Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0535

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunità - Strateġija għas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju

/* KUMM/2005/0535 finali */

52005DC0535




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.10.2005

KUMM(2005) 535 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunità:Strateġija g ħas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju

1. INTRODUZZJONI

Il-Komunikazzjoni ta’ Marzu 2005 dwar “Regolamentazzjoni Aħjar għat-Tkabbir u l-Impjiegi”[1] identifikat is-simplifikazzjoni bħala azzjoni ta’ prijorità għall-UE. Din l-azzjoni hija t-tweġiba għat-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE u biex titjieb il-kwalità tagħha. Din hija integrata bi sħiħ fl-istrateġija riveduta ta’ Liżbona għall-ilħuq tal-miri tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa u għaldaqstant tiffoka fuq dawk l-elementi ta’ l- acquis li jikkonċernaw il-kompetittività ta’ l-intrapriżi fl-UE. L-għan ġenerali tagħha huwa li tagħti sehemha fil-bini ta’ qafas regolatorju Ewropew li jkun jissodisfa l-ogħla livelli għall-ħolqien tal-liġi filwaqt li jitħarsu l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Skond dawn il-prinċipji, l-UE għandha tirregola biss fejn azzjoni proposta tkun tista’ titwettaq aħjar fil-livell ta’ l-UE. Kwalunkwe azzjoni bħal din ma tistax tmur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika li tkun qed tiġi segwita. Jeħtieġ li tkun ekonomikament effiċjenti u tieħu l-eħfef forma ta’ regolamentazzjoni skond il-bżonn. F’dan ir-rigward is-simplifikazzjoni hija intenzjonata li tagħmel il-leġiżlazzjoni kemm fuq il-livell ta’ Komunità kif ukoll fuq dak nazzjonali anqas ta’ piż, eħfef biex tiġi applikata u b’hekk aktar effettiva biex jintlaħqu l-iskopijiet tagħha.

L-iżvilupp ta’ l-Unjoni Ewropea matul l-aħħar nofs seklu pproduċa ġabra estensiva ta’ leġiżlazzjoni tal-Komunità, l-“ acquis ” tal-Komunità, li spiss issostitwixxa 25 sett ta’ regoli b’wieħed u għalhekk offra lin-negozju ambjent legali aktar ċert u kundizzjonijiet ugwali fejn jopera. Din il-kwantità ta’ leġiżlazzjoni kienet essenzjali sabiex, per eżempju, jiġi stabbilit is-suq wieħed u tiġi żviluppata l-politika ambjentali ta’ l-UE u biex jitwaqqfu livelli ma’ l-UE kollha għall-protezzjoni tal-ħaddiema u l-konsumaturi. Fl-istess waqt, il-leġiżlazzjoni tista’ wkoll iġġib spejjeż, tfixkel in-negozju, tiżvija mill-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u f’xi każijiet isservi ta’ xkiel għall-innovazzjoni, il-produttività u t-tkabbir. L-isfida hija li jinkiseb bilanċ ġust sabiex jiġi żgurat li l-ambjent regolatorju jkun wieħed neċessarju, sempliċi u effettiv.

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija riveduta sabiex tkompli tippromwovi regolamentazzjoni aħjar bil-mira li titjieb il-kompetittività. Din tiffoka fuq:

(1) it-titjib u l-applikazzjoni usa’ ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt għal proposti ġodda – inkluż l-iżvilupp ta’ metodoloġija ta’ kif jitkejlu l-ispejjeż amministrattivi[2]. Il-Kummissjoni adottat f’Ġunju 2005 linji ta’ gwida ġodda estiżi għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ l-iżvilupp sostenibbli u hija mfassla sabiex min jifformula l-politika jagħmel għażliet fuq il-bażi ta’ analiżi bir-reqqa ta’ l-impatti potenzjali tal-leġiżlazzjoni l-ġdida fuq l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent;

(2) skrining tal-proposti leġiżlattivi pendenti. F’Settembru 2005, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirtira 68 proposta pendenti bħala riżultat ta’ skrining estiż[3].

(3) l-introduzzjoni ta’ metodu ġdid tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-Komunikazzjoni preżenti tistabbilixxi l-istrateġija riveduta tal-Kummissjoni għax-xogħol tas-simplifikazzjoni fil-futur.

Is-simplifikazzjoni m’hix xi kwistjoni ġdida[4]. Madankollu wasal iż-żmien għal bidla fil-livell ta’ l-isforzi tagħna. L-istrateġija tissejjes fuq xogħol li kienu għamlu qabel l-istituzzjonijiet sabiex jiġu organizzati aħjar ir-regoli tal-Komunità u fuq konsultazzjoni mal-partijiet interessati. B’mod qawwi l-enfasi hija fuq il-ħolqien ta’ sistema regolatorja Ewropea li tgħin fl-ilħuq ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona.

Din l-inizjattiva hija ta’ importanza partikolari għan-negozji Ewropej żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li jirrappreżentaw 99% ta’ l-intrapriżi kollha u żewġ terzi ta’ l-impjiegi. Minħabba ċ-ċokon tagħhom, l-SMEs isofru disproporzjonalment minħabba piżijiet leġiżlattivi u amministrattivi peress li huma aktar limitati fir-riżorsi u fl-għarfien espert biex jaffrontaw regoli u regolamenti ta’ sikwit kumplessi. Għaldaqstant huwa neċessarju li wieħed jevalwa kif il-bżonnijiet speċjali tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kuntest tas-simplifikazzjoni. F’dan ir-rigward it-tnaqqis tal-piż tal-ġbir ta’ l-istatistika u tad- data għall-SMEs ikun jixraqlu attenzjoni speċjali.

Regolamentazzjoni aħjar ma tfissirx tneħħija ta’ regolamenti. Is-simplifikazzjoni fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali tfisser li tagħmel affarijiet eħfef għaċ-ċittadini u l-operaturi. B’hekk, din għandha twassal għal qafas leġiżlattiv aktar effettiv li jkun adattat aktar biex jiġu applikati l-għanijiet tal-politika tal-Komunità.

2. STRATEġIJA ġDIDA GħAS-SIMPLIFIKAZZJONI FIL-LIVELL TA’ L-UE

Ir-reviżjoni ta’ l- acquis trid issir proċess kontinwu u sistematiku li jippermetti lil-leġiżlatur jirrevedi l-leġiżlazzjoni filwaqt li jżomm quddiem għajnejh l-interessi leġittimi tas-settur privat u tal-pubbliku.

Biex jingħata bidu għall-proċess, għadd inizjali ta’ liġijiet li jridu jiġu ssimplifikati ġew identifikati fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni wiesgħa. Imbagħad, dan il-proċess kontinwu se jingħata l-qawwa bis-sehem ta’ proċeduri ta’ reviżjoni ġodda u aktar sistematiċi sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet futuri tas-simplifikazzjoni bbażati fuq analiżi wiesgħa ta’ l-impatt tal-leġiżlazzjoni. Dan il-proċess jiġbor fih analiżi ekonomika magħmula bir-reqqa u se jikkunsidra bis-sħiħ l-ambizzjonijiet soċjali u ambjentali ta’ l-UE bħala elementi essenzjali ta’ l-għan wiesa’ li fuqu jserraħ l-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fit-Trattat.

a. Programm kontinwu marbut ma’ l-esperjenza prattika tal-partijiet interessati

L-Anness 2 ta’ din il-Komunikazzjoni jistabbilixxi programm kontinwu li jifforma parti mill-istrateġija l-ġdida għas-simplifikazzjoni. Il-programm jispeċifika dawk il-partijiet tal-leġiżlazzjoni li l-Kummissjoni tbassar li għandha tirrevedi u tevalwa bil-mira li tissimplifikahom fit-tliet snin li ġejjin.

Aktar kmieni din is-sena l-Kummissjoni tat bidu għall-konsultazzjoni estensiva fl-Istati Membri u l-komunità kummerċjali. Din kienet komplementata b’konsultazzjoni pubblika fuq l-internet[5]. Dak li ħareġ mill-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni, miġbur fil-qosor fl-Anness 1 ta’ din il-Komunikazzjoni, qed jitqabbel ma’ l-esperjenza interna tal-Kummissjoni sabiex jitqies il-mertu ta’ kull suġġeriment għas-simplifikazzjoni. Regoli li jistgħu jfixklu l-kompetittività (inklużi kundizzjonijiet amministrattivi) se jiġu eżaminati mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li dawn huma meħtieġa u proporzjonati ma’ l-interessi pubbliċi l-oħra li jkunu qed jiġu segwiti. F’dak ir-rigward, l-osservazzjonijiet miġbura mis-servizzi ta’ appoġġ bħalma hi SOLVIT[6] se jiġu kkunsidrati, flimkien mar-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi, biex tkun determinata n-natura tal-problema u s-soluzzjonijiet possibbli.

Il-programm kontinwu jindirizza ħafna mill-preokkupazzjonijiet speċifiċi li ħarġu minn dan il-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa f’oqsma ewlenin tal-kompetittività kummerċjali fosthom il-liġi tal-kumpaniji u s-servizzi finanzjarji, it-trasport, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-iskart. Dan jinkludi l-prijoritajiet diġà identifikati mill-Kunsill[7] u se jkun sistematikament rivedut u aġġornat.

Ma’ dan, il-Kummissjoni se tinkludi inizjattivi prinċipali għas-simplifikazzjoni leġiżlattiva fil-programmi ta’ ħidma annwali tagħha għall-leġiżlazzjoni u għandha l-intenzjoni li toħroġ serje ta’ komunikazzjonijiet komplementari li jindikaw f’aktar detall kif ix-xogħol ta’ simplifikazzjoni se jiġi introdott jew integrat fis-setturi ta’ l-agrikoltura[8], l-ambjent[9], is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol[10], is-sajd[11], it-tassazzjoni, id-dwana, il-ġbir ta’ statistika[12] u l-ligi tax-xogħol[13]. Dawn il-komunikazzjonijiet sa jgħinu fil-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha.

Il-programm kontinwu jinkludi inizjattivi komprensivi ta’ simplifikazzjoni f’oqsma ewlenin għall-kompetittività kummerċjali, bħalma huma l-iskart u l-leġiżlazzjoni dwar it-tikketti. Jinkludi wkoll regoli speċifiċi għas-setturi f’oqsma bħalma huma l-karrozzi u l-prodotti tal-kostruzzjoni, kif ukoll regoli orizzontali b’impatti f’iktar minn settur wieħed f’oqsma bħax-xiri pubbliku jew it-tassazzjoni. |

b. Strateġija bbażata fuq evalwazzjoni settorjali kontinwa fil-fond

Biex tiġi segwita l-evalwazzjoni ta’ l- acquis lil hinn mill-programm preżenti ta’ simplifikazzjoni, il-Kummissjoni se tidentifika l-bżonn għas-simplifikazzjoni minn perspettiva settorjali. Dan l-approċċ se jippermetti evalwazzjoni ta’ l-effikaċja totali tal-qafas leġiżlattiv għas-settur konċernat u għal lok ta’ aktar simplifikazzjoni. Dan ifisser li għal kull settur li jiġi kkunsidrat, kemm il-leġiżlazzjoni ġenerali kif ukoll dik speċifika għas-settur se tiġi mgħarbla għall-impatt tagħha. Dan għandu jinkludi analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż, amministrattivi u oħrajn, tal-leġiżlazzjoni partikolari.

Inizjalment l-attenzjoni se tkun iffokata fuq tliet setturi: vetturi, kostruzzjoni u skart. L-impatt ta’ l-ambjent regolatorju kurrenti qed jiġi mkejjel, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati, sabiex jiġi ppjanat żvilupp sostenibbli ta’ dawn is-setturi industrijali u biex jiġi definit l-aħjar approċċ regolatorju possibbli. Per eżempju, l-inizjattiva CARS 21[14] fis-settur awtomobilistiku hija mistennija tirrakkomanda tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità billi tirreferi direttament għall-miżuri internazzjonali u tiżviluppa flessibilità għall-evalwazzjoni tal-konformità u l-proċeduri għat-testijiet għall-vetturi.

Skond l-orjentazzjonijiet tal-komunikazzjoni dwar l-“Implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ Liżbona: Qafas ta’ politika biex tissaħħaħ il-manifattura fl-UE – lejn strateġija aktar integrata għall-politika industrijali”[15], il-Kummissjoni se tapplika gradwalment dan l-approċċ għal setturi industrijali oħra, bħall-farmaċewtiċi, l-inġinerija mekkanika, it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u setturi b’użu intensiv ta’ l-enerġija. Is-simplifikazzjoni se tindirizza wkoll oqsma tal-liġi b’impatt li jolqot iktar minn settur wieħed. Ir-riżultati ta’ dawn l-eżerċizzji ta’ skrining se jkunu integrati fil-programm kontinwu.

Dan l-approċċ se jkun estiż għal servizzi, li jgħoddu għal aktar minn 70% tal-GDP ta’ l-UE. Is-servizzi jipprovdu kontribut għall-kumplament ta’ l-ekonomija u joħolqu swieq importanti għall-prodotti manifatturati, bħal dak tat-telekomunikazzjoni, tal-ferroviji, dak aerospazjali u tat-tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija. Minħabba li aktar u aktar servizzi qed jiġu pprovduti fuq bażi transfruntiera fis-suq intern, hija ħaġa vitali li l-ambjent regolatorju ta’ l-UE isaħħilhom il-kompetittività tagħhom, li tagħti wkoll vantaġġ kompetittiv lill-ekonomija kollha ta’ l-UE.

Is-simplifikazzjoni se tkun ibbażata fuq analiżi fil-fond ta’ l-impatt fuq il-partijiet interessati kollha li jinkludu n-negozju u l-industrija, fil-waqt li jiġu kkunsidrati l-għanijiet segwiti mill-leġiżlazzjoni. Is-setturi ta’ prijorità għall-industrija tal-manifattura huma identifikati f’din il-Komunikazzjoni. |

3. L-APPROċċ TAL-KUMMISSJONI LEJN IS-SIMPLIFIKAZZJONI

Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tuża l-metodi li ġejjin għas-simplifikazzjoni.

a. Ir-revoka

Ħafna mill-atti leġiżlattivi adottati mill-1957 ‘l hawn sussegwentement saru irrilevanti jew skadew minħabba l-progress tekniku jew teknoloġiku, l-evoluzzjoni fil-politika li segwiet l-UE, il-bidliet fil-mod kif jiġu applikati regoli ġenerali tat-Trattat, jew l-iżvilupp ta’ regoli jew standards internazzjonali. Dawn l-atti skaduti diġà kemm-il darba ġew irrevokati formalment. Madankollu hemm xi atti li għadhom fis-seħħ li qed iħallu impatt żgħir jew prattikament xejn. Xi uħud mid-dispożizzjonijiet f’dawn l-atti jibqgħu jiġġeneraw obbligi, partikolarment ta’ natura amministrattiva, kemm għall-awtoritajiet u kemm għal xi kumpaniji. Il-Kummissjoni se tissokta bl-isforzi tagħha biex tiżgura li ssir revoka ta’ dawk l-atti legali li huma rrilevanti jew skaduti[16].

Madankollu huwa importanti li wara r-revoka ta’ l-istrumenti tal-Komunità jiġu revokati l-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti sabiex jinkiseb l-effett prattiku mixtieq. Irid ikun żgurat li l-vantaġġi ta’ ambjent regolatorju eħfef tal-Komunità ma jiġux ikkanċellati b’regoli nazzjonali ġodda u barrieri tekniċi ġodda. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tara l-proposta tagħha biex tirrevoka d-direttiva dwar il- pre-packaging [17] bħala prova tar-rieda politika tal-koleġiżlatur li jaċċetta l-isfida tas-simplifikazzjoni.

Il-possibbilità li jiġu introdotti “ klawsoli ta’ estinzjoni ” fil-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni qed tiġi kkunsidrata sabiex tiġi evitata l-iskadenza u b’mod aktar ġenerali biex iġġiegħel lil-leġiżlatur jivverifika regolarment ir-rilevanza, l-effikaċja u l-proporzjonalità tar-regolamenti fis-seħħ. Għalkemm ma teskludix din l-għażla, il-Kummissjoni taħseb li l-klawsoli ta’ reviżjoni jservu għal skop simili filwaqt li jippreżentaw riskju aktar baxx ta’ lakuni legali.

Biex tgħin il-prevenzjoni ta’ l-iskadenza, fil-ġejjieni l-Kummissjoni bi ħsiebha tintroduċi fil-proposti leġiżlattivi tagħha jew klawsola ta’ reviżjoni jew, fejn ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ xi effett avvers il-kontinwità legali, klawsola ta’ estinzjoni. |

b. Il-kodifikazzjoni[18]

Il-kodifikazzjoni tikkontribwixxi ħafna biex jitnaqqas il-volum tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u fl-istess waqt, tipprovdi testi li jistgħu jinqraw aħjar u legalment aktar siguri, b’hekk ikunu ffaċilitati t-trasparenza u l-infurzar. Il-Kummissjoni se ssegwi l-programm ta’ kodifikazzjoni[19] tagħha bil-għan li tlesti l-kodifikazzjoni ta’ l- acquis sa l-2007. It-traduzzjonijiet u l-konsolidament sussegwenti[20] ta’ l-atti fl-20 lingwa uffiċjali kollha se twassal għal żieda sinifikanti fit-testi kkodifikati li għandhom jiġu adottati minn tmiem l-2005.

c. Recasting [21]

Recasting jew l-arranġamenti tal-kitba mill-ġdid huwa metodu ta’ simplifikazzjoni qawwi għaliex jemenda u jikkodifika simultanjament l-atti legali kkonċernati.

Wara l-ftehim interistituzzjonali[22], il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tuża din it-teknika kif xieraq meta tipproponi xi emendi f’atti eżistenti. Se tingħata prijorità lill-atti legali li jiġu amalgamati biex is-sinerġiji jkunu massimizzati, ir-ripetizzjonijiet u s-superfluwitajiet minimizzati, u tiżdied iċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli tal-Komunità. F’kunsiderazzjoni tan-natura ta’ dan l-istrument qawwi imma kumpless, rikors għal dan il-metodu għandu jseħħ b’mod partikolari f’każijiet ta’ modifikazzjoni sostanzjali fejn huwa jikkontribwixxi b’mod ċar għaċ-ċarezza, effikaċja u simplifikazzjoni tal-liġi tal-Komunità.

Is-settur ta’ l-iskart huwa rregolat bi 18-il Direttiva u 6 Regolamenti, u mhux anqas minn 22 att tal-Komunità jirregolaw it-tikketti tal-prodotti ta’ l-ikel. Ir-recasting ta’ dawn it-testi għandu jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi qafas regolatorju aktar ċar u organizzat. |

d. Modifika fl-approċċ regolatorju

Il-kontestazzjoni ta’ l-approċċ ta’ dispożizzjonijiet li ilhom jeżistu għexieren ta’ snin huwa meħtieġ ukoll biex jiġi stabbilit ambjent regolatorju aħjar. Il-kunsens politiku huwa essenzjali biex jakkumpanja u jappoġġja l-bidla fi kwalunkwe qasam tal-politika.

Koregolamentazzjoni u rekwiżiti essenzjali

Il-koregolamentazzjoni f’ċerti każijiet tista’ tkun metodu ekonomikament aktar effiċjenti u espedjenti biex jiġu indirizzati ċerti għanijiet tal-politika mill-għodod leġiżlattivi klassiċi. L-istandardizzazzjoni minn korpi indipendenti hija eżempju ta’ strument ta’ ‘koregolamentazzjoni’ rrikonoxxut tajjeb. Huwa appoġġjat attivament mill-Kummissjoni bħala alternattiva jew komplement għal-leġiżlazzjoni[23].

Filwaqt li l-esperjenza tal-passat ġieli wasslet għal riżultati mħallta, il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta’ liġijiet issa jipprovdi qafas stabbli għal metodi alternattivi ta’ regolamentazzjoni li għandu jsaħħaħ il-kredibilità tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar jiffaċilita l-użu tagħhom.

Għal ħafna prodotti industrijali u għall-konsumatur, il-marka CE tixhed li l-prodott ikun ġie ċċertifikat u li jista’ jinbiegħ fil-Komunità. L-approċċ korrispondenti tal-Komunità għall-armonizzazzjoni teknika jillimita l-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità għar-rekwiżiti essenzjali, b’referenza għal standards Ewropej armonizzati għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati kollha u jagħmel provvediment għal proċeduri sempliċi u ħfief għall-evalwazzjoni tal-konformità. Matul l-aħħar għoxrin sena, din il-politika wasslet għal tnaqqis konsiderevoli fl-interventi mill-awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali u Ewropej) qabel il- marketing ta’ prodotti u għal dipendenza akbar fuq il-forzi tas-suq biex ikun aċċertat li prodotti siguri biss jaslu fis-suq.

Dan l-approċċ regolatorju fil-preżent qed jiġi rivedut mill-Kummissjoni. It-tisħiħ tiegħu għandu jwassal sabiex dan l-approċċ jiġi estiż għas-setturi kollha possibbli u saħansitra lil hinn mill-armonizzazzjoni teknika tal-prodotti industrijali, per eżempju fis-settur tas-servizzi. Dak li ntlaħaq f’oqsma sensittivi għas-sigurtà bħalma huwa tagħmir jew makkinarju mediku bla dubju jista’ jiġi estiż – jew żviluppat aktar –f’dominji oħra bħall-kosmetiċi, l-emissjoni ta’ storbju mill-inġenji, jew is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

F’setturi oħra, il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE jista’ jkun fiha anqas dispożizzjonijiet iddettaljati miġburin f’testi bażiċi u b’hekk ikunu aktar flessibbli kieku, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni strutturata, il-kompetenza tal-Kummissjoni li tapprova l-miżuri ta’ implimentazzjoni permezz ta’ proċeduri aktar mgħaġġla kienet rikonoxxuta. F’April 2004, il-Kummissjoni mmodifikat proposta sabiex temenda r-regoli relatati mas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni[24].

Il-Kummissjoni se tippromwovi metodu leġiżlattiv aktar sempliċi u se żżid l-appoġġ tagħha għall-istandardizzazzjoni li uriet kemm tiswa fil-kuntest tal-moviment ħieles ta’ l-oġġetti. Per eżempju, l-iżvilupp ta’ Standards Ewropej għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-injam se jippermetti revoka tad-direttiva eżistenti. Eżempju ieħor huwa l-istandards għall-prassi tajba fil-laboratorju li wasslu għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-direttivi tal-kosmetiċi mingħajr inizjattivi leġiżlattivi ulterjuri. |

Minn Direttivi għal Regolamenti

Kif il-Kummissjoni għamlet ċar fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Regolamentazzjoni Aħjar għat-Tkabbir u l-Impjiegi, l-għażla ta’ approċċ legali xieraq trid tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa. Is-sostituzzjoni ta’ direttivi b’regolamenti tista’ taħt ċerti ċirkostanzi twassal għal simplifikazzjoni minħabba li regolamenti jippermettu applikazzjoni immedjata, garanzija li dawk kollha involuti huma suġġetti għall-istess regoli fl-istess ħin, u tiffoka l-attenzjoni fuq l-infurzar konkret tar-regoli ta’ l-UE. Dan il-kontribut għas-simplifikazzjoni kien rikonoxxut b’mod wiesa’ fil-konsultazzjonijiet li sostnew l-idea li dan kellu jipprevjeni implimentazzjoni nazzjonali diverġenti.

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u wara li kkunsidrat il-Protokol għat-Trattat fuq is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, il-Kummissjoni trid tisfrutta ulterjorment, fuq bażi ta’ każ każ, il-potenzjal għas-simplifikazzjoni billi tissostitwixxi direttivi ma’ regolamenti. |

e. Ir-rinfurzar ta’ l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni

Wieħed jista’ japprofitta ruħu aktar mill-potenzjal konsiderevoli tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni. E-government integrat u sigur jista’ jgħin it-tnaqqis tal-piż amministrattiv billi jaċċellera l-proċeduri, jinqatgħu ħafna mill-karti ċċirkulati, il-liġi tiġi applikata b’mod aktar uniformi u jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji.

Is-simplifikazzjoni se tiġi indirizzata speċifikament fil-Pjan t’Azzjoni li jmiss tal-Kummissjoni dwar e-government li għandu jiġi mniedi fl-2006 taħt l-inizjattiva i2010[25] b’attenzjoni fuq il-bini ta’ esperjenzi diretti u prassi tajba li juru l-benefiċċji tanġibbli f’termini ta’ effiċjenza u sodisfazzjoni ta’ min jużah.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-qafas legali u operazzjonali ta’ l-UE jista’ jappoġġja proċeduri ssimplifikati u bla karti.

Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni se tipproponi emendi fil-leġiżlazzjoni bil-ħsieb li timmodifika l-proċeduri sabiex tippermetti l-użu ta’ għodda u teknoloġija moderna. Ix-xogħol ta’ preparazzjoni mexa ’l quddiem ħafna fil-modernizzazzjoni tal-kodiċi tad-dwana u proposti għas-settur tat-tassazzjoni huma diġà pendenti. L-obbligi ta’ statistika ta’ l-intrapriżi jistgħu wkoll jiġu ssimplifikati billi jiddependu b’mod aktar estensiv fuq għodod ta’ l-IT.

Il-Kummissjoni se tirrinforza l-inizjattivi tagħha fil-qasam ta’ l-e-government bit-tnedija ta’ Pjan t’Azzjoni dwar e-Government fl-2006. Fejn hu meħtieġ, il-ktieb tar-regoli uffiċjali tal-Komunità se jiġi adattat sabiex il-potenzjal tat-teknoloġiji moderni ta’ l-informazzjoni jkun massimizzat. |

4. L-APPOġġ MILL-ISTITUZZJONIJIET U MILL-ISTATI MEMBRI

Il-Kummissjoni tista’ tilħaq biss l-għan komuni – il-promozzjoni ta’ ambjent regolatorju aħjar għan-negozji u ċ-cittadini tagħna sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea – jekk l-Istituzzjonijiet kollha jappoġġjaw bis-sħiħ l-istrateġija u jassumu r-responsabbiltà kollha għas-sehem tagħhom fl-isforz. Dan ifisser l-iżvilupp mhux biss ta’ metodu komuni imma wkoll ta’ ħsieb komuni:

- Il-Kummissjoni se tħaddem il-jedd tagħha ta’ inizjattiva biex tfassal proposti għas-simplifikazzjoni. F’konformità ma’ prassi ta’ regolamentazzjoni aħjar, dan jitlob evalwazzjonijiet ex post serji u jiġbor fih konsultazzjoni fil-fond mal-partijiet interessati u evalwazzjonijiet bir-reqqa ta’ l-għażliet varji biex jintwera l-valur miżjud tal-miżuri proposti relatati mat-tkabbir u l-impjiegi. Sabiex ikun żgurat li l-prijoritajiet ta’ simplifikazzjoni tagħha jiġu implimentati fi żmien opportun fid-dominji kollha, hija se tistabbilixxi l-miżuri interni adatti biex ikun sorveljat il-progress u se tirrapporta lill-Kulleġġ.

- Minħabba li huwa r-rwol tal-koleġiżlatur li jadotta l-proposti għas-simplifikazzjoni mressqa mill-Kummissjoni, huwa essenzjali li l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Leġiżlazzjoni Aħjar ta’ l-2003 jiġi implimentat bis-sħiħ u li l-mezzi kollha għall-promozzjoni tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE f’dan il-qafas jiġu sfruttati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar l-impenn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex itejbu l-metodi tax-xogħol għas-simplifikazzjoni[26]. Il-bżonn li jiġi stabbilit approċċ komuni lejn l-evalwazzjoni ta’ l-impatt kien rikonoxxut ukoll mit-tliet Istituzzjonijiet u l-Kummissjoni tittama li jintlaħaq xi ftehim sa l-aħħar tas-sena.

- Barra dan, l-ambjent regolatorju għall-kumpaniji fl-UE jista’ jitjieb biss jekk l-inizjattivi meħuda fil-livell ta’ l-UE jitqabblu ma’ programmi daqstant ambizzjużi fl-Istati Membri. Kuntrarju għat-twemmin ta’ ħafna, l-ambjent regolatorju għall-kumpaniji jikkonsisti l-aktar f’regoli nazzjonali. Rekwiżiti tekniċi, l-obbligu tat-tikketti, il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u rekwiżiti oħra amministrattivi huma miżjuda mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità mir-regolaturi nazzjonali. Il-Kummissjoni se tkompli tindirizza regolamentazzjoni aħjar taħt il-medotu miftuħ tal-koordinament imwaqqaf biex jimmonitorja l-progress fl-għanijiet ta’ Liżbona. Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll is-simplifikazzjoni fil-kuntest ta’ l-iskrutinju min-naħa tagħha tal-miżuri nazzjonali għall-konformità mal-liġi tal-Komunità.

5. KONKLUŻJONIJIET

Filwaqt li tibda bi programm ta’ ħidma bbażat fuq il-kontributi ta’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati, il-Kummissjoni se tiżviluppa l-prijoritajiet tagħha għas-simplifikazzjoni skond,

- analiżi komprensiva ta’ setturi magħżula fir-rigward ta’ l-impatt tal-leġiżlazzjoni, inklużi l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali,

- metodu ta’ simplifikazzjoni bl-użu ta’ metodi fosthom ir-revoka, il-kodifikazzjoni, ir- recasting u l-bdil tal-metodi ta’ l-implimentazzjoni,

- metodu leġiżlattiv li jitlob preferenza ċara għar-rekwiżiti essenzjali pjuttost milli speċifikazzjonijiet tekniċi, l-użu akbar ta’ koregolamentazzjoni, il-promozzjoni u l-użu akbar tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni,

- l-użu akbar, skond il-bżonn, ta’ regolamenti minflok direttivi kif ukoll klawsoli ta’ reviżjoni,

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-simplifikazzjoni fil-ħin, il-Kummissjoni se tirriforma l-prassi interna tax-xogħol tagħha biex tiżgura monitoraġġ komprensiv u ssegwi l-proċess ta’ simplifikazzjoni, kemm fil-livell amministrattiv u kemm fil-livell politiku. Barra dan, il-Kummissjoni se tkompli tikkonsulta regolarment mal-partijiet interessati dwar kif il-programm ta’ simplifikazzjoni jista’ jkun żviluppat aktar matul is-snin li ġejjin.

Minħabba l-bżonn ta’ impenn komuni lejn is-simplifikazzjoni mill-Istituzzjonijiet, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jirreaġixxu għal din il-Komunikazzjoni.

ANNESS 1

Is-sejbiet tal-proċess ta’ konsultazzjoni

L-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet prinċipali tan-negozju bagħtu l-kontribuzzjonijiet dettaljati tagħhom, li tipikament jikkonsistu f’deskrizzjoni tad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u suġġerimenti kif dawn jistgħu jiġu indirizzati. Il-qasam tal-politika msemmi l-aktar spiss kien il-protezzjoni ambjentali, segwit mill-agrikoltura u s-sigurtà ta’ l-ikel, il-liġi tal-kumpaniji, it-trasport u l-politika tal-konsumatur.

Analiżi preliminari tal-konsultazzjoni kontinwa fuq l-internet turi li fil-biċċa l-kbira tagħha r-reazzjoni tal-pubbliku hi relatata mal-burokrazija żejda fir-regoli nazzjonali jew lokali, pjuttost milli fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE. Il-problemi li ssemmew l-aktar spiss huma relatati ma’ kwistjonijiet dwar regoli ta’ tassazzjoni u impjiegi fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha rwol prominenti.

Il-bżonnijiet tas-simplifikazzjoni li ħarġu mill-konsultazzjoni ta’ l-Istati Membri u mal-partijiet interessati jaqgħu f’ħames kategoriji wiesgħa:

- ċarezza u titjib fil-leġġibilità tal-leġiżlazzjoni: ħafna preokkupazzjonijiet huma relatati ma’ kunċetti, definizzjonijiet jew dispożizzjonijiet li ma jkunux ċari jew mhux kompluti. L-ambigwitajiet joħolqu inċertezza u diskrepanzi legali meta d-Direttivi ta’ l-UE issirilhom it-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li min-naħa tagħhom iwasslu għal tagħwiġ fil-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq intern. F’dan ir-rigward, xi kontribuzzjonijiet enfasizzaw li żieda fl-użu ta’ Regolamenti, minflok Direttivi, inaqqas it-traspożizzjoni żbaljata jew diverġenti fil-livell nazzjonali. Ħafna kontribuzzjonijiet saħqu wkoll fuq l-importanza li titkompla l-konsolidazzjoni u l-kodifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità sabiex tittejjeb l-aċċessibilità u l-leġġibilità tagħha;

- l-aġġornament u l-immodernizzar tal-qafas regolatorju: il-partijiet interessati mmarkaw numru ta’ testi legali li fihom definizzjonijiet jew proċeduri li m’għadhomx jaqblu mar-realtà teknika, ekonomika u settorjali, kif ukoll proċeduri li jidhru li huma ta’ piż jew dewmien bla bżonn. Il-partijiet interessati ppreżentaw ukoll eżempji ta’ atti legali li huma neqsin fis-sustanza tagħhom minħabba l-evoluzzjoni ta’ partijiet oħra ta’ l- acquis , bidliet fit-Trattat jew l-iżvilupp ta’ regoli internazzjonali. Fl-aħħar, xi leġiżlazzjoni kienet maħsuba li falliet milli tilħaq l-għanijiet tagħha u saru proposti f’dan is-sens biex jinbidel l-approċċ;

- tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi[27]: ħafna kontribuzzjonijiet qajmu l-kwistjoni tal-proċeduri li huma riġidi, ikkumplikati bla bżonn u burokratiċi żżejjed li b’mod partikolari jfixklu lill-SMEs minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi umani li għandhom. Biex insemmu xi każi, ħafna kummenti kemm mingħand intrapriżi u kemm minn amministrazzjonijiet pubbliċi kienu nnutati dwar il-frekwenza u d-duplikazzjonijiet fir-rapporti jew fl-obbligi tal-ġbir ta’ statistika u l-livell ta’ dettall mitlub biex wieħed jikkonforma magħhom;

- ir-rinfurzar tal-konsistenza ta’ l- acquis : serje ta’ kummenti li waslu jikkonċernaw testi sovrapposti, koordinazzjoni insuffiċjenti jew inkonsistenzi preżunti f’partijiet mill-leġiżlazzjoni ta’ l-UE. F’dan ir-rigward, xi partijiet interessati pprovdew eżempji konkreti ta’ każijiet fejn, fl-opinjoni tagħhom, m’hix żgurata koerenza bejn l-istrumenti fl-istess settur tal-politika jew minn settur għall-ieħor;

- titjib fil-proporzjonalità ta’ l- acquis : bosta kontributuri ħassew li ċerti dispożizzjonijiet huma eċċessivament preskrittivi, sproporzjonati u jqumu ħafna b’paragun ma’ l-għanijiet li jkunu qed jiġu segwiti. Din hija probabbilment l-aktar preokkupazzjoni estensiva u fl-istess ħin l-aktar diffiċli biex tiġi indirizzata peress li taffettwa s-sustanza ta’ atti legali li huma r-riżultat ta’ proċess leġislattiv li matulu d-diversi preokkupazzjonijiet ġew ikkunsidrati mill-leġiżlatur. Evalwazzjoni ta’ din ix-xorta tista’ ssir biss fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni każ każ, fil-waqt li jiġu kkunsidrati l-interessi kollha leġittimi tas-settur privat u dawk pubbliċi.

ANNESS 2

Programm Kontinwu ta’ Simplifikazzjoni

Dan il-programm kontinwu jindirizza l-leġiżlazzjoni settorjali u dik orizzontali li kienet identifikata bħala waħda b’potenzjal ta’ simplifikazzjoni li jista’ jwassal għal titjib fil-kompetittività industrijali. Dan ġie stabbilit wara konsultazzjonijiet kemm ma’ l-Istati Membri kif ukoll mal-partijiet interessati.

Din il-lista tinkludi l-prijoritajiet settorjali identifikati mill-Kummissjoni (l-iskart, is-settur awtomobilistiku u l-kostruzzjoni) fil-komunikazzjoni tagħha dwar regolamentazzjoni aħjar iżda wkoll ir-riżultati tal-konsultazzjoni wiesgħa fl-Istati Membri u mal-partijiet interessati.

Is-setturi koperti jinkludu dak ta’ l-agrikoltura u l-oġġetti ta’ l-ikel, tal-manifattura bħalma huma l-kosmetiċi, l-farmaċewtiċi jew tagħmir tal-pressa, u tas-servizzi. Barra dan, il-programm jinkludi l-oqsma regolatorji b’impatt transettorjali bħalma huma l-liġi tal-kumpaniji, il-propjetà intellettwali, it-tassazzjoni, id-dwana u l-istatistika.

(*) = azzjoni identifikata mill-Kunsill fil-lista tiegħu ta’ prijoritajiet adottati fil-25 ta’ Novembru 2004

Settur tan-negozju | Qasam tal-politika | Strument | Azzjoni |

2005 |

Is-setturi kollha | L-istatistika tan-negozju | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar statistika strutturali kummerċjali | * | Recast |

Il-moviment ħieles tal-ħaddiema | Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità | Reviżjoni: regolament ta’ implimentazzjoni ġdid biex jieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jiffaċilita l-proċeduri għaċ-ċittadini ta’ l-UE kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri. |

Is-saħħa u s-sigurtà | Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, u 19-il direttiva oħra dwar is-saħħa u s-sigurtà li għandhom jiġu riveduti skond Rapporti mitluba mill-Istati Membri | Reviżjoni ta’ l-approċċ regolatorju bl-armonizzazzjoni tal-perjodiċità tar-rapporti, u possibbilment minflok id-diversi rapporti jibda jsir wieħed biss li jkun ikopri l-aspetti kollha (Għaddejja konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali) |

L-industrija ta’ l-agrikoltura u l-oġġetti ta’ l-ikel | Il-biedja organika | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel | Recast sabiex jiġu definiti l-prinċipji bażiċi tal-biedja organika, biex id-dettalji jkunu fil-livell minimu preskritt ta’ l-UE, biex jiġi żgurat li s-suq qed jaħdem sew, u biex tiġi stabbilita sistema permanenti għall-importazzjoni |

Is-saħħa tal-pjanti | Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra | Recast bl-iskop tas-simplifikazzjoni tar-regoli għal awtorizzazzjonijiet temporanji għat-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ ġerminazzjoni minima. Reazzjoni aktar ta’ malajr għal skarsezzi temporanji fil-provvista ta’ żrieragħ: Regoli ċari li għandhom ikunu segwiti mill-Istati Membri minflok id-derogi adottati ad-hoc skond il-proċedura tal-komitoloġija . |

Il-politika tal- kwalità | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel | Reviżjoni sabiex titjieb l-effiċjenza tal-proċess ta’ reġistrazzjoni bis-simplifikazzjoni tal-proċeduri, titjib fil-konsistenza u l-kjarifika tar-rwol rispettiv ta’ kull parti involuta |

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel | Recast – għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-titjib tal-proċess ta’ reġistrazzjoni |

Il-protezzjoni mir-radjazzjoni | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta’ l-istazzjon nukleari ta’ Chernobyl | Recast, notevolment biex jitneħħa l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament (lista ta’ dawk l-uffiċċji doganali fejn il-prodotti elenkati fl-anness 1 jistgħu jkunu ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità) |

Iz-zokkor | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor | Reviżjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq taz-zokkor, biex jitħarsu l-obbligi internazzjonali u titjieb il-kompetittività, jiġi introdott fond temporanju għar-ristrutturar tas-settur, u tiġi nkorporata fis-Sistema ta’ Ħlas Wieħed l-għajnuna għal min ikabbar il-pitrava zokkrija |

L-industrija tal-manifattura | L-industrija farmaċewtika | Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini | Regolament ġdid biex jappoġġja lill-SMEs fil-proċedura ċċentralizzata li tipprovdi one-stop-shop fl-EMEA għall-SMEs, u tispeċifika ċ-ċirkustanzi għar-riduzzjoni jew differiment ta’ ħlasijiet għall-SMEs |

Is-servizzi finanzjarji | Il-kreditu transfruntiera | Id-Direttiva 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar it-trasferimenti transfruntiera ta’ kreditu | Recast (proposta ġdida għal Direttiva se tirrevoka d-direttiva kurrenti kif ukoll tliet rakkomandazzjonijiet) |

Is-servizzi tat-trasport | It-trasport bl-ajru | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 ta’ l-24 ta’ Lulju 1989 dwar kodiċi ta’ kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzati Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3089/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 dwar kodiċi ta’ kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzati Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 323/1999 tat-8 ta’ Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 dwar kodiċi ta’ kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzati (CRSs) | Revoka tat-3 Regolamenti billi r-riskju ta’ abbuż kompetittiv minn min ikun qed igawdi qagħda dominanti li fil-bidu kien jiġġustifika s-siwi tagħhom issa m’għadux japplika. Ir-revoka ta’ din il-leġiżlazzjoni fiċ-ċirkustanzi tal-kompetizzjoni akbar li hawn illum għandha taġevola l-effiċjenza tas-suq. |

It-trasport marittimu | Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 li tikkonċerna l-infurzar, fir-rigward ta’ bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità, u li jbaħħru f’ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri, l-istandards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tinġis u l-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u tax-xogħol abbord (il-kontroll fuq il-port mill-Istat) | Recast tad-Direttiva bażika u l-ħames Direttivi ta’ modifika bil-ħsieb li tkun introdotta sistema ta’ informazzjoni ġdida ta’ l-IT u jiġu modifikati r-rekwiżiti ta’ rapporti skond il-każ |

Id-Direttiva 94/57/KE dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjonar tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizja u għal attivitajiet rilevanti għall-amministrazzjonijiet marittimi | Recast tad-Direttiva bażika u t-3 Direttivi ta’ modifika biex tissaħħaħ iċ-ċarezza u l-implimentazzjoni ssir aktar effiċjenti. |

2006 |

Is-setturi kollha | Il-Liġi tal-Kumpaniji | L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sensu tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmeldawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata. Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata Id-Direttiva 2005/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-amalgamazzjonijiet transfruntiera ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata [l-Għaxar CLD – li qed tistenna l-adozzjoni uffiċjali] Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar fir-rigward ta’ fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor It-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill rigwrad il-liġijiet tal-Kumpaniji 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata Id-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji | * | Kodifikazzjoni jew l-recast (jiddependi mill-eżitu tar-reviżjoni li qed issir b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati) |

Id-dritt ta’ l-awtur | Id-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter Id-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-propjetà intellettwali Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 fuq il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable Id-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 li tarmonizza t-terminu tal-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali tad-databases Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni | Recast bl-intenzjoni li titjieb il-koerenza u l-operat tal-qafas legali u tkun adattata għall-isfidi diġitali ġodda. |

Il-Kodiċi Doganali | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 82/2001 tal-5 ta’ Diċembru 2000 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-“prodotti ta’ oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-kummerċ bejn it-territorju doganali tal-Komunità u dak ta’ Ceuta u Melilla Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ l-istiva u tal-kabina ta’ persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru ġewwa l-Komunità u l-bagalji ta’ persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1207/2001 tal-11 ta’ Ġunju 2001 dwar proċeduri biex jiffaċilitaw il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ moviment EUR.1, il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet u formoli tal-fattura EUR.2 u l-ħruġ ta’ ċerti awtorizzazzjonijiet ta’ l-esportatur approvat taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi u r-revoka tar-Regolament (KEE) Nru 3351/83 | Recast u l-immodernizzar tal-kodiċi doganali permezz ta’ Regolament ġdid. Fil-kuntest ta’ l-Inizjattiva Dwana Elettronika, il-Kodiċi Doganali mmodernizzat se joħloq il-bażi legali għal skambju ta’ data elettronika bejn il-partijiet interessati kollha involuti fl-operat doganali (negozjanti, amministraturi doganali ta’ l-Istati Membri, aġenziji tal-konfini bħalma huma l-pulizija jew l-awtoritajiet veterinarji) Il-kummerċ internazzjonali għandu jiġi ffaċilitat bi proċeduri u regoli doganali li jkunu razzjonalizzati u ssemplifikati, b’sistemi doganali awtomatizzati u marbuta ma’ xulxin, u b’kooperazzjoni mill-qrib ta’ l-awtoritajiet u l-aġenziji kollha involuti fil-moviment ta’ oġġetti min-naħa għal oħra tal-fruntieri tal-Komunità. |

Ir-regoli doganali | Ir-Regoli ta’ l-Oriġini (ibbażati fuq il-Kodiċi Doganali fil-Komunità) | Recast għas-simplifikazzjoni tas-sistema tar-Regoli ta’ l-Oriġini |

L-ambjent (l-iskart) | Id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart Id-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE tat-18 ta’ Marzu 1991 li temenda d-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart Id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż | * | Reviżjoni bħala parti mill-istrateġija tematika fuq il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart |

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta’ żjut użati | * | Revoka bħala parti mill-istrateġija tematika fuq il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart |

Is-saħħa u s-sigurtà | Id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/63/KE tal-5 ta’ Diċembru 1995 li temenda d-Direttiva 89/655/KEE dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE) Id-Direttiva 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE) | Kodifikazzjoni |

Id-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE tad-19 ta’ Settembru 1983 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma’ l-espożizzjoni għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/382/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 83/477/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma’ l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KEE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol Id-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma’ l-espożizzjoni għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol | Kodifikazzjoni |

Il-propjetà industrijali | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja u l-emendi sussegwenti: ir-Regolament 3288/94, ir-Regolament 1653/2003, ir-Regolament 807/2003, ir-Regolament 1992/2003 u r-Regolament 422/2004 | Kodifikazzjoni. |

Il-falliment | Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE ta’ l-20 ta’ Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar i-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom Id-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom | Kodifikazzjoni |

L-akkwisti pubbliċi | Id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvediment ta’ servizzi dwar kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi u l-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi lil kuntratturi li joperaw permezz ta’ aġenziji jew fergħat | Revoka (pendenti sakemm ikun magħruf l-eżitu tar-reviżjoni li għaddejja) |

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE tat-13 ta’ Settembru 2001 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, l-Annessi III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, kif emendati bid-Direttiva 97/52/KEE, u l-Annessi XII sa XV, XVII u XVIII tad-Direttiva 93/38/KEE, kif emendati bid-Direttiva 98/4/KEE (Direttiva dwar l-applikazzjoni ta’ formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ l-avviżi ta’ kuntratti pubbliċi) | Recast u sostituzzjoni b’Regolament |

Ir-Regolament (KE) Numru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabularju ta’ l-Akkwisti Komuni (CPV) | Aġġornament u mmodernizzar tas-CPV, biex tinbidel f’għodda għall-proċeduri ta’ akkwisti kollha kemm hi elettronika |

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti pubbliċi u xogħlijiet pubbliċi Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma’ l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ l-akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni | Reviżjoni għaddejja bħalissa x’aktarx b’implikazzjonijiet ta’ simplifikazzjoni |

Il-professjonijiet regolati | Id-Direttiva tal-Kunsill 74/556/KEE ta’ l-4 ta’ Ġunju 1974 li tipprovdi d-dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw miżuri transizzjonali relatati ma’ l-attivitajiet, il-kummerċ fi u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi li jitolbu użu professjonali ta’ dawn il-prodotti inklużi l-attivitajiet ta’ intermedjarji Id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE ta’ l-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-akkwist tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ intermedjarji involuti fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi | Revoka (pendenti sakemm ikun magħruf l-eżitu tar-reviżjoni li għaddejja bħalissa) |

L-Għajnuna ta’ l-Istat | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna għat-taħriġ Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 363/2004 tal-25 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna għat-taħriġ Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna ta’ l-Istat lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-ambitu tiegħu sabiex jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna ta’ l-Istat għall-impjiegi Corrigendum tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna ta’ l-Istat lill-impjiegi (ĠU L 337 tat- 13.12.2002) | Regolament tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna reġjonali, SMEs, R&D, għajnuna ambjentali, impjiegi u taħriġ. Recast u l-konsolidazzjoni ta’ erba’ strumenti eżistenti (kif emendati) fi strument wieħed ġenerali ta’ eżenzjoni u l-inkorporazzjoni ta’ żewġ aspetti ġodda (l-għajnuna reġjonali u l-għajnuna ambjentali) biex jiġi evitat il-bżonn ta’ żewġ strumenti ġodda ulterjuri. L-eżenzjoni waħda ġenerali se tieħu l-forma ta’ Regolament tal-Kummissjoni u hija miżura proċedurali li teżenta min-notifika minn qabel taħt l-Artikolu 87.1 lil ċerti tipi ta’ għajnuna li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 87.3. |

It-tassazzjoni | Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir ta’ kapital | Recast biex tissemplifika u timmodernizza l-qafas eżistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam tat-taxxi indiretti fuq ġbir ta’ kapital u sabiex tipprovdi għat-tneħħija gradwali tat-taxxa fuq il-kapital. |

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-taxxa fuq il-bejgħ – sistema Komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ evalwazzjoni | Reviżjoni: 1) fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-VAT relatati ma’ servizzi finanzjarji, inklużi l-assigurazzjonijiet: l-immodernizzar tar-regoli skaduti eżistenti li jfixklu l-effiċjenza fl-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ l-UE (il-banek, il-gruppi finanzjarji). 2) fir-rigward tat-trattament tal-VAT ta’ l-awtoritajiet pubbliċi u l-eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku: ir-reviżjoni hija mmirata biex tiżgura sistema ta’ VAT aktar armonizzata u newtrali u li tistabbilixxi ambitu ugwali bejn organi pubbliċi u dawk privati fl-UE. |

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għal prodotti suġġetti għat-taxxa tas-sisa u fuq id-detenzjoni, il-moviment u l-monitoraġġ ta’ dawn il-prodotti | Recast bil-ħsieb li jiġu ssemplifikati u mmodernizzati r-rekwiżiti u l-proċeduri jiġu kompjuterizzati |

L-istatistika kummerċjali | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (“Nomenklatura Kkombinata”) | Simplifikazzjoni biex jonqos in-numru ta’ sottotitoli billi jerġgħu jitqiesu l-bżonnijiet għal informazzjoni statistika ddettaljata bil-ħsieb li r-rapporti statistiċi ta’ l-operaturi ekonomiċi jitħaffu |

L-agrikoltura u l-industrija ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel | L-Organizzazzjonijiet Komuni tas-Suq (CMOs) | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-għalf niexef Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-fibra Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħaxix Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas- suq tal-bajd Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas- suq tal-laħam tal-majjal Ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż- żrieragħ Ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops Ir-Regolament (KEE) Nru 827/68 tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat (“Regolament Solde”) Ir-Regolament (KEE) Nru 234/68 tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 1968 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u xitel simili, fjuri maqtugħa u weraq għat-tiżjin Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 | Tnedija ta’ proċess ta’ recast pass pass tal-21 CMO settorjali eżistenti, u l-kodifikazzjoni fi strument orizzontali wieħed ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. |

L-istandards tas-suq tal-bajd | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd | Recast bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-produtturi, tan-negozjanti u ta’ l-amministraturi pubbliċi |

Prodotti għall-enerġija | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ għajnuna taħt il-politika komuni ta’ l-agrikoltura u jistabbilixxi ċerti skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 | Reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-iskema ta’ għajnuna (l-Artikolu 90) |

L-oġġetti ta’ l-ikel | Id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum uman, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi tal-ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi tal-ħlewwa | Recast f’att wieħed biss tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ l-addittivi ta’ l-ikel u l-aġġornament tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni (EFSA, komitoloġija). sostituzzjoni tad-Direttiva b’Regolament wieħed biss. Il-proċeduri ta’ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni aktar effettivi se jħaffu l-proċess tad-deċiżjonijiet li jittieħdu u l-produtturi u l-konsumaturi jitħallew jibbenifikaw minn addittivi ġodda fi żmien iqsar. Bħalissa l-approvazzjoni ta’ l-addittivi għal ma’ l-ikel hija rregolata minn 3 Direttivi separati (kuluri, ħlewwiet u additivi oħrajn) li xi wħud kienu emendati bosta drabi. Bl-assimilazzjoni f’Regolament wieħed ta’ dawn l-approvazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas kurrenti, il-leġiżlazzjoni ta’ l-addittivi tibqa’ waħda konċiża u anke eħfef għall-partijiet interessati kollha biex tiġi kkonsultata. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni u approvazzjoni ġiet żviluppata bi skop komuni flimkien ma’ dik tal-flavourings ta’ l-ikel. |

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq oġġetti ta’ l-ikel | Recast bil-ħsieb li tiġi mmodernizzata u adattata l-leġiżlazzjoni eżistenti fuq il-flavourings għal żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi u biex jiġu stabbiliti proċeduri ċari ta’ l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni (EFSA, komitoloġija ). Qafas ġdid jippermetti lill-industrija Ewropea tiżviluppa b’mod aktar effiċjenti flavourings ġodda u applikazzjonijiet ġodda. Dan għandu jikkjarifika meta l-flavourings għandhom jew m’għandhomx jiġu evalwati u taħt liema ċirkostanzi l-flavourings jistgħu jissejħu naturali. Il-kjarifika tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Sostituzzjoni b’regolament |

Il-frott u l-ħaxix (frisk u pproċessat) | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessat Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru | Reviżjoni għal titjib fil-kompetittività ta’ l-industrija tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, għal titjib fl-istrumenti tal-ġestjoni tas-suq, għal anqas tagħwiġ fil-kummerċ, għat-tħassir ta’ atti legali li m’għadhomx japplikaw |

Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti | Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti | * | Recast u s-sostituzzjoni tad-direttiva b’regolament. L-għanijiet tar-reviżjoni huma li jkomplu jarmonizzaw il-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jiddefinixxu l-missjonijiet ta’ l-EFSA għall-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi u li jiġu riveduti r-regoli tal-protezzjoni tad-data sabiex jinżamm bilanċ ekwu bejn l-interessi ta’ kumpaniji ta’ riċerka u dawk ġeneriċi. Proċeduri ta’ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni aktar effettivi jevitaw xogħol idduplikat, iħaffu l-proċess tad-deċiżjonijiet li jittieħdu u jiżguraw id-disponibbiltà aktar armonizzata ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ġewwa l-Komunità. Ir-Regolament il-ġdid jipprovdi wkoll li l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet u l-iskadenza ta’ perjodi ta’ maħfra mhux se jfixklu l-perjodu normali ta’ l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Riċentement id-Direttiva ġiet emendata aktar minn 50 darba. L-intenzjoni hi li jinġiebu l-emendi kollha flimkien f’numru limitat ta’ regolamenti jew annessi ta’ implimentazzjoni. |

Il-lamtu tal-patata | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata | Regolament ġdid li jibdel ir-reġim eżistenti tal-lamtu tal-patata; dan jibda japplika mis-sena kummerċjali 2007-8. |

Ir-regoli ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat | Ir-Regola tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jkunu attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fit-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli Linji ta’ gwida tal-Komunità għall-għajnuna ta’ l-Istat fis-settur ta’ l-agrikoltura (ĠU C 28 ta’ l-01.2.2000) Linji ta’ gwida tal-Komunità għall-għajnuna ta’ l-Istat għar-reklamar tal-prodotti elenkati fl-Anness 1 tat-Trattat tal-KE u ta’ ċerti prodotti li m’humiex fl-Anness 1 (ĠU C 252 tat-12.9.2001) Linji ta’ gwida tal-Komunità għall-għajnuna ta’ l-Istat li jikkonċernaw it-testijiet tat-TSE, bhejjem mejta u l-iskart tal-biċċerija (ĠU C 324 ta’ l-24.12.2002). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi ta’ l-agrikoltura u s-sajd Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna ta’ l-Istat: self sussidjat għal żmien qasir fl-agrikoltura (crédits de gestion) (ĠU C 44 tas- 16.2.1996) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-qafas Komunitarju għall-għajnuna ta’ l-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (il-parti agrikola biss) (ĠU C 48 tat-13.2.1998) | Recast – is-seba’ testi fis-seħħ relatati ma’ l-għajnuna ta’ l-Istat se jiġu mnaqqsa għal tlieta: ir-regolament ta’ l-eżenzjoni, sensiela waħda ta’ linji ta’ gwida, u r-regolament de minimis |

L-inbid | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid | Recast sabiex jitjiebu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur, sorveljanza u ġestjoni aħjar tas-suq ta’ l-inbid, u titjib fil-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda kemm f’termini ta’ kwalità kif ukoll ta’ kwantità. |

Il-protezzjoni mir-radjazzjoni | Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-livell massimu permess ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fl-oġġetti ta’ l-ikel u fl-għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, kif modifikat - bir-Regolament tal-Kunsill 2218/89 tat-18 ta’ Lulju 1989 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill 3954/87/EURATOM - bir-Regolament tal-Kummissjoni 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fl-għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika - bir-Regolament tal-Kummissjoni 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva f’oġġetti ta’ l-ikel u ta’ l-għalf ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika | Kodifikazzjoni |

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta’ Marzu 1990 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta’ l-istazzjon nukleari ta’ Chernobyl Regolament tal-Kunsill 616/2000 ta’ l-20 Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) 737/90 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta’ l-istazzjon nukleari ta’ Chernobyl. | Kodifikazzjoni |

L-industrija tal-manifattura | L-industrija farmaċewtika | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali | Recast biex: - jitnaqqas in-numru ta’ listi ta’ sustanzi, – tiżdied it-trasparenza fil-proċedura ta’ l-evalwazzjoni – biex tiġi żgurata l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċ internazzjonali Dan għandu jipprovdi inċentivi li jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali mrobbija għall-produzzjoni ta’ l-ikel, u jiżgura l-konsistenza ma’ reviżjoni parallela dwar leġiżlazzjoni li tikkontrolla r-residwi fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali. |

L-injam | Id-Direttiva tal-Kunsill 68/89/KEE tat-23 ta’ Jannar 1968 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ l-injam mhux raffinat | Revoka |

Is-servizzi finanzjarji | L-Assigurazzjoni | Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 fuq is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 87/343/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 li temenda, fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu u assigurazzjoni ta’ sigurtajiet, l-Ewwel Direttiva 73/239/KEE fuq il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja u tistipula d-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduta servizzi u temenda d-Direttiva 73/239/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ vetturi bil-mutur, id-Direttiva 73/239/KEE u d-Direttiva 88/357/KEE li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, ir-regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja) Id-Direttiva 2002/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE fir-rigward tal-marġini ta’ solvibilità għall-intrapriżi ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ twaqqif fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja Id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta’ Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ ko-assigurazzjoni Komunitarja | Fil-kuntest tal-proġett Solvency II, recast tad-Direttivi ta’ l-Assigurazzjoni rilevanti fi strument wieħed biss. |

L-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur | Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 t’April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 72/430/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1972 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 t’April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà bit-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur bit-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur bid-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-Raba’ Direttiva ta’ l-assigurazzjoni tal-vetturi) bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur. | Recast f’Direttiva waħda biss (li tieħu post sitt direttivi) |

Is-sigurtajiet | Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità ta’ settlement f’sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli | Id-Direttiva hija suġġetta għal evalwazzjoni ex-post. Ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni sa jiġi adottat mill-Kummissjoni fi tmiem 2005/bidu 2006 |

A. Elementi fil-qalba tal-liġi Komunitarja speċifikament iddedikati lill-UCITS/fondi ta’ investiment li huma l-għan tal-kodifikazzjoni: Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma relatati ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/220/KEE tat-22 ta’ Marzu 1988 li temenda, fir-rigward tal-politika ta’ l-investiment ta’ ċerti UCITS, id-Direttiva 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma relatati ma’ impriżi ta’ investimenti kollettivi f’titoli trasferibbli (UCITS) Id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma relatati ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferribbli (UCITS) bl-iskop li jiġu rregolati kumpaniji ta’ amministrazzjoni u prospetti ssemplifikati Id-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferribbli (UCITS), b’rigward għal investimenti ta’ UCITS B. Bidliet li ġabet magħha leġiżlazzjoni oħra ta’ prodotti ibridi/servizzi, li se tkun integrata wkoll fil-verżjoni kkodifikata . Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 li temenda d-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE fil-qasam ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, id-Direttivi 79/267/KEE u 92/96/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, id-Direttiva 93/22/KEE fil-qasam ta’ ditti ta’ investiment u d-Direttiva 85/611/KEE fil-qasam ta’ l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Ucits), bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni prudenti Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbiliti struttura ġdida għall-organizzazzjoni tal-kumitati tas-servizzi finanzjarji | Kodifikazzjoni f’Direttiva waħda ta’ l-acquis ta’ l-UCITS li timplika: 4 elementi fil-qalba tal-liġi Komunitarja speċifikament iddedikati lill-UCITS/fondi ta’ investiment, u 3 liġijiet oħra ta’ prodott ibridu/servizzi, li se jkunu integrati ukoll fil-verżjoni kkodifikata. |

Is-servizzi tat-trasport | It-trasport bl-ajru | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenżjar ta’ trasportaturi ta’ l-ajru Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità għal rotot ta’ l-ajru intra-Komunitarji Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi ta’ l-ajru | Recast biex tkun tista’ tinqara aħjar u jiġu mwarrbin l-ambigwitajiet u d-dispożizzjonijiet li m’għadhomx japplikaw |

It-trasport marittimu | Id-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-livell mimimu ta’ taħriġ lill-baħħara | Kodifikazzjoni |

It-trasport ferrovjarju | Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea Ferrovjarja (ir-Regolament ta’ l-Aġenzija) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 dwar is-sigurtà tal-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva tas-Sigurtà Ferrovjarja) | Modifika ta’ dawk l-atti legali bil-ħsieb li jkun issemplifikat il-proċess taċ-ċertifikazzjoni għall-impriżi ferrovjarji u għall-industrija ferrovjarja. Dan jista’ jintlaħaq bl-estensjoni tal-poteri ta’ l-Aġenzija Ewropea Ferrovjarja – ERA. |

It-trasport bit-triq | Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq | Kodifikazzjoni ta’ l-att bażiku u l-erba’ Direttivi tal-Kummissjoni tiegħu filwaqt li jiġi adattat il-progress tekniku u possibbilment tiġi ssemplifikata (jiddependi mir-riżultati ta’ studju li hemm għaddej li għandu jitlesta sa l-aħħar ta’ l-2006) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar ammissjoni għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali bil-ħsieb li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali | Recast li tinvolvi simplifikazzjoni tal-proċeduri. |

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 t’April 2004 dwar l-infurzar fil-qasam tas-sigurtà fit-triq (2004/345/KE) | Simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapporti (strument: grupp ta’ ħidma li huwa kompost minn rappreżentanti nazzjonali); jkunu evitati atti supplementari; xogħol għaddej bħalissa. |

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi | Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija | Recast: direttiva jew regolament ġdid u, fl-istess waqt, tieqaf it-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ l-annessi fil-lingwi kollha tal-Komunità (± 900 paġna kull mod). |

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi | Id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 fuq il-ħatra u l-kwalifika vokazzjonali ta’ konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni Id-Direttiva 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2000 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta’ oġġetti perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni | Revoka: Id-dispożizzjonijiet inklużi f’dawn id-direttivi diġà ġew inkorporati fi ftehimiet internazzjonali eżistenti |

L-enerġija | L-enerġiji ġodda u rinnovabbli | Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tqegħid ta’ tikketti u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-attrezzaturi tad-dar | Recast, l-aktar biex jiġi estiż il-qasam tad-Direttiva |

Ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar programm tal-Komunità rigward l-ittikkettjar ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju | Recast (fil-kuntest tat-tiġdid tal-Ftehim ta’ l-Energy Star International – il-pakket jinkludi proposta għal Deċiżjoni ġdida tal-Kunsill) għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis ta’ kundizzjonijiet għall-Istati Membri |

L-enerġija nukleari | Il-Kunsill EAEC: L-Istatuti ta’ l-Aġenzija tal-Provvista Euratom (Ġurnal Uffiċjali 027, 6.12.1958) EAEC Aġenzija tal-Provvisti: ir-Regoli ta’ l-Aġenzija tal-Provvisti tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika li jiddeterminaw il-mod kif id-domanda għandha tkun ibbilanċjata skond il-provvisti naturali tal-metall, materja prima u materjali fissili speċjali (Ġurnal Uffiċjali 032, 11.5.1960) | Recast: Procedures for approving supply contracts will be simplified. |

Stokks taż-żejt | Id-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 li timponi l-obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażna minima ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi 68/416/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 dwar il-konklużjoni u t-twettiq ta’ ftehimiet individwali bejn Gvernijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jżommu ħażna minima ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi Id-Direttiva tal-Kunsill 72/425/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1972 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi Id-Direttiva tal-Kunsill 73/238/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar miżuri biex jittaffew l-effetti tad-diffikultajiet fil-provvisti ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi 77/706/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 1977 dwar l-iffissar ta’ mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta’ sorsi primarji ta’ enerġija fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi 79/639/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 1979 li tistabbilixxi regoli ddettaljati għat-twettiq tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998 li temenda d-Direttiva 68/414/KEE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi | Recast/revoka |

Is-settur tas-sajd | Il-politika ta’ konservazzjoni | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-ħarsien ta’ organiżmi tal-baħar fil-bidu tal-ħajja tagħhom u l-modifiki tiegħu | Recast bil-ħsieb li l-leġibilità tal-miżuri tekniċi tiġi ċċarata u mtejba, għat-tisħiħ tal-konsistenza tagħhom u għall-immodernizzar tal-qafas regolatorju |

Kontroll u sorveljanza fuq is-sajd | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd | Recast f’dokument wieħed bl-aspetti kollha marbuta mal-kontroll u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd (dikjarazzjonijiet tal-qbid, marġni tat-toleranza, dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art, trasport, localizzazzjoni tal-flotta, eċċ.) u użu ikbar ta’ għodod ta’ l-IT sabiex jitnaqqsu l-obbligi ta’ rappurtar |

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3317/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward l-awtorizzazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz taħt ftehim tas-sajd | Recast bil-ħsieb li l-ġestjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tittejjeb u tiġi ċċarata u bil-ħsieb li jiġu introdotti għodod ta# l-IT ("permessi għall-awtorizzazzjoni tas-sajd") |

L-istrument finanzjarju tas-sajd | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2001 tat-22 ta’ Frar 2001 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ miżuri pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2000 tat-2 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-kalkolu ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2722/2000 tat-13 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istrument Finanzjarju għat-Tmexxija tas-Sajd (FIFG) jista’ jagħti kontribut lejn l-eliminazzjoni ta’ riskji patoloġiċi fl-akwakultura | Recast għal dokument wieħed |

2007 |

Is-setturi kollha | Kontabilità | Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 bbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar il-kontijiet ta’ kull sena ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar kontijiet konsolidati It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta’ l-10 ta’ April 1984 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli sabiex jagħmlu verifiki statutorji ta’ dokumenti dwar kontijiet Id-Direttiva tal-Kunsill 90/604/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 li temenda d-Direttiva 78/660/KEE tal-kontijiet ta’ kull sena u d-Direttiva 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati fir-rigward ta’ eżenzjonijiet lill-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet fl-ecu Id-Direttiva tal-Kunsill 90/605/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 li temenda d-Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontijiet ta’ kull sena u d-Direttiva 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati sa fejn għandu x’jaqsam l-ambitu ta’ dawk id-Direttivi Id-Direttiva tal-Kunsill 94/8/KE tal-21 ta’ Marzu 1994 li jemenda d-Direttiva 78/660/KEE fir-rigward ta’ reviżjoni ta’ ammonti espressi fl-ecu Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li jemenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward to regoli ta’ valutazzjoni għall-kontijiet ta’ kull sena u dawk konsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE tat-13 ta’ Mejju 2003 li jemenda d-Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontijiet ta’ kull sena ta’ ċerti kumpaniji fir-rigward ta’ ammonti espressi fl-euro Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE dwar il-kontijiet ta’ kull sena u dawk konsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (Test b’relevanza għall-EEA) | * | Recast u kodifikazzjoni ta’ l-acquis tal-kontabilità sabiex: il-limiti li jiddefinixxu l-SMEs jittellgħu ’l fuq (b’hekk ikunu eżentati aktar kumpaniji mill-obbligi tat-tagħrif li jrid jiġi rrappurtat) (*) ir-regoli tal-kontabilità jkunu ssemplifikati u aġġornati skond ir-raba’ u s-seba’ CLDs għall-SMEs. ir-Regolamenti tal-Kummissjoni kollha jkunu kkonsolidati dwar l-IAS/IFRS/SIC/IFRIC fis-seħħ fl-UE (dan jista’ jwassal għall-abrogazzjoni ta’ sitt Regolamenti) l-istandards internazzjonali tal-verifika (ISAs) jkunu inkorporati fit-tmien CLD kif riveduta |

Il-Liġi tal-Kumpaniji | L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-ħarsien ta’ l-interessi tal-membri u oħrajn, huma mitluba mill-Istati Membri tal-kumpaniji fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-ħsieb li dawn is-salvagwardji jkunu ekwivalenti madwar il-Komunità kollha It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat li tikkonċerna l-amalgamazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata. Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat li tikkonċerna d-diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata. Id-Direttiva 2005/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-amalgamazzjonijiet transnazzjonali ta’ kumpaniji ta’ b’responsabbiltà limitata [l-Għaxar CLD – li qed tistenna l-adozzjoni uffiċjali] Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tat-tagħrif li jrid ikun irrappurtat b’relazzjoni ma’ fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpaniji li jkunu rregolati bil-liġi ta’ Stat ieħor It-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill tal-Liġi tal-Kumpaniji 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar kumpaniji b’responsabbiltà limitata privati b’membru wieħed Id-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-tagħrif li jrid ikun irrappurtat b’relazzjoni ma’ ċerti tipi ta’ kumpaniji | Recast komprensiv ta’ l-acquis tal-Liġi tal-Kumpaniji fl-intier tiegħu. |

L-acquis tal-protezzjoni tal-konsumatur | Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur fir-rigward ta’ kuntratti nnegozjati ’l bogħod mill-istabbiliment tan-negozju Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar pakkett ta’ l-ivvjaġġar, pakkett ta’ vaganzi u pakkett ta’ tours Id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod - Stqarrija tal-Kunsill u l-Parlament rigward l-Artikolu 6 (1) - Stqarrija tal-Kummissjoni rigward l-Artikolu 3 (1), l-ewwel inċiż Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/47/KE tat-28 ta’ Lulju 1997 li jemenda l-Annessi mad-Direttivi tal-Kunsill 77/101/KEE, 79/373/KEE u 91/357/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar termini inġusti f’kuntratti mal-konsumatur Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruta lill-konsumaturi Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti għall-konsumatur u garanziji relatati magħhom Id-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar inġunzjonijiet għall-ħarsien ta’ l-interessi tal-konsumaturi | Razzjonalizzazzjoni u s-semplifikazzjoni ta’ l-acquis sabiex possibbilment jitneħħew inkonsistenzi, duplikazzjonijiet, barrieri tas-suq intern u tagħwiġ fil-kompetizzjoni Jekk, matul il-fażi dijanjostika, il-Kummissjoni ssib evidenza li l-acquis jkun irid jiġi rivedut jew kompletat il-Kummissjoni tista’ teorikament tagħżel bejn 2 alternattivi: a) approċċ vertikali li jikkonsisti f’reviżjoni individwali tad-direttivi eżistenti (per eżempju r-reviżjoni tad-Direttiva tat-Timeshare) jew ir-regolazzjoni ta’ setturi speċifiċi (per eżempju, direttiva dwar it-turiżmu inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Pakkett ta’ l-Ivvjaġġar u d-Direttivi tat-Timeshare); b) approċċ aktar orizzontali, fejn jiġi adottat wieħed mill-istrumenti tal-qafas jew aktar għar-regolazzjoni ta’ karatteristiċi komuni ta’ l-acquis. Dan/(dawn) l-istrument(i) tal-qafas jipprovdu definizzjonijiet komuni u jirregolaw il-jeddijiet kontrattwali ewlenin tal-konsumatur u r-rimedji. Skond il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar, dan l-istrument jirrazzjonalizza l-qafas regolatorju konsiderevolment billi d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tad-direttivi pertinenti li jeżistu jiġu sistematizzati fid-direttiva l-ġdida. L-eżerċizzju jikkonċerna 8 direttivi u 6 direttivi ta’ emenda.. |

Il-verifika ekoloġika | Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti s-sehem volontarju ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ eko-ġestjoni u verifika (EMAS) | Recast / modifika ta’ l-approċċ, inklużi miżuri li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs |

Ambjent Emissjonijiet minn impjanti industrijali | Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li tittratta prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis Id-Direttiva tal-Kunsill 88/609/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1988 dwar ir-restrizzjoni fuq emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja minn impjanti kbar ta’ kombustjoni Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar ir-restrizzjoni fuq emissjonijiet ta’ taħlitiet organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet | Reviżjoni tad-Direttiva ta’ l-IPPC u leġiżlazzjoni oħra li għandha x’taqsam ma’ emissjonijiet industrijali possibbilment b’recast fil-mira għal titjib fiċ-ċarezza, konsistenza u organizzazzjoni, b’enfasi fir-rigward tat-tagħrif irrappurtat |

Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċenerazzjoni ta’ l-iskart | * |

Ambjent Is-saff ta’ l-ożonu | Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jifnu s-saff ta’ l-ozone | Recast bil-ħsieb li jittejjeb u jiġi ċċarat fejn hemm bżonn il-qafas eżistenti |

Il-Liġi tax-Xogħol | Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE ta’ l-14 ta’ Ottubru 1991 dwar l-obbligu ta’ min iħaddem li jinforma lill-impjegati bil-kundizzjonijiet li japplikaw fil-kuntratt jew fir-rabta ta’ l-impjieg Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ sensji kollettivi minħabba nuqqas ta’ xogħol Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li jistabbilixxu qafas ġenerali għat-tagħrif u konsultazzjoni lill-impjegati fil-Komunità Ewropea | Kodifikazzjoni f’Direttiva waħda waħedha |

Statistika – Intrastat | Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istatistika tal-Komunità li għandha x’taqsam mal-kummerċ ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 | * | Simplifikazzjoni bil-ħsieb li jiħfief il-proċess ta’ tagħrif statistiku li jirrapportaw l-operaturi ekonomiċi, possibbilment b’eżenzjoni lill-SMEs, fil-waqt li jiġi kkunsidrat l-eżitu tal-proġett bi prova li jinsab għaddej ta’ l-ispejjeż amministrattivi u studju ta’ vijabilità fil-ġejjieni biex tiġi analizzata kif tista’ taħdem sistema ta’ ġbir ta’ tagħrif ristretta għal influss wieħed |

L-agrikoltura u l-industrija ta’ l-ikel | Kundizzjonalità (cross-compliance) | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ għajnuna taħt il-politika komuni ta’ l-agrikoltura u jistabbilixxi ċerti skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 | Reviżjoni tar-rekwiżiti maniġerjali statutarji (l-Artikolu 8) akkumpanjata bi proposti xierqa |

L-għalf/In-nutriment ta’ l-annimali | Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE ta’ 2 April 1979 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ sustanzi għall-għalf Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 t’April 1996 dwar iċ-ċirkulazzjoni ta’ materjal għall-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u tirrevoka d-Direttiva 77/101/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tittratta ċerti prodotti li jintużaw fin-nutriment ta’ l-annimali Id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar sustanzi ta’ l-għalf maħsuba għal skopijiet ta’ nutriment partikolari | Recast, modernizzazzjoni u sostituzzjoni ta’ l-erba’ direttivi b’regolament biex jimmodifika l-kundizzjonijiet eżistenti fir-rigward ta’ tikketti fuq l-għalf, jestendi l-lista mhux esklussiva ta’ materjali ta’ l-għalf u biex jaġġorna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel. L-għanijiet prinċipali tal-proposta futura huma li jiżguraw il-ħarsien ta’ l-ikel u l-għalf, biex jiffaċilita operat bla xkiel tas-suq intern.u jipproteġi l-interessi ekonomiċi ta’ min juża l-għalf. Ir--recast għandu: jelimina d-differenzi eżistenti bejn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-MS li jfixklu l-funzjonament ta’ l-operat tas-suq intern milli jibqa’ għaddej; iżid iċ-ċarezza u r-razzjonalità: l-operaturi jsostnu illi l-ħtiġijiet legali huma mifruxa fuq diversi strumenti legali b’kundizzjonijiet differenti għall-istess prodotti; itejjeb il-ħarsien ta’ l-ikel u l-għalf: approċċ armonizzat għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti materjali ta’ l-għalf u reviżjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tikketti li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħarsien ta’ l-ikel. Barra mill-erba’ direttivi, l-eżerċizzju se jolqot ukoll madwar 20 direttiva ta’ emenda. |

L-oġġetti ta’ l-ikel | Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-tqegħid ta’ tikketti, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel u 4 direttivi relatati | * | Recast wiesa’ tal-leġiżlazzjoni tat-tqegħid ta’ tikketti biex taġġorna, timmodernizza u tgħaqqad it-testi differenti f’regolament wieħed waħdu. Dan għandu jissemplifika u jiċċara l-istruttura u l-ambitu tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-tqegħid ta’ tikketti eżistenti, kemm orizzontalment u kemm vertikalment, b’hekk jinġabru flimkien l-aspetti komuni kollha fi strument wieħed. Dan irid jistabbilixxi aħjar ir-regoli li taħthom irid jopera t-tqegħid ta’ tikketti sabiex: Jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati, siguri, tajbin għas-saħħa u sostenibbli. Jikkontribwixxi għall-ambjent tas-suq favur il-kompetittività fejn l-operaturi jistgħu jagħmlu użu effiċjenti mit-tqegħid ta’ tikketti biex ibiegħu l-prodotti tagħhom Din ir-reviżjoni għandha mnejn tindirizza wkoll il-konsistenza ma’ rekwiżiti oħra ta’ tqegħid ta’ tikketti relatati ma’ saħħa (tqegħid ta’ tikketti nutrizzjonali, tikketti ta’ xorb alkoħoliku), etika (ħarsien ta’ l-annimali, ‘kummerċ ġust’), tikketti li juru l-oriġini, eċċ… |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 298/97 tad-19 ta’ Frar 1997 li jiffissa prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-laħam tat-tjur u s-setturi tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 | Recast u modernizzazzjoni tar-regolament, implimentazzjoni ta’ proċedura ċentralizzat ta’ awtorizzazzjoni |

Il-frott u l-ħaxix – implimentazzjoni reġjonali | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ għajnuna diretta taħt il-politika komuni ta’ l-agrikoltura u jistabbilixxi ċerti skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa u jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 | Reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 60 akkumpanjati minn proposti xierqa |

L-industrija tal-manifattura | Il-kostruzzjoni | Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ prodotti tal-kostruzzjoni | * | Semplifikazzjoni, kjarifika u tnaqqis ta’ spejjeż u piż amministrattivi, b’mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, permezz ta’ aktar flessibbiltà fil-formulazzjoni u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, regoli ta’ ċertifikazzjoni eħfef, u eliminazzjoni ta’ ostakli għall-implimentazzjoni li s’issa xekklu l-ħolqien ta’ suq intern sħiħ għall-prodotti tal-kostruzzjoni. |

Il-kosmetiċi | Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ prodotti kosmetiċi U t-testi li jemendawha (7 Direttivi sussegwenti ta’ emendi, 2 Direttivi li jipposponu d-data li warajha testijiet fuq annimali jiġu pprojbiti kif ukoll 37 Direttiva li jadattaw għall-progress tekniku) | Semplifikazzjoni / kodifikazzjoni |

Tagħmir mediku | Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ apparati mediċi impjantabbli attivi | Recast f’Regolament. Adattament tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni tas-suq |

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar apparati mediċi | * |

Id-Direttiva 2000/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE fir-rigward ta’ apparati mediċi li jinkorporaw derivati stabbli ta’ demm uman jew plażma umana Id-Direttiva 2001/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar apparati mediċi | Recast f’regolament biex titjieb il-konsistenza u tgħin l-użu ta’ l-IT għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni. |

Il-vetturi bil-mutur | Madwar 28 direttivi speċifiċi dwar vetturi bil-mutur ibbażati fuq id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEEC tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-muturi u t-trejlers tagħhom | Ladarba r-recast tad-Direttiva 70/156/KEE jiġi finalment adottat, il-Kummissjoni tkun tista’ tirrevoka, probabbilment fl-2007, bejn wieħed u ieħor 28 mis-56 direttiva (billi tagħmel ir-regolamenti UNECE obbligatorji). Din is-semplifikazzjoni se tippermetti lill-industrija biex tadatta ruħha aktar malajr għall-iżviluppi tekniċi f’livell internazzjonali. |

Aktar minn 10 direttivi li jiffissaw rekwiżiti ġeometriċi għal vetturi bil-mutur (eż. Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar il-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur tal-kategorija M1) | Introduzzjoni ta’ testjar virtwali / self testing biex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv tal-proċeduri preżenti. Testjar virtwali u self testing se jħaffef l-iżvilupp tal-prodott u jnaqqas l-ispejjeż kemm għall-industrija u kemm għall-konsumaturi |

L-armonizzazzjoni teknika tal-prodotti | 25 Direttiva li jiffissaw rekwiżiti essenzjali għall-moviment ħieles ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti fis-suq intern (l-hekk imsejjħa Direttivi ta’ “approċċ ġdid”) | Simplifikazzjoni tar-regoli taċ-ċertifikazzjoni |

Is-Servizzi Finanzjarji | Superviżjoni | Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | Reviżjoni |

Is-servizzi tat-Trasport | It-trasport marittimu | Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar tagħmir tal-baħar | Recast. |

2008 |

Is-setturi kollha | Tassazzjoni | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ interessi u royalties magħmula bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti kif emendat | Recast biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità billi jiġi kkonsolidat it-test legali u jiġu ssemplifikati l-proċeduri relatati ma’ l-eżenzjoni mit-taxxa miżmuma |

L-agrikoltura u l-industrija ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel | Settur tal-ħalib | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad- 29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib | Reviżjoni tad-dispożizzjonijiet akkumpanjati minn proposti xierqa |

Għalf imnixxef | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad- 29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf imnixxef | Reviżjoni tad-dispożizzjonijiet akkumpanjati minn proposti xierqa |

L-industrija tal-manifattura | Reċipjenti u tagħmir tal-pressa | Id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ dispożizzjonijiet komuni għar-reċipjenti ta’ pressa u metodi biex ikunu spezzjonati Id-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ reċipjenti sempliċi ta’ pressa Id-Direttiva tal-Kunsill 97/23/KE tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir tal-pressa Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 t’April 1999 dwar tagħmir ta’ pressa li jista’ jiġi ttrasportat | * | Recast fi strument legali wieħed billi jkun implimentat l-approċċ regolatorju rivedut lejn armonizzazzjoni teknika |

Ambjent L-Iskart | Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’tagħmir elettriku u elettroniku Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar tagħmir elettriku u elettroniku għall-iskart (WEEE) | Reviżjoni bbażata fuq l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni tad-Direttivi u bbażata fuq l-iżvilupp ta’ l-istat tat-teknoloġija, l-esperjenza miksuba, ir-rekwiżiti ambjentali u l-funzjonament tas-suq intern. Ir-reviżjoni għandha, kif xieraq, tkun akkumpanjata minn proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawn id–Direttivi. |

Is-Servizzi tat-Trasport | It-trasport bl-ajru | Id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji ta’ staff għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili | Ladarba l-kompetenzi ta’ l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ajru jiġu estiżi, l-aktar fejn jikkonċerna l-operazzjonijiet ta’ l-ajru u l-liċenzji tal-bdoti, iż-żewġ atti msemmija hawn fuq kif ukoll l-adattamenti tekniki tagħha u l-modifiki jiġu abrogati. |

L-Infrastruttura | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 li jistipula regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej | Recast |

It-trasport bit-triq | Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar tagħmir ta’ rrekordjar fit-trasport bit-triq | Recast |

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta’ Marzu 1992 dwar l-aċċess fis-suq ta’ ġarr ta’ oġġetti bit-triq fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew il-passaġġ fuq it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar regoli komuni għall-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1962 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ ġarr ta’ oġġetti bit-triq bejn Stati Membri Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 t’Ottubru 1993 li jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom ġarriera mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali ta’ ġarr bit-triq fi Stat Membru Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE tas-27 ta’ Jannar 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-apparati tal-brejkijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom Ir-Regolament (KE) Nru 484/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Marzu 2002 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet tat-twaqqif ta’ attestazzjoni tas-sewwieq | Recast: regolament wieħed waħdu jiżgura l-konsistenza fit-trattament tal-partijiet differenti tas-settur u koerenza fl-approċċ regolatorju ta’ dan is-settur |

It-Trasport Marittimu | Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-vapuri u tal-faċilità tal-port | Recast |

L-enerġija | Il-protezzjoni mir-radjazzjoni | Id-Direttiva tal-Kunsill 89/618/Euratom tas-27 ta’ Novembru 1989 dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa li għandhom jiġu applikati u l-passi li għandhom jittieħdu fl-eventwalità ta’ emerġenza radjoloġika Id-Direttiva tal-Kunsill 90/641/Euratom ta’ l-4 ta’ Diċembru 1990 dwar il-protezzjoni operazzjonali ta’ ħaddiema fuq barra esposti għar-riskju ta’ radjazzjoni jonizzanti matul l-attivitajiet tagħhom f’żoni kkontrollati Id-Direttiva tal-Kunsill 92/3/Euratom tat-3 ta’ Frar 1992 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ ġarr fuq vapuri ta’ skart radjuattiv bejn l-Istati Membri u ġewwa jew barra mill-Komunità Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistipula standards ta’ sigurtà bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli minħabba radjazzjoni jonizzanti Id-Direttiva tal-Kunsill 97/43/Euratom tat-30 ta’ Ġunju 1997 dwar il-protezzjoni tas-saħħa ta’ individwi kontra l-perikli ta’ radjazzjoni jonizzanti f’relazzjoni ma’ espożizzjoni medika, u tirrevoka d-Direttiva 84/466/Euratom Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/122/Euratom tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta’ sorsi radjuattivi u sorsi orfni ssiġillati ta’ attività għolja Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 tat-8 ta’ Ġunju 1993 dwar ġarr bil-vapuri ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri 93/552/Euratom: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Ottubru 1993 li tistabbilixxi d-dokument standard għas-superviżjoni u l-kontroll ta’ ġarr bil-vapuri ta’ skart radjuattiv imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/3/Euratom 90/143/Euratom: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 1990 dwar il-protezzjoni tal-pubbliku kontra l-espożizzjoni fil-magħluq għar-radon Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-pubbliku kontra l-espożizzjoni għar-radon fi provvisti ta’ ilma għax-xorb (innotifikat taħt dokument numru C(2001) 4580) | Recast f’Direttiva tal-Kunsill waħda waħedha li tistabbilixxi Standards ta’ Sigurtà Bażiċi għall-protezzjoni kontra l-perikli minħabba espożizzjoni għal radjazzjoni jonizzanti |

[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] COM(2005) 97 tas-16 ta’ Marzu 2005.

[2] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq metodoloġija komuni ta’ l-UE għall-evalwazzjoni ta’ l-ispejjeż amministrattivi imposti mill-leġiżlazzjoni, COM(2005) 518 tal-21 ta’ Ottubru 2005 u SEC(2005) 1329

[3] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-‘effetti ta’ serje ta’ kontrolli fuq proposti leġiżlattivi pendenti quddiem il-leġiżlatur » COM(2005) 462.

[4] L-ewwel inizjattiva għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE tnidiet fl-1997; it-tieni programm komprensiv ta’ simplifikazzjoni – COM(2003) 71 – tnieda fi Frar 2003. Bħala riżultat ta’ skrining ta’ 42 settur tal-politika, il-Kummissjoni identifikat aktar minn 200 att legali b’potenzjal għas-simplifikazzjoni u adottat aktar minn 35 inizjattiva b’implikazzjonijiet ta’ simplifikazzjoni. Sa llum, 15-il proposta għas-simplifikazzjoni leġiżlattiva għadhom pendenti quddiem il-leġiżlatur. Ma’ dan, sabiex tittejjeb l-aċċessibilità, il-kwalità tal-kontenut li jkun jista’ jinqara u l-konsistenza ta’ l- acquis tal-Komunità, sar xogħol konsiderevoli sabiex jiġu prodotti testi konsolidati u kodifikati. Barra dan, bosta mijiet ta’ revoki u dikjarazzjonijiet ta’ skadenza kkontribwew b’mod sinifikattiv sabiex jitnaqqas aktar il-volum ta’ l- acquis .

[5] Fl-1 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni nidiet servej sabiex “ittejjeb l-ambjent tan-negozju” (http://europa.eu.int/yourvoice/forms/dispatch?form=418&lang=EN). Il-konsultazzjoni se tibqa’ għaddejja sa l-aħħar tas-sena.

[6] http://europa.eu.int/solvit/

[7] F’Novembru 2004, il-Kunsill tal-Kompetittività identifika 15-il qasam ta’ prijorità għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE. B’riżultat ta’ dan, bl-adozzjoni ta’ tliet proposti leġiżlattivi u t-tnedija ta’ seba’ inizjattivi mhux legiżlattivi – li aktar tard jistgħu jirriżultaw f’inizjattivi leġiżlattivi ulterjuri, sa l-aħħar tas-sena l-Kummissjoni tkun laħqet indirizzat 13 minn dawn il-15-il prijorità tal-Kunsill.

[8] Il-Komunikazzjoni “Is-Simplifikazzjoni u Regolamentazzjoni Aħjar għall-Politika Agrikola Komuni”, COM(2005) 509.

[9] Il-Kummissjoni adottat dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar “Regolamentazzjoni Aħjar u Strateġiji Tematiċi għall-Ambjent” . COM(2005) 466.

[10] Fl-2006 il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija ġdida għas-saħħa u s-sigurtà għall-perjodu 2007-2012.

[11] F’Diċembru 2004 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “Perspettivi għas-simplifikazzjoni u t-titjib ta’ l-ambjent regolatorju tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP)” (COM(2004) 820) u Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff bl-isem “Analiżi tal-possibbiltajiet ta’ simplifikazzjoni u titjib ta’ l-ambjent regolatorju tas-CFP u l-implimentazzjoni tagħha” (SEC(2004) 1596). Qabel tmiem is-sena, il-Kummissjoni sa tadotta pjan multi-annwali għas-simplifikazzjoni tas-CFP wara konsultazzjonijiet ma’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-industrija.

[12] Il-proposta li jmissha tagħmel il-Kummissjoni dwar il-programm ta’ statistika multi-annwali għall-2008-12 u, bħala eżerċizzju ta’ prova, fil-programm ta’ ħidma annwali ta’ l-2007 se tinkludi għadd ta’ inizjattivi biex jitnaqqsu l-ħtiġijiet statistiċi f’oqsma ta’ prijorità aktar baxxa.

[13] Fl-2006 il-Kummissjoni sa tippreżenta Green Paper dwar l-iżvilupp tal-liġi tax-xogħol.

[14] L-inizjattiva “ Sistema Regolatorja għall-Kompetittività Awtomotiva għas-seklu 21 ” (CARS 21) tikkonsisti fi Grupp ta’ Livell Għoli li jirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti bl-intenzjoni li jtejjeb il-qafas regolatorju li jaffettwa l-kompetittività ta’ l-industrija awtomotiva. Dan il-grupp għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet skond pjan regolatorju għall-10 snin li ġejjin. Ara ukoll http://europa.eu.int/comm/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21.htm

[15] COM(2005)474.

[16] Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-aspett tal-politika tas-simplifikazzjoni għall-atti awtonomi tal-Kummissjoni nħarġu għas-servizzi tal-Kummissjoni fi Frar 2004 mis-Segretarju Ġenerali u mis-Servizzi Legali.

[17] COM(2004) 708. Din il-proposta tinkludi mekkaniżmu li jipprojbixxi l-Istati Membri milli jirregolaw fuq il-livell nazzjonali dak li jkun tneħħa mir-regolamentazzjoni fil-livell tal-Komunità.

[18] Il-kodifikazzjoni hija l-proċess fejn permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet ta’ xi att u l-emendi kollha tiegħu jinġabru flimkien f’att ġdid li jkun jorbot legalment u li jirrevoka l-atti li jkun qed jieħu posthom, mingħajr bdil fis-sustanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

[19] F’Novembru 2001 il-Kummissjoni nidiet programm prinċipali għall-kodifikazzjoni (COM(2001) 645) tal-leġiżlazzjoni sekondarja kollha tal-Komunità.

[20] Il-konsolidazzjoni hija l-proċess fejn permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet ta’ xi att jew l-emendi kollha tiegħu jinġabru mekkanikament mingħajr l-ebda intervent ta’ xejn. Il-konsolidazzjoni ta’ l- acquis ta’ l-UE fl-intier tiegħu, tlestiet, kif kien ippjanat, sas-sajf ta’ l-2003 u r-riżultat huwa liberament disponibbli għal-pubbliku permezz ta’ EUR-Lex.

[21] Ir- recasting huwa l-proċess fejn permezz tiegħu xi att ġdid li jkun jorbot legalment u jkun qed jirrevoka l-atti li jkun qed jieħu posthom jikkombina kemm l-emendar tas-sustanza tal-leġiżlazzjoni kif ukoll il-kodifikazzjoni tal-kumplament li ma jkunx intenzjonat li jinbidel.

[22] Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar- recasting ta’ l-atti legali (ĠU C 77, 28.3.2002, p.1).

[23] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rwol ta’ l-istandardizzazzjoni Ewropea fil-qafas tal-politika u l-leġiżlazzjoni Ewropej (COM(2004) 674) u proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament ta’ l-istandardizzazzjoni Ewropea (COM(2005) 377).

[24] COM(2004) 324, li temenda COM(2002) 719.

[25] i2010 – Soċjetà ta’ l-Informazzjoni Ewropea għat-Tkabbir u l-Impjiegi (COM(2005) 229).

[26] 15–il proposta leġiżlattiva mressqa skond il-programm ta’ simplifikazzjoni ta’ l-2003 għadhom pendenti quddiem il-leġiżlatur.

[27] Spejjeż amministrattivi huma definiti bħala spejjeż li huma suġġetti għalihom l-intrapriżi, is-settur tal-volontarjat, l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini fil-konfront ta’ l-obbligi legali li jipprovdu tagħrif fuq l-attività jew ix-xogħol ta’ produzzjoni tagħhom, jew lill-awtoritajiet pubbliċi, inkella lill-partijiet privati. It-tagħrif għandu jingħata tifsira f’sens wiesa’, jiġifieri għandu jinkludi spejjeż ta’ tikketti, rapporti, sorveljanza u evalwazzjonijiet meħtieġa biex jiġi pprovdut it-tagħrif u ta’ reġistrazzjoni.

Top