Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0311

    Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - Proposal for a joint declaration by the Council, the European Parliament and the Commission on the European Union Development Policy - “The European Consensus” {SEC(2005) 929}

    52005DC0311




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 13.7.2005

    KUMM(2005) 311 finali

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Proposta ta' DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI Il-Politika dwar l-Iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea « Il-Kunsens Ewropew »

    {SEG(2005) 929}

    WERREJ

    DAĦLA 4

    L-EWWEL TAQSIMA: L-ISTRATEĠIJA TA' L-UNJONI EWROPEA DWAR L-IŻVILUPP 6

    1. ViŻjoni komuni dwar l- IŻvilupp 6

    1.1. L-ambitu tal-politika ta' l-iżvilupp 6

    1.2. Il-valuri li jiffederaw l-Unjoni 6

    1.3. It-tnaqqis tal-faqar : Għan imniżżel fl-aġenda internazzjonali 6

    1.4. L-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp 7

    1.5. L-iżvilupp, strateġija għal globalizzazzjoni ġusta 8

    1.5.1. Ir-rabtiet bejn l-iżvilupp u s-sigurta' 8

    1.5.2. …bejn l-iżvilupp u ċ-ċaqliq tan-nies 8

    1.5.3. … bejn l-iżvilupp u l-kummerċ 8

    1.5.4. … bejn l-iżvilupp u l-ambjent 9

    1.5.5. … bejn l-iżvilupp u d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni 9

    2. Prinċipji komuni 9

    2.1. Sostenn tat-twettiq 9

    2.2. Il-parteċipazzjoni tas-soċjeta' ċivili 10

    2.3. Djalogu politiku komprensiv 10

    2.4. Impenn lejn l-Istati fraġili 10

    3. Azzjonijiet iffokati fuq qafas tematiku komuni 11

    4. Traduzzjoni operattiva ta’ l-istrateġija komuni 12

    4.1. Iż-żieda tar-riżorsi finanzjarji 12

    4.2. Iż-żieda ta' l-effettivita' ta' l-għajnuna 12

    4.2.1. Azzjoni komuni għal aktar koordinazzjoni, armonizzazzjoni u allinjament 12

    4.2.2. It-titjib tal-kwalità ta' l-għajnuna inkluż dak permezz ta' mekkaniżmi innovattivi u flessibbli 13

    4.3. Il-garanzija tal-koerenza tal-politika dwar l-iżvilupp 13

    IT-TIENI TAQSIMA: LINJI GWIDI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA GĦALL-IŻVILUPP TAL-KOMUNITÀ 14

    ANNESS - IT-TIENI TAQSIMA: LINJI GWIDI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA GĦALL-IŻVILUPP TAL-KOMUNITÀ 15

    1. Ir-rwol speċifiku tal-Kummissjoni 15

    2. Avviċinament differenti skond il-kuntesti u l-bżonnijiet 15

    2.1. Id-divrenzjar fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp 15

    2.2. Kriterji trasparenti għall-allokazzjoni tar-riżorsi 17

    3. Prijoritajiet magħżula b’konsultazzjoni mal-pajjiżi msieħba 17

    3.1. Il-prinċipju tal-konċentrazzjoni filwaqt li tkun miżmuma l-flessibbiltà 17

    3.2. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-qafas tematiku komuni 17

    3.3. Tisħiħ ta’ l-avviċinament tal-“ mainstreaming ” 23

    3.4. L-għajnuna għall-inizjattivi u l-fondi mondjali 24

    4. Firxa ta’ modalitajiet skond il-bżonnijiet u l-prestazzjoni 24

    Il-Politika dwar l-Iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea «Il-Kunsens Ewropew »

    DAĦLA

    1. L-isfida ewlenija li l-komunità internazzjonali trid taffaċċja llum il-ġurnata hija li tiżgura li l-globalizzazzjoni tkun forza pożittiva għall-umanità. Anki jekk il-globalizzazzjoni toffri opportunitajiet konsiderevoli fil-preżent, il-benefiċċji u l-ispejjeż tagħha huma mqassma b’mod inugwali. Għalhekk l-azzjoni ta' l-UE fil-qasam ta’ l-iżvilupp titwettaq fi sfond ta’ kontroll u utilizzazzjoni aqwa tal-proċess ta’ globalizzazzjoni. Hija mmirata lejn it-tqassim ġust tal-vantaġġi li ġġib magħha l-globalizzazzjoni kif ukoll il-piżijiet li din iġġorr magħha, f'perspettiva ta' paċi u stabilità dinjija. Aġenda internazzjonali dwar l-iżvilupp[1] tħejjiet hekk kif żdied it-terroriżmu internazzjonali u l-kunflitti fil-pajjiżi l-iktar foqra, il-flussi migratorji, inklużi dawk ta' refuġjati u persuni li jitilqu minn darhom, kif ukoll iż-żieda tat-traffikar illegali u t-theddidiet ambjentali fuq livell globali.

    2. L-azzjoni esterna ta' l-Unjoni tirrefletti l-identita' tagħha bħala attur u msieħeb internazzjonali, li taħdem sabiex tippromwovi l-għanijiet tagħha, il-valuri tagħha, issaħħaħ id-demokrazija, ir-regola tal-liġi, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji tal-liġi internazzjonali, iż-żamma tal-paċi u l-prevenzjoni tal-konflitti, l-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tat-tmexxija tajba fuq livell dinji.Din l-azzjoni hi intiża wkoll sabiex tintegra d-dimensjoni esterna tal-politika interna ta' l-Unjoni, u b'hekk, tirrappreżenta l-mudell Ewropew. Il-koerenza u s-sinerġija bejn dawn iż-żewġ dimensjonijiet - l-interna u l-esterna - huma kundizzjoniet indispensabbli sabiex titwettaq l-aġenda ta' prijorita' ta' l-Unjoni : il-ġid, is-sigurta' u s-solidarjeta' fl-isfond ta' l-iżvilupp sostenibbli.

    3. Il-politika dwar l-iżvilupp tinsab fil-qalba ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE. Iffokata kif inhi fuq l-għan ewlieni li jitnaqqas il-faqar, din tikkontribwixxi għall-għanijiet soċjali, ambjentali u dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' ta' l-Unjoni u kontroll aħjar tal-globalizzazzjoni. L-iżvilupp, li jinsab fil-qafas ta' strateġija internazzjonali, jitqies, flimkien mas-sigurta', il-kummerċ u l-ambjent, wieħed mill-iżjed oqsma li fihom qed jidher l-impenn ta' l-Unjoni fl-isfond tal-multilateraliżmu[2]. Meta titwettaq fl-isfond ta' aspetti oħra ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE, bħal ma huma l-politika ta' tal-viċinat u l-isħubiji strateġiċi l-oħra madwar id-dinja, il-politika ta' l-iżvilupp tiggarantixxi azzjoni esterna koerenti u effettiva.

    4. It-tnaqqis tal-faqar dinji bin-nofs minn issa sa l-2015 hu l-akbar sfida fis-snin li ġejjin. L-UE tipprovdi 55% ta' l-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja[3]. Fl-2002 f'Monterrey, u aktar riċenti, fl-isfond tal-laqgħa għolja tan-Nazzjonijiet Uniti li saret f'New York f'Settembru 2005, l-Unjoni affermat bis-sħiħ ir-rieda tagħha li tikkontribwixxi għat-twettiq ta' l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp, u ntrabtet li żżid il-livelli ta' għajnuna sabiex jilħqu 0.56% tal-DGD f'2010, li jaslu għal 0.7% f'2015. L-Unjoni hi wkoll l-imsieħba kummerċjali l-iktar miftuħa għall-pajjiżi l-inqas żviluppati u dawk li għandhom introjtu baxx.

    5. Il-prinċipji ta' l-isħubija u r-rispett għar-responsabbiltajiet tal-pajjiżi msieħba fejn jidħol l-iżvilupp tagħhom, il-valuri fondamentali u l-qafas ta' għanijiet miftehma fuq livell multilaterali jorbtu kemm il-pajjiżi membri kif ukoll il-Komunita'. L-effettivita' ta' l-għajnuna Ewropea tista' u għandha tiżdied permezz ta' sforz ġdid ta' koordinazzjoni u armonizzazzjoni. Fuq dan il-bażi, il-"Kunsens Ewropew" jiddefinixxi, għall-ewwel darba f'ħamsin sena ta' koperazzjoni, il-qafas ta' prinċipji komuni li fih l-Unjoni u l-ħamsa u għoxrin Stat membru se jwettqu il-politika tagħhom dwar l-iżvilupp fi spirtu ta' komplementarita'.

    Dan il-qafas komuni jikkostitwixxi s-suġġett ta' l-ewwel parti tad-Dikjarazzjoni proposta f'din il-komunikazzjoni; it-tieni parti tippreżenta direzzjonijiet għat-twettiq ta' dan il-qafas komuni fuq livell ta' politika komunitarja.

    6. Il-Kummissjoni tistieden il-Kunsill u l-Parlament sabiex jassoċjaw ruħhom ma' din il-viżjoni dwar l-iżvilupp, peress li dikjarazzjoni minn tliet partijiet titqies li tagħti kontribut sew sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' koerenza u effettivita' li huma mfittxija fl-azzjoni esterna ta' l-Unjoni.

    L-EWWEL TAQSIMA: L-ISTRATEĠIJA TA' L-UNJONI EWROPEA DWAR L-IŻVILUPP

    Din l-ewwel taqsima tad-Dikjarazzjoni tiċċara l-għanijiet u l-prinċipji li fuqhom jintrabtu l-Istati Membri u l-Komunita' f'vi ż joni komuni.

    1. VIŻJONI KOMUNI DWAR L- IŻVILUPP

    L-UE TITQIES BħALA ATTUR TA' ċERTU PI ż fix-xena internazzjonali; hi għandha l-ambizzjoni li tkun forza pożittiva favur it-tibdil billi tikkontribwixxi għal kontrol aħjar tal-globalizzazzjoni u t-tqassim aħjar ta' l-opportunitajiet u l-ġid li din iġġib magħha. L-azzjonijiet tagħha jappoġġjaw l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

    1.1. L-ambitu tal-politika ta' l-iżvilupp

    Il-politika ta' l-iżvilupp ta' l-Unjoni hi mmirata lejn dawk il-pajjiżi kollha li qegħdin jiżviluppaw u li qegħdin jirċievu għajnuna pubblika għall-iżvilupp skond il-lista mħejjija mill-kumitat dwar l-għajnuna għall-iżvilupp ta' l-OKEŻ[4].

    1.2. Il-valuri li jiffederaw l-Unjoni

    L-UE twaqqfet fuq is-sisien ta' valuri komuni għall-Istati Membri kollha li tavvanza fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja. Dawn il-valuri jħaddnu l-ħarsien tad-dinjita' tal-bniedem, il-liberta', id-demokrazija, l-ugwaljanza, ir-regola tal-liġi, kif ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. L-Unjoni tagħmel ħilitha sabiex toħloq sħubiji bbażati fuq dawn il-valuri ma' terzi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew dinjija li jħaddnu l-prinċipji ta' l-universalita' u l-indiviżibilita' tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali.

    Il-politika ta' l-UE fil-qasam ta' l-iżvilupp hi mniżżla fil-qafas ta' prinċipji u għanijiet ta' l-azzjoni esterna tagħha. Hi tavvanza l-multilateraliżmu bħala espressjoni tat-tqassim tar-responsabbiltajiet tal-pajjiżi kollha tad-dinja għall-ġestjoni fl-iżvilupp kif ukoll tar-riskji li qed tiffaċċja s-sigurta' fuq livell mondjali. L-Unjoni taġixxi fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u tippromwovi sistema ta' regoli, istituzzjonijiet u strumenti internazzjonali stabbiliti u mwettqa mill-komunita' internazzjonali, prinċipalment fl-oqsma tal-kummerċ, l-arkitettura finanzjarja internazzjonali, ix-xogħol u l-ambjent.

    1.3. It-tnaqqis tal-faqar : Għan imniżżel fl-aġenda internazzjonali

    L-aġenda internazzjonali għall-iżvilupp li sintesi tagħha tidher fid-Dikjarazzjoni tal-Millenju ta' Settembru 2000, li tiffoka fuq l-iżvilupp soċjali u umana, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, ir-rabta fina bejn l-iżvilupp u l-ambjent, ir-rabtiet bejn il-kummerċ u l-iżvilupp, tiddefinixxi qafas ta' azzjoni li lejha l-Unjoni tinsab impenjata bis-sħiħ. L-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp joħorġu b'mod konkret l-obbligi politiċi li adottaw il-pajjiżi kollha membri fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti skond kalendarju li għandu jwassal għal avvanz sostanzjali minn issa sa 2015 f'kull pajjiż.

    It-tmien Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (GħMŻ)

    (1) l-eliminazzjoni tal-faqar estrem u l-ġuħ

    (2) il-garanzija ta' edukazzjoni primarja għal kullħadd

    (3) il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni tan-nisa

    (4) it-tnaqqis tal-mortalita' infantili

    (5) it-titjib tas-saħħa ta' l-omm

    (6) il-ġlieda kontra l-HIV/aids, il-malarja u mard ieħor

    (7) il-garanzija ta' ambjent sostenibbli

    (8) it-twaqqif ta' sħubija dinjija għall-iżvilupp

    Il-konferenza ta' Monterrey dwar il-finanzjament u l-laqgħa għolja ta' Johannesburg dwar l-iżvilupp sostenibbli ngħaqdu ma' dawn l-obbligi, prinċipalment fil-konfermazzjoni ta' l-importanza tas-sħubija u t-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn il-pajjiżi industrijalizzati u dawk li qed jiżviluppaw, il-progress li jrid isir fil-qasam tat-tmexxija u l-ekwilibriju bejn it-tliet pilastri ta' l-iżvilupp sostenibbli - l-ekonomiku, is-soċjali u l-ambjentali. L-istrateġija għat-tnaqqis tal-faqar għandu jkun imsejjes fuq obbligi adotatti matul il-laqgħat għolja u l-konferenzi internazzjonali importanti fl-oqsma soċjali, ekonomiċi, ambjentali u dawk li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem.

    1.4. L-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp

    L-Unjoni tqis li l-għan ewlieni tat-tnaqqis tal-faqar hu msejjes fuq l-għanijiet komplementari tal-promozzjoni tat-tmexxija tajba u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem li jagħmlu parti integrali mill-iżvilupp fil-medda t-twila.

    Tmexxija

    - It-tmexxija tajba, inkluża l-abbilta' ta' l-istati li jiggarantixxu liċ-ċittadini tagħhom il-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom, u d-demokrazija

    - Il-prevenzjoni tal-kunflitti u d-dgħjufija ta' l-istati, li huma l-akbar ostakli għall-GħMŻ.

    Drittijiet tal-bniedem

    - Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem skond kif inhuma definiti fil-konvenzjonijiet internazzjonali jew l-istrumenti l-oħra internazzjonali, inklużi d-drittijiet ċivili u politiċi, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, id-drittijiet tat-tfal, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, id-drittijiet sesswali u dawk tar-riproduzzjoni, kif ukoll id-drittijiet tal-minoritajiet u l-popolazzjonijiet indiġeni.

    - Il-koeżjoni u l-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni ta' xogħol diċenti għal kulħadd.

    - Il-ħarsien tad-drittijiet fondamentali ta' l-immigranti, ir-refuġjati u l-persuni li jitilqu minn darhom.

    Il-politika dwar l-iżvilupp ta' l-UE hi element importanti ta' l-Istrateija ta' l-iżvilupp sostenibbli.L-iżvilupp hu bl-istess mod kruċjali fejn jidħlu l-għanijiet ta' ġid u solidarjeta' li jiggwidaw l-Unjoni. Hu l-għan ta' l-UE li tiżgura, kemm fil-politika interna li ssegwi kif ukoll dik esterna, li l-globalizzazzjoni jgawdi minnha kulħadd u li tħaddan dimensjoni soċjali qawwija. Din hi d-differenza bejn l-Ewropa u l-atturi l-oħra fix-xena internazzjonali

    1.5. L-iżvilupp, strateġija għal globalizzazzjoni ġusta

    1.5.1. Ir-rabtiet bejn l-iżvilupp u s-sigurta'

    Il-faqar jikkonsisti f'nuqqas ta' opportunitajiet, setgħa u għażla. L-awtonomizzazzjoni, il-parteċipazzjoni, l-inklużjoni u l-obbligu li jingħata rendikont huma erba' elementi importanti li jsaħħu s-sigurta' u l-iżvilupp.

    L-iżvilupp hu kruċjali għas-sigurta' kollettiva u individwali fil-medda t-twila. Dan jikkonsisti f'aġendas komplementari, mingħajr ma waħda titqiegħed fuq livell inqas minn oħra. L-iżvilupp sostenibbli ma jistax jitwettaq mingħajr paċi u sigurta', u l-iżvilupp sostenibbli hu l-aħjar tweġiba strutturali għall-kriżijiet profondi tal-kunflitti vjolenti u ż-żieda tal-kriminalita' organizzata internazzjonali u t-terroriżmu, li ħafna drabi jkunu marbuta mal-faqar, it-tmexxija ħażina u d-degradazzjoni u n-nuqqas ta' aċċess għar-riżorsi naturali.

    1.5.2. …bejn l-iżvilupp u ċ-ċaqliq tan-nies

    L-intensifikiazzjoni tal-flussi migratorji hi wieħed mill-elementi dovuti għall-globalizzazzjoni. L-iżvilupp hu t-tweġiba l-aktar effettiva fil-medda t-twila fil-konfront taċ-ċaqliq tan-nies sfurzat u l-flussi migratorji li huma kawża ta’ destabbilizzazzjoni billi jtejjep il-kondizzjonijiet ta’ l-għixien u l-opportunitajiet għall-impjieg fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u permezz tal-kontribut lejn il-paċi u l-istabilita’. Hu wkoll fil-kuntest tal-koerenza tal-koperazzjoni għall-iżvilupp li soluzzjonijiet sostenibbli għall-problemi tar-refuġjati u l-persuni li jħallu darhom u l-kummerċ fil-persuni u t-traffiku ta’ l-immigranti illegali jistgħu jinstabu. F’dan ir-rigward, il-vulnerabilita’ tan-nisa u t-tfal fil-konfront ta’ dawn il-fenomeni jesiġu sforzi speċifiċi.

    Min-naħa l-oħra, l-impatt pożittiv tal-flussi migratorji fuq l-iżvilupp għandu jiġi sfruttat kemm jista’ jkun, b’mod partikolari permezz tat-trasferiment ta’ l-introjtu tal-ħaddiema immigranti u ċ-ċirkolazzjoni tal-persuni li għandhom kwalifiki. L-Unjoni se taħdem bla waqfien sabiex jiġu sfruttati bl-aħjar mod dawn l-effetti pożittivi u jitrażżan it-telf ta’ l-aħjar imħuħ, b’mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u r-riċerka.

    1.5.3. … bejn l-iżvilupp u l-kummerċ

    L-UE, bħala msieħba kummerċjali l-iktar miftuħa għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, se tissokta l-ħidma tagħha għall-ftuħ sekwenzjali tas-swieq, sostnut b'sistema kummerċjali multilaterali miftuħa, ekwa u bbażata fuq regoli, li tippreskrivi b’mod espliċitu l-ħarsien tal-pajjiżi l-aktar dgħajfa fir-regoli u l- modus operandi tagħha. Is-sistemi ta’ preferenza bilaterali u unilaterali jibqgħu l-għodda l-iktar importanti għall-iżvilupp. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, min-naħa tagħhom, jinsabu aktar u aktar konxji tal-ħtieġa li jintegraw il-kummerċ b’mod sistematiku fl-istrateġiji tagħhom ta’ l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar billi jwettqu riformi neċessarju bil-għan li jittieħdu l-vantaġġi li jippreżentaw dawn l-opportunitajiet.

    Peress li l-Unjoni tirrikonoxxi li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġu appoġġ ikbar f’dan il-proċess ta’ ftuħ u integrazzjoni kummerċjali li sikwit ikun kumplikat, l-Unjoni se ttejjeb u tikkordina iżjed il-programmi ta’ għajnuna tagħha marbuta mal-kummerċ kif ukoll se tagħti appoġġ iżjed ghall-finijiet ta’ aġġustament u l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija, bil-kollaborazzjoni tal-komunita’ internazzjonali. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-pajjiżi l-inqas żviluppati u dawk vulnerabbli. Il-politika kummerċjali se tikkontribwixxi bl-istess mod għall-promozzjoni ta’ xogħol diċenti għal kullħadd u t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni.

    L-integrazzjoni reġjonali u s-sistema kummerċjali multilaterali isaħħu lil xulxin. Il-politika kummerċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed tkun definita iżjed u iżjed f’kuntest reġjonali. L-UE se tissokta bil-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni reġjonali bħala strateġija rilevanti għall-integrazzjoni armonjuża u progressiva fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija, inkluż fil-qafas ta’ l-atti tal-ftehim tas-sħubija ekonomika.

    1.5.4. … bejn l-iżvilupp u l-ambjent

    Il-faqar hu marbut mill-qrib ma' kwistjonijiet ta' l-ambjent. Dawk l-iżjed foqra huma fl-istess ħin l-iżjed li jiddependu fuq ir-riżorsi naturali għas-sopravivenza tagħhom, fejn dawn ikunu ħafna drabi mġegħla li jisfruttawhom b'mod eċċessiv, u dawk l-iżjed li jintlaqtu minn ambjent degradat. L-iżvilupp sostenibbli hu intiż sabiex jiggarantixxi l-ugwaljanza bejn il-ġenerazzjonijiet permezz ta' ġestjoni tar-riżorsi li tikkunsidra l-ġenerazzjonijiet futuri. Il-garanzija ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, id-deforestazzjoni u d-deżertifikazzjoni u t-twaqqif tat-telf tal-biodiversita' huma essenzjali sabiex jintlaħqu l-GħMŻ..

    Il-globalizzazzjoni ġġib magħha sfidi ambjentali importanti. L-Unjoni tħeġġeġ evoluzzjoni ta' modi ta' produzzjoni u ta' konsum li huma intiżi li jillimitaw il-konsekwenzi diżastrużi li t-tkabbir ikollu fuq l-ambjent. Hi se tappoġġja l-inklużjoni tad-dimensjoni ambjentali fl-istrateġiji tat-tnaqqis tal-faqar u l-istrateġiji ta’ l-izvilupp ekwivalenti.

    1.5.5. … bejn l-iżvilupp u d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni

    L-UE se ssostni t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni sabiex tikkontribwixxi għall-estensjoni tal-vantaġġi għal kulħadd. L-UE se tirsisti li tiżgura l-koerenza tal-politika għas-servizz ta’ l-iżvilupp u sabiex tippromwovi l-politika ekonomika, ta’ impjieg, soċjali u ambjentali, reċiprokament komplementari fil-livell dinji, reġjonali u nazzjonali. Barraminhekk, l-UE għandha l-għan li tippromwovi xogħol diċenti għal kulħadd, issaħħaħ il-kontribut tagħha għall-kummerċ ekwu u solidarju u tħeġġeġ lill-intrapriżi Ewropej sabiex jikkonformaw mal-prinċipju ta’ responsabilità soċjali ta’ l-intrapriżi.

    2. PRINċIPJI KOMUNI

    2.1. Sostenn tat-twettiq

    Il-pajji żi li qed jiżviluppaw għandhom l-ewwel responsabbilta' li jsegwu politika koerenti u li jimmobilizzaw ir-riżorsi tagħhom għall-iżvilupp. Peress illi tirrikonoxxi il-valur tad-diversi modi ta' żvilupp, l-UE tappoġġja l-istrateġiji li huma intiżi li jwasslu għat-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp u r-riformi fil-pajjiżi msieħba li huma koerenti u bbażati fuq l-GħMZ. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Unjoni jaqsmu flimkien ir-responsabbilta' u l-obbligu li jagħtu rendikont ta' l-isforzi konġunti tagħhom u r-riżultati ta' dawn.

    Il-prinċipji ta' sħubija u adattabilita’ ta’ l-istrateġiji u l-programmi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp intiż għall-pajjiżi msieħba u t-tqabbil ta’ l-istrateġiji u proċeduri tagħhom jikkostitwixxu il-bażi tal-politika ta’ l-Unjoni fil-konfront tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-UE tħeġġeġ involviment iżjed impenjattiv ta’ l-istituzzjonijiet statali li jirrappreżentaw is-soċjeta’, b’mod partikolari l-assemblej nazzjonali u l-parlamenti, kif ukoll l-awtoritajiet lokali.

    2.2. Il-parteċipazzjoni tas-soċjeta' ċivili

    L-Unjoni hi favur il-parteċipazzjoni tas-soċjeta' ċivili u l-atturi l-oħra mhux statali tal-pajjiżi msieħba fil-proċess ta' l-iżvilupp sabiex ikunu garantiti l-vijabilita', l-effettivita' u l-impatt tas-strateġiji u programmi ta' żvilupp. Hi tħeġġeġ prinċipalment li joħorġu fuq ix-xena atturi ekonomiċi u soċjali bħall-organizzazzjonijiet sindikali, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u s-settur privat bħala msieħba fl-iżvilupp, iżda fl-istess waqt tkompli bl-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili peċjalizzati fl-iżvilupp. Hi tagħmel ħilitha sabiex tiffaċilita d-djalogu politiku u soċjali bejn id-diversi atturi u l-istituzzjonijiet komunitarji u l-pajjiżi msieħba.

    2.3. Djalogu politiku komprensiv

    Kemm fuq livell ta' djalogu politiku, kif ukoll fuq livell ta' modalitajiet ta' l-għajnuna, l-Unjoni tieħu trattament ibbażat fuq ir-riżultati u l-indikaturi ta' progress.

    Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u tar-regola tal-liġi huma s-suġġett ta' djalogu politiku regolari intiż sabiex jiġu evalwati l-iżviluppi u jkunu identifikati miżuri ta' appoġġ. Dawn huma intiżi sabiex javżaw dwar sitwazzjonijiet ta' ksur ta' dawk l-elementi meqjusa bħala essenzjali f'kull ftehim ta' sħubija u koperazzjoni ta' l-Unjoni. Dan id-djalogu regolari għandu wkoll jindirizza kwistjonijiet ta' tmexxija, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

    2.4. Impenn lejn l-Istati fraġili

    L-Unjoni se żżid l-attenzjoni tagħha lejn dawk il-pajjiżi li l-inqas qegħdin juru progress, l-imsieħba diffiċli[5] u l-istati fraġili[6] u dgħajfa. Tletin fil-mija tal-persuni l-iżjed foqra[7] jgħixu f'pajjiżi fraġili. Fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi, il-prinċipji ta' sħubija u adattabilita’ għandhom jiġu applikati fuq il-bażi ta' każ b'każ.

    Għal-raġunijiet ta' solidarjeta' mal-popolazzjonijiet, l-effettivita' ta' l-għajnuna fil-medda t-twila u s-sigurta' globali, sar indispensabbli li l-pajjiżi ma jaqgħux fi stat ta' kollass. Hu fuq il-bażi ta’ dan li l-UE tirrakkomanda li ssostni l-impenn tagħha, anke’ fil-pajjiżi fejn is-sitwazzjoni hi l-aktar diffiċli. Dan jassumi trattament adattat tal-prijoritajiet tal-politika barranija u dawk ta’ l-iżvilupp, u t-tfittxija għal sinerġiji bejn id-diversi strumenti ta’ l-Unjoni u l-Istati Membri.

    Fil-kuntest ta’ tranżizzjoni, l-UE intrabtet sabiex tippromwovi u twettaq il-prinċipju ta’ rabta bejn l-għajnuna ta’ emerġenza, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp fil-medda t-twila bil-koordinazzjoni u l-komplementarita’ ma’ organizzazzjonijiet oħra multilaterali reġjonali u s-soċjeta’ ċivili. Il-proċess ta’ żvilupp f’sitwazzjoni ta’ wara kriżi se jimxi fuq strateġiji integrati ta’ tranżizzjoni li jikkonsistu fl-istess ħin f’reazzjonijiet politiċi u appoġġ finanzjarju li jwieġeb għall-ħtiġijiet. Dawn l-istrateġiji jimmiraw sabiex iqegħdu jew jistabbilixxu mill-ġdid il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-programmi ta’ żvilupp fil-medda t-twila, b’mod partikolari il-bini mill-ġdid tal-kapaċitajiet istituzzjonali, is-servizzi soċjali essenzjali, is-sigurta’ ta’ l-ikel, l-infrastrutturi, u l-ħolqien ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għar-refuġjati u l-persuni li jħallu darhom, u b’mod ġenerali fejn tidħol is-sigurta’ taċ-ċittadini.

    L-Unjoni Ewropea għandha wkoll responsabbilta’ storika lejn il-pajjiżi ż-żgħar li qed jiżviluppaw, bħall-gżejjer, li huma b’mod partikolari vulnerabbli għad-diżastri naturali, it-tibdil fil-klima u x-xokkijiet ekonomiċi esterni. L-akbar sfida se tkun li tissaħħaħ l-abbilta’ tagħhom li jilqgħu għal dawn l-isfidi.

    3. AZZJONIJIET IFFOKATI FUQ QAFAS TEMATIKU KOMUNI

    L-Unjoni għandha jkollha l-kapaċita' li tirreaġixxi għal varjeta' wiesgħa ta' sitwazzjonijiet u ħtiġijiet fil-pajjiżi msieħba. Qafas tematiku komuni għall-politika dwar l-iżvilupp ta' l-UE u l-Istati Membri tippermetti li jiġu espressi d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u politiċi ta’ l-għan tat-tnaqqis tal-faqar u li jkun garantit il-karattru multisettorali. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' dawn it-temi tippermetti koerenza akbar bejn il-politika dwar l-iżvilupp u l-aspetti l-oħra tal-politika esterna ta' l-Unjoni.

    It-temi ta’ azzjoni għall-Unjoni

    - Żvilupp tad-drittijiet u l-kapaċitajiet umani (drittijiet tal-bniedem, drittijiet tat-tfal, ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, drittijiet reproduttivi u sesswali, dritt għall-ikel, is-saħħa, il-ġlieda kontra l-mard li jirriżulta mill-faqar, popolazzjoni, ċaqliq tan-nies, edukazzjoni, taħriġ, kultura u drittijiet tal-konsumaturi)

    - Tmexxija għall-iżvilupp u s-sigurta' (tmexxija u proċess ta' demokratizzazzjoni, riforma ta' l-istat, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa, tisħiħ tas-soċjeta' ċivili, prevenzjoni tal-kunflitti, il-fraġilita' ta' l-istati u d-diżastri naturali, ġestjoni tat-tranżizzjoni bejn urġenza u żvilupp)

    - Ambjent u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali (ġestjoni u ħarsien tal-foresti, l-ilma, riżorsi tal-baħar u l-biodiversita', aċċess għall-enerġija sostenibbli, bidliet fil-klima, deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni fit-tul tal-prodotti kimiċi u ta’ l-iskartmetodi ta' produzzjoni u konsum sostenibbli)

    - Tkabbir ekonomiku, u l-iżvilupp tal-kummerċ, fatturi ta’ l-iżvilupp fit-tul (appoġġ għar-riformi, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp tal-biedja, is-sajd, is-settur privat, ir-ridistribuzzjoni ta' l-introjtu mit-tkabbir, responsabbilta' soċjali ta' l-intrapriżi, koperazzjoni ekonomika, riċerka għall-iżvilupp, teknoloġiji ta' l-informatika u l-komunikazzjoni, netwerks u aċċess għat-trasport)

    - Sigurta' ta' l-ikel (disponibilita' u aċċessibilita' ta' l-ikel, kwalita' ta' l-ikel, prevenzjoni tad-diżastri ta' l-ikel) u l-ġestjoni ta' l-art (żvilupp rurali, urban, żvilupp lokali deċentralizzat, ġestjoni ta' ekwilibriju bejn l-attivitajiet tal-bnedmin u ekosistemi)

    - Ġlieda kontra l-inugwaljanzi u promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, inkluż xogħol diċenti għal kullħadd (protezzjoni u inklużjoni soċjali, impjieg produttiv, żvilupp tar-riżorsi umani, drittijiet soċjali fondamentali, fosthom il-ġlieda kontra x-xogħol tat-tfal, djalogu soċjali)

    Fuq il-bażi ta' dan il-qafas tematiku, l-Unjoni tista' tiżviluppa direzzjonijiet ta' politika komuni.

    4. TRADUZZJONI OPERATTIVA TA’ L-ISTRATEġIJA KOMUNI

    IT-TRATTAT JISTABBILIXXI qafas ċar ħafna u jsejjes l-azzjonijiet tal-Komunita’ u l-Istati Membri fuq il-prinċipji ta’ koordinazzjoni, komplementarita’ u t-tqassim tal-kompetenzi. L-Unjoni se tagħti l-attenzjoni kollha neċessarja sabiex jingħata rendikont lejn iċ-ċittadini tagħha dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet tagħha, u li dawn isiru aktar viżibbli, b’mod partikolari fil-każ ta’ interventi f’qafas multilaterali.

    4.1. Iż-żieda tar-riżorsi finanzjarji

    L-UE tikkonferma mill-ġdid l-obbligu tagħha li żżid il-baġit allokat għall-għajnuna (għajnuna pubblika għall-iżvilupp) bil-għan li dan jilħaq 0.7% tad-dħul gross nazzjonali f'2015, livell meqjus bħala neċessarju mill-esperti internazzjonali sabiex jintlaħqu l-GħMŻ u l-għanijiet l-oħra tal-koperazzjoni għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, l-Unjoni ffissat għan kollettiv intermedjarju ta' 0.56% fl-2010 u għanijiet individwali ta' 0.51% (UE ta’ 15) u maħsub għal 0.17% (UE ta’ 10) bil-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-Istati Membri wara 2002. Hi qed tistieden il-pajjiżi l-oħra donaturi u l-pajjiżi b’ekonomija emerġenti li jingħaqdu f’dan l-isforz indispensabbli.

    "L-UE ħadet l-impenn li teżamina l-għażliet l-aktar promettenti għas-sorsi li jġeddu ta' finanzjament maħsuba għall-iżvilupp, sabiex jiżdiedu r-riżorsi disponibbli b'mod sostenibbli u li wieħed jista' jobsor."

    4.2. Iż-żieda ta' l-effettivita' ta' l-għajnuna

    4.2.1. Azzjoni komuni għal aktar koordinazzjoni, armonizzazzjoni u allinjament

    Bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż sabiex titwassal l-għajnuna u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pajjiżi msieħba, l-UE se tieħu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu mħarsa l-obbligi tagħha internazzjonali fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni u l-effettivita' ta' l-għajnuna, ibbażati fuq l-adattabilita’, l-allinjament ta’ l-istrateġiji u l-proċeduri tal-pajjiżi konċernati, il-ġestjoni deċentralizzata tal-programmi, il-ġestjoni fuq il-bażi tar-riżultati u r-responsabilta’ reċiproka[8]. Hi se tuża l-indikaturi ta’ progress definiti f’dan il-kuntest u tilħaq l-għanijiet previsti fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi.

    L-UE se twettaq pjan ta' azzjoni[9] li tipprovdi azzjonijiet konkreti, li jistgħu jitkejlu u li jimxu ma' kalendarju. Dan il-pjan għandu fost l-għanijiet ewlenin tiegħu għas-snin li ġejjin:

    (i) tqassim aħjar tax-xogħol fuq il-livell ta' pajjiżi u reġjuni, għal komplementarita' aħjar, prinċipalment permezz tat-tfassil ta' qafas komuni ta' programmi ta' l-UE,

    (ii) it-tfassil ta’ ‘mappa tat-triq’ ta’ l-UE f’kull pajjiż,

    (iii) it-tfassil ta' format ta' ftehim finanzjarju komuni li jiffavorixxi l-armonizzazzjoni tal-proċeduri,

    (iv) il-garanzija ta' preżenza minima ta' l-UE (Komunita' jew Stat membru) fil-pajjiżi mitluqin, l-iktar dawk il-pajjiżi fi kriżi,

    (v) iżjed azzjonijiet komuni u utilizzazzjoni aktar intensiva tal-kofinanzjamenti li jippermettu operazzjonijiet konġunti ma' u bejn l-Istati Membri, li jingħata mertu lill-esperjenza ta’ l-Istati Membri ġodda u tiġi faċilitata wasla progressiva ta’ dawn il-pajjiżi fix-xena bħala donaturi ta’ fondi.

    Dan l-isforz mhux se jiżviluppa b'mod iżolat. Din l-inizjattiva, li hi miftuħa għall-komunita' sħiħa ta' l-iżvilupp, tagħmel parti mill-moviment internazzjonali li qed timmira li tiddinamizza. L-UE se tagħmel enfasi partikolari fuq il-koperazzjoni ma' l-imsieħba l-oħra ta' żvilupp bilaterali u l-atturi multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    4.2.2. It-titjib tal-kwalità ta' l-għajnuna inkluż dak permezz ta' mekkaniżmi innovattivi u flessibbli

    Fil-kuntest tat-tisħiħ ta’ l-adattibilita’, il-finanzjament tal-baġits għall-operazzjonijiet essenzjali, il-promozzjoni ta’ ġestjoni sana u trasparenti tal-finanzi pubbliċi u l-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali ta’ l-imsieħba għall-għajuna, l-għajnuna baġitarja ġenerali jew settorali se jkollha sehem akbar fl-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna Ewropea.

    Meta jitqiesu ż-żieda fil-baġits għall-għajnuna u l-ħtieġa li jkunu garantiti riżorsi stabbli u previdibbli, l-Unjoni se tiżviluppa mekkaniżmu ġdid li jkun inqas suxxettibbli għall-bidliet u li jippermetti l-pajjiżi li għamlu progress suffiċjenti fit-tnaqqis tal-faqar li jintrabtu fuq miżuri fil-medda tan-nofs, b’mod partikolari sabiex jgħattu l-ispejjeż rekurrenti marbuta mar-riżorsi umani neċessarji sabiex ikun garantit l-aċċess għas-servizzi bażiċi u tiżgura verifika aqwa ta’ l-investimenti meħtieġa għall-strateġija sostenibbli, li xi drabi l-benefiċċji tagħhom jistgħu jidhru biss fuq medda twila ta’ żmien.

    Li jittaffa d-dejn jirrapreżenta mezz għall-iffinanzjar il-bilanċ ta’ l-Istati, b’mod prevedibbli u kkoordinat. L-UE hija impenjata sabiex issib soluzzjoni sostenibbli fir-rigward tad-dejn, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inizjattivi mmirati sabiex itaffu id-dejn multilaterali, fil-pajjiżi vulnerabbli għall-impatti esterni u fil-pajjiżi li għadhom herġin minn kunflitt.

    It-tneħħijia ta' rbit fuq l-għajnuna tikkostitwixxi element ieħor kruċjali fl-isforzi intiżi sabiex tiżdied l-effettivita' ta' l-għajnuna. F'dan il-kuntest, l-Unjoni tikkonferma mill-ġdid l-intenzjoni tagħha li tippromwovi livell ta' tneħħija ta' rbit li jaqbeż dak previst fl-atti tal-ftehim internazzjonali eżistenti, l-iktar fejn tidħol l-għajnuna ta' ikel billi jkun hemm xiri minn sorsi lokali u reġjonali.

    4.3. Il-garanzija tal-koerenza tal-politika dwar l-iżvilupp

    L-Unjoni daħlet f'obbligi fejn tidħol il-koerenza tal-politika dwar l-iżvilupp. L-Unjoni identifikat għadd ta' oqsma ta' politika oħra minbarra l-koperazzjoni fl-iżvilupp li fihom se jittieħdu miżuri sabiex jgħinu il-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jintlaħqu l-GħMŻ[10]. Dan jikkostitwixxi kontributi sostanzjali oħra ta’ l-UE sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet.

    F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni, għad hemm progress xi jsir fuq tliet livelli : (1) fuq il-livell ta' l-Istati Membri, permezz tat-tisħiħ tal-proċeduri u l-istrumenti relatati mal-koerenza tal-politika, bl-ispirazzjoni ta' l-aħjar prattiċi mfassla minn ċerti pajjiżi membri; (2) fuq il-livell ta' Kunsill, permezz tat-tisħiħ ta' l-integrazzjoni effettiva ta' kwistjonijiet ta' żvilupp fi ħdan ix-xogħol tal-gruppi settorali tal-Kunsill; (3) fuq il-livell ta' Kummissjoni, fost affarijiet oħra, permezz tat-tisħiħ ta' l-analiżi ta' impatt f'perpettiva ta' żvilupp.

    * *

    *

    IT-TIENI TAQSIMA LINJI GWIDI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA GĦALL-IŻVILUPP TAL-KOMUNITÀ

    It-tieni parti tad-Dikjarazzjoni li tidher bħala anness tagħti direzzjonijiet għat-twettiq tal-politika dwar l-iżvilupp fuq livel komunitarju. L-għan hu li jiġi ċċarat ir-rwol tal-Komunita' u li jiġu definiti l-prijoritajiet li joħorġu fil-programmi ta' koperazzjoni għal żvilupp effettivi u koerenti fuq livell ta' pajjiżi u reġjuni.

    ANNESS

    IT-TIENI TAQSIMA LINJI GWIDI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA GĦALL-IŻVILUPP TAL-KOMUNITÀ

    1. IR-RWOL SPEċIFIKU TAL-KUMMISSJONI

    Il-Kummissjoni, li hi istituzzjoni politika mgħobbija bir-responsabbiltajiet mogħtija lilha bit-Trattat, għandha mandat konsiderevolment aktar wiesa’ minn aġenzija għall-iżvilupp. Hi għandha b’mod essenzjali jkollha sensiela ta’ politiki u strumenti li jippermettulha li tirrispondi għal sitwazzjonijiet l-aktar diversi.

    Il-Kummissjoni għandha preżenza u hi attiva fid-dinja kollha b’politika kummerċjali komuni, djalogu politiku u programmi ta’ kooperazzjoni li jkopru kważi t-totalità tal-pajjiżi u r-reġjuni li qed jiżviluppaw, appoġġata b’netwerk vast ta’ delegazzjonijiet.

    Hi għandha rwol prinċipali biex tmexxi ’l quddiem l-aġenda ta’ l-armonizzazzjoni u tal-kumplementarjetà fi ħdan l-Unjoni u flimkien mad-donaturi l-oħrajn, biex tippromwovi l-avviċinamenti Ewropej fil-qasam ta’ l-iżvilupp fl-entitajiet internazzjonali u biex tanima d-dibattitu Ewropew dwar l-iżvilupp.

    Hi għandha wkoll bħala vokazzjoni li ttejjeb il-komprensjoni ta’ l-interdipendenzi u li tinkuraġġixxi s-solidarjetà bejn il-Pajjiżi ta’ Fuq u t’Isfel abbażi tal-valuri li jibnu l-Ewropa. Għal dan l-għan, hi tagħti attenzjoni partikulari lill-attivitajiet ta’ għarfien u ta’ edukazzjoni dwar l-iżvilupp.

    2. AVVIċINAMENT DIFFERENTI SKOND IL-KUNTESTI U L-BżONNIJIET

    2.1. Id-divrenzjar fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

    L-implimentazzjoni tal-koordinazzjoni Komunitarja għall-iżvilupp hija neċessarjament speċifika għall-pajjiż jew ir-reġjun, u maħsuba eżatt għal kull pajjiż jew reġjun imsieħeb.

    Id-divrenzjar hu neċessità, meta jkunu kkunsidrati d-diversità ta’ l-imsieħba u l-isfidi. Dan japplika kemm għall-politika ġenerali kif ukoll għall-programmi ta’ kooperazzjoni. Il-politika Komunitarja vis-à-vis kull pajjiż tirrifletti fil-fatt taħlita ta’ obbjettivi (l-iżvilupp, il-kummerċ u l-ekonomija, is-sigurtà, l-istabbilizzazzjoni, l-ambjent, eċċ.) ibbażati fuq il-ħtiġijiet, il-prijoritajiet u l-assi tal-pajjiżi differenti. Hi appoġġata b’taħlita ta’ modalitajiet (l-għajnuniet tal-proġetti, l-għajnuna baġitarja, l-għajnuna umanitarja u l-assistenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriżijiet, l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u permezz tas-soċjetà ċivili, l-avviċinament tan-normi, l-istandards u l-leġiżlazzjonijiet, eċċ.) speċifiċi għal kull pajjiż.

    Hu meħtieġ li tkun stabbilita distinzjoni bejn il-pajjiżi msieħba bi dħul medju jew baxx. Il-pajjiżi bi dħul baxx (l-LICs) u l-pajjiżi l-anqas avanzati qed jiffaċċjaw sfidi enormi fit-twettiq ta’ l-obbjettivi għall-iżvilupp tal-Millennju (l-MDGs). L-għajnuna lill-LICs se tkun ibbażata fuq strateġiji tat-tnaqqis tal-faqar, u se tagħti l-attenzjoni neċessarja lid-disponibilità tas-servizzi bażiċi u l-aċċess għas-servizzi, għad-diversifikazzjoni ekonomika, għas-sigurtà alimentari u għal titjib tal-governanza u l-istituzzjonijiet.

    L-inkarigu hu aktar ikkomplikat f’sitwazzjoni ta’ partenarjati diffiċli, kif ukoll f’pajjiżi li jinsabu f’konflitti.

    L-għajnuna għall-pajjiżi bi dħul medju tibqa’ għaldaqstant importanti wkoll biex jintleħqu l-MDGs. Il-maġġoranza tan-nies fqar fid-dinja jgħixu f’dawn il-pajjiżi, li huma spiss ikkonfrontati b’inugwaljanzi impressjonanti u b’governanza dgħajfa, li thedded is-sostenibbiltà tal-proċess ta’ żvilupp tagħhom. Il-Komunità tkompli għalhekk twassal l-għajnuna tagħha fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar u ta’ l-obbjettivi prinċipali l-oħra. Ħafna pajjiżi bi dħul medju huma atturi strateġiċi li għandhom rwol importanti fil-kwistjonijiet politiċi, ta’ sigurtà u ta’ kummerċ mondjali, jipproduċu beni pubbliċi mondjali u huma pajjiżi li jistgħu jiggwidaw fuq skala reġjonali.

    Barra minn hekk, il-politika Ewropea dwar il-Pajjiżi Ġirien timmira biex tistabbilixxi partenarjat ipprivileġġjat mal-pajjiżi ġirien, billi tavviċinahom lejn l-Unjoni u billi toffrilhom li jipparteċipaw fis-suq intern Komunitarju, filwaqt li tappoġġa d-djalogu, ir-riformi u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku.

    F’sitwazzjonijiet fejn il-partenarjat ikun diffiċli, l-istati fraġli jew li mhux jirnexxu, il-prijoritajiet immedjati tal-Komunità se jkunu li jiġu offruti servizzi bażiċi u ttrattati l-ħtiġijiet ta’ bżonnijiet partikulari, essenzjalment f’għamla ta’ proġetti, permezz ta’ ħidma mas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-ħsieb prijoritarju ta’ l-impenn Komunitarju hu li jgħin lill-pajjiżi msieħba biex jistabbilixxu istituzzjonijiet statali leġittimi, effikaċi u b’saħħithom, kif ukoll biex jippromwovu soċjetà ċivili attiva u organizzata. Biex tkun imtejba l-kontribuzzjoni f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-imsiebħa internazzjonali tagħha, qed tiddefinixxi prinċipji dwar l-impenn internazzjonali fl-istati fraġli. Dawn il-prinċipji jirriflettu t-tagħlim mislut fil-qasam ta’ l-effikaċja ta’ l-għajnuna f’dawn il-pajjiżi u jkopru aspetti bħalma huma l-koerenza, il-prevenzjoni tal-fraġilità ta’ l-istat u l-prevenzjoni tal-konflitti, l-armonizzazzjoni u l-allinjament ma’ l-istrateġiji u l-proċeduri tagħhom.

    Konsegwentement, il-politiki tal-Komunità, notevolment fil-qasam ta’ l-iżvilupp, għandhom jikkunsidraw aspetti strateġiċi aktar wesgħin sabiex jirriflettu bi sħiħ il-firxa ta’ l-obbjettivi tagħhom. Id-divrenzjar, u l-kumplessità tat-taħlitiet ta’ politiki, jirrikjedu b’mod ċar firxa wiesgħa ta’ avviċinamenti u ta’ temi fi ħdan il-politika għall-iżvilupp. Barra minn hekk, sar aktar u aktar neċessarju li tkun żgurata l-koerenza bejn il-politiki.

    Id-dokumenti strateġiċi għal kull pajjiż, reġjun u temi huma l-għodod Komunitarji ta’ programmazzjoni li fl-istess waqt jiddefinixxu t-taħlita mmirata ta’ politiki u ta’ strumenti u jiżguraw il-koerenza bejniethom. L-arkitettura ġdida ta’ strumenti ġeografiċi u ta’ urġenza[11] għall-għajnuna Komunitarja toffri qafas adatt li jirrispondi għall-kuntesti u l-kondizzjonijiet differenti. F’dan il-qafas, il-programmi tematiċi huma sussidjarji, kumplementarji u definiti skond il-valur miżjud distint tagħhom vis-à-vis il-programmi ġeografiċi.

    2.2. Kriterji trasparenti għall-allokazzjoni tar-riżorsi

    L-allokazzjoni finanzjarja mondjali hi mogħtija skond kriterji ġeografiċi jew tematiċi. Fi ħdan kull invilopp ġeografiku, ir-riżorsi huma allokati u l-użu tagħhom hu eżaminat skond il-prinċipji tal-bżonnijiet u tal-kapaċità u tal-prestazzjoni tal-pajjiż, dawn jistgħu jkunu adattati b’mod li tkun ikkunsidrata l-ispeċifiċità tal-programmi differenti. F’dan il-kuntest, l-isfidi għall-iżvilupp sostenibbli se jkunu kkunsidrati. Il-kriterji tal-bżonnijiet jinkludu l-popolazzjoni, il-firxa tal-faqar u l-livell ta’ l-iżvilupp soċjali; il-kriterji tal-prestazzjoni jinkludu l-progress fil-pjanijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali u l-assorbiment ta’ l-għajnuna, b’mod partikulari l-mod li bih pajjiż juża riżorsi limitati għall-iżvilupp, billi jibda bir-riżorsi tiegħu stess.

    Dan l-avviċinament jiffavorixxi l-iżvilupp u l-progress lejn it-twettiq ta’ l-MDGs filwaqt li jagħti kunsiderazzjoni xierqa lill-prijoritajiet politiċi tal-Komunità. Dan hu wkoll suffiċjentement flessibbli biex ikunu kkunsidrati sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi benefiċjarji, bħalma huma l-gżejjer iż-żgħar jew l-istati enklavi, il-pajjiżi partikularment vasti u ppopolati jew esposti għall-katastrofi naturali.

    3. PRIJORITAJIET MAGħżULA B’KONSULTAZZJONI MAL-PAJJIżI MSIEħBA

    3.1. Il-prinċipju tal-konċentrazzjoni filwaqt li tkun miżmuma l-flessibbiltà

    Il-Komunità se tapplika l-prinċipju tal-konċentrazzjoni, li hi kkunsidrata fost l-aktar fatturi importanti biex tkun żgurata l-effikaċja ta’ l-għajnuna. Din timplika li jkun magħżul, fil-qafas tal-proċess ta’ programmazzjoni għall-għajnuna Komunitarja, numru limitat ta’ oqsma ta’ azzjoni minflok li l-Komunità tifrex l-isforzi tagħha f’ħafna setturi żejda. Din l-għażla ser issir fil-livell tal-pajjiżi u tar-reġjuni sabiex ikunu rrispettati l-impenji meħuda fil-qasam tal-partenarjat, l-approprjazzjoni u l-allinjament.

    Dawn il-prijoritajiet se jkunu identifikati permezz ta’ djalogu trasparenti u approfondit ma’ l-atturi differenti abbażi ta’ analiżi komuni u skond il-komplementarjetà fost id-donaturi. Flessibbiltà suffiċjenti fil-programmazzjoni għandha wkoll tippermetti respons rapidu quddiem bżonnijiet li mhumiex previsti.

    L-aġenda ta’ armonizzazzjoni titlob li d-donaturi jaħdmu flimkien għall-appoġġ tal-politiki ġenerali u settorjali tal-pajjiżi msieħba. F’dan il-qafas, il-Komunità hi lesta li tassumi r-responsabbiltà tagħha. L-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar orjentati lejn l-MDGs, jew l-istrateġiji nazzjonali ekwivalenti, għandhom jikkostitwixxu l-punt tat-tluq ta’ din il-ħidma.

    3.2. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-qafas tematiku komuni

    Abbażi tal-qafas tematiku komuni definit għall-Unjoni u abbażi ta’ analiżi konġunta tal-bżonnijiet u tal-prestazzjoni tal-pajjiżi msieħba, il-Kummissjoni, fid-djalogu ta’ programmazzjoni tagħha ma’ dawn ta’ l-aħħar, se tikkunsidra d-divrenzjar, il-komplementarjetà u l-kapaċitajiet tagħhom bl-iskop li jkunu identifikati l-oqsma għall-konċentrazzjoni tal-kooperazzjoni Komunitarja.

    Il-Kummissjoni għandha esperjenza biżżejjed u qed tippjana biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha f’diversi oqsma tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp:

    - il-governanza u l-appoġġ għar-riformi ekonomiċi u istituzzjonali

    F’dak li jirrigwardja l-governanza, il-Komunità se tagħti prijorità speċifika lid-drittijiet tal-bniedem – fosthom l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa – u lid-demokrazija, il-promozzjoni ta’ impenn politiku ta’ livell għoli u l-appoġġ għar-riformi neċessarji biex tkun impeduta u kkumbattuta l-korruzzjoni, l-appoġġ għad-deċentralizzazzjoni u l-awtoritajiet lokali u għat-tisħiħ tar-rwol tal-parlamenti.

    Hi se tagħti wkoll attenzjoni biex lill-governanza ambjentali u soċjali billi ssaħħaħ il-parteċipazzjoni effettiva ta’ l-atturi istituzzjonali li għandhom ir-responsabbiltà għal dawn il-kwistjonijiet fil-proċess politiku tat-teħid ta’ deċiżjoni u billi ssaħħaħ ir-rwol ta’ l-atturi non-governattivi. F’dan il-kuntest, il-Komunità ser issegwi l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ta’ l-Unjoni għat-tisħiħ tal-politiki dwar il-governanza u l-kummerċ forestarju.

    Il-Komunità tappoġġa r-riformi skond firxa ta’ modalitajiet li jiddependu mill-kuntest speċifiku. L-għajnuna baġitarja se tkun ikkunsidrata, fejn hu meħtieġ, bħala modalità ta’ għajnuna partikulari utli fil-qafas ta’ strateġija ffokata fuq it-titjib tal-governanza, li tagħti lill-Komunità rwol importanti fit-titjib ta’ l-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi fil-baġit kollu – dan hu essenzjali fil-ġlieda kontra l-ineffiċjenza u l-korruzzjoni, u biex titkabbar l-inċidenza ta’ l-ispejjeż pubbliċi kollha għall-faqar.

    Il-Komunità se tippromwovi l-prinċipji ta’ governanza tajba fl-oqsma finanzjarji, fiskali u ġudizzjali, b’mod partikulari permezz ta’ aktar trasparenza, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Se tkun ukoll iffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi tal-kumpaniji u l-frodi finanzjarji, il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, il-frodi u l-evażjoni fiskali, il-korruzzjoni u l-prattiki finanzjarji irregolari oħra, notevolment tal-kumpaniji.

    Fil-qasam ta’ appoġġ għar-riformi ekonomiċi u istituzzjonali, fosthom l-Istrateġiji biex Jitnaqqas il-Faqar, il-Kummissjoni se tibqa’ attur essenzjali, flimkien ma’ l-Istituzzjonijiet ta’ Bretton Woods, billi tkun attiva fid-djalogu mal-pajjiżi dwar il-kontenut tar-riformi u billi tappoġġa finanzjarjament il-gvernijiet involuti f’dawn il-programmi. Fid-djalogu tagħha mal-pajjiżi, il-Komunità se tkompli tkun attenta għall-impatt tar-riformi, f’termini ta’ żvilupp, ta’ titjib fl-ambjent kummerċjali, ta’ stabbiltà makro-ekonomika u ta’ effett fuq it-tnaqqis tal-faqar. Hi se tiffavorixxi l-approprjazzjoni tar-riformi mill-pajjiżi, billi tpoġġi fiċ-ċentru tad-djalogu l-ħarsa fuq ir-riżultati. Hi se tenfasizza b’mod partikulari l-kwistjoni tat-titjib ta’ l-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi, element bażiku fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u biex tissaħħaħ l-effikaċja ta’ l-infiq. Finanzjarjament, hi se tipprivileġġa, kull meta l-kondizzjonijiet jippermettu, l-għajnuniet baġitarji biex tappoġġa finanzjarjament il-programmi. Se tintervjeni filwaqt li tirrispetta l-orjentazzjonijiet mogħtija mil-Linji Gwida dwar il-Prattiki Ġusti ta’ l-OECD/DAC dwar l-għajnuniet baġitarji, b’mod partikulari f’termini ta’ allinjament, ta’ koordinazzjoni u ta’ kondizzjonijiet. Għajnuniet kumplementarji jistgħu jkunu mwassla fil-qasam ta’ l-iżvilupp tal-kapaċitajiet li għandhom l-għamla ta’ proġetti tradizzjonali.

    Finalment il-Komunità se tibqa’ attiva fil-kwistjoni tad-dejn, billi timplimenta l-impenji tagħha u tipparteċipa b’mod attiv fid-dibattitu internazzjonali dwar din il-kwistjoni.

    - il-kummerċ u l-integrazzjoni reġjonali

    Il-kummerċ hu s-sors prinċipali għat-tkabbir ekonomiku. Il-ftuħ tas-swieq u l-aċċess preferenzjali jagħtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-opportunitajiet għat-tkabbir. Għaldaqstant in-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ provvista spiss jillimitaw il-possibbiltajiet li din il-potenzjalità tkun esplojtjata. Fil-qasam ta’ l-iskambji u ta’ l-integrazzjoni reġjonali, il-Komunità għandha bħala obbjettivi tkabbir sostenibbli u integrazzjoni mingħajr tfixkil u progressiva fl-ekonomija dinjija. Il-prijoritajiet f’dan il-qasam huma t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet u l-kapaċitajiet, b’tali mod li jkunu ppjanati u implimentati b’mod effikaċi l-politiki kummerċjali u ta’ integrazzjoni fi stat tajjeb, u l-għajnuna għas-settur privat u pubbliku, sabiex jittieħed vantaġġ mill-possibbilitajiet ġodda ta’ skambju kummerċjali fis-suq reġjonali u dinji u biex tkun iffaċilitata l-adozzjoni tiegħu. Dan jinkludi t-titjib tal-provvista f’terminu tal-qafas legali u regolamentari li jippermetti ambjent aktar favorevoli għall-investimenti u d-disponibilità tas-servizzi ta’ għajnuna bażika (p. eż. l-ilma, l-elettriċità, it-telekomunikazzjonijiet, il-finanzi, eċċ.) filwaqt li jitkompla dak li hu għaddej fil-qasam ta’ l-infrastruttura u t-trasport. L-għajnuniet lis-settur privat se jibqgħu qasam importanti ta’ intervent mill-Komunità. Lil hinn mit-titjib ta’ l-ambjent kummerċjali li diġà ssemma’, dan jinkludi għajnuniet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u għall-aċċess aktar faċli għas-servizzi finanzjarji lis-settur privat tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikulari permezz tal-Bank Ewropew għall-Investiment. L-importanza ta’ l-għajnuniet għall-mikrofinanzi se tkompli titkabbar. L-aċċess tal-popolazzjonijiet fqar għas-servizzi finanzjarji hu strument important biex dawn ikunu megħjuna joħorġu mill-faqar.

    Attenzjoni partikulari hija mogħtija lill-oqsma marbuta mal-kummerċ bħalma huma l-faċilità ta’ skambji, is-servizzi, il-konformità mal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (l-SPS), in-normi tekniċi u l-kwalità u l-propjretà intellettwali. Prijorità oħra hi li tkun iffaċilitata r-ristrutturazzjoni tas-sistema fiskali biex tieħu post id-dazji ta’ l-importazzjoni permezz ta’ forom fiskali aktar ibbilanċjati.

    L-azzjonijiet speċifiċi se jiddipendu b’mod wiesa’ mill-karatteristiċi tal-pajjiżi msieħba. Il-pajjiżi ta’ daqs żgħir, imdawra b’art barranija jew insulari u l-pajjiżi l-anqas avanzati (l-LCDs) jeħtieġu attenzjoni partikulari kemm għall-provvista u t-tkabbir tal-kompetittività tas-settur privat. F’dawn il-pajjiżi, l-għajnuna baġitarja matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni hija importanti biex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ adattament fiskali u biex tkun impeduta kull revoka tal-politika.

    Il-barrieri għall-kummerċ spiss huma ogħla bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-integrazzjoni reġjonali tista’ tnaqqas dawn il-barrieri, iżżid id-dimensjoni tas-swieq u b’hekk tippermetti ekonomija fil-kobor għall-produzzjoni u tagħmel lis-swieq aktar attraenti għall-investituri. Il-parti l-kbira ta’ l-assistenza marbuta mal-kummerċ, b’mod partikulari fil-grupp ta’ l-ACP, hi pprovduta fil-qafas tal-programmi reġjonali destinati biex jgħinu l-konsolidazzjoni ta’ l-integrazzjoni ekonomika biex ikunu ppreparati l-ftehimiet tal-partenarjat ekonomiku (l-EPAs). Għal ħafna pajjiżi, iżda b’mod l-aktar partikulari għal dawk li l-UE hi l-imsieħba prinċipali ta’ l-iskambji kummerċjali u l-investimenti, l-avviċinament tar-regolamenti tas-suq uniku Komunitarju hu ta’ benefiċċju.

    - l-infrastruttura u t-trasport

    Il-KE tippromwovi avviċinament settorjali sostenibbli għat-trasport. It-tweġiba għall-bżonnijiet tal-parteċipanti, l-assigurazzjoni tas-sigurtà, l-affordjar u l-effiċjenza tat-trasport u t-tnaqqis għall-inqas livell possibbli ta’ l-effetti negattivi fuq l-ambjent huma l-prinċipji prinċipali ta’ dan l-avviċinament. L-istrateġija applikata għall-forniment tat-trasport hija ekonomikament, finanzjarjament u istituzzjonalment sostenibbli. Din il-viżjoni hi maqsuma ma’ l-imsieħba li għadhom qed jiżviluppaw.

    It-tweġiba tal-Kummissjoni għat-talba li qed kulma tmur tikber tal-pajjiżi Afrikani biex jaraw żieda fil-finanzjament ta’ l-infrastruttura mid-donaturi qed tittraduċi lilha nfisha f’partenarjat għall-infrastrutturi. Dan il-partenarjat se jiffunzjona fuq livelli differenti, kontinentali, reġjonali u nazzjonali. Hu se jinkludi taħlita ottima ta’ miżuri “ħfief” (l-armonizzazzjoni tal-qafas regolamentari, l-iżvilupp ta’ l-istituzzjonijiet, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet) u miżuri “tqal” (il-fondi supplimentari għall-investimenti fl-infrastrutturi).

    - l-ilma u l-enerġija

    Il-qafas politiku Komunitarju ta’ mmaniġġjar integrat tar-riżorsi ta’ l-ilma jimmira biex jiggarantixxi provvista suffiċjenti ta’ ilma tajjeb għax-xorb ta’ kwalità tajba, kondizzjonijiet sanitarji u iġjeniċi adegwati għal kulħadd, u notevolment għal dawk l-aktar fqar, b’konformità ma’ l-MDGs, b’tali mod li jkun imnaqqas bin-nofs, minn issa sa l-2015, il-proporzjon ta’ persuni mċaħħda minn aċċess sostenibbli ta’ ilma tajjeb għax-xorb garantit u li jkollhom stallazzjonijiet sanitarji bażiċi.

    L-inizjattiva Ewropea għall-ilma tikkontribwixxi għal dawn l-obbjettivi politiċi. L-elementi prinċipali tagħha huma: it-tisħiħ ta’ l-impenn politiku biex tittieħed azzjoni u l-enfasizzar tal-kwistjonijiet ta’ l-ilma u ta’ l-istallazzjonijiet sanitarji fil-kuntest ta’ l-isforzi biex jitnaqqas il-faqar; il-promozzjoni ta’ mmaniġġjar aħjar ta’ l-ilma; l-inkuraġġiment tal-kooperazzjoni reġjonali u lokali dwar il-kwestjonijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-ilma; u l-katalizzar tal-finanzjamenti supplimentari. L-inizjattiva hi ċċentrata ġeografikament fuq l-Afrika; din l-esperjenza se tikkontribwixxi biex tinbena relazzjoni qawwija b’mod simili ma’ l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu, l-Asja Ċentrali, ir-reġjun Mediterranju u l-Amerika Latina.

    Setturi sħaħ tal-popolazzjoni tal-pajjiżi bi dħul baxx ma għandhomx aċċess għall-elettriku u jiddependu fuq sistemi għalja ta’ provvista għall-enerġija domestika. Il-politika Komunitarja timmira għalhekk essenzjalment biex tiffavorixxi ambjent istituzzjonali u finanzjarju tajjeb, qawmien ta’ għarfien u żvilupp tal-kapaċitajiet, sabiex jittejjeb l-aċċess għas-servizzi moderni ta’ l-enerġija permezz ta’ l-Inizjattiva Ewropea għall-Enerġija u tal-Koalizzjoni ta’ l-Enerġiji Rinnovabbli ta’ Johannesburg. Għajnuna se tkun ukoll ipprovduta bl-iskop li titwaqqaf l-infrastruttura neċessarja għall-interkonnessjoni tal-pajjiżi u tar-reġjuni, sabiex titwettaq ekonomija fil-kobor u biex jirnexxi l-użu aktar profittuż u sostenibbli tar-riżorsi. Il-Komunità tgħin ukoll l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jassoċjaw flimkien lis-settur pubbliku u dak privat.

    Fil-pajjiżi bi dħul medju, l-għajnuna mwassla mill-politika Komunitarja hi prinċipalment iċċentrata fuq is-sostituzzjoni progressiva tal-produzzjoni ta’ l-elettriku ibbażata fuq kombustibbli magħmul mill-fossilli b’sorsi sostenibbli ta’ enerġija mil-lat ambjentali, kif ukoll fuq it-titjib ta’ l-użu effikaċi ta’ l-enerġija.

    - il-koeżjoni soċjali u x-xogħol

    Il-Komunità tippromwovi avviċinament soċjali u ekonomiku integrat li jikkunsidra l-ekonomija, ix-xogħol u l-koeżjoni soċjali bħala elementi interdipendenti fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi. Il-prijoritajiet jiddipendu fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba, b’enfasi partikulari fuq il-politiki soċjali u fiskali biex tkun promossa l-ugwaljanza. L-azzjonijiet prijoritarji se jinkludu l-għajnuna għar-riformi fis-sigurtà soċjali (p.eż. l-estensjoni tas-sigurtà soċjali lil dawk li mhumiex koperti bis-sistemi eżistenti, il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni soċjali sostenibbli u adegwati) u għar-riformi fiskali mmirati lejn id-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul ta’ flus, it-tkabbir ekonomiku li jibbenefika lill-fqar u x-xogħol.

    Ix-xogħol hu fattur essenzjali biex jintleħaq livell għoli ta’ koeżjoni soċjali. Il-Komunità se tippromwovi l-investimenti li jiġġeneraw ix-xogħol u li jgħinu l-iżvilupp tar-riżorsi umani. Għal dan ir-rigward, l-KE se tippromwovi xogħol deċenti għal kulħadd b’konformità ma’ l-aġenda ta’ l-ILO. Enfasi speċjali se tingħata lill-integrazzjoni progressiva tas-settur informali ta’ l-ekonomija formali, lid-djalogu soċjali u lir-responsabbiltà soċjali ta’ l-intrapriżi.

    - l-iżvilupp uman u soċjali

    Il-qafas politiku Komunitarju fil-qasam ta’ l-iżvilupp uman u soċjali jimmira biex itejjeb il-ħajja tan-nies bi ftehim ma’ l-MDGs permezz ta’ azzjoni fil-livell mondjali u fil-livell tal-pajjiżi.

    Il-Komunità se tgħin l-interventi għas-saħħa billi ssaħħaħ is-sistemi tal-kura tas-saħħa, billi tenfasizza b’mod partikulari r-riżorsi umani, u billi taħdem aktar permezz ta’ l-avviċinamenti settorjali u l-għajnuna baġitarja settorjali. Għal dan ir-rigward, il-KE ser ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ djalogu politiku fil-livell nazzjonali jew tieħu ħsieb li jkunu hemm skambju ta’ kompetenzi ma’ l-Istati Membri ta’ l-UE.

    Il-Komunità se tiżviluppa pjan ta’ strateġija għall-azzjonijiet konġunti ta’ l-UE biex ikunu kkonfrontati l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-livell tal-pajjiżi u fil-livell mondjali, abbażi tal-qafas politiku tagħha u tal-Programm Ewropew ta’ Azzjoni. Strateġiji Komunitarji se jgħinu l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura, li jinkludu permezz tal-Fond Dinji għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulozi u l-Malarja. L-azzjonijiet se jinkludu miżuri li jimmiraw biex jgħinu l-iltiema u lit-tfal vulnerabbli, biex javviċinaw id-dimensjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi rigward dawn it-tliet mardiet u biex jegħlbu l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni. Ir-rabtiet u s-sinerġiji ma’ l-istrateġiji li jimmiraw il-promozzjoni tal-kura tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi se jkunu eżaminati bir-reqqa b’mod sħiħ. Il-Komunità se tipproponi wkoll lill-Istati Membri u lill-NEPAD avviċinamenti konġunti biex iwieġbu għall-kriżi straordinarja tar-riżorsi umani fost dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa.

    Il-prijoritajiet tal-Komunità fl-edukazzjoni huma l-edukazzjoni primarja ta’ kwalità u l-formazzjoni professjonali. Se jsiru sforzi biex iwieġbu għall-inugwaljanzi prinċipali. Enfasi partikulari ser issir fuq il-promozzjoni għall-edukazzjoni tal-bniet u għas-sigurtà tagħhom fl-ambjent skolastiku. L-elaborazzjoni tal-pjanijiet settorjali, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż rikorrenti u l-parteċipazzjoni fl-inizjattivi tematiċi reġjonali u mondjali fil-qasam ta’ l-edukazzjoni se jkunu mmirati, jekk u fejn dawn il-miżuri jwasslu valur miżjud lir-riżultati fil-qasam edukattiv, fid-definizzjoni tan-normi jew fl-isforzi ta’ mmonitorjar.

    Il-qafas Komunitarju tal-politika għall-iżvilupp soċjali jippromwovi l-protezzjoni tal-persuni, b’mod partikulari tan-nisa u t-tfal, kontra t-traffikar tal-persuni umani, l-agħar forom ta’ xogħol tat-tfal u d-diskriminazzjoni, notevolment f’dak li jikkonċerna l-ugwaljanza tas-sessi u l-invalidità.

    Il-parti l-kbira ta’ l-għajnuna finanzjarja se tingħata lill-pajjiżi l-aktar fqar. Fl-istati fraġli, il-Komunità se taħdem ma’ l-NGOs u ma’ l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti biex tipprovdi s-servizzi bażiċi u biex twieġeb għall-bżonnijiet partikulari, l-aktar permezz tal-proġetti.

    Barra mill-ħidma fil-livell tal-pajjiżi, il-Komunità għandha l-kapaċità fil-livell mondjali li tiżgura vuċi Ewropea b’saħħitha fuq numru ta’ kwistjonijiet prinċipali, b’mod partikulari d-drittijiet tan-nisa, il-kura tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u l-promozzjoni tal-prodotti farmaċewtiċi rħas u garantiti.

    - l-iżvilupp rurali u l-immaniġġjar tat-territorju, l-agrikultura, is-settur alimentari

    L-iżvilupp rurali u l-agrikultura ma rċivewx attenzjoni suffiċjenti matul dawn l-aħħar snin minkejja r-rwol tagħhom fit-tkabbir u fil-ġlieda kontra l-faqar. Biex tillanċja mill-ġdid l-investimenti f’dawn is-setturi l-Komunità se tgħin l-implimentazzjoni ta’ l-avviċinamenti territorjali multisettorjali li jimmiraw l-immaniġġjar tat-territorju u li jenfasizzaw it-tisħiħ ta’ l-awtoritajiet lokali u l-parteċipazzjoni ta’ l-atturi kemm għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet għall-investiment kif ukoll għall-immaniġġjar tar-riżorsi biex ikunu megħjuna gruppi veri għall-iżvilupp lokali.

    Il-Komunità se tkompli teżerċita rwol prinċipali għas-sigurtà alimentari kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll reġjonali u nazzjonali, billi tgħin l-avviċinamenti strateġiċi fil-pajjiżi li għandhom nuqqas ta’ sigurtà alimentari kronika, li jinkludu fost l-oħrajn l-azzjonijiet ta’ prevenzjoni, fosthom is-sistemi ta’ allarm bikri, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sigurtà, it-titjib għall-aċċess tar-riżorsi, il-kwalità sustanzjuża, u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet għad-definizzjoni ta’ l-istrateġiji. Enfasi partikulari se tkun riżervata għas-sitwazzjonijiet ta’ tranżizzjoni u t-twassil ta’ l-għajnuna ta’ urġenza biex ikun megħjun l-iżvilupp.

    Fil-qasam agrikolu, il-Komunità se tenfasizza l-aċċess għar-riżorsi (l-art, l-ilma, il-finanzi) u l-opportunitajiet il-ġodda (is-swieq, it-teknoloġiji) b’mod partikulari għan-nisa. Il-prijoritajiet Komunitarji jistgħu jingħataw għall-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni (il-pajjiżi bi dħul baxx), għall-kompetittività fis-swieq internazzjonali u l-immaniġġjar tar-riskji (il-pajjiżi li jiddipendu fuq prodotti bażiċi) skond il-limitazzjonijiet u l-livell ta’ żvilupp tal-pajjiż. Attenzjoni partikulari se tingħata lill-mekkaniżmi li jwieġbu għall-kriżijiet. F’sitwazzjonijiet ta’ tranżizzjoni l-enfasi se tingħata lill-qawmien mill-ġdid ta’ sistemi produttivi. Sabiex l-iżvilupp teknoloġiku jkun ta’ benefiċċju għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-KE ser issaħħaħ l-għajnuna tagħha lir-riċerka agrikola fil-livell mondjali.

    - l-ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali

    Il-Komunità se tgħin l-isforzi u ser issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pajjiżi msieħba (il-gvernijiet u s-soċjetà ċivili) biex jintegraw id-dimensjoni ambjentali fl-iżvilupp, inkluża l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali[12].

    Hi ser issaħħaħ l-inizjattivi tagħha għall-preservazzjoni tar-riżorsi naturali u l-immaniġġjar sostenibbli tagħhom, notevolment bħala sors ta’ dħul ta’ flus (il-foresti, is-sajd...). Din l-għajnuna se tkun tista’ titwettaq permezz ta’ azzjonijiet fil-livell ta’ l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali, iżda wkoll permezz ta’ parteċipazzjoni/kontribuzzjoni f’inizjattivi/organizzazzjonijiet Ewropej jew mondjali. Il-mezzi finanzjarji ddedikati għar-riċerka għall-iżvilupp fil-qafas tas-7 Programm Kwadru se jkunu miżjuda wkoll.

    Attenzjoni partikulari se tingħata lill-kontroll ta’ l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi forestarji, kif ukoll lill-preservazzjoni u ż-żieda ta’ l-impjiegi, lis-sorsi rurali tad-dħul ta’ flus u lill-beni u s-servizzi ambjentali offruti mill-foresta, kif ukoll permezz tal-promozzjoni ta’ l-immaniġġjar forestarju mill-komunitajiet lokali, u t-titjib ta’ l-immaniġġjar tar-riżorsi forestarji. L-immaniġġjar sostenibbli tal-bijodiversità, inklużi s-sistemi ta’ żoni protetti, il-qsim ġust tal-benefiċċji tagħha u l-problemi tal-qafas domestiku tal-bijo-sigurtà, se jitwettaq permezz ta’ għajnuna aktar qawwija għall-implimentazzjoni tal-UNCBD[13].

    Rigward il-bidla fil-klima, il-Kummissjoni se tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ta’ l-UE dwar il-bidla fil-klima u l-iżvilupp, u dan permezz ta’ kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. L-adattament għall-effetti negattivi tal-bidla fil-klima se jkun fiċ-ċentu ta’ l-għajnuna tal-KE għall-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-Istati gżejjer li qed jiżviluppaw. Dwar il-kontroll tad-diżertifikazzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli ta’ l-art, il-Komunità se tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-UNCCD[14] permezz ta’ integrazzjoni effikaċi tal-kwistjonijiet ta’ l-immaniġġjar sostenibbli ta’ l-art fl-istrateġiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

    - il-prevenzjoni tal-konflitti u tal-fraġilità ta’ l-Istati

    Il-KE timpenja lilha nfisha biex ikunu evitati t-tfaċċar ta’ partenarjati diffiċli u l-fraġilità ta’ l-Istati. Hi tgħin fir-riforma tal-governanza kif ukoll fl-avviċinament mondjali tal-prevenzjoni. Hi tinkuraġġixxi kultura ta’ prevenzjoni għal tul taż-żmien, pjuttost milli reazzjoni, għall-fraġilità ta’ l-Istati, il-konflitti, il-katastrofi naturali u t-tipi l-oħra ta’ kriżijiet.

    Il-Komunità ser iżżomm l-għajnuna tagħha għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti u t-twassil mill-ġdid tal-paċi billi tattakka l-kawżi prinċipali tal-konflitti vjolenti, notevolment il-faqar, id-degradazzjoni, l-esplojtazzjoni u l-inugwaljanzi fil-qasam tal-qsim u ta’ l-aċċess għall-art u għar-riżorsi naturali, governanza dgħajfa, il-vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-inugwaljanza bejn is-sessi. Hi se tippromwovi ukoll id-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni bl-iskop li tibbenefika l-paċi u li tipprevjeni li tfaqqa’ l-vjolenza.

    Il-Komunità se tintensifika l-għajnuna tagħha għall-isforzi tal-pajjiżi msieħba u l-organizzazzjonijiet reġjonali biex ikunu msaħħa s-sistemi ta’ allarm bikri u tal-kapaċitajiet maniġerjali/istituzzjonali, b’tali mod li jkun permess lilhom li jimpenjaw lilhom infushom b’mod effikaċi f’avviċinament preventiv. Il-KE se tiżviluppa ukoll l-abbiltà tagħha li tinduna bis-sinjali bikrin tal-fraġilità statali billi ttejjeb l-analiżi konġunta, l-immonitorjar konġunt u l-evalwazzjoni ta’ l-istati diffiċli, fraġli u li qed ifallu ma’ donaturi oħrajn.

    * *

    *

    Aktar minn hekk, fil-qafas ta’ politika innovattiva, il-Kummissjoni qed twassal l-iżvilupp ta’ avviċinamenti ġodda fl-oqsma bħalma huma l-migrazzjonijiet u l-iżvilupp, is-sigurtà u l-iżvilupp, jew in-netwerks u l-interkonnessjonijiet.

    L-esperjenza tagħha hi wkoll magħrufa f’dak li jikkonċerna l-modalitajiet ta’ l-għajnuna b’mod partikulari l-għajuna baġitarja ġenerali u settorjali, li timplika wkoll djalogu approfondit kemm settorjali kif ukoll dwar l-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi, it-trasparenza, ir-responsabbiltà ta’ l-għemil u l-kwistjoni tal-korruzzjoni.

    B’żieda ma’ din il-kapaċità fil-qasam ta’ l-iżvilupp, il-Kummissjoni ser tinqeda b’kull kompetenza teknika li għandha fl-oqsam differenti li ma jiddipendux speċifikament fuq azzjoni esterna iżda fejn hi tista’ taqsam l-esperjenza tagħha – notevolment fil-qasam tal-politiki tas-suq intern, tal-kummerċ, tat-taxxa, tal-kompetizzjoni, tas-sajd, ta’ l-ambjent, tal-koeżjoni, tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali, tar-riċerka, ta’ l-edukazzjoni u tal-kultura.

    Dan huwa li qed toffri l-Kummissjoni biex tikkontribwixxi fid-diviżjoni tax-xogħol ibbażat fuq il-vantaġġi komparattivi ta’ kull wieħed bl-għan li tkun imsaħħa l-effikaċja ta’ l-għajnuna.

    3.3. Tisħiħ ta’ l-avviċinament tal-“ mainstreaming ”

    Ċertu kwistjonijiet jeħtieġu, barra mit-teħid ta’ azzjonijiet u ta’ politiki speċifiċi, avviċinament tat-tip “ mainstreaming ” għaliex dawn jirrappreżentaw ukoll prinċipji ġenerali applikabbli għal kull inizjattiva, li jeħtieġu sforz multisettorjali.

    Dan jikkonċerna l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tal-bniedem inġenerali u tat-tfal u tal-popli indiġeni b’mod partikulari, id-dimensjoni ambjentali u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, inkluż l-użu li dejjem qed jiżdied tat-teknoloġiji ta’ l-informatika u tal-komunikazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tillanċja dan l-avviċinament billi tinqeda bir-riżorsi kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha b’mod sistematiku u strateġiku[15], fosthom billi tipprofondixxi d-djalogu ma’ l-imsieħba u billi twaqqaf netwerks ta’ kompetenza u ta’ għajnuna teknika li jassoċjaw ir-riżorsi ta’ l-Istati Membri u tal-pajjiżi msieħba.

    3.4. L-għajnuna għall-inizjattivi u l-fondi mondjali

    L-inizjattivi u l-fondi mondjali huma strumenti b’saħħithom biex ikunu llanċjati azzjonijiet politiċi ġodda jew rinforzati l-azzjonijiet eżistenti fejn l-iskop tagħhom hu insuffiċjenti. Huma wkoll kapaċi jimmobbilizzaw l-attenzjoni u l-volontà pubblika b’mod aktar faċli mill-istituzzjonijiet tradizzjonali ta’ għajnuna.

    Għaldaqstant, dan il-metodu ta’ intervent ma għandux jimmina d-djalogu mal-pajjiżi, il-proċess ta’ allinjament ta’ l-istrateġiji tagħhom u l-integrazzjoni tal-fondi fiċ-ċirku baġitarju.

    Se jkun hemm bżonn għalhekk li jkunu assessjati każ każ il-valur miżjud ta’ l-inizjattivi u l-fondi mondjali. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu deċiżi l-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-fondi mondjali. Hi se tagħti prijorità lill-inizjattivi li jikkontribwixxu biex jintleħqu l-MDGs u biex tiżdied id-disponibilità tal-beni pubbliċi mondjali.

    Rigward l-inizjattivi li jinvolvu azzjonijiet fil-livell tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, din il-parteċipazzjoni se tkun tiddipendi fuq il-possibbiltà li jkunu integrati dawn l-azzjonijiet fil-politiki nazzjonali jew reġjonali għall-iżvilupp u biex jikkoordinaw lilhom infushom mal-programmi tad-donaturi.

    It-tul ta’ żmien previst għal dawn il-fondi kif ukoll l-eżistenza ta’ strateġiji ta’ ħruġ wara ċertu numru ta’ snin se jkunu daqstant ieħor, elementi ta’ għażla.

    4. FIRXA TA’ MODALITAJIET SKOND IL-BżONNIJIET U L-PRESTAZZJONI

    Il-Komunità għandha firxa wiesgħa ta’ modalitajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp li jippermettulha li tiffaċċja bżonnijiet differenti f’kuntesti varji. Din il-varjetà ta’ l-offerta, minn issa ’l quddiem aċċessibbli fil-programmi kollha ġeografiċi u tematiċi skond il-proposti tal-Kummissjoni, tirrappreżenta valur miżjud veru Komunitarju.

    L-għajnuniet baġitarji, bħala appoġġ għall-politiki għall-iżvilupp ġenerali jew settorjali se jingħataw aktar importanza. Huma se jippermettu lill-istati benefiċjarji jiffaċċjaw it-tkabbir fil-baġits operazzjonali, jiffavorixxu l-armonizzazzjoni u l-allinjament tal-politiki nazzjonali; l-ispejjeż ta’ tranżizzjoni huma baxxi u jinkuraġġixxu avviċinamenti bbażati fuq ir-riżultati. L-għajnuna lir-riformi settorjali u ta’ governanza tista’ wkoll tkun imwettqa permezz ta’ forom oħra ta’ interventi b’kollaborazzjoni ma’ donaturi oħrajn.

    Fil-pajjiżi li għandhom l-akbar prestazzjoni, għajnuniet aktar prevedibbli u għal żmien medju se jkunu introdotti biex titkabbar il-kapaċità li jintleħqu l-MDGs.

    Il-Komunità se torjenta lilha nfisha lejn avviċinament iffokat fuq ir-riżultati u bbażat fuq indikaturi ta’ progress. Aktar u aktar, il-kondizzjonalità se tevolvi lejn il-kunċett ta’ “kuntratt” ibbażat fuq l-impenji reċiproċi negozjati u formulati f’termini ta’ riżultati.

    L-għajnuniet ibbażati fuq proġett se jippermettu, b’mod partikulari, li jitwassal appoġġ f’sitwazzjonijiet diffiċli jew inadatti għall-għajnuniet baġitarji, kif ukoll għall-għajnuniet tas-soċjetà ċivili.

    It-tnaqqis tad-dejn, meqjus bħala għajnuna baġitarja indiretta, li għandu spejjeż limitati ta’ tranżazzjoni u li jiffavorixxi l-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, se jkun jista’ jgħin lill-pajjiżi biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom quddiem sitwazzjonijiet ta’ impatti esterni.

    L-għajnuna Komunitarja se tkompli tkun ipprovduta essenzjalment bil-forma ta’ għotjiet, li hija partikularment adatta għas-sitwazzjoni ta’ l-ifqar pajjiżi u li għandhom l-inqas kapaċità ta’ rimborż.

    Għaldaqstant, il-Bank Ewropew għall-Investiment għandu rwol aktar u aktar importanti fl-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja, permezz ta’ l-investimenti fl-intrapriżi privati u pubbliċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-BEI rċieva biex jagħmel dan diversi mandati esterni matul dawn l-aħħar snin. Dan ir-rwol li qed jikber jitlob riflessjoni dwar l-aħjar mod kif tkun ikkunsidrata d-dimensjoni tal-ġlieda kontra l-faqar u l-iżvilupp sostenibbli għall-immaniġġjar ta’ dawn il-mandati.

    Il-Komunità se tikkoopera wkoll ma’ l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti fl-azzjonijiet fejn din il-kooperazzjoni toffri valur miżjud.

    L-għażla tal-modalitajiet l-akar adatti għall-għajnuna Komunitarja għal kull pajjiż ser issir skond il-qafas taċ-ċirku ta’ programmazzjoni, li għandu jkun aktar u aktar allinjat fuq il-proċess ta’ preparazzjoni tal-politiki settorjali u ta’ l-implimentazzjoni tal-baġits nazzjonali.

    [1] Programmi ta' azzjoni adottati waqt il-konferenzi tan-NU tas-snin 90 fil-qasam soċjali, ekonomiku, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem. Dikjarazzjoni u għanijiet tal-Millenju għall-iżvilupp (2000), Monterrey (2002), Johannesburg (2002) u New York f'Settembru (2005).

    [2] Eżempji ta' azzjonijiet favur il-multilateraliżmu f'dawn l-erba' oqsma : l-UE lagħbet rwol deċiżiv fit-twaqqif tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja; ir-ratifika tal-Protokoll ta' Kyoto dwar l-ambjent; fit-tfassil tal-programm ta' Doħa dwar il-kummerċ u l-iżvilupp; fil-pjattaforma ta' azzjoni ta' Beijing dwar l-ugwaljanza tas-sessi; fil-konferenza ta' Brussell dwar il-pajjiżi l-inqas żviluppati u fil-kunsens ta' Monterrey dwar il-finanzjament ta' l-iżvilupp.

    [3] L-UE tikkontribwixxi wkoll 55% lill-14 ta’ l-IDA.

    [4] 151 pajjiż (inklużi t-territorji tal-lista tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp) għal total ta’ kważi ħames biljun persuna.

    [5] L-imsieħba diffiċli huma definiti skond wieħed minn dawn elementi : nuqqas ta’ impenn mill-awtoritajiet lejn it-tnaqqis tal-faqar; tmexxija dgħajfa; korruzzjoni u/jew ripressjoni politika; istituzzjonijiet mhux kapaċi li jiggarantixxu is-sigurta’ taċ-ċittadini jew il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jgħixu fil-paċi u l-liberta’.

    [6] Dan il-kunċett ikopri l-imsieħba diffiċli u s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u wara kriżi.

    [7] Il-faqar estrem hu definit bħala livell ta’ dħul ta’ inqas minn dollaru fil-ġurnata.

    [8] Dikjarazzjoni ta’ Ruma ta’ Frar 2003 u Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ Marzu 2005.

    [9] Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijet Esterni tat-22-23.11.2004; 14724/04, anness 2, rapport tal-grupp tax-xogħol dwar l-armonizzazzjoni “ Advancing coordination, harmonisation and alignment: The contribution of the EU ”.

    [10] Il-kummerċ, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-sigurta’, il-biedja, is-sajd, id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni/l-impjieg u x-xogħol diċenti, iċ-ċaqlieq tan-nies, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-soċjeta’ ta’ l-inofrmazzjoni, it-trasport, l-enerġija.

    [11] Il-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament tibbaża ruħha fuq tliet regolamenti ġeografiċi: għall-politika dwar il-Pajjiżi Ġirien; il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika; u l-pre-adeżjoni fl-UE, fuq naħa, u tliet strumenti ta’ urġenza : għall-għajnuna umantitarja ; l-istabbiltà ; u l-assistenza makro-finanzjarja, fuq in-naħa l-oħra.

    [12] Il-klima, il-bijodiversità, id-diżertifikazzjoni, l-iskart u l-prodotti kimiċi.

    [13] Il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika.

    [14] Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Diżertifikazzjoni.

    [15] Evalwazzjonijiet ambjentali strateġiċi u analiżijiet ta’ impatt f’termini ta’ ugwaljanza bejn irġiel-nisa se jkunu mwettqa b’mod sistematiku, inkluż fil-qafas ta’ l-għajnuniet baġitarji (“greening the budget”) u settorjali.

    Top