Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 51977FC0799

    Proposta għal direttiva tal-Kunsill .../…/KE ta’ […] dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u tat-taxxi fuq il-premium ta' l-assigurazzjoni (Verżjoni kkodifikata)

    Please be aware that this draft act does not constitute the final position of the institution.

    51977FC0799

    Proposta għal direttiva tal-Kunsill .../…/KE ta’ […] dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u tat-taxxi fuq il-premium ta' l-assigurazzjoni (Verżjoni kkodifikata)


    MT

    |KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ|

    Brussel l

    COM ( 200 8 )

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL . ../…/KE

    ta ’ […]

    dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u tat-taxxi fuq il-premium ta' l-assigurazzjoni

    (Verżjoni kkodifikata)

    MEMORANDUM TA ’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta ’ Ewropa g ħall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b ’ hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b ’ mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta ’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma ’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta ’ regoli li ġew emendati ta ’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunit à tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta ’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet [1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunit à huma ċari u jinftiehmu malajr.

    3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta ’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan [2] , waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunit à .

    Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta ’ ftehim interistituzzjonali ta ’ l-20 ta ’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta ’ atti ta ’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta ’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill   77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta [3] . Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha [4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta ’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta ’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta ’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 77/799/KEE u ta ’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta ’ sistema ta ’ pproċessar ta ’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

    Proposta għal

      2004/106/KE Art. 1 pt. 1

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL . ../…/KE

    ta’ […]

    dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u tat-taxxi fuq il-premium ta' l-assigurazzjoni

      77/799/KEE (adattat)

    IL- KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b ’ mod partikolari l-Artikolu     94   t iegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [5] ,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [6] ,

    Billi:

     

    (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta ’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta [7] ġiet emendata kemm-il darba [8] b ’ mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

      77/799/KEE premessa 1 (adattat)

    (2) Il -prattiċi ta ’ evażjoni tat-taxxa u evitar tat-taxxa li jestendu matul il-fruntieri ta ’ l-Istati Membri jwasslu għal telf fil-budget u vjolazzjonijiet tal-prinċipju ta ’ tassazzjoni ġusta u huma soġġetti li jġibu tgħawwiġ tal-movimenti tal-kapital u tal-kondizzjonijet tal-kompetizzjoni   u   dawn għalhekk jaf fettwaw l-operat tas-suq intern.

      77/799/KEE premessa 2

    (3) G ħal dawn ir-raġunijiet il-Kunsill adotta fl-10 ta ’ Frar 1975 riżoluzzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Komunità sabiex tkun miġġielda l-evażjoni u l-evit ar internazzjonali tat-taxxa [9] .

      77/799/KEE premessa 3

    (4) I n-natura internazzjonali tal-problema tfisser li miżuri nazzjonali, li l-effett tagħhom ma jestendix lil hinn minn fruntieri nazzjonali, mhumiex suffiċjenti. I l-kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet abbażi ta ’ ftehim bilaterali hu inkapaċi li jiġġieled forom ġodda ta ’ evażjoni u evitar ta ’ taxxa, li qegħdin jikbru fil-k arattru multinazzjonali tagħhom.

      77/799/KEE premessa 4 (adattat)

    (5) I l-kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa ġewwa l-Komunità għandha għalhekk   tiġi kkonsolidata   sko nd il-prinċipji u regoli komuni.

      77/799/KEE premessa 5

    (6) L -Istati Membri għandhom, fuq talba, jibdlu informaz zjoni dwar każijiet partikolari. F ejn l-Istat hekk ħtieġlu jagħmel għandu jagħmel it-talbiet meħtieġa biex jikseb dik l-informazzjoni.

      2004/56/KE premessa 2

    (7) Meta Stat Membru jwettaq inkjesti bil-għan li jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex jirrispondi għal talba għall - assistenza, dak l-Istat għandu jiġi kkunsidrat li jkun qed jaġixxi f ’ismu. B’ hekk, ser ikun hemm biss sett wieħed ta ’ regoli li japplikaw għall-proċess tal-ġbir ta ’ l-informazzjoni u l-investigazzjoni mhix ser tiddgħajjef b ’ dewmien.

      77/799/KEE premessa 6

    (8) L -Istati Membri għandhom jiskambjaw, anke mingħajr ma ssir l-ebda talba, xi informazzjoni li tidher rilevanti għall-istima korretta ta ’ taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, b ’ mod partikolari fejn jidher li jkun hemm trasferiment artifiċjali ta ’ profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn dawk it-transazzjonijiet ikunu magħmula bejn impriżi f ’ żewġ Stati Membri permezz ta ’ pajjiż terz sabiex jinkiseb vantaġġ dwar taxxi, jew fejn it-taxxa ġiet jew tista ’ ma titħallasx jew evitata għal xi raġuni tkun liema tkun.

      77/799/KEE premessa 7

    (9) H u importanti li uffiċjali ta ’ l-amministrazzjoni tat-taxxa f ’ xi Stat Membru jitħalla li jkun preżent fit-territorju ta ’ Stat Membru ieħor jekk iż-żewġ Stati in kwi stjoni jikkunsidraw dan mixtieq.

      77/799/KEE premessa 8

    (10) G ħandha tingħata attenzjoni biex jiġi assigurat li informazzjoni mogħtija fil-kors ta ’ dik il-kollaborazzjoni ma tkunx żvelata lil persuni mhux awtorizzati, sabiex id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini u imp riżi jkunu salvagwardati. H u għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri li jirċievu dik l-informazzjoni ma jużawhiex, mingħajr l-awtorizzazzjoni ta ’ l-Istat Membru li jforniha, minbarra għall-finijiet ta ’ tassazzjoni jew biex ikunu ffaċilitati proċeduri legali għal nuqqas ta ’ osservanz a tal-liġijiet tat-taxxa. H u wkoll meħtieġ li l-Istati li jirċevuha jagħtu lil din l-informazzjoni l-istess grad ta ’ kunfidenzjalità li din kellha fl-Istat li pprovdiha, jekk dan ta ’ l-aħħar hekk jitlob.

      2004/56/KE premessa 6

    (11) Fid-dawl tal-bżonn legali f ’ ċertu Stati Membri li persuna ntaxxata tiġi nnotifikata fuq deċiżjonijiet u strumenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tat-taxxa tagħha u tad - diffikultajiet suċċessivi għall-awtoritajiet tat-taxxa, li jinkludu każijiet fejn il-persuna ntaxxata rrilokolat għal Stat Membru ieħor, huwa mixtieq li, f ’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom ikunu kapaċi li jsejħu lill - awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għalih il-persuna ntaxxata rrilokat.

      2004/56/KE premessa 7

    (12) La darba li s-sitwazzjoni tat-taxxa ta ’ wieħed jew iktar persuni responsabbli għat-taxxa stabbilita f ’ diversi Stati Membri spiss hija i nteress komuni u komplementari, għandu jibda jkun possibli għal kontrolli simultanji li jitwettqu minn tnejn jew iktar Stati Membri għal dawn il-persuni, bi ftehim reċiproku u fuq bażi volontarja, kull fejn dawn il-kontrolli jidhru li huma iktar effettivi minn kontrolli li jitwettqu minn Stat Membru wieħed waħdu.

      77/799/KEE premessa 9

    (13) Stat Membru li jkun mitlub li jagħmel inkjesti jew li jipprovdi informazzjoni għandu jkollu l-jedd li jirrifijuta li jagħmel hekk meta l-liġijiet tiegħu jew prattiċi amministrattivi jipprevjenu l-amministrazzjoni tiegħu tat-taxxa milli jagħmlu dawn l-inkejsti jew milli jiġbru jew jużaw din l-informazzjoni għall-għanijiet tagħha nnifsiha, jew fejn l-għoti ta ’ dik l-informazzjoni tista ’ tkun kontra l-politika pubblika jew tista ’ twassal għal svelar ta ’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta ’ proċess kummerċjali, jew meta l-Istat Membru li għalih tkun maħsuba l-informazzjoni ma jkunx kapaċi għal raġunijiet fattwali jew legali li jipprovdi informazzjoni simili;

      77/799/KEE premessa 10

    (14) K ollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hi meħtieġa għall-istudju kontinwu ta ’ proċeduri ta ’ koperazzjoni u l-ġbir flimkien ta ’ esperjenzi fl-oqsma kunsidrati, u b ’ mod partikolari fil-qasam tat-trasferiment artifiċjali ta ’ profitti fi gruppi ta ’ impriżi, bil-għan li jitjiebu dawk il-proċeduri u li jipprep araw regoli tal-Komunità xierqa.

     

    (15) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta ’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta ’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I , Parti B ,

      77/799/KEE

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA :

    Artikolu 1

    Dispo ż izzjonijiet ġenerali

      2004/106/KE Art. 1 pt. 2

    1. L'awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom, b'konformita' ma' din id-Direttiva, jiskambjaw l-informazzjoni kollha li tipermettilhom jistabbilixxu b'mod korrett l-imposti fuq id-dħul u l-assi, kif ukoll kull tagħrif relatat ma' l-istabbilment ta' taxxi fuq il-premiums ta' l-assigurazzjoni, previsti fl-Artikolu 3, sitt inċiż, tad-Direttiva [76/308/KEE] tal-Kunsill [10] .

      77/799/KEE

    2. Għandhom ikunu kkunsidrati bħala taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, irrispettivament mil-mod li bih dawn ikunu mitluba, it-taxxi kollha imposti fuq id-dħul kollu, fuq il-kapital kollu, jew fuq l-elementi ta ’ dħul jew ta ’ kapital, inklużi taxxi fuq qliegħ mill-bejgħ ta ’ proprjetà mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti ta ’ pagi jew salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament tal-kapital.

      Att ta’ Ade żjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    3. It-taxxi msemmija fil-paragrafu 2 huma fil-preżent, b ’ mod partikolari:

    fil-Belġju:

    Impôt des personnes physiques / Personenbelasting

    Impôt des sociétés / Vennootschapsbelasting

    Impôt des personnes morales / Rechtspersonenbelasting

    Impôt des non-résidents / Belasting der niet-verblijfhouders

     2006/98/KE Art. 1 u l-Anness pt. 3(a)

    f il-Bulgarija:

    данък върху доходите на физическите лица

    корпоративен данък

    данъци, удържани при източника

    алтернативни данъци на корпоративния данък

    окончателен годишен (патентен) данък

     Att ta’ Ade żjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 557

    fir-Repubblika Ceka:

    Daně z příjmů

    Daň z nemovitostí

    Daň dědická, daň darovací a daň z převodu nemovitostí

    Daň z přidané hodnoty

    Spotřební daně

     Att ta’ Ade żjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fid-Danimarka:

    Indkomstskaten til staten

    Selsskabsskat

    Den kommunale indkomstskat

    Den amtskommunale indkomstskat

    Folkepensionsbidragene

    Sømandsskatten

    Den særlige indkomstskat

    Kirkeskatten

    Formueskatten til staten

    Bidrag til dagpengefonden

    fil-Ġermanja:

    Einkommensteuer

    Körperschaftsteuer

    Vermögensteuer

    Gewerbesteuer

    Grundsteuer

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 557

    fl-Estonja:

    Tulumaks

    Sotsiaalmaks

    Maamaks

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fl-Irlanda:

    Income tax

    Corporation tax

    Capital gains tax

    Wealth tax

    fil-Greċja :

    Φόρος εισοδήματος φυσικών προσώπων

    Φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων

    Φόρος ακινήτου περιουσίας

    fi S panja:

    Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas

    Impuesto sobre Sociedades

    Impuesto Extraordinario sobre el Patrimonio de las Personas Físicas

    fi Franza:

    Impôt sur le revenu

    Impôt sur les sociétés

    Taxe professionnelle

    Taxe foncière sur les propriétés bâties

    Taxe foncière sur les propriétés non bâties

    fl-Italja:

    Imposta sul reddito delle persone fisiche

    Imposta sul reddito delle persone giuridiche

    Imposta locale sui redditi

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 557

    f'Cipru:

    ΦόροςΕισοδήματος

    'Εκτακτη Εισφορά για την Άμυνα τηςΔημοκρατ ίας

    Φόρος Κεφαλαιου χικών Κερδών

    Φόρος Ακίνητης Ιδιοκτησίας

    fil-Latvja:

    iedzīvotāju ienākuma nodoklisn

    nekustamā īpašuma nodoklis

    uzņēmumu ienākuma nodoklis

    fil-Litwanja:

    Gyventojų pajamų mokestis

    Pelno mokestis

    Įmonių ir organizacijų nekilnojamojo turto mokestis

    Žemės mokestis

    Mokestis už valstybinius gamtos išteklius

    Mokestis už aplinkos teršimą

    Naftos ir dujų išteklių mokestis

    Paveldimo turto mokestis

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fil-Lussemburgu:

    Impôt sur le revenu des personnes physiques

    Impôt sur le revenu des collectivités

    Impôt commercial Komunità

    Impôt sur la fortune

    Impôt foncier

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 557

    fl-Ung e rija:

    S zemélyi jövedelemadó

    T ársasági adó

    O sztalékadó

    Á ltalános forgalmi adó

    J övedéki adó

    É pítményadó

    T elekadó

    f’Malta:

    Taxxa fuq l-income

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fl-Olanda:

    Inkomstenbelasting

    Vennootschapsbelasting

    Vermogensbelasting

    fl-Awstrija:

    Einkommensteuer

    Körperschaftsteuer

    Grundsteuer

    Bodenwertabgabe

    Abgabe von land- und forstwirtschaftlichen Betrieben

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 557

    fil-Polonja:

    Podatek dochodowy od osób prawnych

    Podatek dochodowy od osób fizycznych

    Podatek od czynności cywilnopranych

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fil-Portugal l :

    Contribuição predial

    Imposto sobre a indústria agrícola

    Contribuição industrial

    Imposto de capitais

    Imposto profissional

    Imposto complementar

    Imposto de mais-valias

    Imposto sobre o rendimento do petróleo

    Os adicionais devidos sobre os impostos precedentes

     2006/98/KE Art. 1 u l-Anness pt. 3(a)

    f ir-Rumanija:

    impozitul pe venit

    impozitul pe profit

    impozitul pe veniturile obţinute din România de nerezidenţi

    impozitul pe veniturile microîntreprinderilor

    impozitul pe clădiri

    impozitul pe teren

     Att ta’ Ade żjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 557

    fis-Slovenja:

    Dohodnina

    Davki občanov

    Davek od dobička pravnih oseb

    Posebni davek na bilančno vsoto bank in hranilnic

    f is-Slovakkja:

    daň z príjmov fyzických osôb

    daň z príjmov právnických osôb

    daň z dedičstva

    daň z darovania

    daň z prevodu a prechodu nehnuteľností

    daň z nehnuteľností

    daň z pridanej hodnoty

    spotrebné dane

     Att ta’ A deżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fil-Finlandja:

    Valtion tuloverot / de statliga inkomstskatterna

    Yhteisöjen tulovero / inkomstskatten för samfund

    Kunnallisvero / kommunalskatt en

    Kirkollisvero / kyrkoskatten

    Kansaneläkevakuutusmaksu / folkpensionsförsäkringspremien

    Sairausvakuutusmaksu / sjukförsäkringspremien

    Korkotulon lähdevero / källskatten på ränteinkomst

    Rajoitetusti verovelvollisen lähdevero / källskatten för begränsat skattskyldig

    Valtion varallisuusvero / den statliga förmögenhetsskatten

    Kiinteistövero / fastighetsskatten

    fl-Is vezja:

    Den statliga inkomstskatten

    Sjömansskatten

    Kupongskatten

    Den särskilda inkomstskatten för utomlands bosatta

    Den särskilda inkomstskatten för utomlands bosatta artister m.fl.

    Den statliga fastighetsskatten

    Den kommunala inkomstskatten

    Förmögenhetsskatten

    fir-Renju Unit:

    Income tax

    Corporation tax

    Capital gains tax

    Petroleum revenue tax

    Development land tax

      77/799/KEE

    4. Paragrafu 1 japplika wkoll għal kull taxxi identiċi jew simili imposti sussegwentement, kemm jekk biż-żieda ma ’ jew minflok it-taxxi elenkati fil-paragrafu 3. L-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bid-data tad-dħul fis-seħħ ta ’ dawk it-taxxi.

      Att ta’ Ade żjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276, u Art. 29 u Anness I p. 278

    5. L-espressjoni “awtorità kompetenti” tfisser:

    fil-Belġju:

    De minister van financiën jew xi rappreżentant awtorizzat

    Le ministre des finances jew xi rappreżentant awtorizzat

     2006/98/KE Art. 1 u l-Anness pt. 3(b)

    f il-Bulgarija:

    Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 558

    fir-Repubblika Ċeka:

    Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276

    fid-Danimarka:

    Ministeren for skatter og afgifter jew rappreżentant awtorizzat

    fil-Ġermanja:

    Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 558

    fl-Estonja:

    Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat

      Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276, u Art. 29 u Anness I p. 278

    fl-Irlanda:

    Ir-Revenue Commissioners jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom

    fil-Greċja :

    Το Yπουργείο Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat

    fi Spanja :

    El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat

    fi Franza:

    Le ministre de l ’ économie jew rappreżentant awtorizzat

    fl-Italja:

      2004/56/KE Art. 1 pt. 1(a)

    Il Capo del Dipartimento per le Politiche Fiscali jew rappreżentant awtorizzat

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 558

    f'Cipru:

    ΥπουργόςΟικονομικών jew rappreżentant awtorizzat

    fil-Latvja:

    Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat

    fil-Litwanja:

    Finansų ministras jew rappreżentant awtorizzat

      Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276, u Art. 29 u Anness I p. 278

    fil-Lussemburgu:

    Le ministre des finances jew rappreżentant awtorizzat

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 558

    fl-Ungerija:

    A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat

    f'Malta:

    Il-Ministru responsabbli ghall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276, u Art. 29 u Anness I p. 278

    fl-Olanda:

    De minister van financiën jew rappreżentant awtoriżżat

    fl-Awstrija:

    Der Bundesminister fuer Finanzen jew rappreżentant awtoriżżat

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 558

    fil-Polonja:

    Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276, u Art. 29 u Anness I p. 278

    fil-Portugall:

    O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtoriżżat

      2006/98/KE Art. 1 u l-Anness pt. 3(b)

    f ir-Rumanija:

    Ministerul Finanţelor Publice ou un représentant autorisé

     Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u l-Anness II pt. 9, p. 558

    fis-Slovenja:

    Minister za financií jew rappreżentant awtorizzat

    fis-Slovakkja:

    Minister financií jew rappreżentant awtorizzat

      Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 276, u Art. 29 u Anness I p. 278

    fil-Finlandja:

    Valtiovarainministeriö jew rappreżentant awtoriżżat

    Finansministeriet jew rappreżentant awtoriżżat

    fl-Isvezja:

     2004/56/KE Art. 1 pt. 1(b)

    Chefen för Finansdepartementet jew rappreżentant awtoriżżat

     Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u l-Anness I p. 278

    fir-Renju Unit:

      2003/93/KE Art. 1 pt. 2(a)

    Il-Kummissjunarji tad-Dwana u s-Sisa jew rappreżentant awtorizzat għall-informazzjoni meħtieġa rigward taxxi fuq premiums ta' assigurazzjoni u dazju tas-sisa.

    Il-Kummissjonarji ta' l- Inland Revenue jew rappreżentant awtorizzat għall-informazzjoni l-oħra kollha .

      77/799/KEE

    Artikolu 2

    Bdil fuq talba

    1. L-awtorità kompetenti ta ’ xi Stat Membru tista ’ titlob lill-awtorità kompetenti ta ’ Stat Membru ieħor biex tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) f ’ xi każ partikolari. L awtorità kompetenti ta ’ l-Istat mitlub m ’ għandhiex għalfejn tikkonforma mat-talba jekk jidher li l-awtorità kompetenti ta ’ l-Istat li jagħmel it-talba ma tkunx eżawriet is-sorsi tas-soltu tagħha ta ’ l-informazzjoni, li hi setgħet utilizzat, skond iċ-ċirkostanzi, biex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma tinkorri r-riskju li tipperikola l-ksib tar-riżultat li tkun qed tfittex.

    2. Għall-fini li tkun mibgħuta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta ’ l-Istat Membru mitlub għandha tirranġa t-tmexxija sabiex isiru l-inkjesti meħtieġa biex tinkiseb dik l-informazzjoni.

      2004/56/KE Art. 1 pt. 2

    Sabiex tinkiseb l-informazzjoni mfittxa, l-awtorità mitluba jew l-awtorità amministrattiva li għandha użu għaliha għandha tipproċedi qisu qed jaġixxi f’ismu jew fuq talba ta’ awtorità oħra fis-Stat Membru tagħha stess.

      77/799/KEE

    Artikolu 3

    Bdil awtomatiku ta ’ informazzjoni

    Għall-kategoriji ta ’ każijiet li huma jistabilixxu skond il-proċedura ta ’ konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11 , l-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri għandhom jibdlu b ’ mod regolari l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) mingħajr ma ssir talba minn qabel.

    Artikolu 4

    Bdil spontanju ta ’ informazzjoni

    1. L-awtorità kompetenti ta ’ l-Istat Membru għandha mingħajr talba minn qabel tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), li dwarha jkollha tagħrif, lill-awtorità kompetenti ta ’ xi Stat membru ieħor interessat, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a) l-awtorità kompetenti ta ’ Stat Membru wieħed li jkollha raġunijiet li taħseb li jista ’ jkun hemm telf ta ’ taxxa fi Stat Membru ieħor;

    (b) persuna suġġetta għal taxxa tikseb tnaqqis fi jew eżenzjoni minn taxxa fi Stat Membru wieħed li jista ’ jwassal għal żieda fit-taxxa jew għal debitu fit-taxxa fi Stat Membru ieħor;

    (ċ) trattamenti kummerċjali bejn xi persuna soġġetta li tħallas it-taxxi fi Stat Membru u persuna soġġetta għat-taxxa fi Stat Membru ieħor isiru permezz ta ’ pajjiż wieħed jew aktar b ’ tali mod li ffrankar fit-taxxa jista ’ jirriżulta f ’ wieħed mill-Istati Membri jew l-ieħor jew fit-tnejn;

    (d) l-awtorita kompetenti ta ’ xi Stat Membru jkollha raġunijiet biex taħseb li frankar fit-taxxa jista ’ jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali ta ’ profitti fi gruppi ta ’ impriżi;

    (e) informazzjoni mogħtija lil Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta ’ l-Istat Membru l-ieħor tkun ippermettiet li tinkiseb l-informazzjoni li tista ’ tkun rilevanti biex issir stima tad-debitu tat-taxxa fl-Istat Membru ta ’ l-aħħar.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri jistgħu, taħt il-proċedura ta ’ konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11 , jestendu l-bdil ta ’ informazzjoni provdut fil-paragrafu 1 għal każijiet minbarra dawk speċifikati hemmhekk.

    3. L-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri jistgħu jibagħtu lil xulxin f ’ kull każ ieħor, mingħajr talba minn qabel, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) li huma jkunu jafu biha.

      77/799/KEE (adattat)

    Artikolu 5

    Limitu tal-ħin biex tintbgħat informazzjoni

    L-awtorità kompetenti ta ’ Stat Membru li, skond l-Artikoli   1 sa 4   , tkun mitluba li tagħti informazzjoni, għandha tibgħata kemm jista ’ jkun malajr possibbli. Jekk din tiltaqa ’ ma ’ ostakoli fl-għoti ta ’ l-informazzjoni jew jekk din tirrifjuta li tagħti l-informazzjoni, din għandha minnufih tinforma lill-awtorità li titlobha b ’ dan, fejn tindika n-natura tal-ostakoli jew ir-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

    Artikolu 6

    Kollaborazzjoni minn uffiċjali ta ’ l-Istat interessat

    Għall-fini li jkunu applikati   l - Artikoli 1 sa 4   , l-awtorità kompetenti ta ’ l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u l-awtorità kompetenti ta ’ l-Istat Membru li għalih tkun maħsuba l-informazzjoni jistgħu jiftiehmu, taħt il-proċedura ta ’ konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11 , li jawtorizzaw il-preżenza fl-ewwel Stat Membru ta ’ uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta ’ l-Istat Membru l-ieħor. Id-dettalji biex tkun applikata din id- dispo ż izzjoni għandhom ikunu stabbiliti taħt l-istess proċedura.

      77/799/KEE

    Artikolu 7

    D ispo ż izzjoni jiet dwar segretezza

      2004/56/KE Art. 1 pt. 3

    1. Kull informazzajoni li titgħarraf lil Stat Membru taħt din id-Direttiva għandha tinżamm sigrieta f’dak l-Istat bl-istess manjiera kif tiġi rċevuta nformazzjoni taħt il-legislazzjoni nazzjonali tiegħu. F’kull każ, din l-informazzjoni:

    (a) tista’ tiġi għad- dispo ż izzjoni biss lill-persuni direttament involuti fis-stima tat-taxxa jew fil-kontroll amministrattiv ta’ din l-istima ;

    (b) tista’ tiġi magħrufa biss dwar proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet li jorbtu bil-għan, jew relatati ma’, li jagħmlu u jirrevedu l-istima tat-taxxa u biss lil persuni li huma direttament involuti f’dawn il-proċeduri; din l-informazzjoni tista, madankollu, tiġi żvelata waqt seduti pubbliċi jew f’sentenzi jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li tipprovdi l-informazzjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fil-bidu waqt il-ħin meta hi tipprovdi l-informazzjoni ;

    (ċ) ma għandha taħt l-ebda ċirkustanzi tiġi wżata barra minn finijiet ta’ tassazzjoni jew f’konnessjoni ma ’ proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet li jorbtu bil-għan, jew relatati ma’, li jagħmlu u jirrevedu l-istima tat-taxxa.

    Barra dan, Stati Membri jistgħu jipprovdu għall-informazzjoni riferuta fl-ewwel subparagrafu li tintuża għal stima ta’ imposti oħra, dazji u taxxi koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva   [ 76/308/KEE ] .

      77/799/KEE

    2. Paragrafu 1 m ’ għandux jobbliga xi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni jew il-prassi amministrattiva tiegħu tistabbilixxi, għall-finijiet domestiċi, limiti aktar ristretti minn dawk li jinsabu fid- dispo ż izzjoni jiet ta ’ dak il-paragrafu, sabiex tkun mogħtija informazzjoni jekk l-Istat interessat ma jobbligax ruħu li jirrispetta dawk il-limiti aktar ristretti.

    3. Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istat Membru li jagħti l-informazzjoni jista ’ jipperemtti li din tkun użata għal għanijiet oħra fl-Istat li jitlobha, jekk, skond il-leġislazzjoni fl-Istat li jinforma, l-informazzjoni tista ’ , f ’ ċirkostanzi simili, tkun użata fl-Istat li jinforma għal għanijiet simili.

    4. Fejn awtorità kompetenti ta ’ xi Stat Membru tikkonsidra li l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-awtorità kompetenti ta ’ Stat Membru ieħor x ’ aktarx li tkun ta ’ utilità għall-awtorità kompetenti ta ’ Stat Membru ieħor, din tista ’ tgħaddiha lill-awtorità kompetenti ta ’ l-aħħar mal-ftehim ta ’ l-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni.

    Artikolu 8

    Limiti għal bdil ta ’ informazzjoni

      2004/56/KE Art. 1 pt. 4(a)

    1. Din id-Direttiva ma timponi l-ebda obbligu fuq Stat Membru minn fejn informazzjoni hi mitluba biex jitwettqu nkjesti jew biex jikkomunika nformazzjoni, jekk din tkun kontra l-legislazzjoni jew prattiċi amministrattivi tagħha għall-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat li jwettaq dawn l-inkjesti jew li jiġbor l-informazzjoni mfittxa.

      77/799/KEE

    2. L-għoti ta ’ informazzjoni jista ’ jkun irrifjutat meta dan jista ’ jwassal għall-iżvelar ta ’ xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta ’ xi proċess kummerċjali, jew ta ’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun kontra l-politika pubblika.

      2004/56/KE Art. 1 pt. 4(b)

    3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta trasmissjoni ta’ informazzjoni meta l-Istat Membru li jitlobha m’huwiex kapaċi, għal raġunijiet ta’ fatti jew liġi, li jipprovdi l-istess tip ta’ informazzjoni.

      2004/56/KE Art. 1 pt. 5

    Artikolu 9

    In-Notifika

    1. Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għanda, skond ir-regoli li jirregolaw in-notifika ta’ istrument simili fl-Istat Membru mitlub, tinnotifika d-destinatarju fuq kull instrument u deċiżjonijiet li jemanaw mill-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istat Membru li jressaq it-talba, u tikkonċerna l-applikazzjoni fit-territorju tiegħu ta’ leġislazzjoni fuq taxxi koperti minn din id-Direttiva.

    2. It-talb għal notifika għandhom jindikaw is-suġġett ta’ l-istrument jew deċiżjoni li għandhom jiġu notifikati u għandhom jispeċifikaw l-isem u indirizz tad-destinatarju, flimkien ma’ kull informazzjoni oħra li tista tiffaċilita l-identifikazzjoni tad-destinatarju.

    3. L-awtorità mitluba għandha tinforma l-awtorità li tressaq it-talba immedjatament fuq ir-risposta tagħha għat-talba għal notifika u għandha tinnotifikha, b’mod partikolari, bid-data tan-notifika tad-deċiżjoni jew strument lid-destinatarju.

    Artikolu 10

    Kontrolli simultanji

    1. Fejn is-sitwazzjoni tat-taxxa ta’ wieħed jew iktar persuni responsabbli għat-taxxa hija nteress komuni u komplementari, għal tnejn jew iktar Stati Membri, dawk l-Istati jistaw jaqblu biex iwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, bil-ħsieb li jiskambjaw l-informazzjoni hekk miksuba, kull fejn jidhru li huma iktar effettivi minn kontrolli li jitwettqu minn Stat Membru wieħed waħdu.

    2. L-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru għand ha tidentifika b’mod indipendenti l-persuni responsabbli għat-taxxa li għalihom hi għandha l-intenzjoni li tipproponi għal kontrolli simultanji. Għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti rispettivi fl-Istati Membri l-oħra ikkonċernati bil-każijiet li, filfhema tagħha, għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli simultanji. Għandha tagħti raġunijiet għall-għażla tagħha, sakemm huwa possibli, billi tipprovdi l-informazzjoni li ġabet għad-deċiżjoni tagħha. Għandha tispeċifika l-perjodu ta’ żmien li fih dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu.

    3. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċ ernat għandha tiddeċiedi jekk tixtieqx tieħu sehem fil-kontrolli simultanji. Mar-riċeviment tal-proposta għal kontroll simultanju, l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma l-ftehim tagħha jew tikkomunika r-rifjut raġunat lill-awtorità kontroparti tagħha.

    4. Kull awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċ ernati għandhom jaħtru rappreżentant bir-responsabbilità li jissorvelja u jikkordina l-operazzjoni tal-kontroll.

      77/799/KEE Art. 9

    Artikolu 11

    Konsultazzjonijiet

    1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta ’ din id-Direttiva, konsultazzjonijiet għandhom isiru, jekk meħtieġ fil-Kumitat, bejn:

    (a) l-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri iinteressati fuq talba tat-tnejn, għar-rigward ta ’ kwistjonijiet bilaterali ;

    (b) l-awtoritajiet komptenti ta ’ l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni, fuq talba ta ’ waħda mill-awtoritajiet tal-Kummissjoni, safejn il-materji involuti mhumiex biss ta ’ interess bilaterali.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw direttament ma ’ xulxin. L-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri jistgħu permezz ta ’ ftehim reċiproku jippermettu lill-awtoritajiet nominati minnhom li jikkomunikaw direttament ma ’ xulxin f ’ każijiet speċifiċi jew f ’ ċerti kategoriji ta ’ każijiet.

    3. Billi l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu arranġamenti fuq materji bilaterali koperti b ’ din id-Direttiva minbarra għar-rigward każijiet individwali, dawn għandhom kemm jista ’ jkun malajr jinfurmaw lill-Kummissjoni b ’ dan. Il-Kummissjoni għandha min-naħa tagħha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta ’ l-Istati Membri l-oħra.

      77/799/KEE Art. 10

    Artikolu 12

    Ġbir flimkien ta ’ l-esperjenzi

    L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jissorveljaw kontinwament il-proċedura ta ’ koperazzjoni li tinsab f ’ din id-Direttiva u għandhom jaqsmu flimkien l-esperjenza tagħhom, fil-qasam ta ’ trasferiment ta ’ prezzijiet ġewwa gruppi ta ’ impriżi, bil-għan li titjieb dik il-koperazzjoni u, meta jkun xieraq, jistabilixxu entita ta ’ regoli fl-oqsma in kwistjoni.

      77/799/KEE Art. 11 (adattat)

    Artikolu 13

    Applikabbilità ta ’ dispo ż izzjoni jiet ta ’ għajnuna aktar wiesgħa

      Din id-Direttiva   m ’ għandh iex t impedixx i l-osservanza ta ’ xi obbligazzjonijiet aktar wesgħin biex ikun hemm bdil ta ’ informazzjoni li tista ’ toħroġ minn atti legali oħrajn.

      77/799/KEE Art. 12 (adattat)

    Artikolu 14

      Kommunikazzjoni ta’ mi żuri nazzjonali  

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad- dispo ż izzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

     

    Artikol u 15

    Tħassir

    Id-Direttiva 77/799/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness I , Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta ’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta ’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mn iżżla fl-Anness I , Parti B .

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II .

     2003/93/KE u 2004/106/KE Art. 3(1) (adattat)

    Riferenzi magħmula għad-   Direttiva mħassra   :

    (a) relatati mat-taxxa dwar il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati bħala riferenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 [11] ;

    ( b) relatati mas-sisa, għandhom jiġu interpretati bħala riferenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 [12] .

     

    Artikolu 16

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea .

      77/799/KEE Art. 13

    Artikolu 17

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hi I ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    […]

    ANNESS I

    Parti A

    Direttiva mħassra flimkien ma l-lista ta ’ l-emendamenti suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 15)

    Direttiva 77/799/K EE ( ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15)||

    Att ta' Adeżjoni tal-1979, Anness I, Parti VI, punt 2 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 95)||

    Direttiva 79/1070/K EE ( ĠU L 331, 27.12.1979, p. 8)||

    Att ta' Adeżjoni tal-1985, Anness I, Parti V, punt 5 (ĠU L 302 , 15.11.1985, p. 167)||

    Direttiva 92/12/K EE ( ĠU L 76 , 23.3.1992, p. 1)|unikament f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 30 tiegħu|

    Att ta' adeżjoni 1994, Anness I, Parti XIII, Punt   B.1 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 276)||

    Att ta' Adeżjoni 2003, Anness II, Taqsima 9, punt 4 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 555)||

    Direttiva 2003/93/ K E ( ĠU L 264, 15.10.2003, p. 23)||

    Direttiva 2004/56/K E ( ĠU L 127, 29.4.2004, p. 70)||

    Direttiva 2004/106/K E ( ĠU L 359, 4.12.2004 p. 30)|biss f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 1 u l-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu tiegħu|

    Direttiva 2006/98/K E ( ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129)|biss f’dak li jikkonċerna ir-referen za fl-Artikolu 1 għad-Direttiva  77/799/KEE u l-Anness, punt (3) tiegħu|

    Parti B

    L ista tal-limiti ta ’ żmien għat-tras pożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 15)

    Direttiva|Limitu ta ’ żmien għat-traspożizzjoni|Data ta ’ applikazzjoni|

    77/799/ KE E|1 ta’ Jannar 1979|-|

    79/1070/ KE E|1 ta’ Jannar 1981|-|

    92/12/ KE E|1 ta’ Jannar 1993|-|

    2003/93/ KE|31 ta’ Diċembru 2003|-|

    2004/56/ KE|1 ta’ Jannar 2005|-|

    2004/106/ KE|30 ta’ Ġunju 2005|1 ta’ Lulju 2005|

    2006/98/ KE|1 ta’ Jannar 2007|-|

    ________________

    ANNESS II

    Tabella Ta ’ Korrelazzjoni

    Direttiva 77/799/K EE|Din id-Direttiva|

    Artikoli 1 sa 6|Artikoli 1 sa 6|

    Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċi ż|Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu , punt ( a)|

    Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu , it-tieni inċi ż|Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu, punt ( b)|

    Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu , it-tielet inċi ż|Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu , punt (ċ )|

    Artikolu 7(1), it-tieni paragrafu|Artikolu 7(1), it-tieni paragrafu|

    Artikolu 7 (2), (3) u (4)|Artikolu 7 (2), (3) u (4)|

    Artikolu 8|Artikolu 8|

    Artikolu 8 a|Artikolu 9|

    Artikolu 8b|Artikolu 10|

    Artikolu 9(1), l-ewwel inċi ż|Artikolu 11 (1), pu nt ( a)|

    Artikolu 9 (1), it-tieni inċi ż|Artikolu 11 (1), punt (b)|

    Artikolu 9 (2) u (3)|Artikolu 11 (2) u (3)|

    Artikoli 10 u 11|Artikoli 12 u 13|

    Artikolu 12 (1)|-|

    Artikolu 12 (2)|Artikolu 14|

    -|Artikolu 15|

    -|Artikolu 16|

    Artikolu 13|Artikolu 17|

    -|Anness I|

    -|Anness II|

    ________________

    [1] COM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta.

    [5] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [6] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [7] ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129).

    [8] Ara l -Anness I, Parti A.

    [9] ĠU C 35, 14.2.1975, p. 1.

    [10] ĠU L 73 , 19.3.1976, p. 18.

    [11] ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

    [12] ĠU L 359 , 4.12.2004, p. 1.

    Top