Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004TA1230(07)

    Rapport fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

    ĠU C 324, 30.12.2004, p. 46–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    30.12.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C NaN/46


    RAPPORT

    fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

    WERREJ

    1

    INTRODUZZJONI

    2-5

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    6-8

    OSSERVAZZJONIJIET

    Tabelli 1 sa 4

    Ir-risposti taċ-Ċentru

    INTRODUZZJONI

    1.

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru” kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Ir-rwol taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lill-entitajiet ta' l-UE u kwalunkwe istituzzjoni u entitajiet oħra ta' l-UE li jsaqsu għas-servizzi tagħha, b'servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom Tabella 1 fiha sommarju tar-responsabilitajiet u l-attivitajiet taċ-Ċentru bbażati fuq l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    2.

    Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) nru 1605/2002 (2).

    3.

    Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 14 (1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2965/94, il-badġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontjiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq bażi ta' l-Artikolu 15 ta' l-istess Regolament. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    4.

    Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-interessi tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

    5.

    Għaldaqstant il-Qorti kisbet assikurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

    OSSERVAZZJONIJIET

    6.

    L-implimentazzjoni ta' l-baġit għas-sena finazjarja 2003 u ta' l-approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

    7.

    Il-kontijiet taċ-Ċentru għall-2003 ġew adottati fuq il-bażi ta' normi tal-kontijiet imniżżla fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid tiegħu (4). Iċ-Ċentru ma pproċessax mill-ġdid id-data tal-kontijiet kollha għas-sena finanzjarja 2002 skond ir-Regoli tal-kontabilità wżati sabiex isir abbozz tal-kontijiet annwali tiegħu għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003.

    8.

    Il-provvedimenti għar-riskji u imposti ammontaw għal 8 601 000 euro sa l-aħħar ta' l-2003, żieda ta' 2 195 000 euro meta tqabbilhom ma' l-2002. Il-biċċa l-kbira minn dan l-ammont (6 071 000 euro) huma s-sommom mitlubin mill-Kummissjoni li jikkorrispondu mas-sehem tagħha tal-kontribuzzjonijiet tal-penzjoni għall-impjegati taċ-Ċentru; l-ammont qed jiġi ddisputat miċ-Ċentru. Il-bqija (2 530 000 euro) kien maħsub għall-ħlas tal-kera dovuta lill-awtoritajiet Lussemburgiżi hekk kif l-ammont definittiv jiġi stabbilit. Iċ-Ċentru jrid jagħmel kull sforz biex isolvi dawn il-problemi (5).

    Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

    Għall-Qorti ta' l-Awdituri

    Juan Manuel FABRA VALLÉS

    Il-President


    (1)  ĠU L 314, tas-7.12.1994, pġ. 1.

    (2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.

    (3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-kontijiet finali għas-sena 2003 kienu mlestija fl-14 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-27 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

    (4)  Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

    (5)  Ara r-Rapport dwar is-sena finanzjarja 2001 (paragrafu 7, ĠU Ċ 326, tas-27.12.2002, pġ. 22).


    Tabella 1

    Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea (Lussemburgu)

    Skop tal-kompetenzi ta' l-UE kif stipulat fit-Trattat

    Kompetenzi taċ-Ċentru kif imfissra fir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994

    Amministrazzjoni

    Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru (data għal 2002)

    Prodotti u servizzi provduti fl-2003 (data għall-2002 fil-parentesi)

    Ir-Rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri bi ftehim reċiproku adottaw dikjarazzjoni, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti ta' traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, fuq il-ħolqien ta' Ċentru ta' traduzzjoni ta' l-entitajiet ta' l-Unjoni, li jipprovdu servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-ħidma ta' l-entitajiet u servizzi li s-siġġijiet tagħhom kienu stabbiliti bid-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993

    (Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda fuq il-bażi ta' l-Artikolu 235 tat-Trattat).

    Miri

    li jipprovdi s-servizzi neċessarji ta' traduzzjoni għall-ħidma ta' l-entitajiet li ġejjin:

    L-Aġenzija Ewropea ta' L-Ambjent

    Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

    Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ Ewropew għad-drogi u l-abbuż tad-droga;

    L-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali;

    L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fix-Xogħol;

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (trademarks u disinji);

    L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-unità tad-drogi ta' l-Europol.

    L-entitajiet mwaqqfin mill-Kunsill, apparti minn dawk ta' hawn fuq, jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea li ġa għandhom is-Servizz ta' Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk hemm bżonn, isaqsu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

    Funzjonijiet

    li jagħmel arranġamenti għall-kooperazzjoni ma' l-entitajiet u l-istituzzjonijiet

    Jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni

    1

    Bord Maniġerjali

    Kompożizzjoni

    rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru

    żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni, wieħed minn dawn huwa l-President

    rappreżentant wieħed minn kull korp jew istituzzjoni li jsaqsi għas-servizzi taċ-Ċentru

    Funzjoni

    jadotta l-programm ta' xogħol annwali taċ-Ċentru u r-rapport annwali

    2

    Direttur

    Nominat mill-Bord Maniġerjali fuq proposta mill-Kummissjoni

    3

    Kontroll estern

    Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

    4

    Awtorità ta' approvazzjoni

    Il-Parlament fuq rakkommandazzjoni mill-Kunsill

    Baġit finali

    29 miljun euro (24 miljun euro)

    Numru ta' impjegati sal-31 ta' Diċembru 2003:

    158 (158) postijiet imniżżla fil-pjan ta' stabbiliment

    Postijiet ġa meħuda 132 (136)

    +15 (5) postijiet oħra

    Staff totali 147 (141)

    Assenjati:

    dmirijiet operazzjonali: 95 (91)

    dmirijiet amministrativi: 48 (46)

    dmirijiet mħallta: 4 (4)

    Numru ta' paġni tradotti

    238 399 (227 783)

    Numru ta' paġni tradotti għal kull lingwa

    lingwi uffiċjali 221 127 (224 190)

    lingwi oħrajn 17 272 (3 593)

    Numru ta' paġni tradotti għal tip ta' klijent

    entitajiet 215 992 (218 532)

    istituzzjonijiet 22 407 (9 521)

    Numru ta' kuntratti ta' traduzzjoni freelance: 245 (215)

    Numru ta' paġni tradotti freelance:94 355 (86 826)

    Fonti: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


    Tabella 2

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — l-implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

    (miljun euro)

    Dħul

    Nefqa

    Sors tad-dħul

    Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

    Dħul miġbur

    Allokazzjoni ta' nefqa

    Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

    Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

    Approprjazzjonijiet disponibbli

    (baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

    reġistrati

    impenjati

    mħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    impenji pendenti

    mħallsa

    kanċellati

    approprjazzjonijiet

    impenjati

    mħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    Dħul mħallas mill-entitajiet u l-istituzzjonijiet

    20,6

    19,8

    Titolu I

    Staff

    12,5

    10,3

    10,2

    0,1

    2,2

    0,1

    0,1

    0,0

    12,6

    10,4

    10,3

    0,1

    2,2

    Dħul finanzjarju

    0,1

    0,4

    Titolu II

    Amministrazzjoni

    3,2

    1,9

    1,3

    0,6

    1,3

    0,7

    0,6

    0,1

    3,9

    2,6

    1,9

    0,6

    1,4

    Dħul ieħor

    0,0

    0,1

    Titolu III

    Nefqa ta' xogħol

    7,0

    3,9

    3,4

    0,5

    3,1

    0,4

    0,4

    0,0

    7,4

    4,3

    3,8

    0,5

    3,1

    Bilanċ għas-sena finanzjarja ta' qabel

    8,3

    0,0

    Titolu X

    Riservi u provvisti

    6,3

    0,0

    0,0

    0,0

    6,3

    0,0

    0,0

    0,0

    6,3

    0,0

    0,0

    0,0

    6,3

    Total

    29,0

    20,3

    Total

    29,0

    16,1

    14,9

    1,2

    12,9

    1,2

    1,1

    0,1

    30,2

    17,3

    16,0

    1,2

    13,0

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qasir l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    Tabella 3

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — Kont ta' Dħul u Nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

    (1000 euro)

     

    2003

    2002

    Dħul operattiv

    Ħruġ ta' fatturi għas-sena finanzjarja

    22 075

    18 113

    Dħul ieħor

    223

    291

    Total (a)

    22 298

    18 404

    Nefqa operattiva

    Infiq kurrenti

    18 255

    18 446

    Total (b)

    18 255

    18 446

    Riżultat operattiv (c = a – b)

    4 043

    –42

    Dħul finanzjarju

    Imgħax tal-bank

    387

    495

    Gwadann mir-rati tal-kambju

    1

    2

    Total (d)

    388

    497

    Ħlasijiet finanzjarji

    Spejjeż bankarji

    10

    0

    Total (e)

    10

    0

    Riżultat finanzjarju (f = d – e)

    378

    497

    Riżultat għall-attivitajiet ordinarji (g = c + f)

    4 421

    455

    Dħul eċċezzjonali (h)

    19

    0

    Spejjeż eċċezzjonali (i)

    9

    0

    Riżultat eċċezzjonali (j = h – i)

    10

    0

    Riżultat għas-sena finanzjarja (g + j)

    4 431

    455

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru.


    Tabella 4

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002 (1)

    (1000 euro)

    Attiv

    2003

    2002

    Passiv

    2003

    2002

    Assi mhux tanġibbli

    760

    889

    Kapital proprju

     

     

     

     

     

    Baġit tal-kwantitajiet maħduma (a)

    4 404

    8 330

    Assi tanġibbli

     

     

    Riżultat ta' l-aġġustamenti (b)

    27

     

    Għamara u vetturi

    219

    267

    Riżultat ekonomiku tal-kwantitajiet maħduma (a + b)

    4 431

    8 330

    Tagħmir tal-kompjuter

    398

    486

    Kwantitajiet maħduma miġjuba 'l quddiem mis-snin finanzjarji ta' qabel (2)

    1 642

    1 642

    Assi fissi taħt kostruzzjoni u avvanzi mħallsa

    35

    0

    Fond permanenti ta' finanzjar minn qabel

    8 330

     

    Total parzjali

    652

    753

    Total parzjali

    14 403

    9 972

    Assi kurrenti

     

     

    Provvediment għar-riskji u l-passiv

    8 601

    6 406

    VAT mħallas u jrid jiġi rkuprat mill-Istati Membri

    3

    25

    Passiv għal żmien qasir

     

     

    Ammonti li għandhom jagħtu l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji

    2 676

    3 360

    Ammonti li għandhom jingħatu lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji

    0

    3 360

    Kontijiet riċevibbli varji

    10

    26

    Approprjazzjonijiet ta' pagamenti miġjuba 'l quddiem

    784

    1 247

    Total parzjali

    2 689

    3 411

    Kredituri varji

    162

    15

    Assi disponibbli

    20 354

    16 126

    Passiv varju

    5

    15

     

     

     

    Avvanzi lill-klijenti

    500

    164

     

     

     

    Total parzjali

    1 451

    4 801

    Total

    24 455

    21 179

    Total

    24 455

    21 179

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qasir l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    (1)  L-użu tal-mudell propost mill-Kummissjoni rriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid ta' bilanċi taħt it-titoli li hemm bħalissa.

    (2)  Dan l-ammont jikkorrispondi ma' l-assi fissi wara d-deprezzament fil-31 ta' Diċembru 2002 (ara t-tabella 3 tar-rapport dwar is-sena finanzjarja 2002, ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, pġ. 29).

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qasir l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

    7.

    Fil-prinċipju, meta jkun hemm xi bidliet fil-metodi wżati, il-kontijiet għas-snin finanzjarji ta' qabel għandhom jiġu mfassla billi jintuża l-metodu l-ġdid. Madanakollu, ma kienx possibbli għaċ-Ċentru li jagħmlu valutazzjoni oġġettiva ta' l-effett li kien se jkollha l-bidla fuq is-snin ta' qabel. L-analiżi ta’ l-impatt tal-bidla fuq l-accounting għas-sena finanzjarja 2003 jinsabu fl-annessi mal-kontijiet taċ-Ċentru.

    8.

    Fl-Lulju ta’ l-2004, iċ-Ċentru ffirma memorandum ta' ftehim ma' l-awtoritajiet Lussemburgiżi bħala soluzzjoni għall-problema ta' l-ispejjeż involuti fl-użu tal-bini Nouvel Hémicycle. Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjonijiet ta' l-impjegati taċ-Ċentru, se jsiru sforzi mill-ġdid sabiex tinsab soluzzjoni.


    Top