Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0186

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros

    /* KUMM/2005/0186 finali */

    52005PC0186

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros /* KUMM/2005/0186 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 12.05.2005

    KUMM(2005) 186 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-protokoll mehmuż mal-ftehim dwar is-Sajd bejn il-KE u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros wasal biex jiskadi fil-31.12.2004. Protokoll ġdid ġie inizjalat bejn iż-żewġ partijiet fl-24 ta’ Novembru 2004, biex jiffisa l-kondizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-KE fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010 (6 snin).

    Il-protokoll il-ġdid joffri opportunitajiet ta’ sajd għall-40 bastiment li jistad għat-tonn bit-tartarun u 17-il bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ.

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja hi stabbilita fl-ammont ta’ € 390 000 fis-sena, li jkopri piż ta’ qbid fl-ibħra tal-Komors ta’ 6 000 tunnellata ta’ tonn fis-sena. Parti kbira minn dan l-ammont (60%, ekwivalenti għal € 234 000 fis-sena) hu destinat, fil-qafas ta’ sħubija ġdida stipulata mil-linji ta' gwida tal-Kunsill dwar il-ftehim fuq is-sajd ta’ Lulju 2004, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika settorjali tas-sajd fil-Komoros bl-iskop li jibda jitwettaq sajd responsabbli.

    Dan il-protokoll il-ġdid, filwaqt li jifforma parti minn sensiela ta’ ftehimiet dwar it-tonn konklużi mill-Komunità ma’ ċerti pajjiżi ta’ l-Oċean Indjan, isaħħaħ il-kunċett ta’ l-eżerċizzju ta’ sajd responsabbli u sostenibbli u jippermetti l-promozzjoni ta’ relazzjoni ta’ sħubija bbażata fuq ir-rispett tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari tal-politika nazzjonali tal-Komoros fil-qasam tas-sajd.

    F’dan is-sens, ġew introdotti xi dispożizzjonijiet ġodda: i) klawżola ta’ esklussività, li tipprojbixxi l-eżistenza parallela għall-ftehim ta’ sajd Komunitarju ta’ liċenzji privati jew ta’ arranġamenti privati oħrajn, ii) dispożizzjonijiet dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), li jsaħħu l-kontroll tal-bastimenti li joperaw fl-ibħra Komunitarji, iii) il-klawżola soċjali applikabbli għall-baħrin lokali li jkunu qed jaħdmu fuq bastimenti Komunitarji, iv) dispożizzjonijiet dwar l-imbarkament ta’ osservaturi.

    Barra minn hekk, f'konformità mal-linji ta' gwida tal-Kunsill ta’ Lulju 2004, il-Protokoll il-ġdid wettaq bidla rigward l-ispejjeż tal-ftehim bejn il-Komunità u l-proprjetarji tal-bastimenti. Is-somma li trid titħallas għat-tonn mill-proprjetarji tal-bastimenti għaldaqstant telgħet minn € 25 għal € 35/tunnellata, filwaqt li, fl-istess ħin, is-somma tal-Komunità tnaqqset minn € 75 għal € 65/tunnellata. Dan it-tqassim il-ġdid, li diġà kien ġie applikat fil-ftehim dwar it-tonn għall-Paċifiku, se jiġi applikata gradwalment għall-ftehimiet kollha tat-tonn tal-Komunità.

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta, b’deċiżjoni, l-abbozz ta’ ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll il-ġdid sakemm dan jidħol fis-seħħ b’mod definittiv.

    Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-protokoll il-ġdid hija s-suġġett ta' proċedura separata.

    Proposta għa

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 300(2),

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Billi:

    (1) F'konformità mal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros, rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros,[2] il-Komunità u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros innegozjaw biex jiddeterminaw il-modifiki jew żidiet li għandhom jiġu introdotti fit-tmiem tal-perjodu ta’ l-applikazzjoni tal-protokoll mehmuż miegħu;

    (2) Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat protokoll ġdid fl-24 ta’ Novembru 2004;

    (3) B’dan il-protokoll, is-sajjieda tal-Komunità huma mogħtija opportunitajiet li jistadu fl-ibħra rilevanti li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010.

    (4) Biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità hu indispensabbli li l-protokoll il-ġdid jiġi applikat mill-aktar fis possibbli; għal din ir-raġuni, iż-żewġ partijiet inizjalaw ftehim taħt forma ta’ skambju ta' ittri li jipprevedi l-applikazzjoni, b’titlu proviżorju, tal-protokoll inizjalat, mill-1 ta’ Jannar 2005;

    (5) Hemm lok li l-ftehim jiġi approvat taħt il-forma ta’ skambju ta' ittri, suġġett għall-konklużjoni tal-protokoll mill-Kunsill;

    (6) Jeħtieġ li jiġi definit il-mod li bih se jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri, fuq il-bażi tat-tqassim tal-possibbiltajiet ta’ sajd tradizzjonali fil-qafas tal-ftehim dwar is-sajd;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros huwa approvat f’isem il-Komunità.

    It-testi tal-ftehim taħt forma ta’ skambju ta' ittri u dawk tal-protokoll huma mehmuża mad-deċiżjoni preżenti.

    Artikolu 2

    L-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-protokoll huma mqassma fost l-Istati Membri skond is-sistema segwenti:

    a) bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun:

    Spanja: 21 bastiment

    Franza: 18-il bastiment

    Italja : 1 bastiment

    b) bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ:

    Spanja: 12-il bastiment

    Portugall: 5 bastimenti

    Jekk it-talbiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jimlewx l-opportunitajiet kollha ta’ sajd stipulati mill-protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta' dan il-protokoll huma obbligati li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Komoros kif mitlub mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru. 500/2001 tal-14 ta’ Marzu 2001[3].

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat jaħtar il-persuni intitolati li jiffirmaw il-ftehim u li b'hekk jorbtu lill-Komunità.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Ftehim

    taħt forma ta’ skambju ta’ ittri marbuta ma’ l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jistipula, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros

    A. Ittra tal-Gvern tal-Komoros

    Sinjur,

    B’referenza għall-protokoll li ġie inizjalat fl-24 ta’ Novembru 2004 u li jistipula l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tal-Komoros hu lest li japplika dan il-protokoll b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija li dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, b’kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun lesta tagħmel l-istess.

    F’dan il-każ, il-ħlas ta’ l-ewwel kumpens finanzjarju annwali stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll għandu jsir qabel it-30 ta’ Settembru 2005.

    Inkunlek grat jekk tagħtini konferma ta’ l-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar dan t’hawn fuq.

    Inselli għalik,

    Għall-Gvern ta’ l-Unjoni tal-Komoros

    B. Ittra tal-Komunità

    Sinjur,

    Għandi l-unur li ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ dik il-ġurnata, li tgħid hekk:

    “B’referenza għall-protokoll li ġie inizjalat fl-24 ta’ Novembru 2004 u li jistipula l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tal-Komoros hu lest li japplika dan il-protokoll b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija li dan jidħol fis-seħħ f'konformità ma’ l-Artikolu 13 tiegħu, b’kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun lesta tagħmel l-istess.

    F’dan il-każ, il-ħlas ta’ l-ewwel kumpens finanzjarju annwali stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll għandu jsir qabel it-30 ta’ Settembru 2005.

    Inkunlek grat jekk tagħtini konferma ta’ l-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar dan t’hawn fuq.”

    Għandi l-unur li nikkonfermalek li l-Komunità tapprova l-kontenut ta’ din l-ittra.

    Inselli għalik,

    F’isem il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

    Protokoll

    li jiffissa, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd lil hinn mill-Komoros

    Artikolu 1 Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet ta’ sajd

    1. Mill-1 ta’ Jannar 2005 u għal perjodu ta’ 6 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija taħt l-Artikolu 2 tal-Ftehim huma ffissati kif ġej:

    - bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun: 40 bastiment

    - bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 17-il bastiment

    2. Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ Artikoli 4 u 5 ta' dan il-protokoll.

    3. Il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux jeżerċitaw attivitajiet ta’ sajd fl-ibħra tal-Komoros sakemm m’għandhomx liċenzja għas-sajd maħruġa taħt il-qafas ta' dan il-protokoll u skond il-modalitajiet deskritti fl-Anness għal dan il-Protokoll.

    Artikolu 2 Kontribuzzjoni finanzjarja – Modalitajiet tal-ħlas

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 1, hi stabbilita fl-ammont ta’ € 2 340 000.

    2. Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4, 5 u 7 ta' dan il-protokoll.

    3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata f’paragrafu 1 titħallas mill-Komunità fl-ammont ta’ € 390 000 fis-sena matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta' dan il-protokoll.

    4. Jekk il-kwantità totali tal-qbid imwettaq mill-bastimenti tal-Komunità fl-ibħra tal-Komoros teċċeddi s-6 000 tunnellata fis-sena, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiżdied b’€ 65 għal kull tunnellata supplimentari maqbuda. Madankollu, l-ammont totali mħallas mill-Komunità m’għandux jeċċedi d-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (€ 780 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jeċċedu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun qabżet dan il-limitu, tiġi mħallsa s-sena ta’ wara.

    5. Il-ħlas isir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2005 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju tal-protokoll għas-snin segwenti.

    6. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 6, l-għoti ta’ din il-kontribuzzjoni jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva ta’ l-awtoritajiet tal-Komoros.

    7. Il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fl-Artikolu 7(1) ta' dan il-protokoll titħallas fil-kont miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Komoros mill-Ministeru inkarigat mis-sajd fil-Komoros. Il-bqija tal-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas fil-kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Komoros.

    Artikolu 3 Kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Laqgħa xjentifika

    1. F'konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim, il-Partijiet, fuq bażi tar-rakkomandazzonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fil-Kummissjoni dwar it-Tonn ta’ l-Oċean Indjan (IOTC) u fid-dawl ta’ l-aħjar l-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni konġunta li prevista fl-Artikolu 7, bl-għan li jadottaw, fil-każ ta’ bżonn wara laqgħa xjentifika u bi qbil komuni, miżuri li jkollhom l-għan li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi marbuta mas-sajd li jħallu effett fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Komunità.

    Artikolu 4 Reviżjoni volontarja ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd

    1. L-opportunitajiet tas-sajd stipulati Artikolu 1 jistgħu jiġu miżjuda bi qbil komuni sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika, din iż-żieda ma toħloqx riskji għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Komoros. F’każ ta' dan it-tip, il-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikolu 2(1) tiġi miżjuda proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu l-ammont totali annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Komunità ma tistax teċċeddi d-doppju ta’ l-ammont stipulat hawnhekk.

    2. Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu d-doppju tal-kwantitajiet korrispondenti għall-ammont totali rivedut, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun qabżet dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

    3. Fil-każ li l-Partijiet jiftiehmu dwar l-adozzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 3 li jimplikaw tnaqqis ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd stipulati fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja hi mnaqqsa b’mod proporzjonali u pro rata temporis .

    4. Id-distribuzzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost kategoriji differenti ta’ bastimenti tista’ wkoll tkun soġġetta għal reviżjoni bi qbil komuni bejn il-Partijiet u fir-rispett ta’ kull rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-istokks li jistgħu jiġu milquta b’din id-distribuzzjoni ġdida. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu biex jemendaw il-kontribuzzjoni finanzjarja jekk id-distribuzzjoni l-ġdida ta’ l-opportunitajiet tas-sajd eventwalment tiġġustifika dan.

    Artikolu 5 Opportunitajiet ġodda ta’ sajd

    Fil-każ li l-bastimenti Komunitarji jkunu interessati f’xi attivitajiet ta’ sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel l-għoti eventwali ta’ awtorizzazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet tal-Komoros. Fil-każ ta’ bżonn, il-Partijiet jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda ta’ sajd u, jekk dan ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

    Artikolu 6 Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni minħabba force majeure .

    1. F’każ ta’ ċirkostanzi gravi, bl-esklużjoni ta’ fenomeni naturali li ma jippermettux l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ sajd fl-ibħra tal-Komoros, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikolu 2(1) tista’ tiġi sospiża mill-Komunità Ewropea wara, jekk dawn ikunu possibbli, konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet, u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset l-ammont kollu dovut sal-mument tas-sospensjoni.

    2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jissokta minn meta l-Partijiet jagħrfu, bi qbil komuni wara konsultazzjonijiet, li jkunu ntemmu ċ-ċirkostanzi li kienu wasslu għall-waqfien ta’ l-attivitajiet tas-sajd u li s-sitwazzjoni hi tali li tippermetti t-tkomplija ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

    3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji taħt l-Artikolu 4 tal-Ftehim hi mtawwla għal perjodu ugwali għall-perjodu ta’ sospensjoni ta’ l-attivitajiet ta’ sajd.

    Artikolu 7 Appoġġ għat-twaqqif ta’ sajd responsabbli fl-ibħra tal-Komoros

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-protokoll tagħti kontribut, ta’ 60% ta’ l-ammont tagħha, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika settorjali dwar is-sajd fil-Komoros bil-għan li jitwettaq is-sajd responsabbli fl-ibħra tal-pajjiż. L-amministrazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni hi bbażata fuq l-indentifikazzjoni mill-Partijiet, bi qbil komuni, ta’ l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u tal-programazzjoni annwali u multi-annwali rilevanti.

    2. Bil-għan li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 hawn fuq, il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kummissjoni konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, li mid-dħul fis-seħħ tal-protokoll, u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll segwenti, dwar Programm Settorjali Multi-Annwali, u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi partikolarment:

    (a) il-linji ta' gwida fuq bażi annwali u multi-annwali, li fuqhom il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija f’paragrafu 1 hawn fuq ikun se jintuża.

    (b) l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u multi-annwali bl-għan li, eventwalment, jiġi stabbilit is-sajd sostenibbli u responsabbli, b’konsiderazzjoni tal-prijoritajiet espressi mill-Komoros fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd jew ta’ strateġiji politiċi oħra li għandhom rabta jew impatt fuq it-twettiq ta’ sajd responsabbli u sostenibbli ;

    (c) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex issir possibbli evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

    3. Kull modifika proposta għall-Programm Settorjali Multi-annwali għandha tkun approvata mill-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni konġunta.

    4. Kull sena, il-Komoros jiddeċiedu l-allokazzjoni ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata f’paragrafu 1 bl-għan li jiġi implimentat il-Programm multi-annwali. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ewwel sena tal-validità tal-Protokoll, dan l-ammont għandu jkun kkomunikat lill-Komunità fil-mument ta’ l-approvazzjoni fil-Kummissjoni konġunta tal-Programm Settorjali multi-annwali. Għal kull sena segwenti, dan l-ammont jiġi kkomunikat mill-Komoros lill-Komunità sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ qabel.

    5. Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali tiġġustifika li dan isir, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin biex jiddefinixxu l-modalitajiet tal-bidla fl-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-protokoll, biex l-ammont effettiv tal-fondi allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm jiġi adattat għal dawn ir-riżultati .

    Artikolu 8 Nuqqas ta’ qbil – sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-protokoll

    1. Kull nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-protokoll u fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, li jekk dan ikun meħtieġ, tiltaqa’ f’seduta straordinarja.

    2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet jekk in-nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet jitqies bħala wieħed gravi u jekk il-konsultazzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Kummissjoni konġunta f'konformità mal-paragrafu 1 ma jkunux ippermettew li tinstab soluzzjoni bonarja.

    3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-protokoll hi soġġettta għan-notifika mill-parti interessata ta’ l-intenzjoni tagħha, li trid issir bil-miktub u mill-anqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tkun sejra tidħol fis-seħħ.

    4. Fil-każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jsibu soluzzjoni bonarja għan-nuqqas ta’ qbil li jkun qed jifridhom. Sakemm tiġi milħuqa tali soluzzjoni, l-applikazzjoni tal-protokoll tkompli u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-protokoll kienet sospiża.

    Artikolu 9 Sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

    B’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3, fil-każ li l-Komunità tonqos milli twettaq il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta' dan il-protokoll tista’ tiġi sospiża taħt il-kondizzjonijiet segwenti:

    a) l-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din twettaq il-verifiki xierqa u, jekk dan ikun meħtieġ, twettaq il-ħlas sa mhux aktar minn 30 ġurnata tax-xogħol mid-data li tkun irċeviet in-notifika.

    b) Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas tal-ħlas fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 2(5) ta’ dan il-protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros jkollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-protokoll. Huma għandhom jinfurmaw dwar dan lill-Kummissjoni Ewropea mingħajr dewmien.

    c) L-applikazzjoni tal-protokoll terġa’ tkompli minn meta jsir il-ħlas ikkonċernat.

    Artikolu 10 Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

    L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ibħra tal-Komoros jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-Komoros, ħlief jekk il-Ftehim, dan il-Protokoll bl-Anness tiegħu u l-Appendiċi tagħhom jiddisponu mod ieħor.

    Artikolu 11 Klawżola ta’ reviżjoni

    Matul it-tielet sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, ta’ l-Anness tiegħu u l-Appendiċi tagħhom, il-Partijiet jistgħu jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ta’ l-Anness u ta’ l-Appendiċi u, fil-każ ta’ bżonn, iwettqu xi emendi. Dawn l-emendi jistgħu jinkludu l-ammont ta’ referenza ta' tunnellati u l-ħlasijiet bil-quddiem imwettqa mill-proprjetarji tal-bastimenti.

    Artikolu 12 Tħassir

    L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros dwar is-sajd lil hinn mill-Komoros huwa revokat u sostitwit mill-Anness ta' dan il-protokoll.

    Artikolu 13 Dħul fis-seħħ

    1. Dan il-protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

    2. Huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 ’il quddiem.

    ANNESS

    IL-KONDIZZJONIJIET TA’ L-EŻERĊIZZJU TAS-SAJD FL-IBĦRA TAL-KOMOROS MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ

    KAPITOLU I – IL-FORMALITAJIET APPLIKABBLI GħAT-TALBA U L-GħOTI TA’ LIċENZJI

    Taqsima 1 Għoti tal- liċenzjii

    1. Il-bastimenti Komunitarji biss huma eliġibbli għal liċenzja tas-sajd fl-ibħra tal-Komoros.

    2. Biex bastiment ikun eliġibbli, il-proprjetarju, il-kaptan u l-bastiment innifsu m’għandhomx ġew ipprojbiti milli jwettqu attività fil-Komoros. Għandhom ikunu f’sitwazzjoni regolari fil-konfront ta’ l-amministrazzjoni tal-Komoros, fis-sens li għandhom ikunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbuta ma’ l-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fil-Komors fil-qafas tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-Komunità.

    3. Kull bastiment Komunitarju li jitlob liċenzja tas-sajd għandu jkun rappreżentat minn aġent fil-Komoros. L-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant jissemmew fuq it-talba għal-liċenzja.

    4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros talba għal kull bastiment li jixtieq jistad skond dan il-ftehim, mill-anqas 20 ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba.

    5. It-talbiet jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros fuq il-formoli li tagħhom hemm mudell fl-Appendiċi I.

    6. Kull talba għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti segwenti:

    - prova li jkun sar il-ħlas għall-perjodu tal-validità mitlub.

    - kwalunkwe dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari applikabbli għat-tip ta’ bastiment skond dan il-protokoll.

    7. Il-ħlas isir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-Komoros.

    8. Il-ħlas jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha bl-eċċezzjoni tat-taxxi tal-port u l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizz.

    9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jingħataw, sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li tkun waslet id-dokumentazzjoni kollha stipulata f’punt 6 hawn fuq, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros lill-proprjetarji tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom bl-intermedju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Mawrizju.

    10. Fil-każ li, mal-mument tal-firma tal-liċenzja, l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jkunu magħluqin, din tintbagħat direttament lir-rappreżentant tal-bastiment b’kopja lid-Delegazzjoni.

    11. Il-liċenzja tingħata f’isem bastiment speċifiku u mhijiexx trasferibbli.

    12. Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ li jintwera li hemm force majeure , il-liċenzja ta’ bastiment tista’ tiġi mibdula minn liċenzja ġdida maħluqa f’isem bastiment ieħor b’karetteristiċi simili għal dawk tal-bastiment li se jiġi mibdul, mingħajr ma jkollu jsir ħlas ġdid.

    13. Il-proprjetarju tal-bastiment li se jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, jagħti lura l-liċenzja annullata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros permezz ta’ l-intermedju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

    14. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liċenzja l-ġdida tkun dik ta’ meta l-liċenzja annullata tingħata lura lill-awtoritajiet tal-Komoros mill-proprjetarju. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Mawrizju tiġi infurmata bit-trasferiment tal-liċenzja.

    15. Il-liċenzja għandha tinżamm fuq il-bastiment f’kull mument, mingħajr preġudizzju għal dak li hu previst f’paragrafu 2 tal-Kapitolu VII ta' dan l-Anness.

    Taqsima 2 Kondizzjonijiet tal-liċenzja – ħlasijiet u pagamenti bil-quddiem

    1. Il-liċenzji għandhom tul ta’ validità ta’ sena. Huma jistgħu jiġu mġedda.

    2. Il-ħlas huwa stabbilit fl-ammont ta’ € 35 kull tunnellata sajd maqbuda fl-ibħra tal-Komoros.

    3. Il-liċenzji huma pprovduti wara l-pagament tal-ħlasijiet fissi segwenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

    - € 3375 fis-sena għal kull bastiment tal-qbid tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ħlas dovut għal 96 tunnellata ta’ sajd ta’ tonn fis sena;

    - € 2065 fis-sena għal kull bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ, ekwivalenti għall-ħlas dovut għal 59 tunnellata ta’ sajd ta’ tonn fis-sena;

    4. L-ammont finali tal-ħlas dovut biex jingħata l-permess ta’ vjeġġ jiġi deċiż mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ qbid stabbiliti minn kull proprjetarju u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifka tat-tagħrif dwar il-qbid fl-Istati Membri, bħall-Istitut tar-Riċerka għall-Iżvilupp (IRD, Institute for Research for Development ), l-Istitut Spanjol ta' l-Oċeanografija (IEO, Instituto Español de Oceanografia ) u l-Istitut ta' Riċerka dwar is-Sajd u l-Baħar (IPIMAR, Instituto de Investigação das Pescas e do Mar ).

    5. Dan l-ammont jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti fil-Komoros u lill-proprjetarji tal-bastimenti.

    6. Kull ħlas addizzjonali eventwali jsir mill-proprjetarji lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Komoros sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara, ġewwa l-kont li hemm referenza għalih f’paragrafu 7 ta’ Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu.

    7. Madankollu, jekk l-ammont finali jkun anqas mill-ammont tal-pagament bil-quddiem stipulat f’punt 3 ta' din it-taqsima, id-differenza korrispondenti li jkun għad fadal ma tingħatax lura lill-proprjetarju.

    KAPITOLU II – ŻONI TAS-SAJD

    Sabiex ma ssirx ħsara lis-sajd artiġjanali fl-ibħra tal-Komoros, il-bastimenti Komunitarji mhumiex awtorizzati jistadu ġewwa żona li testendi għal 10 mili nawtiċi madwar kull gżira, u lanqas f’żona ta’ 3 mili nawtiċi madwar l-installazzjonijiet tat-tagħmir ta’ konċentrazzjoni tal-ħut (FAD, Fish Aggregation Device ) li huma installati mill-Ministeru responsabbli mis-sajd fil-Komoros u li l-pożizzjoni tagħhom tiġi mgħarrfa lir-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea fil-Mawrizju.

    Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni konġunta stipulata fl-Artikolu 7 tal-ftehim.

    KAPITOLU III – SISTEMA TA’ DIKJARAZZJONI TAL-QBID

    1. Il-perjodu ta’ vjeġġ ta’ bastiment Komunitarju għall-iskopijiet ta’ dan l-anness preżenti hu definit kif ġej:

    - il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ibħra tal-Komoros u l-ħruġ minnhom;

    - il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ibħra tal-Komoros u t-trasbord;

    - il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ibħra tal-Komoros u l-ħatt fil-Komoros.

    2. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ibħra tal-Komoros fil-qafas tal-ftehim huma obbligati li jikkomunikaw il-qabda tagħhom lill-Ministeru responsabbli mis-sajd tal-Komoros, f'konformità mal-modalitajiet segwenti:

    2.1 Id-dikjarazzjonijiet jinkludu l-qabda mwettqa mill-bastiment matul kull vjeġġ. Dawn jiġu kkomunikati elettronikament lill-Ministeru responsabbli mis-sajd tal-Komoros, b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea, fi tmiem kull vjeġġ u, f’kull każ, qabel ma l-bastiment joħroġ mill-ibħra tal-Komoros. Konferma li t-tagħrif ikun wasal bil-mezzi elettroniċi tintbagħat mingħajr dewmien lill-bastiment minn kull wieħed miż-żewġ destinitarji b’kopja reċiproka.

    2.2 Il-verżjonijiet fiżiċi ta’ l-oriġinali tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta elettronikament matul perjodu annwali tal-validità tal-liċenzja fis-sens ta’ paragrafu 2 tat-taqsima 3 ta’ Kapitolu I ta' dan l-Anness jiġu kkomunikati lill-Ministeru responsabbli mis-sajd tal-Komoros sa 45 jum wara t-tmiem ta’ l-aħħar vjeġġ matul il-perjodu msemmi. Kopji fiżiċi jiġu kkomunikati fl-istess ħin lill-Komunità Ewropea.

    2.3 Il-bastimenti jiddikjaraw il-qabda tagħhom permezz tal-formola korrispondenti għall- ġurnal ta’ abbord li mudell tiegħu jidher fl-Appendiċi 2. Għall-perjodi li għalihom il-bastiment ma jkunx fl-ibħra tal-Komoros, dan għandu jimla l-ġurnal ta’ abbord bin-notament “Barra miż-ŻEE tal-Komoros”.

    2.4 Il-formoli jiġu mimlija b’mod li jinftiehem u ffirmati mill-kaptan tal-bastiment.

    3. F’każ li ma jkunux rispettati d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu preżenti, il-Gvern tal-Komoros iżomm id-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u li jimmulta lill-proprjetarju tal-bastiment skond ir-regolamenti fis-seħħ fil-Komoros. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata dwar dan.

    KAPTIOLU IV – IMBARKAZZJONI TAL-BAħRIN

    1. Kull bastiment Komunitarju għandu jimbarka, bi spejjeż tiegħu, mill-anqas baħri lokali wieħed matul kull vjeġġ fl-ibħra tal-Komoros.

    2. Il-proprjetarji għandhom jagħmlu sforz biex jimbarkaw aktar baħrin lokali.

    3. Il-proprjetarji jagħżlu liberament liema baħrin jimbarkaw fuq il-bastimenti tagħhom minn fost dawk elenkati f’lista sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-Komoros.

    4. Il-proprjetarju jew ir-rappreżentant tiegħu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Komoros bl-ismijiet tal-baħrin lokali imbarkati fuq il-bastiment ikkonċernat u tissemma l-funzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

    5. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fondamentali fuq ix-xogħol japplikaw bis-sħiħ għall-baħrin imbarkati fuq il-bastimenti ta’ l-UE. Partikolarment, dawn huma marbuta mal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tat-tneħħija tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-għoti ta’ impjieg u okupazzjoni.

    6. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin lokali, li tagħhom kopja tiġi mibgħuta lill-firmatarji, huma stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tal-proprjetarji u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom b’kooperazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti tal-Komoros. Dawn il-kuntratti lill-baħrin jiggarantixxulhom il-benefiċċju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni fuq il-mewt, mard jew inċidenti.

    7. Is-salarju tal-baħrin lokali jiġi deċiż mill-proprjetarji. Dan għandu jiġi ffissat qabel jingħataw il-liċenzji, bi qbil komuni bejn il-proprjetarji jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-Komoros. Madankollu, il-kondizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu anqas minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Komoros u f’kull każ mhux anqas mir-regoli ta’ l-ILO.

    8. Kull baħri impjegat mill-bastimenti Komunitarji għandu jippreżenta ruħu għand il-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta tat-tluq tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u s-siegħa previsti għall-imbarkament, il-proprjetarju awtomatikament ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan il-baħri.

    9. F’każ li l-baħrin lokali ma jiġux imbarkati għal raġunijiet differenti minn dawk stipulati fil-punt preċedenti, il-proprjetarji tal-bastimenti Komunitarji kkonċernati huma obbligati jħallsu, għal kull jum ta’ tbaħħir fl-ibħra tal-Komoros, somma ta’ $20 kuljum. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jsir sa mhux aktar tard mil-limiti stipulati f’punt I.2.6 ta’ dan l-Anness.

    10. Din is-somma tiġi użata għat-taħriġ tal-baħrin-sajjieda lokali u tiġi mħallsa fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-Komoros.

    KAPITOLU V – MIżURI TEKNIċI

    1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jirrispettaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni dwar it-Tonn ta’ l-Oċean Indjan (IOTC), fir-rigward tat-tagħmir tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u kull miżura teknika oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd.

    KAPITOLU VI – OSSERVATURI

    1. Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ibħra tal-Komoros fil-qafas tal-ftehim jimbarkaw osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tal-Komoros inkarigati mis-sajd fil-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk.

    1.1 Fuq talba tal-Ministeru responsabbli mis-sajd tal-Komoros, il-bastimenti tas-sajd tat-tonn bit-tartarun jimbarkaw magħhom osservatur maħtur minn dan il-Ministeru, li għandu r-rwol li jivverifika l-qbid li jkun sar fl-ibħra tal-Komoros.

    1.2 L-awtorità tal-Komoros tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti magħżula biex fuqhom jimbarka osservatur, kif ukoll il-lista ta’ osservaturi maħtura biex iiġu mbarkati. Dawn il-listi jinżammu aġġornati. Dawn jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif ikunu tħejjew u eventwalment kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

    1.3 L-awtorità kompetenti tal-Komoros tikkomunika lill-proprjetarji kkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem ta’ l-osservatur maħtur biex jimbarka fuq il-bastiment fil-mument ta’ l-għoti tal-liċenzja, jew sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel id-data prevista ta’ l-imbarkament ta’ l-osservatur.

    2. L-osservatur jibqa’ fuq il-bastiment għal vjeġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros, l-imbarkament jista’ jiġi estiż għal aktar minn vjeġġ wieħed skond it-tul medju tal-vjeġġi previsti għall-bastiment partikolari. Din it-talba ssir mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros waqt il-komunikazzjoni ta’ l-isem ta’ l-osservatur maħtur biex jimbarka fuq il-bastiment ikkonċernat.

    3. Il-kondizzjonijiet ta’ l-imbarkament ta’ l-osservatur jiġu ddefiniti bi qbil komuni bejn il-proprjetarju jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Komoros.

    4. L-imbarkament ta’ l-osservatur iseħħ fil-port magħżul mill-proprjetarju u jitwettaq fil-bidu ta’ l-ewwel vjeġġ bl-ibħra tal-Komoros wara n-notifika tal-lista ta’ bastimenti magħżula.

    5. Il-proprjetarji kkonċernati jikkomunikaw fi żmien ġimgħatejn u b’avviż minn qabel ta’ għaxart ijiem id-dati u l-portijiet tal-Komoros previsti għall-imbarkament ta’ l-osservaturi.

    6. Fil-każ li l-osservatur jiġi imbarkat f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu mill-proprjetarju. Jekk bastiment ikollu abbord osservatur mill-Komoros, għandha tittieħed kull miżura biex jiġi ggarantit li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu kemm jista’ jkun malajr, bl-ispejjeż jitħallsu mill-proprjetarju.

    7. Fil-każ ta’ assenza ta’ l-osservatur fil-post u l-mument miftiehma u għat-tnax-il siegħa segwenti, il-proprjetarju ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan l-osservatur.

    8. L-osservatur hu kkunsidrat fuq il-bastiment bħala fizzjal. Hu jwettaq dawn id-dmirijiet:

    8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

    8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet ta’ sajd;

    8.3 iwettaq l-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi;

    8.4 janalizza t-tagħmir tas-sajd li jintuża;

    8.5 jivverifika t-tagħrif dwar il-qbid imwettaq fl-ibħra tal-Komoros li jidher fuq il- ġurnal ta’ abbord;

    8.6 jivverifika l-persentaġġi ta’ qbid addizzjonali mormi u jagħmel stima tal-volum ta’ speċi ta’ ħut, frott tal-baħar u ċefalopodi li jistgħu jinbiegħu;

    8.7 jikkomunika bir-radju t-tagħrif dwar is-sajd li jinkludi l-volum fuq il-bastiment tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali.

    9. Il-kaptan jieħu l-miżuri kollha rilevanti għar-responsabbiltà tiegħu biex jassigura s-sigurtà fiżika u morali ta’ l-osservatur fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu.

    10. L-osservatur jagħmel użu mill-faċilitajiet kollha meħtieġa biex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet ta’ sajd tal-bastiment, li jinkludu partikolarment il-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal ta’ navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu aktar faċilment.

    11. Waqt il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, l-osservatur:

    11.1 jieħu l-miżuri xierqa kollha biex il-kondizzjonijiet ta’ l-imbarkament tiegħu kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment ma jwaqqfux u lanqas ixekklu l-operazzjonijiet ta’ sajd;

    11.2 jirrispetta l-affarijiet u t-tagħmir li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jkun ta’ proprjetà tal-bastiment.

    12. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur iħejji rapport ta’ l-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea. Hu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan, li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu xi osservazzjonijiet li hu jqis bħala utli u wara jiffirma. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan tal-bastiment hekk kif l-osservatur xjentifiku jkun se jinżel mill-bastiment.

    13. Il-proprjetarju huwa responsabbli għall-ispejjeż ta’ l-alloġġ u l-ikel ta’ l-osservaturi taħt l-istess kondizzjonijiet applikabbli għall-fizzjali, fid-dawl tal-possibbiltajiet tal-bastiment.

    14. Is-salarju u l-ispejjeż ta’ sigurtà soċjali ta’ l-osservatur huma r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros.

    15. Il-proprjetarji jagħtu kontribut għall-ispejjeż ta’ osservazzjoni xjentifika ekwivalenti għal $20 kuljum kull bastiment. Din il-kontribuzzjoni ssir fl-istess żmien tal-ħlas u b’żieda miegħu.

    KAPITOLU VII - KONTROLL

    1. Il-Komunità Ewropea żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li għalihom ingħatat liċenzja tas-sajd f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-protokoll. Din il-lista tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Komoros inkarigati mill-kontroll tas-sajd, mill-ewwel darba li titħejja u eventwalment kull darba li tiġi aġġornata.

    2. Il-bastimenti Komunitarji jistgħu jinkitbu fuq il-lista msemmija fil-punt preċedenti hekk kif tasal in-notifika tal-ħlas bil-quddiem stipulata f’punt 3 tat-taqsima 2 ta’ Kapitolu I ta' dan l-Anness. F’dan il-każ, kopja konformi ta’ din il-lista tista’ tinkiseb mill-proprjetarju u tinżamm fuq il-bastiment minflok u fil-post tal-liċenzja tas-sajd sakemm din tkun ipprovduta.

    3. Dħul u ħruġ miż-żona:

    3.1 Il-bastimenti Komunitarji jinfurmaw, mill-anqas 3 siegħat bil-quddiem, lill-awtoritajiet tal-Komoros responsabbli mill-kontroll tas-sajd bil-ħsieb tagħhom li jidħlu fl-ibħra tal-Komoros jew joħorġu minnhom.

    3.2 Waqt in-notifika tal-ħruġ, kull bastiment jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċi tal-qabda miżmuma fuq il-bastiment. Dawn il-komunikazzjonijiet jitwettqu, idealment, bil-faks u, inkella, għall-bastimenti li m’għandhomx faks, bir-radju.

    3.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża l-awtorità kompetenti tal-Komoros hu meqjus bħala bastiment mingħajr liċenzja.

    3.4 In-numri tal-faks, tat-telefown kif ukoll ta’ l-indirizz tal-posta elettronika huma kkomunikati wkoll fil-mument li tinħareġ il-liċenzja tas-sajd.

    4. Proċeduri ta’ kontroll

    4.1 Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ibħra tal-Komoros jippermettu u jiffaċilitaw l-imbarkament u l-qadi tal-missjonijiet ta’ kull uffiċjal tal-Komoros inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet ta’ sajd.

    4.2. Il-preżenza fuq il-bastiment ta’ l-uffiċjali ma tkunx itwal miż-żmien meħtieġ biex dawn iwettqu dmirijiethom.

    4.3. Wara kull spezzjoni u kontroll, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

    5. Kontroll bis-satellita

    Il-bastimenti Komunitarji kollha li jistadu fil-qafas ta’ dan il-ftehim ikunu sorveljati mis-satellita skond id-dispożizzjonijiet indikati fl-Appendiċi 3. Dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ għaxart ijiem wara n-notifika mill-awtoritajiet tal-Komoros lid-Delegazzjoni tal-KE fil-Mawrizju dwar id-dħul fl-attività taċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd (FMC, Fisheries Monitoring Centre ) tal-Komoros.

    6. Tlugħ abbord għal spezzjoni u kontroll

    6.1 L-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istat ta’ fejn ikun reġistrat il-bastiment, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa, b’kull każ ta’ tlugħ abbord għal spezzzjoni u kontroll u kull applikazzjoni ta’ sanzjoni fuq bastiment Komunitarju li jkunu seħħu fl-ibħra tal-Komoros.

    6.2 Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi fl-istess ħin rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan it-tlugħ abbord.

    7. Dikjarazzjoni ta’ tlugħ abbord għal spezzjoni u kontroll

    7.1 Il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirma d-dokument imħejji mill-awtorità kompetenti tal-Komoros.

    7.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ juża biex iwieġeb għall-infrazzjoni li tagħha hu akkużat.

    7.3 Il-kaptan għandu jdaħħal il-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet tal-Komoros. Fil-każ ta’ infrazzjoni minuri, l-awtorità kompetenti tal-Komoros tista’ tawtorizza l-bastiment li fuq jkun sar it-tlugħ abbord biex ikompli l-attivitajiet ta’ sajd tiegħu.

    8. Laqgħa konġunta f’każ ta’ tlugħ abbord għal spezzjoni u kontroll

    8.1 Qabel ma jiġi kkunsidrat t-teħid eventwali ta’ miżuri fil-konfront tal-kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ jew ta’ kull azzjoni fil-konfront tal-merkanzija jew it-tagħmir fuq bastiment, ħlief dawk destinati għall-konservazzjoni tal-provi marbuta ma’ l-infrazzjoni li tkun allegata, issir laqgħa konġunta, sa mhux aktar minn ġurnata tax-xogħol wara li tkun waslet l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros, bil-parteċipazzjoni eventwali ta’ rappreżentant ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

    8.2 Matul din il-laqgħa konġunta, il-Partijiet jagħmlu skambju bejniethom ta' kull dokument jew tagħrif li jista’ jgħin biex jiċċara ċ-ċirkostanzi tal-fatti osservati. Il-proprjetarju jew ir-rappreżentant tiegħu, jiġi infurmat bir-riżultat ta’ din il-laqgħa konġunta kif ukoll dwar il-miżuri li jistgħu jirriżultaw mit-tlugħ abbord għal spezzjoni u kontroll.

    9. Regolament tat-tlugħ abbord għal spezzjoni u kontroll

    9.1. Qabel kull proċedura ġudizzjarja, u sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara t-tlugħ abbord għal spezzjoni u kontroll, għandhom jsiru t-tentattivi għar-regolarizzazzjoni ta’ l-infrazzjoni allegata permezz ta' proċedura ta' transazzjoni.

    9.2. F’każ ta’ transazzjoni, l-ammont tal-multa applikat jiġi ddeterminat skond ir-regolamentazzjoni tal-Komoros.

    9.3. F’każ li ma tintlaħaqx transazzjoni, u l-kwistjoni titressaq quddiem organu ġudizzjarju kompetenti, garanzija bankarja, iffissata skond l-ispejjeż li saru għat-tlugħ abbord flimkien ma’ l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jistgħu jintalbu mingħand dawk responsabbli mill-infrazzjoni, għandha tiġi ddepożitata mill-proprjetarju f’bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros.

    9.4. Il-garanzija bankarja hi rrevokabbli qabel tintemm il-proċedura ġudizzjarja, u tibqa' miżmuma sakemm il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, jekk il-kundanna twassal għal multa anqas mill-garanzija depożitata, id-differenza li jifdal ma tinżammx mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros.

    9.5. Il-bastiment jiġi meħlus u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

    - hekk kif ikunu twettqu l-obbligazzjonijiet marbuta mat-transazzjoni;

    - mad-depożitu tal-garanzija bankarja stipulata f’punt 19.3 hawn fuq u l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros, sakemm tintemm il-proċedura ġudizzjarja.

    10. Trasbord

    10.1 Kull bastiment Komunitarju li jixtieq iwettaq trasbord tal-qabda tiegħu fl-ibħra tal-Komoros għandu jwettaq din l-operazzjoni fil-portijiet tal-Komoros.

    10.2. Il-proprjetarji ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni segwenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros mill-anqas 24 siegħa qabel:

    - l-isem tal-bastiment tas-sajd li se jittrasborda;

    - l-isem tal-bastiment tal-merkanzija;

    - il-piż ta’ kull speċi li se tiġi trasbordata;

    - il-jum tat-trasbord.

    10.3. It-trasbord jitqies bħala ħruġ mill-ibħra tal-Komoros. Il-bastimenti għandhom għalhekk jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Komoros id-dikjarazzjoni dwar il-qbid u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, kemm jekk se jkomplu jistadu u kemm jekk se joħorġu mill-ibħra tal-Komoros.

    10.4. Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qbid mhux prevista fil-punti hawn fuq hija pprojbita fl-ibħra tal-Komoros. Kull min jikser din id-dispożizzjoni jista’ jeħel is-sanzjonijiet previsti mir-regolamenti fis-seħħ fil-Komoros.

    11. Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji involuti f’operazzjoni ta’ ħatt jew trasbord f’port tal-Komoros jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Komoros. Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni u kontroll f’port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

    APPENDIċI

    1. Formola ta’ talba għal liċenzja

    2. Ġurnal ta’ abbord ta' l-IOTC

    3. Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kontroll bis-satellita

    Appendiċi 1

    TALBA GĦAL LIĊENZJA GĦALL-BASTIMENT TAS-SAJD BARRANI

    Isem ta’ min qed iressaq it-talba:

    ………………………………………………………………………………………….

    Indirizz ta’ min qed iressaq it-talba:

    ………………………………………………………………………………………….

    Isem u indirizz tal-kerrej tal-bastiment, jekk mhux il-persuna msemmija:

    ………………………………………………………………………………………….

    Isem u indirizz ta’ rappreżentant (aġent) fil-Komoros:

    ………………………………………………………………………………………….

    Isem il-bastiment:

    ………………………………………………………………………………………….

    Tip ta’ bastiment:

    ………………………………………………………………………………………….

    Pajjiż ta’ reġistrazzjoni:

    …………………………………………………………………………………………..

    Port u numru ta’ reġistrazzjoni:

    …………………………………………………………………………………………..

    Identifikazzjoni esterna tal-bastiment:

    …………………………………………………………………………………………..

    Call-sign tar-Radju u Frekwenza::

    …………………………………………………………………………………………..

    Tul tal-bastiment:

    …………………………………………………………………………………………..

    Wisa’ tal-bastiment:

    …………………………………………………………………………………………..

    Tip u saħħa tal-magna:

    …………………………………………………………………………………………..

    Tunnellaġġ gross tal-bastiment:

    …………………………………………………………………………………………..

    Tunnellaġġ nett tal-bastiment::

    …………………………………………………………………………………………..

    Numru minimu ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ:

    …………………………………………………………………………………………..

    Tip ta’ sajd imwettaq:

    …………………………………………………………………………………………..

    Speċi mfittxija:

    …………………………………………………………………………………………..

    Perjodu ta’ validità mitluba:

    …………………………………………………………………………………………..

    Jien hawn taħt iffirmat, niċċertifika li t-tagħrif mogħti hawn fuq huwa korrett

    Data Firma

    Appendiċi 2

    ĠURNAL TA’ ABBORD TAS-CICTA GĦAS-SAJD TAT-TONN |

    Lenez bis-snanar Lixka ħajja Xibka tas-sajd Xibka tat-tkarkir Oħrajn |

    Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: ……………………………………………………………………........................... | Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ |

    Numru ta’ reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Kaptan: ……………………………………………………….... |

    Proprjetarju: ………………………………………………………….......................... | Numru ta’ membri ta’ l-ewkipaġġ ….…………………………………………………........................ |

    Indirizz: ………………………………………………………………………….... | Data tar-rapport: ………………………………………………...... |

    (Awtur tar-rapport): ………………………………………………................................. | Numru ta’ jiem fuq il-baħar: | Għadd ta’ jiem tas-sajd: Għadd ta’ tfiegħ: | Nru. tal-ħruġ għas-sajd |

    Data | Settur | Temp. ta’ l-ilma fil-wiċċ (ºC) | Kwantità tas-Sajd Għadd ta’ snanar użat | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka użata) |

    1 – Uża folja għal kull xahar u linja kuljum | 3 – B’kull ‘jum’, nirreferu għall-jum ta’ li titniżżel il-lenza.. | 5 – L-aħħar linja (Kwantitajiet Diżembarkati) m’għandhiex timtela qabel it-tmiem tas-sajda. Jeħtieġ ikun indikat il-piż nett fil-mument taż-diżembarkament |

    2 – Fit-tmiem ta’ kull ħarġa, ibgħat kopja tal-ġurnal ta’ abbord lill-korrispondent tagħkom jew lis-CICTA, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid, Spanja | 4 – Is-settur tas-sajd jiddeċiedi l-pożizzjoni tal-bastiment. Innota l-latitudni u l-lonġitudni sal-minuta. Indika T/N u L/P. | 6 - L-informazzjoni kollha inkluża hawnhekk għandha tibqa’ strettament konfidenzjali. |

    Appendiċi 3

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JISTABBILIXXU METODU TA’ TRASMISSJONI TA’ TAGĦRIF MARBUT MAS-SORVELJANZA BIS-SATELITTA TAL-POŻIZZJONI TAL-BASTIMENTI KOMUNITARJI LI JISTADU FIL-QAFAS TAL-FTEHIM TAS-SAJD KE/KOMOROS

    Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni tal-Komoros se tintroduċi sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) applikabbli għall-flotta nazzjonali tagħha u għandha l-għan li testendiha, fuq bażi mhux diskriminatorja, għall-bastimenti kollha li jistadu fiż-Żona tas-Sajd (ŻS) tagħha, kif ukoll li l-bastimenti Komunitarji diġà ilhom mill-1 ta’ Jannar 2000 segwiti minn satellita skond it-termini tal-leġiżlazzjoni komunitarja, irrispettivament minn fejn joperaw, hu rrakkomandat li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati ta’ reġistrazzjoni u l-Unjoni tal-Komoros isegwu bis-satellita l-bastimenti li jistadu fil-qafas tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros dwar is-sajd lil hinn mill-Komoros fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    1. Għall-għanijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, l-awtoritajiet tal-Komoros se jikkomunikaw lill-Parti Komunitarja l-koordinati (latitudni u lonġitudni) taż-Żona tas-Sajd (ŻS) tal-Komoros fuq il-bażi tal-mudell mehmuż hawnhekk (Tabella I), qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet preżenti.

    L-awtoritajiet tal-Komoros jibagħtu din l-informazzjoni fil-format informatiku, espressi fi gradi deċimali fis-sistema WGS-84 datum .

    2. Il-partijiet jipproċedu għall-iskambju ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet użati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn iċ-Ċentri ta’ Kontroll tagħhom skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, safejn dan ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-telex u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta’ Kontroll.

    3. Il-pożizzjoni tal-bastimenti hi ddeterminata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500 m b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%.

    4. Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim KE/Komoros u li jkun qed jiġi segwit mis-satellita skond it-termini tal-leġiżlazzjoni komunitarja jerġa’ jidħol fiż-ŻS ta’ l-Unjoni tal-Komoros, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti huma immedjatament ikkomunikati miċ-Ċentru ta’ Kontroll ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni liċ-Ċentru ta’ Sorveljanza tas-Sajd tal-Komoros (FMC) kultant ħin, f'perjodi i qatt ma jaqbżu s-sagħtejn. Dawn il-messaġġi huma identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

    5. Il-messaġġi stipulati f’punt 4 huma mibgħuta b’mezz elettroniku fil-format X.25 mingħajr l-ebda protokoll addizzjonali. Dawn il-messaġġi huma kkomunikati immedjatament, f’konformità mal-format ta’ Tabella II.

    6. F’każ ta’ problemi tekniċi jew jekk l-apparat ta’ sorveljanza permanenti installat fuq il-bastiment tas-sajd ikollu l-ħsara, il-kaptan tal-bastiment jibgħat malli jkun possibbli liċ-Ċentru ta’ Kontroll ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni l-informazzjoni prevista f’punt 4. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni kull 12-il siegħa, meta l-bastiment ikun fiż-ŻS ta’ l-Unjoni tal-Komoros. Iċ-Ċentru ta’ Kontroll ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni jew il-bastiment tas-sajd jibgħat dawn il-messaġġi immedjatament lill-FMC. It-tagħmir difettuż jissewwa jew jinbidel meta l-bastiment ikun temm il-vjeġġ tas-sajd tiegħu u, f’kull każ, sa mhux aktar tard minn xahar. Jekk jgħaddi dan il-limitu ta’ żmien, il-bastiment ma jkunx jista’ jerġa’ jidħol jistad qabel ma jsewwi jew jibdel it-tagħmir.

    7. Iċ-Ċentri ta’ Kontroll ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni jissorveljaw il-moviment tal-bastimenti tagħhom fl-ibħra tal-Komoros kull sagħtejn. Fil-każ li s-segwitu ma jsirx fil-kondizzjonijiet previsti, l-FMC tkun informata immedjatament u l-proċedura stipulata f’punt 6 tkun applikabbli.

    8. Jekk l-FMC jistabbilixxi li Stat ta’ reġistrazzjoni ma kkomunikax l-informazzjoni stipulata f’punt 4, il-parti l-oħra tiġi informata dwar dan immedjatament.

    9. It-tagħrif ta’ sorveljanza kkomunikat lill-parti l-oħra, f’konformità mad-dispożizzjonijiet preżenti, ikunu esklussivament destinati għall-kontroll u s-monitoraġġ mill-awtoritajiet tal-Komoros tal-flotta Komunitarja li tkun qed tistad fil-qafas tal-ftehim tas-sajd KE/Komoros. Dan it-tagħrif ma jista’ fl-ebda każ jiġi kkomunikat lil partijiet oħra.

    10. Il-partijiet jiftiehmu biex jagħmlu kulma jkun meħtieġ biex jissodisfaw l-eżiġenzi marbuta mal-messaġġi previsti f’punti 4 u 6 minn meta dan ikun possibbli, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet preżenti.

    11. Il-partijiet jaqblu li jiskambjaw, fuq talba, informazzjoni dwar it-tagħmir użat għas-segwitu bis-satellita, sabiex jiġi vverifikat li kull tagħmir hu kompletament kompatibbli ma’ l-eżiġenzi tal-parti l-oħra għall-iskopijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

    12. Kull nuqqas ta’ qbil rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-qafas tal-Kummissjoni konġunta prevista f’Artikolu 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros dwar is-sajd lil hinn mill-Komoros.

    13. Id-dispożizzjonijiet preżenti jidħlu fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara n-notifika mill-awtoritajiet tal-Komoros lid-Delegazzjoni tal-KE fil-Mawrizju bil-bidu ta' l-operat ta' l-FMC fil-Komoros.

    Tabella I

    Koordinati (latitudni u lonġitudni) taż-Żona tas-Sajd (ŻS) tal-Komoros

    Koordinati fi gradi deċimali | Koordinati fi Gradi Mn |

    Ref | X | Y | X | Y |

    A |

    B |

    C |

    D |

    E |

    F |

    G |

    H |

    I |

    J |

    K |

    L |

    M |

    N |

    O |

    P |

    Q |

    R |

    S |

    T |

    U |

    V |

    Tabella II

    KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-KOMOROS

    RAPPORT TAL-POŻIZZJONI

    Tagħrif | Kodiċi | Obbligatorju/ Fakultattiv | Osservazzjonijiet |

    Bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Tagħrif marbut mas-sistema – indikazzjoni tal-bidu tar-reġistrazzjoni |

    Destinatarju | AD | O | Tagħrif marbut mal-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiżi |

    Min qed jibgħat | FS | O | Tagħrif marbut mal-messaġġ – min qed jibgħat. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiżi |

    Tip ta’ messaġġ | TM | O | Tagħrif marbut mal-messaġġ – Tip ta’ messaġġ ‘POS’ |

    Call-sign tar-Radju | RC | O | Tagħrif marbut mal-bastiment – indikazzjoni tal-call-sign internazzjonali tar-radju tal-bastiment |

    Numru tar-referenza interna tal-Parti kuntrattanti | IR | F | Tagħrif marbut mal-bastiment – numru uniku tal-parti kuntrattanti (kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni segwit minn numru). |

    Numru ta’ reġistrazzjoni esterna | XR | F | Tagħrif marbut mal-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment |

    Stat ta’ reġistrazzjoni | FS | F | Tagħrif marbut ma’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni |

    Latitudni | LA | O | Tagħrif marbut mal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS -84) |

    Loġitudni | LO | O | Tagħrif marbut mal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDDMM (WGS -84) |

    Data | DA | O | Tagħrif marbut mal-pożizzjoni tal-bastiment – data ta’ reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (SSSSXXJJ) [S=Sena, X=Xahar, J=Jum) |

    Siegħa | TI | O | Tagħrif marbut mal-pożizzjoni tal-bastiment – siegħa ta’ reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (HHMM) (H=Siegħa, M=Minuta) |

    Tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Tagħrif marbut mas-sistema – indikazzjoni tat-tmiem tar-reġistrazzjoni |

    Sett ta’ Karattri: ISO 8859.1

    It-trasmissjoni ta’ tagħrif hi strutturata bil-mod segwenti:

    - żewġ linji oblikwi (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu tat-trasmissjoni,

    - linja oblikwi sempliċi (/) timmarka d-differenza bejn il-kodiċi u t-tagħrif.

    It-tagħrif fakultattiv għandu jkun inkluż bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

    [1] ĠU C […] tal-[…], p.

    [2] GU L 137 tat-2.6.1988, p. 19.

    [3] ĠU L 73 tal-15.3.2001, p. 8

    Top