Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004TA1230(04)

    Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

    ĠU C 324, 30.12.2004, p. 23–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    30.12.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C NaN/23


    RAPPORT

    fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

    WERREJ

    1

    INTRODUZZJONI

    2-5

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    6-8

    OSSERVAZZJONIJIET

    Tabelli 1 sa 4

    Ir-risposti ta' l-Aġenzija

    INTRODUZZJONI

    1.

    L-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 (1). Hija responsabbli għall-istabbiliment ta' network ta' osservazzjoni li jipprovdi informazzjoni ta' min joqgħod fuqha lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u, b'mod iktar ġenerali, lill-pubbliku fuq l-istat ta' l-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b'mod partikolari, tippermetti l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni biex jissalvagwardjaw l-ambjent u jevalwaw l-effettività ta' din l-azzjoni. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tat.

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    2.

    Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

    3.

    Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Deċembru 2003. Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90, il-baġit kien implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija meħtieġa teżamina dawn il-kontijiet taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

    4.

    Il-Qorti wettqet il-verfika tagħha skond il-politika u l-istandards tal-verifika tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali tal-verifika ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Il-Qorti applikat testijiet bħal dawn fuq ir-reġistri tal-kontijiet u applikat proċeduri oħra bħal dawn li hija kkunsidrat neċċessarji fiċ-ċirkustanzi.

    5.

    Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni ta' verifika espressa mill-Qorti f'dan ir-Rapport.

    OSSERVAZZJONIJIET

    6.

    L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit- Tabella 2  (4). Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma ppreżentati fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

    7.

    Kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija (5), l-ordnijet ta' l-irkupru mhumiex maħruġa fuq bażi sistematika meta t-talbiet huma stabbiliti. Dan kien il-każ għat-talbiet li ammontaw għal 2 539 000 euro matul is-sena finanzjarja, li 1 472 000 euro minnhom kienu diġà miġbura.

    8.

    Id-dikjarazzjonijiet ta' seba' kontijiet tal-bank ta' l-Aġenzija ma kienux jaqblu mal-bilanċi korrispondenti fil-kontijiet matul is-sena 2003. Ir-rikonċiljazzjoni għandha issir kull xahar u d-dettalji għandhom ikunu mogħtija lill-persuna responabbli fl-amministrazzjoni.

    Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

    Għall-Qorti ta' l-Awdituri

    Juan Manuel FABRA VALLÉS

    President


    (1)  ĠU L 120, tal-11.5.1990.

    (2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.

    (3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2003 tlestew fis-6 ta' Awissu 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fit-22 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

    (4)  It-tabelli kollha f'dan ir-rapport ġew imfassla fuq il-bażi tal-valuri l-iktar preċiżi possibbli għal-informazzjoni wżata. It-totali jistgħu ikun fihom differenzi żgħar minħabba xi aġġustamenti għall-iskop tal-preżentazzjoni. Daxx tindika valur li mhux eżistenti jew l-ebda valur u 0,0 jindika valur taħt il-limitu ta' l-aġġustament.

    (5)  Artikolu 53(2).


    Tabella 1

    Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew (Copenhagen)

    Oqsma tal-kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

    Kompetenzi ta' l-Aġenziji kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990

    Tmexxija Tajba

    Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija (data ta' l-2002)

    Prodotti u servizzi provduti fl-2003

    Politika dwar l-ambjent

    Objettivi

    Funzjonijiet

    1

    Bord Maniġerjali

    Baġit Finali

     

    Il-Politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas. (…)Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika (…) l-Komunità għandha tieħu in konsiderazzjoni dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti (…)

    (Artikolu 174 tat-Trattat)

    Li twaqqaf network Ewropew ta' osservazzjoni ta' l-ambjent biex jipprovdi l-Komunità u l-Istati Membri b'informazzjoni ta minjoqgħod fuqha sabiex huma jkunu jistgħu:

    (a)

    jieħdu l-azzjoni meħtieġa sabiex jipproteġu l-ambjent;

    (b)

    jevalwaw l-implimtazzjoni tagħha;

    (c)

    jiżguraw li l-pubbliku għandu tagħrif tajjeb fuq l-istat ta' l-ambjent.

    Li tagħti l-Komunità u l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa

    Li tirreġistra u tistma l-informazzjoni dwar l-istat ta' l-ambjent u tħejji rapporti dwar il-kwalità

    Li tiżgura li l-informazzjoni fuq l-ambjent hija kumparabbli fuq livell Ewropew

    Li tippromwovi l-inkorporazzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ambjent fl-Ewropa fil-programmi ambjentali

    Li tippubblika rapport kull ħames snin fuq l-istat, il-bidliet u l-prospetti fl-ambjent

    Li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' l-applikazzjoni ta' tekniki ta' tbassir ambjentali, kif ukoll metodi ta' stima ta' l-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent, u l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-teknoloġija fuq il-prevenzjoni ta' ħsara

    Kompożizzjoni

    rappreżentant minn kull Stat Membru

    Żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni

    Żewġ xjentisti maħtura mill-Parlament Ewropew

    Funzjonijiet

    Li jadotta l-programm tax-xogħol u jiżgura li qed jiġi implimentat

    2

    Direttur

    Maħtur mill-Bord Maniġerjali fuq il-proposta tal-Kummissjoni

    3

    Forum Konsultattiv

    Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru; id-Direttur Eżekuttiv jagħti parir

    4

    Kumitat Xjentifiku

    Magħmul minn persuni kwalifikati fil-qasam ta' l-ambjent li huma maħtura mill-Bord Maniġerjali

    5

    Verifika Esterna

    Il-Qorti ta' l-Awdituri

    6

    Awtorità ta' approvazzjoni

    Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

    27,5 miljun euro (25,1 miljun euro), Kontribuzzjoni tal-Komunità: 77 % (76 %)

    Numru ta' l-istaff fil-31 ta' Diċembru 2003

    Numri ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment: 111 (106)

    Postijiet meħuda: 95 (85)

    +16 (26) Staff ieħor (kuntratti awżiljari, esperti nazzjonali ssekondati, staff lokali, staff temporarju)

    Staff totali:111 (111)

    mogħtija d-dmirijiet li ġejjin:

    operazzjonali: 69 (69)

    amministrattivi: 41 (41)

    mħallta: 1 (1)

    Xogħol ta' appoġġ u provvediment għall-indikaturi għar- rapport ta' Sinteżi fuq żvilupp sostenibbli

    Indikaturi dwar l-istat ta' l-ambjent fl-2003

    Analiżi u stima tal-gassijiet li jsaħħnu l-atmosfera (1990-2020)

    Finalizzar tar-rapport Kiev (l-istat ta' l-ambjent fil-pajjiżi kandidati ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant)

    Tlett seminars orgainizzati waqt il-Presidenza Griega fil-Kunsill

    Provvediment ta' indikaturi ambjentali f'oqsma speċifiċi (is-settur tat-trasport fil-pajjiżi kandidati, ir-reġjun ta' Danubju — il-Baħar l-Iswed)

    Għajnuna fl-armonizzar ta' l-informazzjoni

    Tmexxija tan-network EIONET-(Network ta’ l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta’ l-ambjent Ewropew)

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


    Tabella 2

    Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

    (miljun euro)

    Dħul

    Nefqa

    Sors tad-dħul

    Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

    Dħul miġbur

    Allokazzjoni ta' nefqa

    Approprjazzjonijiet fil-Baġit finali

    Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

    Approprjazzjonijiet disponibbli

    (baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

    reġistrati

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    reġistrati

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    disponibbli

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    Sussidji tal-Kommunità

    21,4

    21,4

    Titolu I

    Staff

    11,5

    11,5

    11,1

    0,3

    0,1

    1,4

    1,4

    0,8

    0,3

    0,3

    13,0

    13,0

    11,9

    0,7

    0,4

    Sussidji oħra

    6,1

    8,4

    Titolu II

    Amministrazzjoni

    2,9

    2,8

    2,4

    0,4

    0,0

    0,3

    0,2

    0,2

    0,0

    0,1

    3,1

    3,1

    2,6

    0,4

    0,1

    Dħul ieħor

    0,0

    0,1

    Titolu III

    Nefqa ta' xogħol

    13,1

    13,0

    6,0

    7,0

    0,1

    5,9

    5,6

    4,9

    0,8

    0,3

    19,0

    18,6

    10,9

    7,8

    0,4

    Total

    27,5

    29,9

    Total

    27,5

    27,4

    19,6

    7,7

    0,2

    7,6

    7,3

    5,8

    1,1

    0,6

    35,1

    34,6

    25,4

    8,9

    0,9

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' aġġustamenti.

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


    Tabella 3

    Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Kontijiet tad-dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

    (1000 euro)

     

    2003

    2002

    Dħul

    Sussidji Komunitarji

    21 380

    18 749

    Sussidji oħrajn

    8 423

    1 136

    Dħul ieħor

    89

    198

    Dħul totali (a)

    29 891

    20 083

    Nefqa

    Staff — Titolu I tal-baġit

    Pagamenti

    11 123

    9 714

    Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem

    315

    1 018

    Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

    Pagamenti

    2 447

    2 054

    Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem

    395

    247

    Nefqa tax-xogħol — Titolu III tal-baġit

    Pagamenti

    5 997

    6 493

    Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem

    7 008

    5 611

    Nefqa totali (b)

    27 284

    25 136

    Kwantitajiet maħdumin għas-sena finanzjarja (a – b)

    2 607

    –5 053

    Bilanċ miġjub il-quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

    –7 427

    –3 275

    Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem u kanċellati

    617

    889

    Sommom għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li ma kienux ġew użati

    36

    8

    Differenzi fir-rata ta' kambju

    –4

    4

    Aġġustamenti

    –18

    0

    Bilanċ għas-sena finanzjarja

    –4 190

    –7 427

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


    Tabella 4

    Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

    (1000 euro)

    Attiv

    2003

    2002

    Passiv

    2003

    2002

    Assi fissi

     

     

    Kapital proprju

     

     

    Tagħmir tal-kompjuter

    1 366

    1 847

    Kapital proprju

    1 265

    1 295

    Tagħmir u għamara

    2 302

    2 254

    Bilanċ għas-sena finanzjarja

    –4 190

    –7 427

    Assi finanzjarji fissi

    425

    405

    Total Parzjali

    –2 925

    –6 133

    Deprezzament

    –2 860

    –3 237

    Passiv kurrenti

     

     

    Total Parzjali

    1 232

    1 269

    Kummissjoni

    3 124

    5 263

    Stokks

     

     

    Kontributuri oħra

    1 066

    2 270

    Provvisti għall-uffiċċju

    33

    26

    Trasferimenti awtomatiċi

    8 852

    7 591

    Total Parzjali

    33

    26

    Debituri varji pagabbli

    0

    769

    Assi kurrenti

     

     

    Tnaqqis mis-salarji

    417

    111

    Sussidji komunitarji

    3 124

    5 263

    Total Parzjali

    13 460

    16 003

    Sussidji oħra

    1 066

    2 270

    Kontijiet temporanji u dħul differit

     

     

    Ordnjiet ta' rkupru

    65

    226

    Sommom għall-użu mill-ġdid

    212

    175

    Kontijiet varji riċevibbli

    127

    153

    Ordinijiet ta' rkupru

    65

    226

    VAT li ser ikun rkuprat

    232

    266

    Total Parzjali

    277

    400

    Total Parzjali

    4 614

    8 178

     

     

     

    Kontijiet tal-flus kontanti

     

     

     

     

     

    Kontijiet tal-bank

    4 892

    740

     

     

     

    Kontiijiet tal-flus akkont

    40

    40

     

     

     

    Total Parzjali

    4 932

    780

     

     

     

    Kontijitet temporanji u akkumulazzjoni

     

     

     

     

     

    Kontijiet temporanji

    0

    18

     

     

     

    Total Parzjali

    0

    18

     

     

     

    Total

    10 811

    10 271

    Total

    10 811

    10 271

    NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


    RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

    7. u 8.

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tirrikonoxxi l-bżonn li tiġi rinforzata l-ġestjoni ta’ l-irkupri u l-ħtieġa għal tqabbil regolari tal-kontijiet

    Sabiex tpatti għall-limitazzjonijiet tar-riżorsi u biex jiżdiedu l-kapaċitajiet, ġie deċiż li jiġi rreklutat akkawntant fuq livell ta’ amministratur skond il-pjan tat-twaqqif 2004.

    Fi żmien qasir, se tiġi stabbilita forza ta’ ħidma ta’ l-EEA dwar l-kontabilità sabiex tassigura operazzjonijiet korretti u regolari matul is-sena, biex timplementa accrual accounting u biex tipprepara l-għeluq tal-kontijiet skond il-livelli u l-ħtiġijiet neċessarji.


    Top