EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52001XC0119(02)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Servizzi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa

ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

52001XC0119(02)



Official Journal C 017 , 19/01/2001 P. 0004 - 0023


Komunikazzjoni mill-kummissjoni

Servizzi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa

(2001/K 17/04)

SOMMARJU EŻEKUTTIV

Servizzi ta’ interess ġenerali huma element ċavetta fil-mudell Ewropew tas-soċjetà. L-Artikolu ġdid 16 fit-Trattat dwar il-KE issa jikkonferma l-post tagħhom fost il-valuri mqassma ta’ l-Unjoni u r-rwol tagħhom fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali. Dawn is-servizzi jikkontribwixxu wkoll għall-kompetittività ġenerali ta’ l-ekonomija Ewropea u huma provduti fil-kuntest tas-swieq u t-teknoloġiji li jevolvu b’mod kontinwu. Il-globalizzazzjoni tal-kummerċ, il-kompletezza tas-suq intern u l-bidla mħaffa teknoloġika jġibu magħhom aktar pressjoni għall-ftuħ ta’ setturi ġodda għall-kompetizzjoni. Huwa kontra dan l-isfond li l-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona talab lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-Komunikazzjoni tagħha tas-sena 1996 dwar is-servizi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa.

Hija fuq kollox ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell approprjat lokali, reġjonali jew nazzjonali u fit-trasparenza sħiħa li jiġu definiti l-missjonijiet tas-servizzi ta’ interess ġenerali u l-mod kif iridu jitwettqu. Fl-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat u bl-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha, l-Kummissjoni trid tiżgura li t-twettiq tax-xogħol ta’ dawn is-servizzi, f’termini ta’ kwalità u prezzijiet, jirrispondi l-aħjar għall-ħtiġiet ta’ l-utenti tagħhom u taċ-ċittadini b’mod ġenerali.

F’uħud mis-setturi, li d-dimensjoni u l-istruttura tan-network tagħhom jagħtuhom dimensjoni Ewropea naturali, diġà ttieħdet l-azzjoni Komunitarja. Il-Komunikazzjoni tipprovdi tagħrif disponibbli korrentement dwar l-impatt pożittiv ta’ din l-azzjoni rigward id-disponibbiltà, l-kwalità u l-akkwist għaliex għandhom il-mezzi, tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-setturi interessati.

L-esperjenza miksuba sa issa tikkonferma l-kompatibbiltà sħiħa tar-regoli tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni u s-suq intern ma’ l-i standards għoljin fil-provvediment tas-servizzi ta’ interess ġenerali. F’ċerti ċirkostanzi, b’mod partikolari meta l-forzi tas-suq waħedhom ma jirriżultawx fi provvediment sodisfaċenti tas-servizzi, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jafdaw lil ċerti operaturi tas-servizzi b’obbligi ta’ interess ġenerali u meta meħtieġ jikkonċedulhom drittijiet speċjali u eklussivi u/jew jivvintaw mekkaniżmu għall-provvediment tagħhom.

L-Istati Membri u l-operaturi interessati jeħtieġu ċ-ċertezza legali. Il-Komunikazzjoni tiċċara kemm l-iskop u kemm il-kriterji rigward l-applikazzjoni tas-suq intern u r-regoli tal-kompetizzjoni. L-ewwelnett, dawn ir-regoli japplikaw biss safejn u sakemm l-attivitjiet interessati jkunu attivitajiet ekonomiċi li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Meta japplikaw ir-regoli, l-kompatibbiltà ma’ dawn ir-regoli hija msejsa fuq tliet perinċipji:

- in-newtralità rigward il-pussess pubbliku jew privat tal-kumpanniji,

- il-libertà ta’ l-Istati Membri sabiex jiddefinixxu l-interess ġenerali, bla ħsara għalbiex jiġi kontrollat l-iżball manifest,

- il-proporzjonalità li teħtieġ illi r-restrizzjonijiet fil-kompetizzjoni u l-limitazzjonijiet tal-libertajiet tas-suq waħdieni ma taqbiżx dak li hu meħtieġ sabiex tiggarantixxi t-twettiq effettiv tal-missjoni.

Hekk kif il-kuntest jissokta jevolvi u l-Kummissjoni tikseb esperjenza iktar fl-applikazzjoni tas-suq intern u r-regoli tal-kompetizzjoni, trid tipprovdi ċarezza iktar.

Il-komunikazzjoni tagħti wkoll perspettivi dwar kif, billi tibni fuq l-Artikolu 16, il-Komunità bi sħubija ma’ l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tista’ tiżviluppa politika proattiva fil-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat illi ċ-ċittadini kollha ta’ l-Ewropa jkollhom aċċess għall-aħjar servizzi.

1. DAĦLA

1. Fis-sena 1996, il-Kummissjoni preżentat Komunikazzjoni dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa [1]. F’din il-komunikazzjoni, l-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali sabiex jinkisbu l-għanijiet fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Hi sahqet biex tiġi mdaħħla referenza f’dan is-sens fit-Trattat dwar il-KE. Id-definizzjonijiet tat-termini [2], il-fehmiet u l-għanijiet stabbiliti fil-komunikazzjni tas-sena 1996 dwar il-rwol ġejjieni ta’ dawn is-sevizzi fil-kuntest tas-suq waħdieni jibqgħu validi l-lum. Din il-komunikazzjoni taġġorna dik tas-sena 1996.

2. Mill-adozzjoni ta’ l-ewwel komunikazzjoni, graw numru ta’ żviluppi. Kif issuġġerit mill-Kummissjoni, t-Trattat ta’ Amsteram daħħal referenza għar-rwol tas-servizzi ta’ interess ġenerali. L-Artiklu l-ġdid 16 tat-Trattat dwar il-KE jagħraf il-karattru fundamentali tal-valuri li jipprovdu bazi ghal dawn is-servizzi u l-ħtieġa tal-Komunità li tqis il-funzjoni tagħhom fl-invenzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha kollha, billi tqiegħdu fost il-prinċipji tat-Trattat:

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73, 86 u 87, u mogħti l-post okkupat mis-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku fil-valuri mqassma ta’ l-Unjoni kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali, l-Komunità u l-Istati Membri, b`kull wieħed fil-poteri rispettivi tiegħu u fl-iskop ta’ l-applikazzjni tat-Trattat, għandhom jieħdu kura li dawn is-servizzi joperaw fuq il-bażi tal-prinċipji u l-kondizzjonijiet, li jgħinuhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom."

3. Il-komunikazzjoni tas-sena 1996 iddikjarat illi, mil-lat tal-Kummissjoni, iktar milli jkunu inkompatibbli, s-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku, s-suq intern u l-politika Komunitarja tal-kompetizzjoni kienu jikkumplimentaw lil xulxin fis-segwiment tal-għanijiet fundamentali tat-Trattat. Ix-xogħol ta’ bejnethom irid jibbenefika liċ-ċittadini individwali u lis-soċjeta ġenerali.

4. Mis-sena 1996, issuktaw jiżviluppaw, pass wara pass, is-swieq, it-teknoloġija u l-ħtiġiet ta’ l-utenti. Inkisbet esperjenza minn dawn is-setturi li dak iż-żmien kienu fil-proċess tal-liberalizzazzjoni skond il-programm tas-suq waħdieni. Ġrat liberalizzazzjoni aktar fil-livell Komunitarju, filwaqt li ġew żgurati, u f’xi każijiet imtejba, l-livell tal-kwalità u l-protezzjoni għall-utenti. Kif is-suq intern daħal aktar ‘il ġewwa, qamu kwistjonijiet ġodda li għandhom x’jaqsmu mad-delimitazzjoni ta’ ċerti servizzi li qabel kienu forniti primarjament fuq bażi mhix kompetittiva, imma li issa jiġbdu, jew jistgħu jiġbdu, lill-kompetituri. Barra minn hekk, l-iżviluppi teknoloġiċi u b’mod patikolari l-wasla tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, jwasslu għall-konklużjoni illi għadda ż-żmien ta’ l-avviċinament territorjali għal uħud minn dawn is-servizzi u għandhom jiġu kunsidrati minn perspettiva li taqsam il-fruntieri.

5. Minkejja l-effetti pożittivi tal-liberalizazzjoni, issokta jiġi espress it-tħassib rigward is-servizzi ta’ interess ġenerali u l-azzjoni Komunitarja. Marbut mal-bidliet fit-teknoloġija u l-ambjent ġenerali regolatorju kif ukoll id-domanda tevolvi tal-konsumatur, jeżisti tħassib min-naħa taċ-ċittadini illi tista’ ssofri l-kwalità tas-servizzi ta’ interess ġenerali. Meta jibnu fuq dan it-tħassib, il-provvedituri tradizzjonali u l-awtoritajiet pubbliċi li jappoġġawhom jippretendu li l-applikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji tista’ tipperikola l-istrutturi għall-provvediment ta’ dawn is-servizzi, li pruvaw kemm jiswew fuq perjodu twil taż-żmien, u magħhom il-kwalità tas-servizzi għall-pubbliku. Mill-banda l-oħra, l-provvedituri li jikkompetu fis-settur privat jippretendu li l-arranġamenti eżistenti jagħtu vantaġġ inġust lill-organizzazzjoni fdata mill-awtoritajiet pubbliċi bil-provvediment ta’ dawn is-servizzi u tikser il-liġijiet Komunitarji.

6. Kontra dan l-isfond u fuq it-talba tal-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona, imtenna f’dak ta’ Feira, l-Kummissjoni ndaħlet li taġġorna l-komunikazzjoni tas-sena 1996. Il-għan huwa doppju:

- li tipprovdi aktar ċarezza dwar ir-rwoli rispettivi tal-livelli differenti ta’ l-awtoritajiet pubbliċi u tad-dispożizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tas-suq intern applikati għas-servizzi ta’ interess ġenerali sabiex tirrispondi għat-talba ta’ ċertezza legali ikbar mil-lat ta’ l-operaturi. Ta’ interess speċjali huwa l-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-għajnuna ta’ l-Istat,

- li tiżviluppa aktar il-kwadru Ewropew li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tajjeb tas-servizzi ta’ interess ġenerali li fih l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll il-Komunità għandhom ir-rwol tagħhom x’jaqdu, f’linja ma’ l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-KE.

7. Il-komunikazzjoni hija organizzata f’numru ta’ taqsimiet. F`Taqsima 2 il-Kummissjoni tiddikjara l-fehmiet tagħha dwar il-missjoni mwettqa mis-servizzi ta’ interess ġenerali. Taqsima 3 tipprovdi kjarifika dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq waħdieni lis-servizzi ta’ interess ġenerali. Taqsima 4 tippreżenza wħud mir-riżultati preliminarji mill-esperjenza bl-applikazzjoni tal-prinċipju universali tas-servizz fis-setturi liberalizzati taħt il-programm tas-suq waħdieni. Aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni tas-setturi individwali huwa provvdut f`Anness I. Taqsima 5 tipprovdi orjentazzjoni għal iktar azzjoni sabiex ittejjeb il-kwalità u l-provvediment effiċjanti tas-servizzi ta’ interess ġenerali bħala element ċavetta fil-mudell Ewropew tas-soċjetà.

2. MISSJONI TAS-SERVIZZI TA’ INTERESS ĠENERALI

8. Fil-qalba tal-politika Komunitarja dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali jinsab l-interess taċ-ċittadin. Is-servizzi ta’ interess ġenerali jagħmlu kontribuzzjoni importanti għall-kompetittività ġenerali ta’ l-industrija Komunitarja u għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Bħala utenti ta’ dawn is-servizzi, ċ-ċittadini Ewropej waslu biex jistennew servizzi ta’ kwalità għolja bi prezzijiet li jistgħu jħallsu. Huma għalhekk l-utenti u l-ħtiġiet tagħhom li jaghmlu l-punt ewlieni li fuqhom tiffoka l-azzjoni pubblika f’dan id-dominju. Il-Komunità tipproteġi l-għanijiet ta’ interess ġenerali u l-missjoni li sservi lill-pubbliku.

9. Sabiex iwettqu l-missjoni tagħhom, huwa meħtieġ illi l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jaġixxu bi trasparenza sħiħa, billi jistabbilixxu b’ammont ta’ preċiżjoni l-ħtiġiet ta’ l-utenti li għalihom qegħdin jiġu stabbiliti s-servizzi ta’ interess ġenerali, min hu nkarigat li jistabbilixxi u jinforza l-obbligi rilevanti u kif dawn l-obbligi jkunu sejrin jiġu mwettqa. L-azzjoni approprjata - azzjoni fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali - teħtieġ li tistabbilixxi l-kriterji għas-servizzi ta’ interess ġenerali. Din l-azzjoni trid tkun ta’ appoġġ u koerenti b’mod reċiproku.

10. Il-ħtiġiet ta’ l-utenti għandhom jiġu definiti fil-wisgha. Dawk tal-konsumaturi jaqdu rwol importanti. Għall-konsumaturi, garanzija ta’ l-aċċess universali, ta’ kwalità għolja u li jifilħu jħallsu għaliha tikkostitwixxi l-bażi tal-ħtiġiet tagħhom. L-intrapriżi, b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, huma wkoll utenti maġġuri tas-servizzi ta’ interess ġenerali, li l-ħtiġet tagħhom iridu jiġu sodisfatti. L-interessat taċ-ċittadini huma wkoll ta’ natura iktar wiesgħa, bħalma huma:

- dak ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent,

- il-ħtiġiet speċifiċi ta’ ċerti kategoriji tal-popolazzjoni bħalma huma d-diżabbilitati u dawk bi dħul baxx,

- il-kopertura territorjali kompleta tas-servizzi soċjali fiż-żoni remoti jew inaċċesibbli.

11. Numru ta’ prinċipji jistgħu jgħinu jiddefinixxu l-ħtiġiet ta’ l-utenti għas-servizzi ta’ interess ġenerali. Dawn il-prinċipji jinkludu:

- definizzjoni ċara ta’ l-obbligi bażiċi sabiex jiġu żgurati l-provvediment ta’ servizzi ta’ kwalità għolja, livelli għolja tas-saħħa pubblika u s-salvagward fiżiku tas-servizzi,

- trasparenza sħiħa, p.e. dwar tariffi, termini u kondizzjonijiet ta’ kuntratti, l-għażla u l-finanzjament tal-provvedituri.

- għażla ta’ servizz u, meta xieraq, għażla ta’ fornitur u kompetizzjoni effettiva bejn fornituri,

- l-eżistenza, meta ġġustifikata, ta’ korpi regolatorji indipendenti mill-operaturi u riparazzjoni fil-għamla tal-mekkaniżmi tal-maniġġjar ta’ l-ilmenti u s-soluzzjoni tal-kontroversji.

Jistgħu jinkludu wkoll ir-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-utenti fid-definizzjoni tas-servizzi u l-għażla tal-għamliet tal-pagamenti.

12. Il-fornituri tas-servizzi ta’ interess ġenerali jaqdu wkoll rwol imporanti u permezz ta’ l-esperjenza twila tagħhom li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-utenti għandhom ħafna x’jikkontribwixxu għall-iżvilupp iktar ta’ dawn is-servizzi. Huma għalhekk jeħtieġu konsultazzjoni adegwata flimkien ma’ dik ta’ l-utenti [3]. Madankollu, meta jkunu qegħdin jiġu organizzati l-konsultazzjonijiet, l-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġu li jifirdu b’mod ċar il-ħtiġiet ta’ l-utenti minn dawk tal-fornituri.

13. L-awtoritajiet pubbliċi huma faċċjati bil-kwistjoni dwar kif jiżguraw illi l-missjonijiet li jassenjaw għas-servizzi ta’ interess ġenerali jiġu mwettqa skond standard għoli tal-kwalità u fil-manjiera l-iktar effiċjenti. Jeżistu numru ta’ metodi kif jistgħu jiġu mwettqa dawn il-missjonijiet. Il-għażla trid issir billi jitqiesu b’mod partikolari:

- il-karatteristiċi tekniċi u ekonomiċi tas-servizz fil-kwistjoni,

- il-ħiġiet speċifiċi ta’ l-uteni,

- l-ispeċifiċità kulturali u storika fl-Istat Membru interessat.

L-għażla ta’ mezzi differenti għal servizzi differenti - jew saħansitra għall-istess sevizz meta ċ-ċirkostanzi jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor jew fi Stat Membru - ma għandhomx għalhekk jidhru bħala kontradittorji, imma għall-kuntrarju bħala karatteristika essenzali ta’ l-effikaċja.

3. SERVIZZI TA’ INTERESS ĠENEALI U S-SUQ WAĦDIENI

14. Servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku huma differenti mis-servizzi ordinarji billi l-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw illi jeħtieġu li jiġu provvduti saħansitra meta s-suq jista’ ma jkollux l-inċentivi biżżejjed għalbiex jagħmel dan. Dan mhux biex jiġi miċħud illi f’ħafna każijiet is-suq irid ikun l-aħjar mekkaniżmu għalbiex jipprovdi dawn is-servizzi. Ħafna mill-ħtiġiet bażiċi, bħalma huma l-ikel, l-ilbies, il-kenn, huma provvduti mis-suq b’mod esklussiv jew kbir ħafna. Madankollu, jekk l-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw illi ċerti servizzi huma fl-interess ġenerali u l-forzi tas-suq ma jirriżultawx fi provvediment sodisfaċenti, jistgħu jistabbilixxu numru ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tas-servizz għalbiex jissodisfaw dawn il-ħtiġiet fil-għamla ta’ obbligi ta’ interess ġenerali. It-twettiq ta’ dawn l-obbligi jista’ jikkawża, għalkemm mhux bilfors, il-konċessjoni ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi, jew il-provvediment ta’ finanzjament speċifiku. Id-definizzjoni ta’ missjoni speċifika ta’ interess ġenerali u s-servizz li jmur magħha meħtieġ sabiex iwettaq din il-missjoni ma għandhom għalfejn jimplikaw l-ebda metodu speċifiku tal-provvediment tas-servizzi. Il-każ klassiku huwa l-obbligu universali tas-servizz [4], jiġifieri l-obbligu li jiġi provvdut ċertu servizz mat-territorju kollu b’tariffi li jkunu jistgħu jitħallsu u fuq kondizzjonijiet simili tal-kwalità, b’mod irrispettiv mill-profitabbiltà tal-ħidmiet individwali.

15. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-obbligi ta’ interess ġenerali fis-suq jew, f’uħud mill-każijiet, li jinnominaw operatur jew numru limitat ta’ operaturi b’obbligi speċifiċi, mingħajr ma jikkonċedu drittijiet speċjali jew esklussivi. B’dan il-mod, titħalla l-ikbar kompetizzjoni u l-utenti jżommu l-libertà massima rigward il-għażla tal-provveditur tas-servizz. Meta operatur jew numru limitat mill-operaturi kollha li jikkompetu f’ċertu suq jiġu mgħobbija bl-obbligi tas-servizz pubbliku filwaqt li oħrajn ma jiġux, jista’ jkun xieraq li jiġu involuti l-operaturi kollha attivi f’dan is-suq fil-finanzjament ta’ l-ispejjeż netti extra tas-servizz ta’ interess ġenerali b’sistema ta’ imposti addizzjonali jew fond tas-servizz pubbliku. F’dan il-każ, huwa importanti li s-sehem ta’ kull impriża għandu jkun ipproporzjonat ma’ l-attività tagħha fis-suq u jiġi mifrud b’mod ċar mill-imposti l-oħra li tista’ ġġorr fl-eżerċizzju normali ta’ l-attivitajiet tagħha.

16. Illum, it-telefonija pubblika bil-vuċi, per eżempju, hija provvduta tul il-Komunità kollha taħt obbligi universali tas-servizz iddefiniti fil-leġislazzjoni Komunitarja, minkejja l-liberalizzazzjoni kompluta tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet fis-sena 1998. Fil-fatt, id-deċiżjonijiet meħuda kmieni fis-snin ta’ l-1990 favur il-liberalizzazzjoni gradwali kienu minnhom infushom riflessjoni ta’ l-iżviluppi tas-suq u tat-teknoloġija li fissru li d-drittijiet speċjali u esklussivi taż-żamma f’dan is-settur ma kenux iktar mezz effettiv u proporzjonat sabiex jiġi żgurat id-dħul meħtieġ mill-operaturi li jipprovdu servizz universali. Ġewwa suq kompetittiv, il-qafas Komunitarju permetta lill-Istati Membri li jqiegħdu f’posthom mekkaniżmi sabiex jaqsmu l-ispejjeż bejniethom għalbiex jipprovdu servizz universali kif iddefinit fil-livell Komunitarju. Madankollu, l-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri fil-fatt sabuha ta’ ħtieġa li jattivaw dawn l-iskemi, mogħtija l-ispejjeż relattivament baxxi involuti.

17. Iżda, ċerti servizzi ta’ interess ġenerali ma jwasslux għal pluralità tal-provvedituri, per eżempju fejn ikun ekonomikament vijabbli provveditur wieħed biss. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet pubbliċi jridu s-soltu jikkonċedu drittijiet speċjali u esklussivi sabiex jipprovdu servizz ta’ interess ġenerali billi jagħtu konċessjonijiet għal perjodi limitati taż-żmien permezz tal-proċeduri ta’ l-offerti. Il-kompetizzjoni fil-waqt tal-għoti ta’ l-offerta hija bil-ħsieb li tiżgura li l-missjonijiet assenjati lil servizz ta’ interess ġenerali jiġu sodisfatti bi spiża baxxa għall-pubbliku.

18. Meta la l-waħda u lanqas l-oħra miż-żwġ għażliet ma jippermettu t-twettiq sodisfaċenti tal-missjoni ta’ interess ġenerali, jista’ jkun meħtieġ li jissieheb operatur waħdieni, jew numru limitat ta’ operaturi, li jiġu fdati bil-kompitu partikolari tas-servizz pubbliku, mal-konċessjoni jew iż-żamma ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi ta’ dan l-operatur waħdieni jew il-grupp ta’ operaturi. F’din is-sitwazzjoni, kif ukoll fis-sitwazzjoni deskritta hawn fuq meta jkunu ġew konċessi drittijiet esklussivi għall-proċedura ta’ l-offerti, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiżguraw il-finanzjament approprjat sabiex jgħinu lill-operaturi fdati bit-twettiq tal-kompitu partikolari assenjat lilhom.

19. L-osservanza tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-KE u b’mod partikolari dawk tal-kompetizzjoni u tas-suq intern hija kompatibbli għal kollox ma’ impenn biex jiġi żgurat il-provvediment tas-servizzi ta’ interess ġenerali. Artikolu 96 tat-Trattat, u b’mod partikolari Artikolu 86(2), huma d-dispożizzjonijiet ċentrali għalbiex jiġu rikonċiljati l-għanijiet Komunitarji, inklużi dawk tal-kompetizzjoni u tal-libertajiet tas-suq intern, minn banda waħda, mat-twettiq effettiv tal-missjoni ta’ interess ġenerali fdata mill-awtoritajiet pubbliċi mill-banda l-oħra. Dan l-Artikolu jinqara hekk:

"1. Fil-każ ta’ l-impriżi pubbliċi jew l-impriżi li lilhom l-Istati Membri jikkonċedu drittijiet speċjali jew esklussivi, l-Istati Membri ma għandhom jilleġislaw u jżommu fis-seħħ l-ebda miżura kuntrarja għar-regoli li jinsabu f’dan it-Trattat, b’mod partikolari dawk ir-regoli provvduti f`Artikolu 12 u Artikoli minn 81 sa 89.

2. L-impriżi fdati bil-ħidma tas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku jew li jkollhom il-karattru ta’ monopolju li jipproduċi introjtu għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli li jinsabu f’dan it-Trattat, b’mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, safejn u sakemm l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tfixkilx it-twettiq, bil-liġi jew bil-fatti, tal-kompiti partikolari assenjati lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ ma jridx jiġi effettwat hekk illi jkun kuntrarju għall-interess Komunitarju.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, u għandha tindirizza,meta meħtieġ, id-direttivi approprjati lill-Istati Membri."

20. Sabiex jiġi mifhum kif dawn id-dispożizzjonijiet jaffettwaw l-arranġamenti magħmula mill-awtoritajiet pubbliċi għalbiex jiżguraw illi ċerti servizzi jiġu pprovvduti lill-pubbliku, huwa utli li jiġu artikolati tliet prinċipji li jsostnu l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86. Dawn huma: n-newtralità, il-libertà li jiġu definiti, u l-proporzjonalità.

21. In-newtralità rigward il-pussess pubbliku jew privat tal-kumpanniji hija garantita b`Arikolu 295 tat-Trattat. Min-naħa l-waħda, l-Kummissjoni ma tistaqsix jekk l-impriżi responsabbli li jipprovdu servizzi ta’ interess ġenerali għandhomx ikunu pubbliċi jew privati. Għalhekk, ma teħtieġx il-privatizzazzjoni ta’ l-impriżi pubbliċi. Min-naħa l-oħra, r-regoli tat-Trattat u b’mod partikolari r-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq intern japplikaw mingħajr ma jingħata każ ta’ min hu s-sid ta’ impriża (pubblika jew privata).

22. Il-libertà ta’ l-Istati Membri li jiddefinixxu tfisser illi l-Istati Membri huma primarjament responsabbli li jiddefinixxu dak li jikkunsidraw ta’ interess ġenerali ekonomiku fuq il-bażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-attivitajiet. Din id-definizzjoni tista’ tkun biss bla ħsara għall-kontroll ta’ żball manifest. Jistgħu jikkonċedu drittijiet speċjali jew esklussivi li jkunu meħtieġa għall-impriżi fdati bil-ħidma tagħhom, jirregolaw l-attivitjiet tagħhom u, meta approprjat, jiffinanzjawhom. Fiż-żoni li m`humiex koperti b’mod speċifiku bir-regolazzjoni Komunitarja l-Istati Membri jgawdu marġini wiesgha għalbiex jiffurmaw il-politika tagħhom, li tista tkun bla ħsara biss għall-kontroll ta’ żball manifest. Jekk servizz għandux jiġi kunsidrat bħala servizz ta’ intress ġenerali u kif għandu jiġi mħaddem huma kwistjonijiet li l-ewwel u qabel kollox jiġu deċiżi lokalment. Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li jiżgura li l-mezzi mħaddna huma kompatibbli mal-liġijiet Komunitarji. Madankollu, f’kull wiehed mill-każijiet, sabiex tapplika l-eċċezzjoni provvduta bl-Artikolu 86(2), il-missjoni tas-servizz pubbliku teħtieġ li tiġi ddefinita biċ-ċar u trid tiġi fdata b’mod espliċitu permezz ta’ att ta’ awtorità pubblika (inklużi l-kuntratti) [5]. Dan l-obbligu huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali kif ukoll it-trasparenza rigward iċ-ċittadini u huwa indispensabbli għall-Kummissjoni li twettaq l-istima tagħha tal-proporzjonalità.

23. Il-proporzjonalità skond l-Artikolu 86(2) timplika li l-mezzi wżati għalbiex titwettaq il-missjoni ta’ interess ġenerali ma toħloqx tagħwiġ mhux meħtieġ ta’ kummerċ. B’mod speċifiku, irid jiġi żgurat li kull restrizzjoni tar-regoli tat-Trattat dwar il-KE, u b’mod partikolari, r-restrizzjonijiet tal-kompetittività u l-limitazzjonijiet tal-libertajiet tas-suq intern ma jaqbżux dak li hu meħtieġ sabiex jiggarantixxu t-twettiq effettiv tal-missjoni. It-twettiq tax-xogħol tas-servzz ta’ interess ġenerali ekonomiku jrid jiġi żgurat u l-impriżi fdati jridu jkunu kapaċi jwettqu l-piż speċifiku u l-ispejjeż netti extra tal-kompitu partikolari assenjat lilhom. Il-Kummissjoni teżerċita dan il-kontroll tal-proporzjonalità bla ħsara għal rivista ġudizzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod illi huwa raġjonevoli u realistiku, kif muri bl-użu li hija tagħmel attwalment mill-poteri tal-għemil tad-deċiżjonijiet konferiti fuqha bl-Artikolu 86(3 [6].

24. Il-prinċipji formolati fl-Artikolu 86 jippermettu bilanċ flessibbli u sensittiv għall-kuntest li jqis iċ-ċirkostanzi u l-għanijiet differenti ta’ l-Istati Membri kif ukoll il-kostrizzjonijiet tekniċi li jistgħu jvarjaw minn settur għall-ieħor.

25. L-esperjenza tipprovdi tipoloġija kbira biżżejjed, li tirrigwarda l-manjieri speċifiċi tar-rikonċiljazzjoni tal-ħtiġiet ta’ interess ġenerali u dawk tal-kompetizzjoni u tas-suq intern [7]. Kif deskritt hawn fuq, l-Istati Membri għandhom numru ta’ għażliet għalbiex jiżguraw il-provvediment tas-servizzi ta’ interess ġenerali, li jinfirxu mill-ftuħ tas-suq għall-kompetizzjoni dwar li jiġu imposti l-obbligi tas-servizz pubbliku sal-konferiment tad-drittijiet speċjali jew esklussivi lil operatur waħdieni jew lil numru limitat ta’ operaturi, bil-provvediment tal-finanzjament jew mingħajru.

26. Rigward il-kwistjoni partikolari tal-finanzjament, il-Qorti Ewropea ta’ l-Ewwel Istanza dan l-aħħar iddeċidiet illi l-kumpens konċess lil impriża għat-twettiq tx-xogħol tad-dmirijiet ta’ interess ġenerali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat dwar il-KE [8]. Safejn u sakemm ma jibbenefikax mill-eżenzjonijiet previsti fl-Artikoli 73 jew 87, jista madankollu jkun kompatibbli mat-Trattat dwar il-KE fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 86(2). Dan huwa l-każ meta jiġu mwettqa l-kondizzjonijiet kollha ta’ din id-dispożizzjoni u, b’mod partikolari, l-kumpens ma jaqbiżx l-ispejjeż netti addizzjonali tal-kompitu partikolari fdat f’idejn l-impriża. Il-Kummissjoni tikkunsidra li kulmeta jiġi fissat il-kumpens għal perjodu approprjat taż-żmien segwit bi prożedura miftuħa, trasparenti u li ma tiddiskriminax, teżisti l-preżunzjoni li din il-għajnuna tkun kompatibbli mar-regoli tat Trattat [9] dwar l-għajnuna ta’ l-Istat.

27. Saħansitra qabel ma jiġi delimitat il-kobor tad-deroga mir-regoli tal-kompetizjoni u tas-suq intern offruti bl-Artikolu 86, ta’ min jistma jekk, wara kollox, dawn il-reġoli Komunitarji japplikawx. Meta jagħmel din l-istima, dak li jkun għandu jżomm f’moħħu tliet konsiderazzjonijiet: id-distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi, l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u l-politika Komunitarja lejn il-każijiet ta’ importanza minuri.

28. Il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 86 jirreferu għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. B’mod ġenerali, r-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni ma japplikawx għall-attivitjiet mhux ekonomiċi u għalhekk ma għandhom l-ebda impatt fuq is-servizzi ta’ natura ġenerali safejn u sakemm dawn l-attivitajiet jikkostitwixxu servizzi mhux ekonomiċi. Dan ifisser l-ewwelnett illi l-materji li huma intrinsikament il-prerogattivi ta’ l-Istat (bħalma huma li tiġi żgurata s-sigurtà interna u esterna, l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-kondotta tar-relazzjonijiet barranija u eżerċizzji oħra ta’ awtorità uffiċjali) huma esklużi mill-applikazzjoni tal-kompetizzjoni tar-regoli u tas-suq intern. Għalhekk, Artikolu 86 u l-kondizzjonijiet tiegħu ma jaħdmux. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stipulat, per eżempju, li organiżmu li jikkontrolla u jissorvelja l-ispazju ta’ l-ajru u li jiġbor nollijiet għall-użu tas-sistema tagħha tan-navigazzjoni bl-ajru [10], jew korp tal-liġi privata li jwettaq sorveljanza kontra l-inkwinament f’port tal-bahar [11], jezercitaw poteri li huma tipikament dawk ta’ awtorità pubblika u li m`humiex ta’ natura ekonomika.

29. It-tieni, s-servizzi bħall-edukazzjoni nazzjonali u l-iskemi bażiċi obbligatorji tas-sigurtà soċjali huma esklużi wkoll mill-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq intern. Rigward ta’ l-ewwel, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja irregolat illi l-Istat, huwa u jistabbilixxi u jżomm din is-sistema, ma jkunx qiegħed ifittex li jidħol għal attività tal-qligħ imma jkun qiegħed iwettaq id-dmir tiegħu lejn il-popolazzjoni tiegħu stess fl-oqsma soċjali, kulturali u edukattivi [12]. Rigward ta’ l-aħħar, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja żammet illi organizzazzjonijiet mgħobbija bil-ġestjoni ta’ skemi soċjali imposti mill-Istat, bħalma hi l-assigurazzjoni obbligatorja tal-mard, li huma msejsa fuq il-prinċipju tas-solidarjetà, li ma jagħmlux qligħ u meta l-benefiċċji ma jkunux proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji, jwettqu funzjoni soċjali esklussiva u ma jeżerċitawx attivita eonomika [13].

30. B’mod iktar ġenerali, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja [14], ħafna attivitajiet kondotti minn organizzazzjonijiet li fil-biċċa l-kbira jwettqu funzjonijiet soċjali li m`humiex orjentati lejn il-qligħ u li m`humiex mifhuma li jingaġġaw f’attivita industrijali jew kummerċjali, jridu normalment jiġu esklużi mir-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni u tas-suq intern. Dan iqis numru ta’ attivitajiet m`humiex ekonomiċi ta’ organizzazzjonijiet bħalma huma l-għaqdiet tal-ħaddiema, l-partiti politiċi, l-knejjes u s-soċetajiet reliġjużi, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, s-soċjetajiet tal-għerf, il-karitajiet kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-solljev u tal-għajnuna. Madankollu, kulmeta organizzazzjoni minn din, fit-twettiq ta’ kompitu ta’ interess ġenerali, tindaħal għal attivitajiet ekonomiċi, l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi jridu jiġu gwidati bil-prinċipji li jinsabu f’din il-Komunikazzjoni li jirrispettaw b’mod partikolari l-ambjent soċjali u partikolari li fih isiru l-attivitajiet rilevanti. Barra minn hekk, meta jridu japplikaw il-liġijiet Komunitarji għal dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni trid teżamina wkoll, fid-dawl ta’ riflessjoni aktar ġenerali dwar l-użu tal-poteri diskrezzjonali tagħha, jekk l-interessi Komunitarji jeħtiġux li jipproċedu rigward dawn il-każijiet, bla ħsara għall-obbligi legali tagħha stabbiliti fit-Trattat dwar il-KE.

31. Ghandu jiġi muri wkoll illi l-liġijiet Komunitarji tal-kompetizzjoni japplikaw biss meta l-kondotta fil-kwistjoni hija possibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Bl-istess mod, ir-regoli fit-Trattat li jistabbilixxu l-libertà li jipprovdu s-servizzi ma japplikawx meta l-aspetti kollha ta’ dawn l-attivitajiet ikunu konfinati ġewwa Stat Membru waħdieni.

32. Rigward ir-regoli kontrofiduċjarji (Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-KE), attività li taffettwa s-suq b’mod insinifikanti biss - u dan jista’ jkun il-każ ta’ numru ta’ servizzi ta’ interess ġenerali ta’ karattru lokali - ma taffettwax normalment il-kummerċ bejn l-Istati Membri u għalhekk ma tkunx bla ħsara għar-regoli Komunitarji [15]. Għandu jsir riferiment ukoll għall-politika li ma ssegwix skond ir-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni, każijiet ta’ importanza minuri, li l-Kummissjoni spjegat fid-dettal [16]. Terġa’, ħafna servizzi lokali x’aktarx li jiġu kunsidrati każijiet ta’ importanza minuri u għalhekk il-Kummissjoni ma jridx ikollha għalfejn issegwi l-abbuzi allegati tar-regoli kontrofiduċjarji f’dan il-kuntest.

33. Dwar l-istima taħt ir-regoli tal-għajnuna ta’ l-Istat tat-Trattat dwar il-KE, huwa minnu li d-daqs relattivament żgħir ta’ l-impriża li tirċeviha ma jeskludix daqstant il-possibbiltà li l-kummerċ intra-Komunitarju jista’ jiġi affettwat. Madankollu, skond il-ġurisprudendza deċiża, l-kriterju tal-kummerċ li jkun qiegħed jiġi affettwat jiġi sodisfatt biss jekk l-impriża riċevitur twettaq attività ekonomika li tinvolvi l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tiffisa wkoll l-ogħla livelli (is-soqfa) li taħthom tikkunsidra li r-regoli tal-għajnuna ta’ l-Istat ma jgħoddux [17]. B’riżultat ta’ dan, ħafna servizzi lokali x’aktarx li jiġu esklużi mill-iskop tar-regoli tal-għajnuna ta’ l-Istat.

34. Barra minn hekk, irid jiġi eżaminat il-finanzjament pubbliku għas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku li jista’ jkun possibbli li jaffettwa l-kummerċ fid-dwl tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna ta’ l-Istat biex dak li jkun jara jekk hix madankollu permissibbli. Barra mill-eċċezzjoni provvduta bl-Artikolu 86(2) spjegata hawn fuq, huma disponibbli numru ta’ eżenzjonijiet speċifiċi mill-projbizzjoni tal-għajnuna ta’ l-Istat. Ta’ interess partikolari, per eżempju, huma d-derogi provvduti skond l-Artikolu 73 għall-għajnuna lit-trasport u skond l-Artikolu 87(3)(d) għall-għajnuna sabiex tippromwovi l-konservazzjoni kulturali u l-wirt naturali [18]. Ġew stabbiliti kondizzjonijiet għall-kompatibbiltà skond l-Artikolu 87(3) fl-oqfsa u l-linji gwida bħal dawk għall-għajnuniet ta’ l-Istat lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju [19] (SMEs), l-impriżi f’żoni urbani deprivati [20], xogħol [21] u taħriġ [22], għajnuna reġjonali nazzjonali [23], protezzjoni ta’ l-ambjent [24] flimkien ma’ riċerka u żvilupp [25].

35. Il-prinċipji stabbiliti f’din il-komunikazzjoni japplikaw għal kull settur ekonomiku. Per eżempju, wara talba mill-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni adottat fis-sena 1998 Rapport lill-Kunsill tal-Ministri dwar is-servizzi ta interess ġenerali ekonomiku fis-settur bankarju [26], imsejjes fuq kwestjonarju indirizzat lil-Istati Membri kollha. Ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kien illi numru ta’ Stati Membri jikkunsidraw illi ċerti istituzzjonijiet tal-kreditu jwettqu kompiti speċifiċi li jikkostitwixxu servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku. Dawn il-kompiti jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-promozzjoni ta’ l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, il-konċesjoni jew il-garanzija ta’ l-esportazzjoni tal-krediti, self soċjali fuq id-djar, finanzjament muniċipali, l-finanzjament ta’ proġetti ta’ l-infrastruttura u l-iżvilupp reġjonali. Żewġ Stati Membri jikkunsidraw il-forniment minn ċertu grupp ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu ta’ infrastruttura finanzjarja kompensiva li tipprovdi kopertura territorjali kif indikat fil-paragrafu 10 bħala servizz ta’ interess ġenerali ekonomiku. Ir-Rapport jikkonkludi illi l-kompatibbiltà ta’ kull waħda minn dawn is-sistemi u l-kompiti ma’ l-Artikolu 86(2) tat-Trattat dwar il-KE trid tiġi eżaminata fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

36. Fl-aħħarnett, hekk kif jevolvu t-teknoloġiji u s-swieq, l-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi jiġu faċċjati b’mod pogressiv b’inċertezzi ġodda li jirigwardaw l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-KE għall-attivitajiet tagħhom. Il-Kummissjoni trid għalhekk tissokta tirrifletti dwar l-aħjar użu li tista’ tagħmel mill-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha sabiex iżżid ċ-ċertezza legali. Ġaladarba tkun kisbet l-esperjenza fit-trattament tas-sitwazzonijiet il-ġodda li jinħolqu fil-kamp tas-servizzi ta’ interess ġenerali, l-Kummissjoni trid tagħmel ħiltha li tiċċara iktar l-iskop ta’ l-applikazzjoni u l-kriterji għal-kompatibbiltà mar-regoli tal-KE. Dan irid isir, skond il-prattika stabbilita, f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. L-istrumenti għalbiex isir dan jinkludu l-komunikazzjonijiet, il-linji gwida u r-regolamenti ta’ eżenzjonijiet fi blokki.

4. ESPERJENZA MAL-LIBERALIZZAZZJONI TA’ ĊERTI SERVIZZI TA’ INTERESS ĠENERALI

37. Fi żmien il-Komunikazzjoni tas-sena 1996, il-liberalizzazzjoni tas-swieq għal numru ta’ servizzi ta’ interess ġenerali ġiet deċiża skond il-programm tas-suq waħdieni, imma kien kmieni wisq li jiġi ġudikat x’setgħu jkunu l-effetti f’termini ta’ kwalità, prezzijiet u disponibbiltà. F’ċerti setturi, b’mod partikolari t-telekomunikazzjonijiet, dan mhux iktar il-każ. B’mod ġenerali, madankollu, għadha nieqsa d-disponibbiltà ta’ l-informazzjoni f’waqtha ta’ kwalità tajba dwar dimensjonijiet ċavetta li biha tiġi valutata l-esperjenza f’dawn is-servizzi. L-aktar tagħrif komprensiv għandu x’jaqsam mat-telekomunikazzjonijiet segwit bit-trasport bl-ajru. Rigward l-enerġija, teżisti informazzjoni konsiderevoli rigward il-livelli tal-prezzijiet, u l-Kummissjoni issa nediet studju, li jibni fuq ix-xogħol diġà midħul għalih mil-Eurostat sabiex jiġu monitorjati b’mod kostanti "l-indikaturi tal-kompetizzjoni", numru ta’ fatturi li jindikaw il-livell reali tal-kompetizzjoni fis-suq. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni issa rċeviet tweġibiet mill-Istati Membri rigward il-livelli u l-għanijiet tas-servizzi pubbliċi fis-setturi tal-gass u ta’ l-elettriku, u fuq dan il-bażi qiegħda tħejji Komunikazzoni li trid isservi bħala għodda tal-marka tal-livelli sabiex iżżomm l-i standards tas-servizzi pubbliċi u żżidhom għal livell iktar għoli.

38. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli bħalissa, l-liberalizzazzjoni tas-servizzi skond il-programm tas-suq waħdieni jidher li għandha impatt pożittiv fuq id-disponibbiltà, l-kwalità u kemm jifilħu jonfqu tas-servizzi ta’ interess ġenerali. Madankollu, dan ma jfissirx illi dawn is-servizzi qegħdin bilfors jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti. Jidħlu jaħdmu fatturi oħra, bħalma huma l-prezz tat-tagħmir meħtieġ għall-konnessjoni, l-konġestjoni jew il-prattiċi varji kontra l-kompetittività li għadhom ma ġewx indirizzati adegwatament jew in-nuqqas ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ riparazzjoni għall-utenti meta s-servizzi ma jiffunzjonawx kif xieraq. B’riżultat ta’ dan, għad iridu jiġu maħsuda l-benefiċċji kollha tal-liberalizzazzjoni għas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà fil-partijiet kollha tal-Komunità.

39. Is-servizz universali, b’mod partikolari d-definizzjoni ta’ l-obbligi tas-servizz universali huwa akkumpanjament ċavetta għal-liberalizzazzjoni tas-swieq tas-setturi tas-servizzi bħalma huma t-telekomunikazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea. Id-definizzjoni u l-garanzija ta’ servizz universali jiżguraw illi jinżammu l-aċċessibbiltà kontinwa u l-kwalità tas-servizzi stabbiliti għall-utenti u l-konsumatri kollha matul il-proċess tal-mogħdija minn provvediment monopolistiku għal swieq kompetittivi miftuħa. Is-servizz universali, ġewwa ambjent ta’ swieq miftuħa u kompetittivi tat-telekomunikazzjonijiet, huwa definit bħala s-sett minimu tas-servizzi ta’ kwalità speċifikata li għalihom ikollhom aċċess l-utenti u l-klijenti kollha fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, bi prezz li jistgħu jifilħu għalih. Dawn id-dispożizzjonijiet jiffissaw il-punt tal-bidu għat-titjib imbuttat mill-kompetizzjoni fil-kwalità u l-prezz tas-servizz.

4.1. Telekomunikazzjonijiet

40. Is-servizz universali kif iddefinit bħalissa fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-telekomunikazzjonjiet jinkludi d-dispożizzjoni tat-telefonija bil-vuċi, fax u informazzjoni fil-faxxa (tar-radjo) tal-vuċi permezz ta’ modems (jiġifieri l-aċċess għall-Internet). L-utenti jrid ikollhom aċċess f’post fiss għas-sejħiet internazzjonali u nazzjonali, kif ukoll għas-servizzi ta’ emerġenza. Id-definizzjoni tkopri wkoll il-provvediment ta’ l-assistenza mill-operatur, is-servizzi direttorji, t-telefonijiet imħallsa mill-pubbliku u faċilitajiet għall-kljenti b’diżabbilta jew bi ħtiġiet soċjali speċjali. Ma tkoprix it-telefonija mobbli jew l-aċċess għall-Internet b’faxxex wiesgħa.

41. Rigward it-telefnija bil-vuċi, skond studju reċenti [27] 96 % tad-djar Ewropej għandhom l-aċċess għat-telefonija bil-vuċi fid-dar. Ftit iktar min-nofs id-djar li fadal jew m`humiex interessati jew għandhom mezzi alternattivi ta’ aċċess. Inqas minn 2 % ma għandhomx aċċess għat-telefonija bil-vuċi minħabba l-finanzi. Mill-bidu tas-sena 1998, il-konsumaturi kollha profittaw mit-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet: fl-ewwel sena biss, il-prezzijiet waqgħu b’40 % għas-sejħiet internazzjonali, bi 30 % għal distanzi twal u bi 30 % għal sejħiet reġjonali; iżda s-sejħiet lokali ma raw l-ebda tnaqqis maġġuri fil-prezzijiet. Bejn wieħed u ieħor, matul il-perjodu taż-żmien bejn is-snin 1997-1999, il-prezzjiet naqsu b’aktar minn 40 % għall-konsumaturi residenzali.

42. Il-kompetizzjoni tat spinta lill-iżvilupp tat-telefonija mobbli. Mil-liberalizzazzjoni, r-rati tal-penetrazzjoni ogħlew minn 11 % għal 48 % tal-popolazzjoni. Il-familji bi dħul baxx x’aktax li joqogħdu b’mod iktar esklussiv fuq it-telefonija mobbli minn dawn ta’ dħul ogħli (6 % tal-familji meta mqabbla ma’ 2 %) saħansitra jekk ir-rata ġenerali ta’ l-użu togħla mad-dħul. Dan juri illi, għal numri sostanjali tad-djar bi dħul baxx, it-telefonija mobbli tikkostitwixxi alternattiva aċċettabbli għat-telefonija fissa, saħansitra fin-nuqqas ta’ l-obbligi ta’ servizz universali.

43. Hekk kif l-aċċess għall-Internet permezz tat-telefonija mobbli tat-tielet ġenerazzjoni u l-Internet bit-televiżjoni jridu jiksru d-dipendenza fuq il-kompjuters (33 % tad-djar Ewropej) għalbiex jiksbu l-aċċess għall-Internet, ir-rati tal-penetrazzjoni huma mistennija li jikbru b’ħeffa kbira ħafna fil-ħames snin li ġejjin.

44. Is-sottoskritti rurali ma jidhrux li huma żvantaġġati f’termini tad-distribuzzjoni spazjali tas-servizzi essenzali. B’mod ġenerali, id-djar rurali għandhom fil-fatt aktar tagħmir telefoniku mid-djar fiż-żoni metropolitani. Jidher illi d-dħul għandu aktar influwenza fuq is-servizzi milli għandhom id-distinzjonijiet rurali/urbani.

4.2. Trasport

45. Il-proċess tal-ftuħ bil-mod il-mod tas-suq tat-trasport bl-ajru tlesta sal-1 ta’ Lulju 1998. Fil-Komunikajoni tagħha adottata s-sena l-oħra, l-Kummissjoni stmat il-konsegwenzi ta’ 10 snin ta’ liberalizzazzjoni [28]. Il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru wassal għal żieda fin-numru tat-trasportaturi minn 132 fis-sena 1993 għal 164 fis-sena 1998. Is-sehem mis-suq li jaqa’ fuq it-trasportaturi nazzjonali qiegħed jonqos u n-numru tar-rottot b’iktar minn żewġ operaturi kiber bi tlett darbiet mis-sena 1992. Numru kbir dejjem jiżdied ta’ nollijiet promozzjonali żiedu l-firxa ta’ nollijiet attraenti għall-utenti. B’kuntrast ma’ dan, in-nollijiet flessibbli baqgħu jiżdiedu. Jinsabu darbtejn daqs il-livell ta’ dawk promozzjonali.

46. Il-grad tal-kompetizzjoni fuq rotta għandu impatt sostanzjali fuq il-prezz tat-trasport bl-ajru. Il-livell tan-nollijiet jonqos meta suq jgħaddi minn monopolju għal duwopolju jew lejn iktar minn żewġ trasportaturi. It-tnaqqis fil-prezzijiet tan-nolljiet kummerċjali minn dak ta’ monpolju għal tliet trasportaturi jew iktar huwa ta’ 10 %, dak tan-nollijiet ekonomiċi ta’ 17 % u dak tan-nollijiet promozzjonali ta’ 24 %.

47. Jezistu numru ta’ fatturi li jdewmu jew inaqqsu l-impatt tal-liberalizzazzjoni. L-aċċess għas-slottijiet u l-limitazzjonijiet dwar il-kapaċità ta’ l-ajruport jirrappreżentaw problema reali għal dawk il-ġodda li jridu jidħlu fis-suq. L-iskemi tal-lealtà bħalma huma l-programmi għal dawk li jtiru spiss jiffavorixxu l-linji ta’ l-ajru b’networks kbar li joffru lill-passiġġieri opportunitajiet akbar sabiex jakkumulaw u jużaw il-punti tal-FFP. Dan jiddiskrimina b’mod partikolari kontra l-linji ta’ l-ajru fuq skala żgħira u effettivi taħt il-profil tal-ġestjoni u ta’ l-ispejjeż.. Il-prezz għoli u l-kwalità baxxa tas-servizzi tat-tqandil fuq l-art iżid element ta’ prezz fiss li jnaqqas il-ħila ta’ dawk il-ġodda li jidħlu għalbiex jikkompetu fil-prezzijiet. Fl-aħħarnett, il-konġestjoni u l-użu fqir tad-disponibbiltà ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jfissru li ssofri l-kwalità tas-servizz u d-dewmien isir iktar spiss.

48. Uħud mnn dawn id-diffikultajiet jistgħu jinegħlbu permezz ta’ l-imposizzjoni ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku. Il-għażla tar-rotta u l-i standards imposti huma bla ħsara għall-kontroll mill-Kummissjoni. Mis-sena 1993, l-obbligi tas-servizz pubbliku ġew imposti fuq aktar minn mitt rotta ġewwa l-Komunità, l-aktar fi Franza, l-Irlanda u l-Portugall, izda anki fl-Isvezja, fil-Ġermanja, fl-Italja u fir-Renju Unit. Intant dan jirrapreżenta biss perċentwal baxx tat-traffiku totali bl-ajru fil-Komunità.

49. Imbuttat mill-iżviluppi tas-suq, il-provvediment tas-servizzi tal-passiġġieri fis-setturi tal-ferroviji u tat-triq għaddej minn bidliet importanti fil-preżent. Numru ta’ operaturi bdew jaqdu rwol attiv fl-Istati Membri l-oħra. Parallel ma’ dan, l-Istati Membri bdew jiftħu s-swieq interni għall-kompetizzjoni. L-armonizzazzjoni ta’ livell bażiku tal-kompetizzjoni u ta’ ħtiġet minimi tat-trasparenza meta jingħataw kuntratti tas-servizz kienu kunsidrati meħtieġa sabiex jiggarantixxu livelli għolja tal-kwalità. Il-Kummissjoni proponiet qafas ġdid [29], li jrid jiżgura li l-operaturi tat-trasport pubbliku jkunu taħt pressjoni kompetittiva sabiex joffru lill-passiġġieri servizzi aħjar, iżommu l-ispejjeż taħt kontroll u jiżguraw l-ogħla livell ta’ sigurtà.

4.3. Enerġija

50. Ipparagunat mat-telekomunikazzjonijiet jew it-trasport bl-ajru, anqas tagħrif huwa disponibbli dwar l-impatt tal-liberalizzazzjoni ta’ l-enerġija fuq is-servizzi ta’ interess ġenerali. Il-ftuħ tas-setturi tal-gass u ta’ l-elettriku għall-kompetizzjoni huwa tabilħaqq reċenti wisq sabiex jinġibdu konklużjonijiet dwar il-ħidma. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi bl-eċċezzjoni tal-Belgju, d-Danimarka u l-Irlanda, l-familji benefikaw minn tnaqqis fil-prezzijiet bejn Lulju 1996 u Jannar 2000 b’medju ta’ 5,2 % fil-UE. L-intrapriżi ż-żgħar ibbenefikaw minn tnaqqis akbar fil-medju ta’ 7,9 %, minkejja ż-żidiet sostanzjali fid-Danimarka u l-Greċja.

4.4. L-apprezzament tas-servizzi ta’ interess ġenerali mill-konsumaturi

51. Bħala parti mis-serje ta’ stħarrig ta’ opinjoni pubblika mill-Eurobarometer [30], ġew magħmula numru ta’ mistoqsjiet lill-familji mistħarrġa rigward l-opinjoni tagħhom dwar numru ta’ servizzi ta’ interess ġenerali. L-istħarriġ jikkumplimenta l-informazzjoni iktar iddettaljata disponibbli rigward it-telekomunikazzjonijiet mir-rapport tar-residenti preżentat iktar ‘il fuq. Ir-riżultati huma ta’ interess għaliex jgħinu li jsir paragun matul tipi differenti ta’ servizz. Madankollu, ma hija possibbli l-ebda indikazzjoni dwar kif is-servizzi żviluppaw matul iż-żmien. Differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri fin-natura tat-tweġibiet jidhru li jindikaw illi l-aspettazzjonijiet li jirrigwardaw is-servizzi jikkostitwixxu determinant importanti tal-livell ipperċepit ta’ sodisfazzjon. Għal din ir-raġuni, l-paraguni bejn it-tipi differenti tas-servizzi huma x’aktarx iktar illuminanti mill-valuri assoluti tat-tweġibiet.

52. Is-sodisfazzjon tal-konsumatur dwar numru ta’ dimensjonijiet (l-aċċess, il-prezzijiet, il-kwalità, it-tagħrif disponibbli, t-termini u l-kondizzjonijiet u l-ilmenti) kien imkejjel għal pakkett fiss ta’ servizzi, maghmul mit-telefonija, l-provvista ta’ l-elettriku, tal-gass u ta’ l-ilma, s-servizzi postali, t-trasport urban u s-servizzi tal-ferroviji bejn l-ibliet. Kemm l-aċċess u kemm it-teħid tas-servizzi differenti varjaw b’mod konsiderevoli. Per eżempju, kważi 13 % ma kellhomx aċċess għall-gass. Saħansitra kważi 7 % stqarrew li ma kellhom l-ebda aċċess għas-servizzi ta’ bejn l-ibliet tal-ferroviji, u kważi 5 % għas-servizzi tat-trasport lokali. L-elettriku, l-posta u l-provvista ta’ l-ilma kienu tassew is-servizzi kważi l-iktar fil-qrib tad-disponibbiltà universali. Imsejsa fuq it-tweġiba "ma japplikax" għall-mistoqsijiet sossegwenti, jidher illi t-teħid attwali tas-servizzi jsegwi minn qrib ħafna d-disponibbiltà fiżika.

53. F`termini ta’ prezz, is-servizzi postali rċevew l-iktar rata pożittiva, segwiti mill-utilitajiet pubbliċi. Anke hekk, jista’ jiġi indikat nuqqas sostanjali ta’ sodisfazzjon bil-livell korrenti tal-prezzijiet mill-fatt illi iktar minn 30 % ta’ dawk li wieġbu kunsidrawhom inġusti jew eċċessivi f’kull każ. Is-servizzi tat-telefonija u tal-ferroviji fuq distanzi twal nisslu l-iktar tweġibiet mhux sodisfaċenti. Ir-rata tal-kwalità moghtija lis-servizzi hija b’mod ġenerali tajba bl-eċċezzjoni tat-trasport. Is-servizzi postali wkoll jitqiesu b`rata generalment tajba, ghalkemm mhux daqstant. Meta l-apprezzament tal-prezz jiġi magħqud mal-kwalità, hu car li s-servizzi bil-ferroviji fuq distanzi twal ma jidhrux li qegħdin iwettqu xogħolhom tajjeb. Il-konsumaturi jikkunsidraw li biex l-utilitajiet pubbliċi (l-elettriku, l-gass u l-ilma) jissodisfaw aħjar l-aspettativi tagħhom, iridu jkunu iktar konnessi mal-komunikazzjonijiet u trasport lokali. It-trattament ta’ l-ilmenti jirċievi wkoll livell baxx ħafna ta’ sodisfazzjon, skond il-fatt li għal kull servizz imkejjel, aktar minn 45 % ta’ dawk li wieġbu kunsidraw it-trattament bhala ħażin jew ħażin ħafna.

5. PERSPETTIVA EWROPEA

54. Il-Komunita tibqa’ tissokta b’dawn l-ghanijiet: li tappoġġja l-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea fi swieq dinjija li dejjem qed jiżdiedu waqt li tikkontribwixxi għal livell għoli tal-protezzjoni u fiduċja tal-konsumaturi billi, fost ħwejjeġ oħra, tagħti lill-konsumaturi aktar għażla, kwalità aħjar u prezzijiet aktar baxxi, li jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Is-servizzi ta’ interess ġenerali għandhom rwol ċavetta x’jaqdu fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet. Is-servizzi effiċjenti huma determinant maġġur fil-lokazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-produzzjoni, minħabba l-benefiċċji kemm għad-ditti li jużawhom u kemm għall-ħaddiema li jgħixu fiż-żona. L-eżistenza ta’ network tas-servizzi ta’ interess ġenerali hija element essenzali tal-koeżjoni soċjali; bil-maqlub, li dawn is-servizzi jisparixxu huwa sinjal ta’ twissija rigward id-deżertifikazzjoni ta’ żona rurali jew degradazzjoni ta’ belt. Il-Komunità hija impenjata li żżomm il-funzjoni ta’ dawn is-servizzi intatta, filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza tagħhom.

55. Hija u ssegwi dawn il-għanijiet, il-Komunità tqis kif mistħoqq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ir-rispett ta’ dan il-prinċipju, b’mod partikolari l-libertà ta’ l-Istati Membri li jiddefinixxu x’jikkostitwixxi servizz ta’ interess ġenerali, jeħtieġ eżami bil-għaqal tar-rwoli xierqa tal-livelli differenti tal-gvern fir-regolazzjoni ta’ dawn is-servizzi. Il-Kummissjoni trid telabora iktar il-pożizzjoni tagħha dwar is-suġġett fil-kuntest tal-White Paper ġejjiena dwar Amministrazzjoni.

56. L-Artikolu ġdid 16 tat-Trattat jagħraf b’mod espliċitu r-rwol tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jipprevedi dmir Komunitarju li jiffaċilita l-kisba tal-missjoni tagħhom. L-importanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet inħarġet mill-Kapijiet ta’ l-Istati jew tal-Gvernijiet fil-laqgħa għolja ta’ Lisbona f’Marzu 2000

[31]

:

"Il-Kunsill Ewropew jikkunsidra essenzali illi, fil-qafas tas-suq intern tagħhom u ta’ ekonomji msejsa fuq il-għerf, isir kalkolu sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku, u ta’ l-impriżi fdati bit-tħaddim ta’ dawn is-servizzi."

57. Kemm din id-dikjarazzjoni politika u kemm il-bidliet għaddejjin bħalissa juru l-ħtieġa għal waqfa proattiva dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, li tinkorpora u tmur ‘il hinn mill-avviċinament imsejjes fuq is-suq waħdieni. F`din il-vena, l-Kummissjoni, fi sħubija mal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, trid tissokta tippromwovi perspettiva Ewropea dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali għall-benefiċċju taċ-ċittadini fuq tliet fronti: billi jikbru bl-ikbar mod il-benefiċċji mill-ftuħ tas-swieq; billi jsaħħu l-kordinament u s-solidarjetà Ewropej; u billi jiżviluppaw kontribuzzjonijiet Komunitarji oħra fl-appoġġ għas-servizzi ta’ interess ġenerali.

5.1. Liwiehed jiehu l-aqwa benefiċċji mill-ftuħ tas-swieq

58. Il-ftuħ tas-swieq għas-servizzi ekonomiċi, notevolment servizzi ta’ network, u l-introduzzjoni korrispondenti ta’ l-obbligi tas-servizzi universali jew pubbliċi, jeħtieġu jiġu segwiti skond il-karatteristiċi ta’ kull settur, inkluż il-grad ta’ l-integrazzjoni tas-suq diġà miksub. Il-għan komuni huwa li ċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw permezz ta’ l-iżvilupp ta’ suq waħdieni kompetittiv. Dan il-għan kien affermat mill-ġdid bil-qawwi mill-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona, li sejjaħ għal aċċellerazzjoni tal-liberalizzazzjoni fl-oqsma tal-gass, l-elettriku, t-trasport u s-servizzi postali u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji rapport tal-prgress u l-proposti xierqa għal-laqgħa tiegħu fir-rebbiegħa tas-sena 2001.

59. Il-Kummissjoni trid tissokta ssegwi l-prinċipji li ġejjin fil-politika tagħha tal-ftuħ tas-swieq:

- bl-użu tal-għodod tal-valutazzjoni sabiex tistma l-ħidma, t-twettiq tax-xogħol u l-kompetittività tas-servizzi ta’ interess ġenerali, sabiex ir-regolazzjoni tkun tista’ tiġi addattata f’linja mal-bidliet teknoloġiċi (li jżidu l-possibbiltajiet li jaqsmu l-fruntieri li jipprovdu s-servizzi ġewwa s-suq intern), il-ħtiġiet ġodda tal-konsumaturi u d-domandi ta’ interess pubbliku. Il-linji gwida wiesgħa tal-politika ekonomika flimkien mar-rapport dwar l-implentazzjoni tagħhom u l-Komunikazzjoni annwali tal-Kummissjoni dwar "Ir-Riforma Ekonomika - Rapport dwar il-funzjonament tal-prodotti u s-swieq kapitali" (ir-Rapport ta Cardiff) [32] jipprovdu l-qafas għal (fost ħwejjeġ oħra) l-istima fuq bażi regolari tal-funzjonament tas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku fis-suq waħdieni. Għal setturi speċifiċi, b`mod notevoli t-telekomunikazzjonijiet, ir-rivisti tar-riforma regolatorja u l-effetti tagħha jistgħu jsiru disponibbli fuq bażi regolari [33]; il-prattika ta’ rivisti regolari tista’ tiġi ġeneralizzata b’mod utli għas-setturi kollha li għalihom jeżisti qafas komuni fil-livell Komunitarju [34]

- iż-żamma b’avviċinament ta’ pass wara pass imsejsa fuq il-valutazzjoni tar-riforma u l-konsultazzjoni mal-partijiet varji interessati, inklużi l-konsumaturi. Il-Kummissjoni trid tissokta ssegwi l-prattika li tħejji għall-bidliet fil-qafas regolatorju permezz tal-ħruġ ta’ Green Papers [35] akkumpanjati jew ikkumplmentati b`aktar stadji ta’ konsultazzjoni pubblika [36];

- l-infurzar tat-trasparenza fil-ħidma tal-fornituri tas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku, sewwa jekk ikunu pubbliċi u sewwa jekk privati, notabbilment rigward it-tagħwiġ possibbli tal-kompetizzjoni. Id-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-hekk imsejħa Direttiva ta’ Tasparenza [37] timmira li tinforza din it-trasparenza billi testendi r-regoli dwar is-separazzjoni tal-kontjiet li bħalissa japplikaw għal setturi speċifiċi, għal kull impriża li tgawdi dritt speċjali jew esklussiv fdata bil-ħidma ta’ servzz ta’ interess ġenerali ekonomiku skond l-Artiolu 86(2) tat-Trattat u tirċievi għajnuna mill-Istat tkun xi tkun il-għamla tagħha, inklużi kull għotja, appoġġ jew kumpens, f’relazzjoni ma’ dan is-servizz u li twettaq attivitajiet oħra.

60. Jekk l-ekonomja Ewreopea ghandha tagħmel l-aħjar mill-opportunitajiet li jistgħu jinkisbu mill-ftuħ tas-swieq, huwa importanti li jittieħdu malajr kemm jista’ jkun id-deċiżjonijiet dwar il-proposti pendenti tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tistenna illi l-qafas regolatorju l-ġdid għat-telekomunikazzjonijiet, imsejjes fuq il-proposti tad-Direttiva kwadru u l-erba’ Direttivi speċifiċi [38], irid jiġi adottat fil-kors tas-sena 2001, skond l-iskeda taż-żmien iffissata mill-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona [39] għall-kompletezza tas-suq intern. Il-Kummissjoni qiegħda wkoll isserraħ fuq il-Kunsill u l-Parlament Ewropew sabiex tadotta malajr kemm jista’ jkun il-proposti tagħha dwar is-servizzi postali u tat-trasport [40].

61. B’segwiment ta’ l-istess raġunament, u b’mod partikolari sabiex tiżgura illi l-pubbliku u l-operaturi privati jitqiegħdu fuq livell egwali, l-Kummissjoni sottomettiet proposta [41] li tippermetti, fost ħwejjeġ oħra, li teżenta mill-iskop tad-Direttiva 93/38/KEE lil dawk is-setturi jew servizzi (l-ilma, l-enerġija, t-trasport u t-telekomunikazzjonijiet) li, fi Stat Membru mogħti, jaħdmu f’kondizzjonijiet ta’ kompetittività effettiva, wara li l-attività rilevanti tkun ġiet illiberalizzata skond il-leġislazzjoni rilevanti tal-KE. Il-liberalizzazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet diġà kellha impatt fuq l-applikazzjoni tar-regoli tal-prokura. Bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet speċifiċi fid-Direttiva 93/38/KEE, il-Kummissjoni dikjarat f’Komunikazzjoni [42] li tikkunsidra li l-biċċa l-kbira tas-servizzi f’dan il-kamp ġewwa l-UE jridu jiġu eżentati (b’xi eċċezzjonijiet) mill-iskop tad-Direttiva 93/38/KEE.

5.2. Tisħiħ tal-kordinament u s-solidarjetà Ewropea

62. Li tiġi miżjuda l-integrazzjoni Ewropea f’ċerti setturi jissuġġerixxi żieda parallela fil-kordinament Ewropew sabiex jiġu monitorjati l-attivitajiet tar-regolaturi u l-operaturi. L-arranġamenti istituzzjonali xierqa jridu jvarjaw skond il-grad ta’ l-integrazzjoni tas-swieq miksub u skond il-fallimenti potenzali li jridu jiġu indirizzati, inkluż it-twettiq tax-xogħol tar-regolaturi nazzjonali eżistenti.

63. Sabiex tivvaluta s-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku, il-Kummissjoni tista’ tipprevedi eżaminazzjni tar-riżultati miksuba b’mod ġenerali fl-Istati Membri fil-ħidma ta’ dawn is-servizzi u l-effikaċja ta’ l-oqfsa regolatorji. Din l-eżami għandha tqis b’mod partikolari l-interazzjonijiet bejn in-networks differenti infrastrutturali, u l-għanijiet kemm ta’ l-effiċjenza ekonomika u l-protezzjoni tal-konsumatur u kemm tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

64. Il-post speċjali tas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku fil-valuri mqassma bejniethom ta’ l-Unjoni, rikkonoxuti b`Artikolu 16 tat-Trattat, isejjaħ għall-għarfien parallel tar-rabta bejn l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali u ċ-ċittadinanza Ewropea. Filwaqt li l-Istati Membri jżommu libertà abbundanti rigward il-mezzi li bihom iridu jinkisbu l-għanijiet tas-solidarjetà serviti mis-servizzi ta’ interess ġenerali, jista’ jkun meħtieġ kunċett komuni tal-qalba ta’ dan l-interess ġenerali sabiex isostni l-lealtà lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra d-disposizzjonijiet dwar l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku fl-abbozz tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali bħala pass importanti f’din id-direzzjoni.

5.3. Kontribuzzjonijiet oħra Komunitarji b’appoġġ għas-servizzi ta’ interess ġenerali

65. L-involviment Komunitarju fis-servizzi ta’ interess ġenerali jmur ‘il hinn mill-iżvilupp tas-suq waħdieni, inklużi l-provvediment ta’ l-istrumenti sabiex jiżguraw l-i standards tal-kwalità, l-kordinament tar-regolaturi u l-valutazzjoni tal-ħidmiet. Strumenti u azzjonijiet oħra tal-politika Komunitarja jaqsmu beniethom l-istess għanijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali waqt li jgħinu s-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku li jwettqu l-missjoni tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma mifhuma li jtejbu, u bl-ebda mezz ma jieħdu l-post tar-rwoli nazzjonali, reġjonali u lokali fil-kampijiet rispettivi tagħhom. L-iżviluppi speċifiċi mill-Komunikazzjoni tas-sena 1996 dwar is-servizzi ta’ nteress ġenerali jinkudu:

- l-adozzjoni mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ta’ perspettiva spazjali ta’ l-iżvilupp li tiddikjara l-qafas u l-għażliet tal-politika ċavetta għall-iżvilupp tat-territorju Ewropew,

- l-implimentazzjoni tal-programm tan-networks trans-Ewropej, f’linja ma’ l-impenji magħmula mill-Kapijiet ta’ l-Istati u tal-gvernijiet u l-linji gwida settorjali adottati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Reviżjoni tal-linji gwida għan-networks tat-trasport hija mistennija li tmexxi ‘l quddiem aktar il-kisba tal-għanijiet f’dan il-qasam,

- l-inizjattiva għall-ħolqien ta’ żona ta’ riċerka Ewropea sabiex itejjeb il-kordinament bejn il-politika nazzjonali u dik Komunitarja [43], inklużi l-aspetti dwar it-"territorjalizzazzjoni" tar-riċerka u n-networks elettroniċi,

- l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ azzjoni għas-snin 1999-2001 dwar il-politika rigward il-konsumatur, li jistabbilixxi bħala priorità ż-żona tas-servizzi ta’ interess ġenerali,

- il-pjan ta’ azzjoni ta’ l-e-Europe għal soċjetà ta’ l-informatika għal kulħadd immirat li jaċċellera d-dħul tat-teknoloġiji diġitali matul l-Ewropa kollha. Għal dan il-għan, il-pjan ta’ azzjoni jikkonċentra fuq l-aċċess li jista’ jinfelaħ għalih, l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa u l-miżuri sabiex jiġi stimulat l-użu ta’ l-Internet (bħalma huma eLearning, eHealth u eGovernment).

66. Il-leġislazzjoni orizzontali tal-protezzjoni tal-konsumaturi tapplika wkoll għas-servizzi kollha ta’ interess ġenerali. Din il-leġislazzjoni orizzontali tittratta l-kwistjonijiet tal-protezzjoni bażika tal-konsumatur bħalma huma termini inġusti fil-kuntratti, il-bejgħ mill-bogħod, eċċ. Madankollu, teżisti l-ħtieġa li jiġiżviluppat l-infurzar effettiv u mhux diskriminatorju tal-leġislazzjoni orizzontali u settorjali tal-konsumatur matul l-UE kollha. Dan irid jeħtieġ sforz sistematiku minn dawk kollha interessati, inklużi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-provvedituri tas-servizzi u r-rappreżentanti tal-konsumaturi.

67. Fil-kuntest ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u b’mod aiktar partikolari il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, l-Komunità hija wkoll kommessa li żżomm is-servizzi tagħha ta’ interess ġenerali. Għandu jiġi notat illi l-Ftehim dwar il-GATS jippriserva d-dritt sovran tal-Membri tal-WTO li jirregolaw l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi ġewwa t-territorju tagħhom u li jiggarantixxu l-kisba tal-għanijiet pubbliċi leġittimi. B’hekk, saħansitra fiż-żoni fejn indaħhlu għalihom l-impenji, l-pajjiżi għandhom il-possibbiltà li jżommu l-i standards tal-kwalità u l-għanijiet soċjali li huma fil-bażi tas-sistema tagħhom. Ghaldaqstant, id-dritt leġittimu ta’ l-Istati Membri biex jistabbilixxu qafas regolatorju adegwat halli jiżgura hidma effettiva tas-settur tas-servizzi ma jridx jintuża bħala ostakolu mhux xieraq għall-kummerċ.

68. Is-servizzi ta’ interess ġenerali marbuta mal-funzjoni tal-ġid ġenerali u l-protezzjoni soċjali huma materja ta’ responsabbiltà nazzjonali jew reġjonali. Madankollu jeżisti rwol magħruf sabiex il-Komunità tippromwovi l-koperazzjoni u l-kordinament f’dawn l-oqsma. Interess partikolari tal-Kummissjoni huwa l-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-materji li għandhom x’jaqsmu mar-riforma tal-protezzjoni soċjali. Wara li l-Kunsill tal-Komunikazzjoni jaccetta l-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali [44] u l-mandat mill-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona għall-grupp ta’ livell għoli dwar il-protezzjoni soċjali, l-Kummissjoni trid tiżviluppa l-attivitajiet tagħha li jsegwu r-riforma u janimaw id-dibattitu dwar il-politika bħala mezz lejn twaqqif ta’ konsensus Ewropew f’dan il-qasam.

[1] ĠU C 281, tas-26.9.1996, p. 3.

[2] Ara Anness II.

[3] Il-ETUC u s-CEEP ipproponew "Karta tas-servizzi ta’ interess ġenerali", li tirrappreżenta kontribuzzjoni importanti għad-dibattitu ta’ bħalissa dwar il-ġejjieni tas-servizzi ta’ interess ġenerali.

[4] In-nozzjoni tas-servizz universali u dik ta’ l-obbligu tas-servizz pubbliku ġew irrikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti (il-Każ C-320/91 Corbeau(1993); il-Każ C-393/92 Almedo (1994)) u żviluppati fil-leġislazzjoni Komunitarja għal dawn is-servizzi li għalihom sar qafas regolatorju komuni għall-kisba ta’ suq waħdieni Ewropew (ara hawn taħt, Taqsima 4)

[5] Il-Każ C-159/94 EDF (1997).

[6] Ara r-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni.

[7] Bħala eżempju tal-kompatibbiltà tal-finanzjament tax-xandir tas-servizzi pubbliċi mal-liġijiet tall-kompetizzjoni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 86(2) ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24.2.1999 fil-Każ NN 70/98 Kinderkanal u Phoenix ĠU C 1999 C 238/3 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 88/98 BBC News 24 ĠU 2000 78/6.

[8] Il-Każ T-106/95 FSA (1997); il-Każ T-46/97 SIC (2000); il-Każ C-174/97P FFSA (1998).

[9] Għal applikazzjni ta’ l-istess prinċipju, ara l-abbozz tar-Regolament dwar it-trasport bl-art KUMM(7) 2000/9 ta’ Lulju 2000 u d-direttiva dwar it-trasparenza Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KE tas- 26.7.2000 li temenda d-Direttiva 80/723/KEE (ĠU L 193, tad-29.7.2000).

[10] Il-Każ C-364/92 SAT/Eurocontrol (1994).

[11] Il-Każ C-343/95 Diego Calí (1997).

[12] Il-Każ 263/86 Humbed (1998).

[13] Il-Każijiet C-159/91 u C-160/91 Poucet (1993).

[14] Il-Każ C-109/92 Wirth (1993).

[15] Skond il-Qorti Ewropew tal-Ġustizzja (il-Każijiet C-215/96 u C-216/96 Bagnasco (1999)), jeżisti effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri meta jkun possibbli li tiġi prevista bi grad suffiċjenti l-probabbiltà fuq il-bażi ta’ sett ta’ fatturi oġġettivi tal-liġi jew fatt illi l-kondotta fil-kwistjoni jista’ jkollha influwenza fuq il-għamla tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, bħal dak li jista’ jippreġudika r-realizzazzjoni tal-mira ta’ suq waħdieni fl-Istati Membri kollha. Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti dawn il-kriterji, irid isir riferiment għall-pożizzjoni u l-importanza tal-partijiet fis-suq rilevanti.

[16] L-avviż li jirrigwarda l-ftehim ta’ importanza minuri li jaqgħu ‘il barra mill-Artikolu 81(1) (ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 13).

[17] L-avviż dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna ta’ l-Istat (ĠU C 68, tas-6.3.1996, p. 9), li trid tiġi segwita minn Regolament de minimis dwar il-għajnuna ta’ l-Istat, bl-abbozz ippubblikat fil-ĠU C 89, a-28.3 2000, p. 6.

[18] Sabiex tkun tista’ jibbenefika mid-deroga għall-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna ta’ l-Istat stabbilita fl-Artikolu 87(3)(d), l-għajnuna trid tintuża għal għanijiet kulturali, p.e. il-produzzjoni tal-films. Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 1998 biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet għall-iskema Franċiża ta’ appoġġ għall-produzzjoni tal-films (N3/98, ĠU C 1998 C 279) u d-deċiżjonijiet sossegwenti biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet għall-produzzjoni tal-films fil-Ġermanja (Bund) (N 4/1998, Deċiżjoni tal- 21.4.1999, ĠU C 1999 C 272/4), l-Irlanda (N 237/2000, Deċiżjoni tat- 28.6.2000, għadha mhix ippubblikata fil-ĠU), l-Olanda (N 486/1997, Deċiżjoni tal- 25.11.1998, ĠU C 1999 C 120/2) u l-Isvezja (N 748/1999, Deċiżjoni tat- 2.2.2000, ĠU C 2000 C 134/3). Milli jista jidher minn dawn id-deċiżjonijiet, l-Art. 87(3)(d) jippermetti li tiġi konċessa l-għajnuna għall-produzzjoni tal-films skond iċ-ċirkosanzi speċifiċi f’kull wieħed mill-Istati Membri, u notabbilment għall-flessibbiltà fl-istima tal-għajnuna għall-films diffiċli u ta’ estimi finanzjarji baxxi. Sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rivista sabiex tappoġġja l-iskemi fl-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni trid tistma l-ħtieġa għal kwadru iktar preċiż. Dan irid isir f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 1999 dwar "Il-prinċipji u l-linji gwida għall-politika awdjoviżiva Komunitarja fl-epoka diġitali", KUMM(1999) 657 finali).

[19] Il-linji gwida dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-SMEs (ĠU C 213, tat-23.7.1996, p/4); li trid tiġi segwita minn eżenzjoni fi blokka. Ir-Regolament għall-għajnuna ta’ l-Istat, bl-abbozz ippubblikat fil-ĠU C 89, tat-28.3.2000, p. 15.

[20] Il-linji gwida rigward il-għajnuna ta’ l-Istat għall-impriżi fiż-żoni urbani deprivati (ĠU C 146, ta’ l-14.5.1997, p. 6).

[21] Il-linji gwida dwar il-qagħad (ĠU C 334, tat-12.12.1995, p. 4).

[22] Il-qafas dwar il-għajnuna għat-taħriġ (ĠU C 343, tal-11.11.1998, p. 10), li jrid iġi segwit minn Regolament ta’ eżenzjoni fi blokki mill-għajnuna ta’ l-Istat dwar it-taħriġ, bl-abbozz ippubblikat fil-ĠU C 89, tat-28.3.2000.

[23] Il-linji gwida dwar il-għajnuna reġjonali nazzjonali (ĠU C 74, tat-10.3.1998, p. 9).

[24] Il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-protezzjoni ta’ l-ambjent (ĠU C 72, tat-10.3.1994, p. 3).

[25] Il-qafas Komunitarju dwar il-għajnuna ta’ l-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (ĠU C 45, tas-17.2.1996, p. 5).

[26] Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Ministri, "Is-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku fis-settur bankarju", adottat mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 1998 u preżentat lill-Kunsill ta’ l-ECOFIN fit-23 ta’ Novembru 1998.

[27] Ir-Rapport tal-Gallup Europe: "Is-sitwazzjoni tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fir-reġjuni ta’ l-Unjoni Ewropea",

[28] KUMM(1999) 182 finali tal-20 ta’ Lulju 1999.

[29] KUMM(2000) 9 tas-26 ta’ Lulju 2000.

[30] Il-Eurobarometer Nru 53 ta’ Lulju 2000. "L-Ewropej u s-servizzi ta’ interess ġenerali"

[31] Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona, fit-23-24 ta’ Marzu 2000, Konklużjonijiet tal-Presidenza, SN 100/00, il-punt 19.

[32] KUMM(1999) tal-20 ta’ Jannar 1999, KUMM(2000) tas-26 ta’ Jannar 2000.

[33] "Il-Ħames Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett regolatorju tat-telekomunikazzjonijiet, KUMM(1999) 537 tal-11 ta’ Novembru 1999"

[34] Bħalissa l-Kummissjoni qed tħejji rivista tar-riforma regolatorja u l-i standards tas-servizzi fl-industriji tal-gass u ta’ l-elettriku,

[35] Eżempji tal-Green Papers jinkludu: "In-network taċ-ċittadin: It-twettiq tal-potenzal tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fl-Ewropa", KUMM(95) 601; "Lejn l-iffissar ta’ prezzijiet ġusti u effiċjenti fit-trasport - Il-għażliet tal-politiċi għall-internalizzazzjoni ta’ l-ispiża esterna tat-trasport fl-Unjoni Ewropea", KUMM(95) 590; il-Green Paper rigward il-konvereġenza tas-setturi tat-telekomunikazzjonijiet, tal-medja u tat-teknoloġija ta’ l-informatika, u l-implikazzjonijiet għar-regolazzjoni - Lejn avviċinament tas-soċjetà ta’ l-informatika, KUMM(97) 623.

[36] Ara per eżempju, l-komunikazzjoni dwar "Il-konsultazzjoni pubblika rigward l-abbozz ta’ l-avviż dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-settur postali u b’mod partikolari dwar l-istima ta’ ċerti miżuri ta’ l-Istati li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi postali", KUMM(1996) 480; wara l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar "L-iżvilupp tas-suq waħdieni għas-servizzi postali", KUMM(1991) 476; il-komunikazzjoni dwar "Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rivista u l-orjentazzjonijiet tal-komunikazzjonijiet tas-sena 1999 għall-qafas regolatorju ġdid", KUMM(2000) 239.

[37] Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KE tas-26 ta’ Lulju 2000 li temenda d-Direttiva 80/723/KEE (ĠU l 193, tad-29.7 2000, p. 75).

[38] Ara Anness I.

[39] Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona, fit-23-24 ta’ Marzu 2000, il-Konklużjonijiet tal-Presidenza, SN 100/00, il-punt 17.

[40] KUMM(2000) 319 tat-30 ta’ Mejju 2000 u Anness I dwar it-trasport.

[41] Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkordina l-proċedura ta’ l-entitajiet li jaħdmu fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija u t-trasport, KUMM(2000) 276, tal-10 ta’ Mejju 2000.

[42] ĠU C 156, tat-3.6.1999, p. 3.

[43] "Lejn żona Ewropea tar-riċerka", KUMM(2000) 6 tat-18 ta’ Jannar 2000.

[44] "Strateġija orkestrata għall-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali", KUMM(1999) 347 ta’ l-14 ta’ Lulju 1999

--------------------------------------------------

ANNESS I

STAT TAX-XOGĦOL GĦAS-SETTURI INDIVIDWALI

Ċerti servizzi ta’ interess ġenerali kienu bla ħsara għall-ftuħ tas-swieq permezz ta’ l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-suq waħdieni u l-politika Ewropea tal-kompetizzjoni. Din it-taqsima tagħmel rivista ta’ l-iżviluppi fis-setturi li huma bla ħsara għar-regoli Komunitarji. Ma tkoprix il-firxa intiera tas-servizzi ta’ interess ġenerali. B’mod partikolari, huma esklużi s-servizzi mhux ekonomiċi [1].

Komunikazzjonijiet elettroniċi

Sa mis-sena 1990, il-Kummissjoni Ewropea qiegħdet f’postu b’mod progressiv qafas regolatorju komprensiv għal-liberalizzazzjoni tas-suq tat-telekomunkazzjonijiet. Billi ħalliet il-kompetizzjoni tiffjorixxi, din il-politika kellha impatt maġġuri fuq l-iżvilupp tas-swieq, billi kontribwiet għat-twaqqif ta’ settur qawwi tat-telekomunikazzjnijiet fl-Ewropa, u permittiet lill-konsumaturi u lill-utenti tan-negozji li jieħdu vantaġġ minn għażla akbar; minbarra prezzijiet orħos u servizzi u applikazzjonijiet innovattivi.

Id-disposizzjonijiet tal-qafas eżistenti liberalizzaw is-servizzi u n-networks kollha tat-telekomunikazzjnijiet minn Jannar 1998. Dan ittrasforma settur karatterizzat tradizzjonalment mill-monopolji ta’ l-Istati f’industrija dinamika lesta biex tieħu vantaġġ sħiħ mis-suq globali.

Jenfasizza l-qafas regolatorju li rriżulta kien il-għan politiku li jippromwovi t-tkabbir, li joħloq ix-xogħol u l-kompetittività, li jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi, li jiżgura għażla wiesgħa ta’ provvedituri u ta’ servizzi lill-utenti kollha u li jkabbar l-innovazzjoni, l-prezzijiet kompetittivi u l-kwalità tas-servizzi.

Il-qafas regolatorju mqiegħed f’postu għal-liberalizzazzjoni fis-sena 1998 kien rivist fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-swieq u teknoloġiċi u l-esperjenza tal-proċess ta’ l-implimentazzjoni. Ħafna żoni tas-suq Ewropew tat-telekomunikazzjonijiet jibqgħu dominati mill-operaturi responsabbli minnhoom fl-Istati Membri, minkejja numru jiżdied ta’ operaturi u provvedituri tas-servizzi. Ir-Rivista tipprovdi opportunità li terġa’ tiġi stmata r-regolazzjoni eżistenti, sabiex tiżgura li tirrinforza l-iżvilupp tal-kompetizzjoni u tal-għażla tal-kosumatur, u sabiex tissokta tissalvgwardja l-għanijiet ta’ interess ġenerali. Għal dan il-fin, il-qafas il-ġdid, li sejjer ikun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2002, jipproponi ħames direttivi ġodda [2] li jinkludu waħda li tindirizza b’mod speċjali s-servizzi ta’ interess ġenerali pubbliku, jiġifieri d-drittijiet għas-"servizz universali u l-utenti" li għandu x’jaqsam man-networks u’ s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi’.

L-obbligi tas-servizz universali, li l-Komunità talbet lill-Istati Mewmbri li jimponu fuq l-operaturi, jiżguraw il-provvediment ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi bażiċi. Il-qafas regolatorju korrenti dwar is-servizz universali jeħtieġ illi jkun disponibbli għall-utenti kollha sett minimu definit ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata, indipendenti mil-lokazzjoni ġeografika, bi prezz li jistgħu jifilħu għalih. Il-leġislazzjoni tidħol fid-dettal dwar is-servizzi koperti, l-proċessgħan-nominazzjoni ta’ l-operaturi b’obbligi speċifiċi meta dan ikun meħtieġ u l-qafas għall-finanzjament ta’ kull spiża netta li jkollha x’taqsam ma’ dawn l-obbligi tas-servizz mill-atturi tas-swieq. Dan l-avviċinament għal servizz universali jinżamm fid-direttiva l-ġdida proposta.

Ix-xhieda mill-Istati Membri hija li dan l-ibbilanċjar ta’ l-obbligi ta’ servizz universali mal-ftuħ kontinwu tas-suq inkoraġġixxa lill-operaturi li jieħdu vizjoni dinamika ta’ l-aspett ta’ servizz universali. Filwaqt li l-qafas leġislattiv formali jipprovdi b’mod effettiv il-provvediment minimu garantit, il-proċess tal-kompetizzjoni inkoraġġixxa lill-impriżi li joffru pakketti ta’ tariffi ġodda u termini tal-kuntratti li jtejbu aktar is-servizzi li l-konsumaturi jistgħu jistennew bħala standard matul il-Komunità kollha. Dan huwa diġà evidenti fil-provvediment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet mobbli li m`humiex bla ħsara għall-obbligi speċifiċi tas-servizz universali imma fejn il-kompetizzjoni estensiva produċiet innovazzjoni mħaffa tas-servizz, inkluż il-provvediment imferrex fil-wisgha tal-għażliet tas-servizzi mħallsa minn qabel għall-utenti. Ix-xhieda ta’ l-aħħar stħarriġ [3] fil-Komunità turi li proporzjonijiet sinifikanti ta’ l-utenti residenzali issa qegħdin jagħżlu servizz tat-telefonija mobbli biss (minflok is-servizz tal-linja fissa) u li, jekk xejn, il-familji bi dħul aktar baxx x’aktarx li jkollhom jew x’aktarx li jkollhom sottoskrizzjonijiet għall-apparati mobbli biss bħalma għandhom il-familji bi dħul akbar.

Servizzi postali

Il-qafas regolatorju eżistenti [4] fetaħ madwar 3 % tas-suq Ewropew għas-servizzi postali (jiġifieri l-oġġetti tal-posta li jiżnu iktar minn 350 gr jew bil-prezz ta’ aktar minn ħames darbiet it-tariffa bażika). Seba’ Stati Membri (id-Danimarka, l-Ġermanja, l-Finlandja, l-Italja, l-Olanda, l-Isvezja u Spanja) imxew aktar, f’ċerti rigward, fil-ftuħ tas-suq milli meħtieġ bid-direttiva postali.

Fit-30 ta’ Mejju 2000, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta ġdida għal Direttiva li tipproponi li tiftaħ is-suq iktar b’medja ta’ 20 % tas-suq tas-servizzi postali fis-sena 2003 (jiġifieri l-ftuħ sħiħ tas-suq tal-posta bl-espress u l-posta ‘l barra li taqsam il-fruntieri, bil-piż/użin jonqos għal 50 gr u darbtejn u nofs it-tariffa bażika għall-oġġetti l-oħra kollha tal-korrispondenza). Espandiet ukoll id-drittijiet eżistenti għall-protezzjoni tal-konsumaturi rigward il-mekkaniżmi ta l-immaniġġjar tar-riparazzjonijiet u ta’ l-ilmenti sabiex tinkludi l-provvedituri kollha tas-servizz postali u mhux lil dawk tas-servizzi pubbliċi biss.

Id-Direttiva eżistenti tiddefinixxi "servizz universali" bħala wieħed aċċessibbli għall-utenti kollha "li jinvolvi l-provvediment ta’ servizz postali ta’ kwalità speċifikata fil-posti kollha tat-territorju ta’ l-Istati Membri bi prezzijiet li l-utenti jistgħu jifilħu għalihom".Barra minn hekk, id-Direttiva tiddefinixxi b`mod iktar speċifiku servizz minimu universali li jinvolvi l-clearance u l-kunsinna (mill-inqas ħames darbiet fil-ġimgħa) ta’ l-oġġetti postali sa 2 kg u pakkeġġi sa 10 kg kif ukoll oġġetti reġistrati u assikurati. L-Istati Membri jridu jiżguraw illi l-pakkeġġi sa 20 kg li jaqsmu l-fruntieri jiġu kunsinnati u huma ħielsa li jkabbru s-servizz universali domestiku minimu sabiex jinkludu pakkeġġi li jiżnu sa 20 kg. Fl-aħħarnett, id-Direttiva tiddefinixxi wkoll l-i standards Ewropej għall-kwalità tas-servizz għall-posta li taqsam il-fruntieri bħala "l-kategorija ta’ kunsinna l-iktar bil-ħeffa" disponibbli. Awtorità regolatorja nazzjonali, indipendenti mill-operaturi postali, hija responsabbli li tiżgura l-konformità ma’ l-obbligi ta’ din d-Direttiva.

Rigward is-servizzi mhux riserevati li huma barra mill-iskop tas-servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ġenerali safejn u sakemm meħtieġa għalbiex jiggarantixxu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali. Rigward is-servizzi mhux riservati li huma barra mill-iskop tas-servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ġenerali safejn u sakemm meħtieġa għalbiex jiggarantixxu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali u jissalvagwardjaw is-servizz universali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkonċedu liċenzi lil operaturi alternattivi sabiex jipprovdu servizz universali f’żoni ġeografiċi partikolari. Fl-aħharnett, jista’ jiġi stabbilit fond ta’ kumpens sabiex jiżgura illi s-servizz universali jiġi salvagwardat fil-każ li l-obbligi tas-servizz universali joħolqu piż finanzjarju mhux ġust għall-provvedituri tas-servizz universali.

Sa issa l-esperjenza wriet illi s-servizz universali huwa miżmum matul l-Unjoni kollha, inkluż fis-seba’ Stati Membri li f’ċerti rispetti marru aktar ‘il hinn fil-ftuħ tas-swieq milli meħtieġ mid-Direttiva postali. B’mod ġenerali, l-operaturi postali inklużi l-provvedituri tas-servizz universali huma iktar effiċjenti u s-servizzi tjiebu meta mqabbla ma’ ta’ snin ilu (p.e. fil-firxa tas-servizzi, fil-kwalità tas-servizz kemm tal-posta dometsika u kemm ta’ dik li taqsam il-fruntieri). Eżempju tajjeb ta’ dan it-titjib hija l-kwalità tas-servizz tal-posta ta’ priorità li taqsam il-fruntieri li ttejbet minn 84 % tal-kunsinna fid-D + 3 għal 91 % tal-kunsinna fid-D + 3 matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 1997 sas-sena 1999.

Is-settur posali x’aktarx li jevolvi b’ħeffa kbira matul is-snin li ġejjin minħabba li l-iżvilupp tal-posta elettronika jista’ jieħu l-post tal-posta tradizzjonali sa ċertu kobor, bl-awtomatizzazzjoni tal-proċessar tal-posta tippermetti li jiżdiedu l-produttività u l-ħtieġa li jiġu żviluppati servizzi oħra jew imtejba (l-kummerċ elettroniku se jeħtieġ networks effiċjenti tal-loġistika għalbiex iwassal l-oġġetti u s-servizzi matul l-Unjoni kollha). Il-karattru evoluttiv tas-servizz universali jrid jippermetti l-aċċess għall-utenti kollha ta’ dawn is-servizzi.

Trasport

1. Liberalizzazzjoni

It-Trattat jirrifletti l-isfidi speċifiċi faċċjati bil-ftuħ tas-swieq tat-trasport għall-kompetizzjoni fil-Komunità kollha, bil-ħolqien, fl-Artikolu 70, tal-Politika Komuni tat-Trasport. B’dan il-pass, l-Istati Membri rikonoxxew il-fatt illi l-ħolqien tas-swieq tat-trasport permezz ta’ l-Internet, il-liberalizzazzjoni u l-kisba tal-għanijiet tas-servizzi pubbliċi huma lkoll partijiet ċentrali minn dak li huwa, fil-fatt, avviċinament integrat tal-politika. B’hekk, il-Komunità ħadet avviċinament bil-mod lejn il-liberalizzazzjoni tas-swieq tat-trasport sabiex tiżgura li jiġu ssodisfatti l-i tas-sigurtà u tiggarantixxi l-għanijiet essenzali tas-servizzi pubbliċi. Sar progress konsiderevoli fil-ftuħ tas-swieq għall-kompetizzjoni matul l-UE kollha.

Trasport bl-ajru:

Il-proċess tal-ftuħ gradwali tas-swieq beda fis-sena 1987 u kien iffinalizzat bid-dħul fis-seħħ fis-sena 1993 tat-"Tielet pakkeġġ ta’ l-avjazzjoni" [5]. Il-pakkeġġ illiberalizza għal kollox it-traffiku intra-Komunitarju sa l-1 ta April 1997 meta t-trasportaturi bl-ajru ġew permessi d-drittijiet tal-kabottaġġ fi Stat Membru li fih il-kumpannija ma kenitx stabbilita.

It-tqandil fl-art tas-servizzi ta’ l-ajruporti ġie liberalizzat għat-tqandil mil-linja ta’ l-ajru nnfisha bil-leġislazzjoni Komunitarja mis-sena 1996 [6] għall-ajruporti b’aktar minn miljun passiġġier fis-sena mill-1 ta’ Jannar 1998. Il-tqandil minn partijiet terzi ilu liberalizzat mill-1 ta’ Jannar 1990 (3 miljun passiġġieri, pass aktar ta’ 2 miljuni passiġġieri mill-Ewwel ta’ Jannar 2001).

Trasport marittimu:

Il-liberalizzazzjoni hija lesta għal kollox fit-trasport marittimu bejn l-Istati Membri. Il-leġislazzjoni Komunitarja [7] illiberalizzat is-servizzi tal-kabbottaġġ marittimu sa mill-1 ta’ Jannar 1993. Ġew konċessi eżenzjonijiet temporanji lil Franza, l-Italja, Spanja, l-Portugall u l-Greċja. L-aħħar settur li ġie liberalizzat f’dawn l-Istati Membri kien dak tas-servizzi tal-kabbottaġġ tal-gżejjer, li nfetaħ fl-1 ta’ Jannar 1999 bl-eċċezzjoni ta’ żewġ setturi fil-Greċja li jgawdu eżenzjoni addizzjonali temporanja sal-1 ta Jannar 2004. Fis-settur tal-portijiet, il-leġislazzjoni Komunitarja trid tindaħal għalbiex issolvi l-problema ta’ l-aċċess għas-suq u l-finanzjament tiegħu.

Trasport tat-triq:

Il-kompetizzjoni Komunitarja kienet imdaħħla l-ewwel fis-sena 1999 permezz ta’ sistema ta’ kwoti Komunitarji għall-vjaġġi internazzjonali. Fis-sena 1992, din is-sistema ġiet mibdula minn awtorizzazzjoni Komunitarja [8] li tippermetti aċċess għas-swieq ta’ l-UE skond kriterji oġġettivi tal-kwalità. Il-leġislazzjoni Komunitarja twassal għall-abolizzjoni kompleta ta’ kull restrizzjoni kwantitattiva dwar il-provvediment tas-servizzi tal-kabbottaġġ sal-1 ta’ Lulju 1998 [9].

L-aċċess għas-suq internazzjonali fil-ġarr tal-persuni ġie liberalizzat mill-1 ta’ Ġunju 1992 [10]. Ir-regolazzjoni rispettiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess tas-suq għal kull tip ta’ servizz ta’ trasport tal-passiġġieri (okkażjonali, regolari, bix-shuttle u bis-servizzi regolari).

Id-drittijiet tal-kabottaġġ għas-servizzi nazzjonali regolari ġew introdotti b’żewġ regolamenti [11] u bdew jikkonċedu aċċess ħieles taħt sistema ta’ l-awtorizzazzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1996.

Is-suq li jipprovdi servizzi tat-trasport magħqud (definizzjoni riġida, maħsuba għalbiex tevita li t-trasport bit-triq isir il-parti l-maġġuri ta’ vjaġġ bit-trasport magħqud) issa ġie liberalizzat għal kollox mill-1 ta’ Lulju 1993 [12].

Toroq li jghaddu minfuq kanali interni:

Storikament, eżistew sistemi nazzjonali ta’ "kiri b’rotazzjoni". Il-leġislazzjoni Komuntarja [13] ħtieġet lill-Istati Membri li jabolixxu dawn is-sistemi mill-1 ta’ Jannar 2000,meta minn dan iż-żmien ‘il hawn il-kuntratti fil-kamp tat-trasport minfuq ibħra interni nazzjonali u internazzjonali fil-Komunità jridu jiġu konklużi b’mod ħieles u l-prezzijiet innegozjati b’mod ħieles.

Trasport bil-ferroviji:

Deher biċ-ċar illi l-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti dwar l-aċċess għas-swieq u l-istruttura organizzattiva u finanzjarja tal-kumpanniji tal-ferroviji kif ukll dwar il-liċenzi u l-allokazzjonijiet tal-linji kienu vagi wisq biex ikunu effettivi. Il-Kummissjoni wieġbet permezz ta’ pakkett ta’ proposti [14] għalbiex issaħħaħ dawn l-elementi. Hi testendi r-regoli tal-liċenzi lill-impriżi kollha tal-ferroviji fil-Komunità u tistabbilixxi regoli u proċessi ċari u estensivi għalbiex tistabbilixxi l-imposti u l-allokazzjoni tal-kapaċità. U, l-iktar importanti, tiftaħ l-aċċess għat-trasport ta’ l-oġġetti lejn il-qalba tax-xibka ferrovjarja Komunitarja. Il-pakkett kien adottat mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 1998 u qiegħed jiġi mibgħut lill-Kummissjoni sabiex tadottah kmieni fis-sena 2001.

2. Prinċipji ġenerali għall-istrumenti tas-servizz pubbliku

Fil-każijiet kollha tal-liberalizzazzjoni mdaħħla bil-leġislazzjoni Komunitarja, kien fil-prattika salvagwardjat livell għoli ta’ servizzi tat-trasport fl-interess ġenerali. Il-leġislazzjoni provdiet l-istrumenti li jridu jiġu applikati meta jridu jiġu żgurati l-i standards minimi tal-kwalità. Il-kompetizzjoni intensiva fl-industriji ta’ l-ajru u marittimi ma perikolatx il-provvediment li s-servizzi jissodisfaw il-ħtiġiet pubbliċi billi l-Istati Membri adottaw il-miżuri xierqa ta’ salvagward.

Huwa ċar illi element ċavetta f’dan il-proċess kien l-adozzjoni ta’ serje ta’ miżuri u politici li jiżguraw li jinżammu u jiġu mtejba l-i standards essenzali tas-servizzi pubbliċi ġewwa l-kuntest ta’ dan il-ftuħ bil-mod il-mod tas-swieq, b`mod notevoli rigward li ġej:

- Li jiġi ggarantit is-servizz fuq ir-rottot li ma jiggenerax qligħ. Meta ssir il-liberalizzazzjoni, spiss ikun meħtieġ li jittieħdu miżuri għalbiex jiżguraw li jissoktaw is-servizzi tar-rottot li ma jagħmlux qligħ. Dan jista’ jsir f’żewġ manjieri. L-ewwel, permezz ta’ sussidju dirett, disponibbli għat-trasportaturi kollha li jħaddmu r-rotta fuq bażi mhix diskriminatorja. It-tieni, permezz tal-konċessjoni tad-drittijiet esklussivi sabiex jaħdmu servizz, b’kumpens jew mingħajru.

Eżempji ta’ dawn il-konċessjonijiet jirrigwardaw is-servizzi li jwasslu għall-ajruporti jew għall-portijiet ta’ gżejjer jew reġjuni remoti. Dawn l-arranġamenti jiżguraw il-mobbiltà essenzali għar-residenti kif ukoll għan-negozji li jkunu f’dawn iż-żoni u jippermettu l-provvista ta’ oġġetti essenzali.

F’bosta ċirkostanzi, dawn l-arranġamenti jeħtieġu l-approvazzjoni tar-regoli tal-għajnuna ta’ l-Istat. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni aċċettat dawn l-iskemi b’mod konsistenti, billi tipprovdi illi jkunu disinjati f’manjiera li l-inqas x’aktarx li tagħweġ il-kummerċ u l-kompetizzjoni u li jkunu meħtieġa b’mod raġjonevoli fil-każ fil-kwistjoni. Per eżempju, jekk id-drittijiet esklussivi jiġu miftuħa għal offerta mhix diskriminatorja, jistgħu jiġu murija, fil-prinċipju, bħala kompatibbli mat-Trattat;

- Li jiġu garantiti l-i standards minimi tas-servizz fuq kull rotta mogħtija. Meta s-swieq ikunu qegħdin jiġu mifuħa għall-kompetizzjoni, spiss ikun meħtieġ fis-settur tat-trasport illi ma jaqgħux l-i standards tas-servizz, billi l-kumpanniji jistgħu jissagrifikaw il-kwalità u r-regolarità għalbiex inaqqsu l-ispejjeż. Dan jista’ jkun kuntrarju għall-għanijiet tas-servizz. Biex ikopru dan, l-Istati Membri jagħmlu rikors b’mod tipiku għall-kondizzjonijiet minimi ta’ l-aċċess għall-konċessoni ta’ liċenza tal-ħidma, applikata f’manjiera mhux diskriminatorja ma’ dawk kollha li potenzalment jistgħu jidħlu għaliha. L-aċċess bil-baħar bejn il-gżejjer u l-art ewlenija ta’ l-UE jiġi spiss żgurat permezz ta’ ċerti ħtiġiet minimi dwar ir-regolarità, l-kapaċità u l-iffissar tal-prezzijiet tas-servizzi għall-passiġġieri u l-merkanzija. Iridu jsiru disponibbli sussidji diretti għalbiex jibbilanċjaw l-ispejjeż inkrimentali kawżati minn dawn il-kondizzjonijiet. Dawn is-sussidji jistgħu jmorru per eżempju biex inaqqsu l-prezz tal-biljetti skond il-passiġġieri jew l-oġġetti trasportati. Suppost li jiġu konċessi lill-operaturi kollha fuq l-istess rotta fuq bażi mhix diskriminatorja.

L-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji fil-prattika tista’, per eżempju, tidher fis-setturi tat-trasport bl-ajru u lejn art ‘il gewwa.

3. Eżempji mis-setturi tat-trasport

Trasport bl-ajru

Is-settur ta’ l-avjazzjoni huwa eżempju eċċellenti dwar kif proċess ta’ liberalizzazzjoni sħiħa jista’ jkun kompatibbli maż-żamma ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku. Din il-liberalizzazzjoni kienet akkumpanjata bi dritt għall-Istati Membri li jimponu obbligu ta’ servizz pubbliku meta jikkunsidraw illi din ir-rotta hija vitali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun li fih ikun jinsab l-ajruport. Dan jista’ jirrigwarda r-rottot li jservu ajruport f’reġjun periferali jew ta’ żvilupp fit-territorju jew fuq rotta rqiqa lejn kull ajruport reġjonali fit-territorju tiegħu. L-i standards imposti skond l-obbligu tas-servizzi pubbliċi jistghu jirrigwardaw il-prezzijiet, in-numru tal-postijiet bilqiegħda offruti, l-frekwenzi, eċċ, meta ma jkunx jista’ jiġi provdut livell simili ta’ servizz li kieku t-trasportaturi kienu qegħdin jikkunsidraw biss l-interessi kummerċjali tagħhom. L-għażla tar-rotta u l-i standards imposti huma bla ħsara għall-kontroll mill-Kummissjoni.

Ġaladarba jiġi impost obbligu tas-servizzi pubbliċi fuq rotta, l-aċċess għal din ir-rotta jissokta miftuħ għal kull trasportatur ta’ l-ajru taħt il-kostrizzjoni li jiġi rispettat l-obbligu tas-servizzi pubbliċi. Madankollu, jekk ħadd ma jkun irid li jaħdem ir-rotta minħabba li m`hux interessat kummerċjalment, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess għar-rotta għal trasportatur wieħed biss għal perjodu massimu ta’ tliet snin. F’dan il-każ, id-dritt li jitħaddmu dawn is-servizzi jinghata b’offerta pubblika fil-livell Komunitarju.

Barra mill-possibbiltà li jimponu l-obbligi tas-servizzi pubbliċi, l-Istati Membri jistgħu jagħtu wkoll għajnuna ta’ karattru soċjali. Spanja, l-Portugall u Franza wżaw dan il-mod biex jissussidjaw rottot m`humiex vijabbli. Dan l-avviċinament jista’ jiġi magħqud ma’ l-imposizzjoni tas-servizi pubbliċi li jiggarantixxu livell ta’ servizz fuq ir-rotta interessata. Din il-għajnuna jkollha karattru soċjali jekk tkopri biss kategoriji speċifiċi ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw fuq ir-rotta, bħat-tfal jew persuni b’diżabbiltà. Fil-każ tar-reġjuni sprivileġġjati bħall-gżejjer, l-għajnuna tista’ tkopri l-popolazzjoni intiera tar-reġjun fil-kwistjoni.

Dawn iż-żewġ tipi tas-sistema għaż-żamma ta’ l-i standards minimi tas-servizz fuq rottot mhux kummerċjali s`issa nstabu li huma sodisaċenti biżżejjed fit-trasport bl-ajru.

Trasport lejn art ‘il ġewwa

L-armonizzazzjoni ta’ livell bażiku tal-kompetizzjoni u ta’ ħtiġiet minimi għat-trasparenza meta jingħataw kuntratti tas-servizzi huma kunsidrati meħtieġa sabiex jiggarantixxu livelli għolja tal-kwalità. Il-Kummissjoni adottat abbozz ta’ Regolament dwar is-servizzi pubbliċi fit-trasport tal-passiġġieri [15], li jrid jiżgura illi l-operaturi tat-trasport pubbliku jkunu taħt pressjoni kompetittiva sabiex joffru lill-passiġġieri servizzi aħjar, iżommu l-ispejjeż taħt kontroll u jiżguraw l-ogħla livell ta’ sigurtà. Tistabbilixxi wkoll obbligu espliċitu sabiex l-awtoritajiet tat-trasport isegwu servizzi adegwati għalbiex jipproteġu l-kwalità, l-integrazzjoni tas-servizzi u l-interessi ta’ l-impjegati. It-trasport pubbliku effiċjenti huwa kunsidrat li jaqdi rwol essenzali għalbiex jegħleb il-konġestjoni u jnaddaf l-ambjent.

Enerġija

Id-Direttiva dwar l-elettriku [16] teħtieġ lill-Istati Membri li jiftħu sa minimu ta’ 30 % tad-domanda domestika għall-kompetizzjoni matul l-UE kollha fis-sena 2000, id-Direttiva dwar il-gass [17] teħtieġ minimu ta’ 20 % tal-ftuħ tas-suq. Fil-ħolqien ta’ suq intern miftuħ u kompetittiv tal-gass u ta’ l-elettriku, l-Komunità ħadet avviċinament gradwali. L-ewwel Direttivi ta’ liberalizzazzjoni f’dawn is-setturi kellhom jiġu implimentati mill-Istati Membri sa Frar 1999 [18], [19] u Awissu 2000 [20] rispettivament. Dan l-avviċinament ittieħed sabiex jgħin lill-industrija li taddatta ruħha għall-bidla, u sabiex jiżgura illi jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa għalbiex jiżguraw iż-żamma u ż-żieda tas-servizzi ta’ interess ġenerali f’dawn iż-żoni.

Għalkemm iż-żewġ Direttivi jirriflettu d-differenzi partikolari tas-setturi interessati, t-tnejn isegwu l-istess avviċinamenti; billi jintroduċu livelli gradati minimi tal-ftuħ rigward il-liberalizzazzjoni tad-domanda [21], billi jeħtieġu aċċess mhux diskriminatorji għal partijiet terzi rigward in-networks u l-faċilitajiet essenzali bħalma hija l-ħażna tal-gass, billi jeħtieġu miżuri li jneħħu l-għoqiedi mill-faċilitajiet tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u billi jeħtieġu regolazzjoni effettiva għalbiex jipprevjienu d-diskriminazzjoni.

Fil-fatt, madankollu, l-liberalizzazzjoni għamlet progress ħafna aktar maljar madwar il-Komunità kollha mill-waħda jew l-oħra meħtieġa mid-Direttivi, jew mistennija. Madwar 65 % tad-domanda għall-elettriku u 80 % tad-domanda għall-gass Ewopew totali diġà jinsabu miftuħa għal kollox għall-kompetizzjoni tul il-UE kollha, u, fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri, ġie deċiż li jimxu lejn il-liberalizzazzjoni kompleta fi żmien ftit snin oħra [22]. Aktar minn hekk, filwaqt li d-Direttivi jipprovdu għażliet lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom, per eżempju rigward it-tipi ta’ l-aċċess minn partijiet terzi u l-metodi tat-tneħħija tal-għoqiedi, kważi l-Istati Membri kollha, kemm rigward il-gass u kemm rigward l-elettriku, għażlu avviċinamenti aċċettati fil-wisgha bħala li l-aktar li x’aktarx jiżviluppaw il-kompetizzjoni effettiva.

Kif jista’ jidher, il-kwistjonijiet tas-servizzi pubbliċi huma ċentrali għal-liberalizzazzjoni ta’ dawn is-swieq. Fil-fatt, f’ħafna rigwardi, l-provvista garantita ta’ l-elettriku bi prezzjiet raġjonevoli għall-klijenti kollha ta’ l-UE u konnessjoni tal-gass meta tezisti, huma fost l-aktar servizzi pubbliċi essenzali. Iż-żewġ Direttivi, għalhekk, jipprovdu numru ta’ dispożizzjonijiet u salvagwardji sabiex jiggarantixxu illi jkunu salvagwardati l-għanijiet essenzali tas-servizzi pubbliċi, bħalma huma l-garanzija tas-sigurtà tal-provvista, l-konnessjoni universali mal-gradilja ta’ l-elettriku bi prezzjiet raġjonevoli, u l-protezzjoni tal-vulnerabbiltà taċ-ċittadini rigward it-tneħħija tal-konnessjoni. F’suq illiberalizzat, dawn il-għanijiet jiġu sodisfatti permezz ta`l-iffissar ta’ kondizzjonijiet stretti tal-liċenzi fuq l-operaturi tas-swieq.

Iż-żamma ta’ l-ogħla standards possibbli matul il-Komunità kollha f’dawn iż-żoni kienet għalhekk, u trid tibqa’, prekondizzjoni essenzali għal-liberalizzazzjoni. Għal din ir-raġuni, kemm id-Direttivi dwar il-gass u kemm dawk dwar l-elettriku jipprovdu l-possibbiltà lill-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi jinżammu s-servizzi ta’ interess ġenerali, u li jinżammu u jittejbu l-i standards tas-servizzi.

Il-mekkaniżmi li ġejjin għalbiex jiżguraw il-provvediment xieraq tas-servizzi ta’ interess ġenerali qegħdin isiru n-norma matul l-Ewropa kollha.

- Sigurtà u fiduċja tan-networks

Il-gradilji tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni jissoktaw [23] bhala operaturi tal-monopolji. B’hekk, is-sitwazzjoni hija sostanzjalment mhix mibdula, kemm qabel il-liberalizzjazzjoni u kemm warajha. L-Istati Membri jisoktaw ħielsa li jafdaw il-ġestjoni u l-ħidma ta’ dan il-kompitu f’idejn kumpannija pubblika [24], jew kumpannija privata. Fiż-żewġ każijiet, l-Istati Membri jipprovdu b’mod komuni rivista u kontroll indipendenti ta’ l-i standards jew minn regolatur indipendenti jew mill-Gvern. Is-sigurtà u l-fiduċja tan-network kienu u jissoktaw ikunu għolja fl-Ewropa, u ma jiġux affettwati bil-liberalizzazzjoni.

- Sigurtà tal-provvista

Taħt d-Direttivi, l-Istati Membri jissoktaw ħielsa, kif dejjem kienu, li jieħdu l-miżuri meħtieġa, sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista ta’ l-elettriku u tal-gass. Kull miżura li tittieħed trid, madankollu, tkun meħtieġa għalbiex tissodisfa l-għanijiet fil-kwistjoni u ma tistax tkun diskriminatorja fin-natura tagħha. L-Istati Membri jistgħu, per eżempju, jispeċifikaw il-karburant għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ l-elettriku fl-eventwalità ta’ dipendenza eccessiva fuq sors wieħed, inkella jistgħu jieħdu miżuri għalbiex jiżguraw varjetà adegwata fis-sors tal-provvisti tal-gass.

- Dritt għal konnessjoni mal-grilja

Id-dritt għall-konnessjoni li jidher meħtieġ mill-Istati Membri jgħodd rigward l-elettriku biss. F’dan il-każ, id-Direttiva tipprovdi b’mod speċifiku li "l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-kumpanniji tad-distribuzzjoni obbligu li jfornu lill-konsumaturi lokati f`żona mogħtija. It-tariffa għal dawn il-provvisti tista’ tkun irregolata, per eżempju, sabiex tiżgura t-trattament ugwali għall-klijenti interessati". Fejn il-konsumaturi finali huma liberalizzati, s-sidien tal-grilja tad-distribuzzjoni jistgħu jibqgħu obbligati li jipprovdu konnessjoni universali. Ikun imbagħad għal kull wieħed mill-Istati Membri li jiddeċiedi jekk jixtieqx jagħmilha kondizzjoni tal-liċenza għall-kumpanniji li jbiegħu l-karburant ta’ l-elettriku lill-konsumaturi finali li jkunu obbligati li jfornu lill-konsumaturi kollha simili ġewwa żona mogħtija bi prezzijiet identiċi.

- Protezzjoni speċjali ta’ konsumaturi

Billi l-elettriku u l-gas huma servizzi essenzali, huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċjali sabiex jiżguraw illi l-membri vulnerabbli tas-soċjetà ma titneħħilhomx il-konnessjoni mal-provvista. Meta s-swieq ikunu liberalizzati għal kollox, l-i standards tas-servizzi pubbliċi jinżammu permezz tal-kondizzjonijiet minimi tal-liċenza. Jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, l-liċenza għall-forniment ta’ l-elettriku jew tal-gass tkun trid tiġi irtirata.

- L-istandards tas-servizzzi

Huwa biċ-ċar fl-interess pubbliku li jiġi żgurat illi l-istandards tas-servizzi li jkollhom x’jaqsmu mal-provvista ta’ l-elettriku u tal-gass, bħalma hija l-ħeffa li biha jintlaqgħu t-talbiet għall-konnessjoni u kif isiru t-tiswijiet, l-eżattezza u l-kwalità ta’ servizzi oħra lill-konsumaturi, jkunu l-aħjar possibbli u jitjiebu l-ħin kollu. Huwa vitali li dawn l-i standards jinżammu u jiġu miżjuda f’suq illiberalizzat. Meta tkun saret il-liberalizzazzjoni - b’mod partikolari fil-livell domestiku, - l-esperjenza tindika illi dawn l-i standards jiżdiedu, għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, il-konċessoni ta’ liċenza għall-bejgħ ta’ l-elettriku dejjem issir bla ħsara għal kondizzjnijiet. Uħud mill-kondizzjonijiet jipprovdu standards minimi tas-servizz. Ir-regolaturi nazzjonali jżidu u jespandu dawn l-i standards sena wara sena. It-tieni l-i tas-servizz jirrappreżentaw żona importanti li dwarha l-kumpanniji jikkompetu, u l-komeptizzjoni twassal għat-titjib tagħhom. Dan jirriżulta fi standards ogħla mill-livelli minimi fissati mir-regolaturi jew mill-gvernijiet.

B’hekk, il-kwadru legali li fih tkun qiegħda ssir il-liberalizzazzjoni progressiva ta’ l-industriji ta’ l-elettriku u tal-gass fl-Ewropea għandha l-għan doppju li jitraħħsu l-prezzjijiet u li jinżammu u saħansitra jiżdiedu s-servizzi ta’ interess pubbliku. L-esperjenza turi biċ-ċar illi, bil-miżuri regolatorji approprjati f’posthom, meta meħtieġ, dawn is-servizzi ta’ interess pubbliku jistgħu mhux biss jinżammu, imma jiġu miżjuda, f’post tas-suq kompetittiv. Fil-fatt, filwaqt li d-Direttuvi jipprovdu [25] l-possibbiltà ta’ deroga mill-ħtiġiet jekk ma tkun tista’ tinstab l-ebda triq restrittiva oħra sabiex jinkisbu l-għanijiet leġittimi tas-servizzi pubbliċi, l-ebda Stat Membru ma sabha fil-fatt meħtieġa li jagħmel dan.

Naturalment, sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija hawn fuq, huma meħtieġa l-moniteraġġ attiv u, meta meħtieġa, r-regolazzjoni. Filwaqt li ħafna minn dawn il-kwistjonijiet jiġu mħollija għas-sussidjarjetà - huwa per eżempju, għal kull wieħed mill-Istati Membri li jistabbilixxi l-livell tal-protezzjoni mogħtija mit-tneħħija tal-konnessjoni - il-għan tal-Kummisjoni huwa li jiżgura l-ogħla livelli tal-għamliet kollha tas-servizzi ta’ interess pubbliku ġenerali tul il-Komunità kollha.

Radju u Televiżjoni

Is-servizzi privati tat-televiżjoni żviluppaw l-aktar mis-snin tmenin, billi stabbilew is-sistema doppja korrenti ta’ xandir pubbliku/privat. Il-ħtieġa tal-koeżistenza tax-xandir kummerċjali tas-servizzi pubbiċi u privati hija magħrufa u appoġġjata kemm mill-Istati Membri u kemm mill-Komunità. Bħalissa, s-settur tat-televiżjoni u tar-radjo huwa liberalizzat fil-livell Komunitarju.

Il-medja tax-xandir jaqdu rwol ċentrali fil-funzjonament tas-soċjetajiet demokratiċi moderni, b’mod partikolari fl-iżvilupp u t-trasmissjoni tal-valuri soċjali. Għalhekk, sa mill-bidu tiegħu, s-settur tax-xandir kien bla ħsara għar-regolazzjoni speċifika fl-interess ġenerali. Din ir-regolazzjoni kienet imsejsa fuq il-valuri komuni, bħalma huma l-libertà ta’ l-espressjoni u d-dritt tat-tweġiba, l-pluraliżmu, l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur, il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, l-protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità umana u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Ir-regolazzjoni sabiex jiġi żgurat illi dawn il-valuri jiġu rispettati issir l-ewwel u qabel xejn mill-Istati Membri b`konforma mal-liġijiet Komunitarji. Il-Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, li kien anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea bit-Trattat ta’ Amsterdam, jagħraf ir-rwol u l-importanza tax-xandir bħala servizz pubbliku u jikkonferma illi l-Istati Membri huma kompetenti li jiddefinixxu u jorganizzaw il-bghit tas-servizz pubbliku u l-finanzjament tiegħu, sakemm dan ma jaffettwax il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni fil-Komunità safejn ikun kuntrarju għall-interess komuni, filwaqt li għandha tittieħed f’konsiderazzjoni r-realizzazzjoni tal-bghit tas-servizz pubbiku.

Fil-livell Komunitarju, d-Direttiva "Televiżjoni mingħajr fruntieri" tistabbilixxi qafas legali li jiżgura l-libertà li jiġu provvduti servizzi pubbliċi tat-televiżjoni fis-suq intern, filwaqt li jitqies l-interess ġenerali rilevanti. Madankollu, għad trid titlesta mill-Istati Membri kollha t-trasposizzjoni tad-Direttiva emendata "Televiżjoni mingħajr fruntieri". B’żieda ma’ dan, ir-regoli tal-kompetizzjoni fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jafdaw f’idejn il-Kummissjoni l-prevenzjoni tal-kompitu ta’ l-imġiba kontra l-kompetizzjoni għad-detriment tal-konsumatur, notabbilment l-abbuż tal-posizzjonijiet dominanti u, fuq il-bażi tal-kontroll ta’ l-inkorporazzjonijiet, il-ħolqien ta’ strutturi oligopolitiċi jew monopolistiċi tas-swieq.

Huwa għall-Istati Membri, f’konformità mal-liġijiet tal-KE, li jiddeċiedu jekk iridux jistabbilixxu sistema ta’ xandir ta’ servizz pubbliku, li jiddefinixxu l-bgħit eżatt tiegħu u li jiddeċiedu dwar il-modalitajiet tal-finanzjament tagħha. Minħabba n-natura tal-finanzjament tagħha, x-xandara ta’ servizz pubbliku jistgħu jsiru bla ħsara għar-regoli tal-għajnuna ta’ l-Istat fit-Trattat dwar il-KE. Il-Kummissjoni trid tiżgura b’mod notevoli li l-finanzjament pubbliku tax-xandara ta’ servizz pubbliku jkun proporzjonali għall-bgħit tas-servizz pubbliku kif iddefinit mill-Istat Membru interessat, jiġifieri b’mod partikolari li kull kumpens konċess mill-Istat ma jaqbiżx l-ispejjeż netti addizzjonali tal-kompitu partikolari assenjat lix-xandar ta’ servizz pubbliku fil-kwistjoni.

Il-finanzjament tax-xandara ta’ servizz pubbliku mill-Istati Membri kien bla ħsara għal numru ta’ lmenti lill-Kummissjoni minn xandara privati kummerċjali, b`mod notevoli dwar il-preżenza ta’ xandara ta’ servizz pubbliku fis-suq tal-pubbliċità [26]. Ta’ min jinnota illi l-problemi mqajma minn dawn l-ilmenti għandhom x’jaqsmu b’mod ġenerali ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskemi tal-finanzjament li jinkludu d-dħul mill-pubbliċità u l-finanzjament pubbliku. Il-għażla ta’ l-iskema tal-finanzjament taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-Istat Membru, u ma jista’ jkun hemm l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju rigward l-għażla ta’ skema doppja tal-finanzjament (li tgħaqqad il-fondi pubbliċi mad-dħul mill-pubbliċità) aktar milli skema waħdiena tal-finanzjament, bil-kisba u/jew il-bejgħ tal-programmi ma jiġux affettwati hekk li jmorru kontra l-interess Komunitarju. Il-Kummissjoni beħsiebha tikkonkludi analiżi ta’ l-ilmenti pendenti fix-xhur li ġejjin. F’dan l-għemil, trid tikkonsulta mill-qrib lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rivoluzzjoni diġitali ma tikkaġunax ħtieġa għal politika awdjo-viżiva li tiddefinixxi l-interessi ġenerali rilevanti u li, meta meħtieġ, tipproteġihom permezz tal-proċess regolatorju. Madankollu, l-iżviluppi teknoloġiċi jsejħu għal valutazzjoni dejjem għaddejja tal-mezzi u tal-metodi wżati, sabiex tiżgura li jissoktaw ikunu proprozjonati mal-għanijiet li jridu jinkisbu.

Waqt li l-mezzi tad-distribuzzjoni (u notabbilment jekk hux minn punt għal multi-punt jew minn punt għal punt) jibqgħu kruċjali, uħud mit-tipi ġodda tas-servizz ikunu jeħtieġu wkoll li jqisu fatturi oħra meta jiġu stmati l-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ kull avviċinament regolatorju (p.e. "il-qlib tat-tagħrif f’kodiċi jew ħieles").

[1] Ara l-paragrafi minn 28 sa 30.

[2] Ara http://www.ispo.cec.be/infosoc/telecompolicy/review99/Welcome.html

[3] L-istudji tal-Kummissjoni, "Is-sitwazzjoni tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fit-reġjuni ta’ l-UE", April 2000, midħula għalihom mill-Gallup ta’ l-EOS.

[4] Direttiva tal-KE kif emendata bid-Direttiva 97/67 (ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 14).

[5] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/02 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar il-liċenzi tat-trasportaturi bl-ajru, ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar l-aċċess tat-trasportaturi Komunitarji għar-rotot ta’ l-ajru intra-Komunitarji, ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar in-nollijiet u r-rati tas-servizzi bl-ajru.

[6] Direttiva tal-Kunsill 6/96/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għat-tqandi mill-art fl-ajruporti Komunitarji (ĠU L 272, tal-25.10.1996, p. 36).

[7] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju tal-libertà sabiex jipprovdi servizzi lit-trasport marittimu ġewwa Stat Membru (kabottaġġ marittimu).

[8] Regolament tal-Kunsill li jabolixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi dwar l-aċċess għas-suq fit-trasport internazzjonali ta’ l-oġġetti bit-triq (ĠU L 95/1, tad- 9.4.1992, p. 1).

[9] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4059/89 (ĠU L 390, tat-30.12.19895, p. 3), Regolament (KEE) Nru 3118/93 (ĠU L 279, tat-12.11.1993, p. 1).

[10] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonalment tal-passiġġieri bil-karrozzi kbar privati u tal-linja (ĠU L 74, tal-20.3.1992, p. 1).

[11] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fuqhom it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU L 251, tad-29.8.1992), mibdul bir-Regolament (KEE) Nru 11/98 tal-11 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fuqhom it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU L 4, tat-8.1 1998, p. 10).

[12] Direttiva tal-Kunsill 92/106/KE dwar li jiġu stabbiliti regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport magħqud ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, tas-1ċtas- 7.12.1992, p. 38).

[13] Direttiva tal-Kunsill 96/75/KEE tad-19 ta’ Novembru 1996 (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 12).

[14] KUMM(1998) 480 finali, adottata mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 1998 (ĠU C 321, tal-20.10.98, p/6), u l-proposta emendata KUMM(1999) 616 finali, adottata mill-Kummisjoni fil-25 ta ovembru 1999; Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji Komunitarji; Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 95/18/KE dwar il-liċenzi ta’ l-impriżi tal-ferroviji; Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li għandha x’taqsam ma’ l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura u l-ġbir b’taxxa ta’ imposti għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferroviji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà.

[15] KUMM(7) 2000 tas-26 ta’ Lulju 2000.

[16] Direttiva 96/92/KE li tirrigwarda r-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku.

[17] Direttiva 98/30/KE li tirrigwarda r-regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali.

[18] Il-Belġju u l-Irlanda kellhom sena addizzjonali, il-Greċja tnejn.

[19] Direttiva 96/92/KE li tirrigwarda r-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku.

[20] Direttiva 98/30/KE li tirrigwarda r-regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali.

[21] Rigward l-elettriku, l-Istati Membri kellhom jiftħu 28 % tad-domanda fis-sena 1999, u 35 % sas-sena 2003. Rigward il-gass, l-Istati Membri kellhom jiftħu minimu ta’ 20 % tad-domanda fis-sena 2000, u 28 % sas-sena 2003.

[22] Rigward l-elettriku, per eżempju, Il-UK, il-FIN, is-SV u d-D diġa fetħu 100 % tad-domanda. il-B, in-NL, id-DK u l-ES iridu jiftħu d-domanda tagħhom kompletament fl-isfond medju.

[23] Bl-eċċezzjoni ta’ ċertu rkib fuq xulxin tan-networks tal-gass, notevolment fil-Ġermanja.

[24] Uħud mill-pajjiżi, bħal Spanja, huma fil-proċess li jġibu n-network tat-trasmissjoni taħt il-pussess pubbliku.

[25] Artikolu 3(2) taż-żewġ Direttivi.

[26] Ara "Id-XXIX Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (1999)" tal-Kummissjoni, p. 89.

--------------------------------------------------

ANNESS II

DEFINIZZJONI TA' TERMINI

Servizzi ta' interess ġenerali

Dan it-terminu jkopri s-servizzi tas-suq u mhux tas-suq li l-awtoritajiet pubbliċi jqiegħdu fil-klassi bħala ta' interess ġenerali u bla ħsara għall-obbligi speċifiċi tas-servizzi pubbliċi.

Servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku

Dan huwa t-terminu użat f`Artikolu 86 tat-Trattat u jirreferi għas-servizzi tas-suq li l-Istati Membri jissoġġettaw għal obbligi speċifiċi tas-servizzi pubbliċi bis-saħħa ta' kriterju ta' interess ġenerali. Dan x'aktarx li jkopri oġġetti bħan-networks tat-trasport, enerġija u komunikazzjonijiet.

Servizz pubbliku

Dan huwa terminu ambigwu ġaladarba jista' jirreferi jew għall-korp attwali li jipprovdi s-servizz jew għar-rwol ta' interess ġenerali assenjat lill-korp interessat. Huwa bil-ħsieb li jiġi promoss jew iffaċilitat it-twettiq tax-xogħol tar-rwol ta' l-interess ġenerali li jistghu jiġu imposti l-obbligi speċifiċi ta' servizzi pubbliċi mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-korp li jagħti s-servizz, per eżempju fil-materja tat-trasport lejn l-intern, bl-arja jew bil-ferroviji u bl-enerġija. Dawn l-obbligi jistgħu jiġu applikati fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Spiss tinħoloq konfuzjoni bejn it-terminu "servizz pubbliku", li għandu x'jaqsam mal-vokazzjoni li tagħti servizz lill-pubbliku f'termini ta' liema servizz irid jiġi provvdut, u t-terminu "settur pubbliku" (inkluż is-servizz ċivili), li għandu x'jaqsam ma' l-istatus legali ta' dawn li jipprovdu s-servizz f'termini ta' min jippossjiedi s-servizzi.

Servizz universali

Servizz universali, b'mod partikolari d-definizzjoni ta' l-obbligi tas-servizz universali, huwa akkumpanjament ċavetta għal-liberalizzazzjoni tas-swieq tas-setturi tas-servizzi bħalma huma t-telekomunikazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea. Id-definizzjoni u l-garanzija ta' servizz universali jiżguraw illi jinżammu l-aċċessibbiltà kontinwa u l-kwalità tas-servizzi stabbiliti għall-utenti u l-konsumaturi kollha matul il-proċess tal-mogħdija minn provvediment monopolistiku għal swieq kompetittivi miftuħa. Is-servizz universali, ġewwa ambjent ta' swieq miftuħa u kompetittivi tat-telekomunikazzjonijiet, huwa definit bħala s-sett minimu tas-servizzi ta' kwalità speċifikata li għalihom ikollhom aċċess l-utenti u l-klijenti kollha fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, bi prezz li jistgħu jifilħu għalih.

--------------------------------------------------

Top