Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0258

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    /* KUMM/2004/0258 finali - CNS 2004/0083 */

    52004PC0258

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2004/0258 finali - CNS 2004/0083 */


    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' San Marino daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2002.

    Il-Ftehim jeħtieġ jiġi emendat biex jieħu in kunsiderazzjoni l-Istati Membri ġodda bħala Partijiet Kontraenti.

    Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2004, ġew konklużi n-negozjati mar-Repubblika ta' San Marino dwar l-adozzjoni tal-Ftehim .

    Il-bażijiet legali għad-deċiżjoni proposta u konkluża mill-Kunsill huma l-istess bħal dawk tal-Ftehim. Issir referenza wkoll għall-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni biex tipprovdi għall-possibbilità ta' adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill qabel l-adeżjoni.

    Il-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, għandha tissottometti abbozz tal-Protokoll għall-konklużjoni tal-Kunsill.

    Huwa propost li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni mehmuża fuq il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim tal-Kooperazzjoni u ta' l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino minħabba t-tkabbir ta' l-UE.

    2004/0083 (CNS)

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 308, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni anness għat-Trattat ta' Adeżjoni u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1]

    [1] ĠU C ..., ..., p. ...

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]

    [2] ĠU C ..., ..., p. ...

    Billi:

    (1) Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2004, ġew konklużi negozjati mar-Repubblika ta' San Marino ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall- l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea.

    (2) In segwitu għall-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, abbozz tal-Protokoll ġie sottomess mill-Kummissjoni lill-Kunsill.

    (3) Il-Protokoll għandu jkun konkluż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, huwa għalhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa għalhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Protokoll f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha ser jittrasmetti l-istrument ta' approvazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3 tal-Protokoll.

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    .

    > >

    Il-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea.

    IR-RENJU TAL-BELġJU, IR-REPUBBLIKA ċEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ġERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANċIżA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ċIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TA' L-oLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIżA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-ISVEZJA U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETANJA U TA' L-IRLANDA TA' FUQ, (L-"ISTATI MEMBRI")

    rappreżentat mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

    u,

    IL-KOMUNITà EWROPEA,

    rappreżentat ukoll mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

    min-naħa

    u

    IR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO,

    min-naħa l-oħra,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Kooperazzjoni u ta' l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino tas-16 ta' Diċembru 1991 ("il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2002,

    Wara li kkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja, ("l-Istati Membri ġodda") għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004,

    BILLI l-Istati Membri ġodda se jsiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim,

    TIKKUNSIDRA li t-Trattat ta' Adeżjoni jiggarantixxi lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea s-setgħa li jikkonkludi, f'isem l-Istati Membri attwali u l-Istati Membri ġodda, protokoll dwar l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Ftehim,

    FTEHMU DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri ġodda għalhekk isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim: ser jadottaw u jagħtu każ rispettivament , bl-istess mod bħall-Istati Membri attwali, tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu.

    Artikolu 2

    Dan il-Protokoll se jkun parti integrali tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    1. Dan il-Protokoll ser jiġi approvat mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, f'isem l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, u mir-Repubblika ta' San Marino b' konformità mal-proċeduri tagħhom.

    2. Il-Partijiet ser jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq ta' dawn il-proċeduri. L-istrumenti ta' approvazzjoni ser jiġu depożitati għand is-Segretarjat Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    1. Dan il-Protokoll ser jidħol fis-seħħ fl-istess ġurnata tat-Trattat ta' Adeżjoni, jekk iż-żewġ strumenti ta' approvazzjoni jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

    2. Jekk l-istrumenti ta' approvazzjoni ma jiġux depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha jkun ġie ddepożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

    Artikolu 5

    It-testi ta' dan il-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonjiet annessi miegħu, huma mfassla bil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Polakka, Slovakka u Slovena.

    Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi tal-lingwi l-oħra li bihom il-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla.

    Artikolu 6

    Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Maltija, Polakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola u Svediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiċi.

    Magħmul f' ...fid-data ...ta'....fis-sena elfejn u erbgħa.

    Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    [ ... ]

    Għar-Repubblika ta' San Marino

    [ ... ]

    Top