ta’ qliegħ. Il-paragun sar ma’ tipi ta’prodotti paragunabbli. Id-differenza ġiet espressa bħala persentaġġ tan-negozju kollu ta’ l-esportazzjoni. Din l-analiżi wriet għall-produtturi kollha li jesportaw marġni li kienu ogħla mill-marġni tagħhom ta’ importazzjoniet taħt il-prezz. Għalhekk, sabiex tiġi applikata r-regola ta’ inqas dazju,ma kienx meqjus meħtieġ li jiġi stabbilit marġni ta’ qliegħ li l-industrija tal-Komunità setgħet kisbet fin-nuqqas ta’ esportazzjonijiet taħt il-prezz, għax il-marġni tad-dannu li jirriżulta minn dan kien ikun ogħla mill-marġni tad- dumping .

    (147) Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa meqjus li skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji definittivi fuq prodotti tal-ħadid fondut ġejjin mill-RPĊ fil-livell tal-marġni tad- dumping , għax dawn ikunu f’kull każ, iżjed baxxi mill-marġni ta’ dannu.

    (148) Ir-rata individwali ta’ dazju kontra d- dumping għall-kumpaniji li ngħataw status ta’ l-ekonomija tas-suq speċifikat f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ dak li nstab fl-istħarriġ preżenti. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet waqt dak l-istħarriġ dwar dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (b’differenza ta’ dak id-dazju mal-pajjiż kollu li japplika “għall-kumpaniji l-oħra kollha”) għalhekk japplikaw esklussivament għall-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-RPĊ u maħduma minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati maħduma minn kull kumpanija oħra li ma tissemmiex speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u bl-indirizz, inklużi entitajiet imsemmija speċifikament għal dan, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u jeħlu d-dazju li hemm għall-pajjiż kollu.

    (149) Kull talba biex kumpanija individwali jkollha rata ta’ dazju kontra l-importazzjonijiet taħt il-prezz (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni u bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni mill-ewwel bit-tagħrif rilevanti kollu, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fil-ħidmiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ lokali u ta’ esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament imbagħad jigi mibdul billi tigi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali.

    (150) Fid-dawl ta’ dak li nstab hawn fuq, ir-rati kontra d- dumping huma kif ġejjin:

    Pajjiż | Kumpanija | Dazju kontra d-dumping |

    Ir-RPĊ | Shijiazhuang Transun Meta Products Co.Ltd | 0.0% |

    Shaoshan Huanqiu Castings Foundry | 0.0% |

    Fengtai Handan Alloy Casting C. Ltd. | 0.0% |

    Shanxi Jiaocheng Xiglong Casting Co. Ltd | 0.0% |

    Tianjin, Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co. Ltd | 0.0% |

    Shanxi Yuansheng Casting u Forging Industrial Co. Ltd | 18.6% |

    Botuou City Simencum Town Bai of Tang Casting Factory | 28.6% |

    Hebei Shunda Foundry Co. Ltd. | 28.6% |

    Changan Cast Limited Company ta’ Yixian Hebei | 31.8% |

    Shandong Huijin Stock Co Ltd | 37.9% |

    Il-kumpaniji l-oħra kollha | 47.8% |

    (151) Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet fuq il-bażi li fuqha kien intenzjonat li jirrikkmanda l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi kontra importazzjonijiet taħt il-prezz. Huma ngħataw wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara li tkun magħrufa din id-deċizjoni. Il-kummenti bil-fomm u bil-kitba mressqa mill-partijiet ġew ikkunsidrati bl-akbar serjetà, u fejn kien il-każ, dak li nstab ġie mibdul kif meħtieġ. Il-partijiet kollha ngħataw tweġibiet dettaljati għall-kummenti li ressqu.

    I. TIPI TA’ MIŻURI

    (152) Wara li kisbu trattament individwali, erba’ produtturi li jesportaw indikaw li sejrin joffru garanzija ta’ prezz imma ma ppreżentawx offerta ta’ garanzija sostanzjata biżżejjed fiż–żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant l-ebda offerta ta’ garanzija ma setgħet tiġi aċċetata mill-Kumissjoni. Madankollu, il-Kunsill fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjoni għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati (b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju) u sakemm il-konklużjonijiet definittivi ma kenux preċeduti minn konklużjonijiet proviżorji, iqis li għandhom jitħallew, b’mod eċċezzjonali, jissoktaw bil-garanzija ta’ offerti tagħhom lil hinn mid-data ta’ l-għeluq imsemmija.

    (153) L-awtoritajiet Ċiniżi talbu wkoll li tingħata konsiderazzjoni għat-tfittxija ta' soluzzjoni komparabbli għan-numru ta' produtturi Ċiniżi kkonċernati mill-proċedura, li jesportaw u li jikkooperaw, bħal dik ta’ l-erba’ produtturi li jesportaw imsemmija fir-reċitazzjoni ta’ qabel. Jekk wara diskussjoni b’dan l-għan, jinsab li bidla fit-tip ta’ miżuri għajr mill-approvazzjoni tal-garanziji hija xierqa, għandu jitwettaq eżami temporanju mill-ġdid mill-aktar fis.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu

    1. Dazju definittiv kontra d- dumping qed jiġi hawn impost fuq prodotti tal-ħadid fondut u ħadid fondut li mhux daqshekk faċli li jinħadem ta’ tip użat biex ikopri u/jew jagħti aċċess għal sistemi ta’ l-art jew taħt l-art, u partijiet tagħhom, kemm jekk ikunu bil-magni kif ukoll jekk le, miksi, miżbugħ jew iffitjat ma’ materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popli taċ-Ċina, bħala klassifikati taħt il-kodiċi NM 7325 10 50, 7325 10 92 u ex-7325 10 99 (Kodiċi Taric 10 99 10).

    2. Ir-rata tad-dazju definittiv kontra d- dumping huwa applikat lill-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u maħduma fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt se tkun kif ġej:

    Kumpanija | Dazju kontra d-dumping % | Kodiċi Addizzjonali Taric |

    Shijiazhuang Transun Metal Products Co. Ltd., Xinongcheng, Liulintun, Luancheng County, Shijiazhuang City, Hebei Province, 051430 PRC | 0.0 | A675 |

    Shaoshan Huanqiu Castings Foundry, Fengjia Village, Yingtian Township, Shaoshan, Hunan, PRC | 0.0 | A676 |

    Fengtai Handan Alloy Casting Co. Ltd., Beizhangzhuang Town, Handan County, Hebei, PRC | 0.0 | A677 |

    Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co. Ltd., Jiaocheng County, Shanxi Province, PRC | 0.0 | A678 |

    Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co. Ltd., Guan Pu Tou Village, Yang Cheng Zhuang Town, Jinghai District, 301617 Tianjin, PRC | 0.0 | A679 |

    Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd.,No. 8 DiZangAn, Taiyuan, Shanxi, 030002, PRC | 18.6 | A680 |

    Botou City Simencum Town Bai fo Tang Casting Factory, Bai Fo Tang Village, Si Men Cum Town, Bo Tou City, 062159, Hebei Province, PRC | 28.6 | A681 |

    Hebei Shunda Foundry Co. Ltd., Qufu Road, Quyang, 073100, PRC | 28.6 | A682 |

    Changan Cast Limited Company of Yixian Hebei, Taiyuan main street, Yi County, Hebei Province, 074200, PRC | 31.8 | A683 |

    Shandong Huijin Stock Co. Ltd., North of Kouzhen Town, Laiwu City, Shandong Province, 271114, PRC. | 37.9 | A684 |

    Il-kumpaniji l-oħra kollha | 47.8 | A999 |

    3. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, id-dispożizzjonijet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, (….)

    Għall-Kunsill

    Il-President

    (...)

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004, ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12.

    [2] ĠU C 104, tat-30.4.2004, p. 62.

    Top