Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42015D0934

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/934 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-12 ta' Ġunju 2015 li taħtar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

ĠU L 151, 18.6.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/934/oj

18.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/24


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2015/934 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-12 ta' Ġunju 2015

li taħtar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u erba' Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2015. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE (1) żiedet l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għal ħdax, b'effett mis-7 ta' Ottubru 2015. Għalhekk jeħtieġ li jsiru ħatriet għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.

(2)

Is-Sur Michal BOBEK ġie nnominat għall-post ta' Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar kemm hu adatt is-Sur Michal BOBEK fil-qadi tad-dmirijiet ta' avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Michal BOBEK huwa b'dan maħtur Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.

Il-President

I. JUHANSONE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li żżid l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 92).


Top