EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0612

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali ta’ l-istrument ta' politika strutturali għal qabel l-adeżjoni (ISPA) 2004 {SEC(2005) 1552}

/* KUMM/2005/0612 finali */

52005DC0612

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali ta’ l-istrument ta' politika strutturali għal qabel l-adeżjoni (ISPA) 2004 {SEC(2005) 1552} /* KUMM/2005/0612 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 1.12.2005

KUMM(2005) 612 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

RAPPORT ANNWALI TA’ L-ISTRUMENT TA' POLITIKA STRUTTURALI GĦAL QABEL L-ADEŻJONI (ISPA)2004{SEC(2005) 1552}

WERREJ

1. Daħla 3

2. Il-baġit ta’ l-ISPA 3

3. Iffinanzjar tal-proġetti 4

3.1. Proġetti ġodda ta’ l-ISPA 4

3.2. Proġetti ffinanzjati matul l-2000-2004 4

3.3. Ħlasijiet 5

4. Għajnuna Teknika 5

4.1. Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju 5

4.2. Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 6

5. amministrazzjoni u implimentazzjoni 7

5.1. Moniteraġġ tal-proġett 7

5.2. Amministrazzjoni finanzjarja u kontroll 7

5.3. EDIS 8

6. Eżami tar-riskju 8

6.1. Is-sejbiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri 9

6.2. Sħab ko-finanzjarji – L-EIB u l-EBRD 9

7. Kontribut għall-politika Komunitarja 9

7.1. Xiri pubbliku 9

7.2. Politika Ambjentali 9

7.3. Politika tat-trasport: minn TINA għal-linjigwida ġodda TEN-T 10

8. Koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni 10

Kelmtejn ta’ Qabel

Dan ir-rapport annwali fuq l-attivitajiet ta’ l-Istrument għall-politika strutturali għal qabel l-adeżjoni (ISPA) jkopri s-sena kalendarja 2004.

Hu jipprovdi tagħrif dwar il-ħames sena ta' implimentazzjoni ta' l-ISPA.

Il-format tar-rappurtar jirrifletti r-rekwiżiti ta’ l-artikolu 12 tar-Regolament ta’ l-ISPA[1]. Hu ġie addattat biex jitqiesu l-kummenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Hu ttamat li r-rapport iservi wkoll ta' dokument utli ta' referenza għal kull min huwa interessat fil-promozzjoni, qabel l-adeżjoni, ta' koeżjoni ekonomika u soċjali fil-pajjiżi kandidati ta' l-UE.

1. DAħLA

B’riżultat ta’ l-adeżjoni, il-pajjiżi benefiċjarji ta’ l-ISPA naqsu fin-numru minn 10 għal 2, u għad baqa’ biss il-Bulgarija u r-Rumanija li jibbenifikaw mill-għajnuna finanzjarja l-ġdida ta’ l-ISPA fl-2004 Għalhekk, ir-rapport jillimita ruħu għall-attivitajiet ta' l-ISPA f'dawn il-pajjiżi ta’ l-aħħar, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' l-ISPA li kien hemm qabel fl-Istati Membri l-ġodda jiġu ttrattati fir-Rapport Annwali tal-Fond ta' Koeżjoni 2004.

2. IL-BAġIT TA’ L-ISPA

Għall-2004, kien hemm €453.3 miljun allokati lill-istrument ta’ l-ISPA mill-baġit tal-Kummissjoni. L-approprjazzjonijiet koprew l-ispejjeż kollha għall-ko-finanzjar ta’ proġetti (miżuri) fil-pajjiżi benefiċjarji, fl-oqsma ta’ l-ambjent u tat-trasport, kif ukoll biex tiġi pprovduta għajnuna teknika (Technical Assistance - TA), irrispettivament minn jekk il-miżuri tat-TA nbdewx mill-pajjiż benefiċjarju jew mill-Kummissjoni.

Tabella 1: Baġit ta' l-ISPA fl-2004 – f’euro

Linja tal-Baġit | Approprjazzjonijiet ta’ l-impenji | Impenji implimentati | Ħlasijiet implimentati |

Linja tal-baġit għall-ħidma B 13.01.04.02 | 2.100.000 | 1.890.000 | 1.696.088 |

Linja tal-baġit operattiva B 13.05.01.01 | 451.200.000 | 449.469.968 | 132.162.924 |

Total | 453.300.000 | 451.359.968 | 133.859.012 |

3. IFFINANZJAR TAL-PROġETTI

3.1. Proġetti ġodda ta’ l-ISPA

Fl-2004, il-Kummissjoni approvat 11-il miżura ġdida ta’ l-ISPA li kienu jikkonċernaw 9 investimenti fil-qasam ta' l-ambjent u 2 fis-settur tat-trasport, inkluza miżura waħda ta' għajnuna teknika (TA). It-total tal-kontribuzzjoni ta' l-ISPA dik is-sena laħaq l-€452 miljun, li jirrappreżentaw medja tar-rata ta’ l-għotjiet ta’ 58.3% ta' l-ispiża totali eliġibbli għall-proġetti ta' €775 miljun. Impenji li jlaħqu l-€449 miljun intużaw għal proġetti ġodda (€303 miljun) kif ukoll għal proġetti li għadhom għaddejjin adottati fis-snin li għaddew.

Madwar 56.5% tal-kontribuzzjoni ta' l-ISPA ingħataw għal proġetti ambjentali, l-iżjed għall-ġbir tad-drenaġġ u proġetti għat-trattament tad-drenaġġ, imma wkoll għal impjant tat-tneħħija tal-kubrit. Fis-settur tat-trasport, hija notevoli l-għotja għal pont fuq id-Danubju li jservi kemm għall-ferroviji u kemm għall-vetturi bil-mutur, .

Tabella 2: Proġetti ġodda approvati fl-2004 - f’euro

Trasport | 2 | 377.452.452 | 183.734.500 | 48.7 | 124.960.302 |

Trasport | 17 | 2.112.247.242 | 1.326.144.338 | 62.8 | 956.777.621 |

EDIS | 2 | 1.482.308 | 1.482.308 | 100.0 | 1.303.797 |

Ambjent | 77.964.300 | 67.584.714 | 145.549.014 |

Trasport | 119.173.044 | 64.191.648 | 183.364.692 |

EDIS | 537.962 | 386.562 | 924.524 |

Total | 197.675.306 | 132.162.924 | 329.838.230 |

4. GħAJNUNA TEKNIKA

4.1. Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju

Miżuri ta’ TA għat-tħejjija tal-proġett għandhom jiżguraw li l-pajjiżi benefiċjarji qed jippreżentaw numru suffiċjenti ta' proġetti ta’ kwalità lill-Kummissjoni fil-ħin għall-iffinanzjar mill-ISPA. Bl-istess mod, miżuri ta' TA għat-tisħiħ istituzzjonali għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċità ta' l-amministrazzjoni tal-benefiċjarji biex tmexxi u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' investiment infrastrutturali fuq skala kbira.

Fl-2004, ġiet approvata applikazzjoni waħda li tgħaqqad kemm it-tħejjija tal-proġett kif ukoll it-tisħiħ istituzzjonali fis-settur ta’ l-ambjent.

Tabella 5: Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju 2000-2004(f’euro)

Settur | Nru ta’ proġetti | Spiża eliġibbli | Kontribuzzjoni ta’ l-ISPA |

Ambjent | 6 | 42.481.000 | 34.948.500 |

Trasport | 4 | 9.786.060 | 7.927.545 |

EDIS | 2 | 1.482.308 | 1.482.308 |

Total | 12 | 53.749.368 | 44.358.353 |

4.2. Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

L-attivitajiet ta’ għajnuna teknika fuq l-inizjattiva ta’ jew f’ isem il-Kummissjoni kienu kkonċentrati fuq it-titjib tal-kapaċità tal-pajjiżi benefiċjarji biex iħejju, jevalwaw, u jimplimentaw il-proġetti ta’ l-ISPA skond l-istandards meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-fondi tal-Komunità.

A. Attivitajiet ta’ għajnuna teknika ffinanzjati taħt il-“Programm ta’ Azzjoni għat-TA 2001”

Dawn kienu oriġinalment ippjanati li jkopru l-attivitajiet tat-TA għall-10 pajjiżi benefiċjarji ta’ l-ISPA fil-perjodu 2001-2003, iżda kienu biss l-attivitajiet tal-Programm li xxerrdu sa l-2004 li tkomplew skond il-kuntratt matul dik is-sena, jiġifieri sa l-aħħar ta' April 2004 għat-8 pajjiżi li ssieħbu u sa l-aħħar ta’ l-2004 għall-Bulgarija u r-Rumanija. Ġeneralment, l-attivitajiet kienu ffinanzjati mill-impenji allokati matul il-perjodu 2001-2003 li kienu laħqu l-€11,860,864 u li sa tmiem l-2003 ma tteħdux kollha kemm huma. Dawn kellhom x'jaqsmu mal-provvista ta' appoġġ lill-Kumitati ta' Moniteraġġ, kif ukoll għat-twassil ta' servizzi ta' pariri dwar sħubija bejn il-pubbliku u l-privat.

B. Attivitajiet ta’ għajnuna teknika ffinanzjati taħt il-“Programm ta’ Azzjoni għat-TA 2004-2006”

Dan il-programm ikompli jibni fuq il- Programm ta’ Azzjoni għat-TA 2001 imsemmi hawn fuq, għalkemm jiffoka biss fuq il-Bulgarija u r-Rumanija, u ħafna mill-oqsma ta' attivitajiet huma simili għall-dawk fil-programm ta' l-2001. Fl-2004, il-Programm, notevolment, kien fih appoġġ biex tittejjeb il-kwalità tal-proġetti tul iċ-ċiklu tal-proġett, u għajnuna għall-evalwazzjoni u kontroll tal-kwalità fl-applikazzjonijiet tal-proġett.

Ċ. Attivitajiet ta’ għajnuna teknika li ttiehdu barra mill-“Programm ta’ Azzjoni għat-TA 2001 u mill-“Programm ta’ Azzjoni għat-TA 2004-2006”

Fl-2004, l-oqsma ta’ attivitajiet ikkonċernati kienu jinkludu ħlas ta' salarji u spejjeż għall-istaff ta' l-ISPA (aġenti lokali) impjegati mid-Delegazzjonijiet -inkl. it-8 pajjiżi li ssieħbu sat-30 ta' April 2004-, u għajnuna għall-evalwazzjoni u kontroll ta' kwalità ta' l-applikazzjonijiet tal-proġett.

Tabella 6: Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 2000-2004 – f’euro

Attività: | Allokazzjonijiet indikattivi | Impenji | Ħlasijiet |

Programm ta' Azzjoni 2001 (*) | 12 000 000 | 11 860 864 | 6 514 699 |

Programm ta' Azzjoni 2004-2006 | 5 185 000 | 1 529 950 | 21 270 |

Attivitajiet barra mill-Programmi ta’ Azzjoni | 17 800 000 | 17 800 000 | 10 258 355 |

Total | 34 985 000 | 31 190 814 | 16 794 324 |

(*) Inkluża ISPA-10

5. AMMINISTRAZZJONI U IMPLIMENTAZZJONI

5.1. Moniteraġġ tal-proġett

Fejn tidħol l-implimentazzjoni effettiva tal-proġetti ta’ l-ISPA matul l-2004, il-pajjiżi benefiċjarji komplew jagħmlu iktar progress f’ dik li hi kapaċità prattika. Madankollu, l-impressjoni tibqa’ li għad hemm skop għalihom biex jieħdu l-kontroll effettiv ta’ l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-proġett u biex tiżdied il-koordinazzjoni bejn il-partijiet interessati fil-proġetti varji. Ħaġa oħra tat-tħassib u li hija kkorrelatata hija n-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u umani adegwati mmirati lejn l-ippjanar, it-tħejjija u l-amministrazzjoni tal-miżuri ta’ l-ISPA, b’mod partikolari fis-settur ta’ l-ambjent, kif ukoll il-persistenza ta’ rata għolja ta' tibdil fl-istaff.

5.2. Amministrazzjoni finanzjarja u kontroll

Matul l-2004, il-Kummisjoni wettqet ir-raba’ ċiklu ta’ evalwazzjoni tas-sistema fil-pajjiżi benefiċjarji biex tevalwa jekk humiex adegwati s-sistemi u l-proċeduri stabbiliti għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-fondi ta’ l-ISPA u l-konformità tagħhom mal-ħtiġijiet li huma qrib ta’ dawk applikabbli għall-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fondi ta’ l-Istrutturar. Il-konklużjonijiet ta’ dan iċ-ċiklu ta’ evalwazzjoni jagħti ħjiel li sar progress, imma li għad hemm bżonn ta' titjib f' oqsma essenzjali bħall-kontroll intern, l-evalwazzjoni interna u l-konformità mar-regoli tax-xiri pubbliku.

Fil-każ tar-Rumanija, l-evalwazzjoni tas-sistema sabet nuqqasijiet materjali, li d-daqs u n-natura tagħhom wasslu lill-Kummissjoni biex twaqqaf il-ħlasijiet f' Diċembru 2003 u fi Frar 2004 lis-CFR (Aġenzija tal-Ferroviji) u f’Diċembru 2004 lill-aġenziji kollha ta’ implimentazzjoni. Riserva dwar is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll ta’ l-ISPA fir-Rumanija ġiet introdotta fir-Rapport Annwali tad-DĠ għall-Politika Reġjonali għas-sena 2004. Minħabba f’hekk, l-awtoritajiet Rumeni ntalbu biex jimplimentaw azzjonijiet korrettivi sa data ta’ skadenza speċifika.

Evalwazzjonijiet ta’ proġetti paralleli fil-pajjiżi benefiċjarji kkonfermaw li x-xiri pubbliku jibqa’ pass riskjuż ħafna fiċ-ċiklu sħiħ tal-proġett kif intwera mir-rata għolja ta’ dokumenti ewlenin rifjutati tat-tender u mill-proċess twil ta’ l-għoti tal-kuntratti.

5.3. EDIS

Il-proċess ta’ twaqqif ta’ sistemi ta' l-amministrazzjoni u kontroll tal-finanzi sodisfaċjenti għall-ISPA ingħata dimensjoni oħra fl-2001 bil-proċedura għall-pajjiżi benefiċjarji biex jersqu lejn sistema ta’ implimentazzjoni deċentralizzata estiża (EDIS) L-assenjazzjoni ta’ l-EDIS u, għalhekk, it-tneħħija ta’ l-approvazzjoni ex ante tat-tendering u l-għoti tal-kuntratti mill-Kummissjoni, huma suġġetti għal eżerċizzju ta' benchmarking f’ 4 stadji li jibdew bl-istadju ta’ l-eżami tan-nuqqasijiet .

Minn Mejju 2005, il-progress tal-pajjiżi benefiċjarji f'dan l-eżerċizzju kien inkwetanti. Fil-każ tar-Rumanija, l-opinjoni ta’ l-awdituri esterni ta’ l-istadju 3 ( eżami ta’ adeżjoni ) kienet li l-ebda wieħed mill-korpi involuti fl-implimentazzjoni ta’ l-ISPA ma huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ l-EDIS. Fil-każ tal-Bulgarija, problemi konsiderevoli fil-proċess tat-tendering ma ħallewx li jkun hemm it-tnedija ta' l-istadju 2 ( mili ta’ ħofor) sa nofs l-2005.

F’ dawn iċ-ċirkostanzi, hija kemmxejn improbabbli li l-Bulgarija u r-Rumanija se jibagħtu talba għall-akkreditazzjoni ta’ l-ISPA lill-EDIS wisq qabel nofs l-2006, u se jħallu ftit wisq ħin għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-istadju 4 ( akkreditazzjoni ) qabel l-adeżjoni.

6. EżAMI TAR-RISKJU

Taħt is-sistema ta’ approvazzjoni ex ante , l-istrateġija ta’ evalwazzjoni għall-pajjiżi benefiċjarji hija primarjament iffukata fuq il-prevenzjoni, l-iżgurar li kull pajjiż ikun daħħal proċeduri ta’ kontroll suffiċjenti rigward l-implimentazzjoni u ħlasijiet tal-proġetti. Rawnds ta’ evalwazzjoni suċċessivi f’kull stadju ta’ l-EDIS għandhom l-għan li jidentifikaw in-nuqqasijiet fit-twaqqif tas-sistema, u li jivverifikaw jekk ġewx implimentati r-rakkomandazzjonijiet u jekk issolvewx in-nuqqasijiet. Madankollu, skond dak li nstab fl-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni ta’ l-ISPA qed tiġi kkonfrontata b’serje ta’ riskji li għandhom jiġu ristretti u rrimedjati matul il-proċess ta’ evalwazzjoni.

6.1. Is-sejbiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Fir-rapport annwali dwar is-sena finanzjarja 2003, il-Qorti ta’ l-Awdituri tat l-opinjoni li l-Kummissjoni ma ħaditx, fl-imgħoddi, miżuri suffiċjenti għat-twaqqif, fil-pajjiżi benefiċjarji, ta’ sistemi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ l-ISPA, u li kienu jħaffu t-tneħħija tal-kontroll ex ante mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni addizzjonali tas-sistemi u tal-proġetti u ftiehmet fuq pjan ta’ azzjoni ma’ dawn il-pajjiżi fejn rakkomandazzjonijiet xierqa tal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ nuqqasijiet identifikati fis-sistema għandhom jiġu indirizzati skond skeda speċifika.

Fl-2004, il-Qorti assessjat l-effettività ta’ l-għajnuna ta’ l-ISPA f’numru ta’ pajjiżi benefiċjarji li saru Stati Membri. B’estensjoni, is-sejbiet ta’ din l-evalwazzjoni huma rilevanti wkoll għall-pajjiżi benefiċjarji ta’ issa ta’ l-ISPA. Skond il-Kummissjoni, ħafna mill-iżbalji li l-Qorti semmiet ma kellhomx impatt finanzjarju u kienu ta’ natura formali.

6.2. Sħab ko-finanzjarji – L-EIB u l-EBRD

L-EIB u l-EBRD baqgħu s-sħab privileġġjati għas-self finanzjarju lill-proġetti ta’ l-ISPA fl-2004. Il-ħila tal-Banek bħala speċjalisti fl-istrutturar ta’ kumbinazzjoni ta’ finanzjament f’ għotja/self inklużi arranġamenti ta’ sħubija pubbliċi-privati, kompliet tkun utli għat-titjib fil-kwalità tal-proġetti ffinanzjati mill-ISPA.

7. KONTRIBUT GħALL-POLITIKA KOMUNITARJA

7.1. Xiri pubbliku

It-twettiq tar-rekwiżiti legali għal xiri pubbliku li jkun sod, ġust u trasparenti kif ipprovdut fil-PRAG instab li kienet sfida kbira għall-pajjiżi benefiċjarji. Taħriġ fuq kwistjonijiet ta’ xiri speċifiċi kif ukoll fuq għodda prattiċi (gwidi) ħaqqhom l-għoti tat-tender u tal-kuntratt skond il-liġi nazzjonali armonizzata skond l-istandards ta’ l-UE.

7.2. Politika Ambjentali

Bil-provvista ta’ għajnuna diretta lill-proġetti għall-ambjent li għandhom prijorità, l-ISPA ħaffet l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u l-adeżjoni ma' l-istandards ta' l-UE fil-pajjiżi benefiċjarji. B’mod partikolari, il-kapaċità amministrattiva tqawwiet fejn jidħol l-ippjanar u l-għoti ta' prijorità għall-investiment fis-settur ta’ l-ambjent, u sar ukoll progress kostanti fl-implimentazzjoni xierqa tad-direttiva ta’ l-EIA, inklużi aspetti li għandhom x’jaqsmu ma’ konsultazzjoni pubblika. Minkejja dan, problemi li għandhom x’jaqsmu mad-diffikultajiet ta’ l-awtoritajiet dwar l-ambjent biex jinkisbu finanzjamenti u staff adegwati kif ukoll in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-oqsma politiċi u ta' ppjanar strateġiku jridu jiġu ndirizzati bħala kwistjoni ta’ prijorità minn dawn il-pajjiżi.

7.3. Politika tat-trasport: minn TINA għal-linjigwida ġodda TEN-T

In-netwerks tat-trasport fil-pajjiżi benefiċjarji, miftiehma bi qbil ma' TINA (Evalwazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ l-Infrastruttura tat-Trasport), inbnew madwar qafas ta’ kurituri pan-Ewropej. Dawn in-netwerks jintużaw bħala l-bażi ta’ l-ippjanar għall-istrateġiji nazzjonali tat-trasport għall-għanijiet ta’ l-ISPA, jiġifieri jikkonċernaw il-kostruzzjoni jew riabilitazzjoni ta’ sezzjoni, punt nodali, jew aċċess li għandu x’jaqsam man-netwerks. Erbgħa mill-kurituri msemmija qabel jgħaddu minn nofs it-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija. Taħt il-linjigwida Komunitarji l-ġodda dwar l-iżvilupp ta’ netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T), tlieta mill-proġetti prijoritarji tan-netwerk (PP7: Assi tal-Motorway Igoumenitsa/Patra-Athina-Sofia-Budapest , PP18: Rhine/Meuse-Main-Danube u PP22: Assi tal-Ferrovija Athina-Sofia-Budapest-Wien-Praha-Nürnberg/Dresden ) jikkonċernaw assi li jinkludu l-Bulgarija u r-Rumaniija.

8. KOORDINAZZJONI BEJN L-ISTRUMENTI TA’ QABEL L-ADEżJONI

Il-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni tal-PHARE jiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn it-tliet strumenti ta’ qabel l-adeżjoni, PHARE, SAPARD u ISPA. Iktar koordinazzjoni tiġi implimentata permezz tal-Kumitat Konġunt ta’ Moniteraġġ (tal-PHARE), il-Kumitat ta' Koordinazzjoni ta' l-inter-servizzi u laqgħat minn żmien għal żmien mad-Delegazzjonijiet tal-KE fil-pajjiżi benefiċjarji.

[1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999

Top