Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X0929(01)

    Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fil-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-binja ġenerali tagħhom

    ĠU L 255, 29.9.2010, p. 1–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/107(2)/oj

    29.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/1


    It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fil-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-binja ġenerali tagħhom

    Li jinkorpora fih it-test validu kollu sa:

    Serje 03 ta’ emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 11 ta’ Awwissu 2010

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Ambitu

    2.

    Tifsiriet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Approvazzjoni

    5.

    Rekwiżiti

    6.

    Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

    7.

    Konformità tal-produzzjoni

    8.

    Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    9.

    Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

    10.

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    11.

    Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li j wettqu t-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

    12.

    (Riservat)

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Dokumentazzjoni tat-tip ta’ approvazzjoni tal-ECE

    Parti I –

    Mudell tad-Dokument ta’ informazzjoni

    Parti II –

    Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

    Anness 2 –

    Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

    Anness 3 –

    Rekwiżiti li jridu jintlaħqu mill-vetturi kollha:

    Appendiċi –

    Verifika tal-limitu tal-inklinazzjoni statika permezz ta’ kalkulazzjoni

    Anness 4 –

    Stampi ta’ spjegazzjoni

    Anness 5 –

    (Riservat)

    Anness 6 –

    Linji ta’ gwida biex jitkejlu l-forzi li jagħlqu l-bibien imħaddma mekkanikament

    Anness 7 –

    Rekwiżiti alternattivi għall-vetturi tal-Klassi A u B

    Anness 8 –

    Rekwiżiti għall-apparat tekniku li jiffaċilita l-aċċess għall-passiġġieri b’mobilità limitata

    Anness 9 –

    (Riservat)

    Anness 10 –

    Approvazzjoni tat-tip għal unitajiet tekniċi separati u approvazzjoni tat-tip għal vettura li fiha karozzerija li diġà tkun ġiet approvata bħala unità teknika separata

    Anness 11 –

    Mases u qisien

    Anness 12 –

    Preskrizzjonijiet addizzjonali dwar is-sigurtà għat-trolleybuses

    1.   AMBITU

    1.1.

    Dan ir-Regolament japplika għal kull vettura bi pjan wieħed, b’żewġ pjani, riġida jew artikolata fil-kategorija M2 jew M3. (1)

    1.2.

    Iżda, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għall-vetturi li ġejjin:

    1.2.1.

    Vetturi ddisinjati biex iġorru taħt siġurtà lin-nies, per eżempju priġunieri;

    1.2.2.

    Vetturi ddisinjati apposta għall-ġarr ta’ nies midruba jew morda (ambulanzi);

    1.2.3.

    Vetturi li jiġru fl-imħarbat.

    1.2.4.

    Vetturi ddisinjati apposta għall-ġarr tat-tfal tal-iskola.

    1.3.

    Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament japplikaw għall-vetturi li ġejjin biss sakemm ikunu kompatibbli mal-użu u l-funzjoni ppjanata għalihom:

    1.3.1.

    Vetturi ddisinjati biex jintużaw mill-pulizija, il-forzi tas-sigurtà u l-forzi armati;

    1.3.2.

    Vetturi li fihom sits ippjanati biss jintużaw biss meta l-vettura tkun wieqfa, iżda mhumiex iddisinjati biex iġorru aktar minn 8 persuni (eskluż ix-xufier) meta l-vettura tkun miexja. Eżempji ta’ dawn jinkludu libreriji ambulanti, knejjes ambulanti u taqsimiet tal-isptar ambulanti. Is-sits f’dawk il-vetturi li huma maħsuba biex jintużaw meta l-vettura tkun miexja għandhom jiġu identifikati sew lil min jużahom.

    1.4.

    Sakemm jiġu miżjuda dispożizzjonijiet xierqa, xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jimpedixxi Parti Kontraenti milli tispeċifika rekwiżiti għall-vetturi li se jiġu rreġistrati fit-territorju tagħha għar-rekwiżiti tal-immuntar u dawk tekniċi għal tagħmir akustiku u/jew viżiv tar-rotta u/jew tagħmir li juri d-destinazzjoni, sew jekk ikun imwaħħal fuq ġewwa jew fuq barra.

    2.   TIFSIRIET

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.

    “Vettura” tfisser vettura tal-kategorija M2 jew M3 fl-ambitu mfisser mill-paragrafu 1 hawn fuq.

    2.1.1.

    Għall-vetturi li jifilħu aktar minn 22 passiġġier flimkien max-xufier, hemm tliet klassijiet ta’ vetturi:

    2.1.1.1.

    “Klassi I”: vetturi magħmula bi spazji għall-passiġġieri bilwieqfa, biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jiċċaqalqu ta’ spiss.

    2.1.1.2.

    “Klassi II”: vetturi magħmula prinċipalment għall-ġarr ta’ passiġġieri bilqiegħda, u ddisinjati biex ikunu jistgħu jġorru wkoll passiġġieri bilwieqfa fil-passaġġ bejn is-sits u/ f’żona li ma tkunx akbar mill-ispazju okkupat minn żewġ sits doppji.

    2.1.1.3.

    “Klassi III”: vetturi magħmula esklussivament għall-ġarr ta’ passiġġieri bilqiegħda.

    2.1.1.4.

    Vettura tista’ titqies li taqa’ f’aktar minn Klassi waħda. F’dak il-każ tista’ tiġi approvata għal kull Klassi li tikkorrispondi għaliha.

    2.1.2.

    Għall-vetturi li jifilħu aktar minn 22 passiġġier flimkien max-xufier, hemm żewġ klassijiet ta’ vetturi:

    2.1.2.1.   “Klassi A”: vetturi ddisinjati biex iġorru passiġġieri bilwieqfa; vettura ta’ din il-klassi jkollha sits u għandu jkollha spazju għall-passiġġieri bilwieqfa.

    2.1.2.2.   “Klassi B”: vetturi li mhumiex iddisinjati biex iġorru passiġġieri bilwieqfa; vettura ta’ din il-klassi m’għandhiex spazju għall-passiġġieri bilwieqfa.

    2.1.3.

    “Vettura artikolata” tfisser vettura magħmula minn żewġ sezzjonijiet riġidi jew aktar li jingħaqdu ma’ xulxin; il-kabini tal-passiġġieri ta’ kull sezzjoni jinfdu ma’ xulxin sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jgħaddu minn waħda għall-oħra faċilment; is-sezzjonijiet riġidi huma magħquda flimkien b’mod permanenti sabiex ikunu jistgħu jinfirdu minn xulxin biss b’operazzjoni li tinvolvi l-użu ta’ faċilitajiet li normalment issib f’garaxx ta’ mekkanik;

    2.1.3.1.

    “Vettura artikolata b’żewġ pjani” tfisser vettura magħmula minn żewġ sezzjonijiet riġidi jew aktar li jingħaqdu ma’ xulxin; il-kabini tal-passiġġieri ta’ kull sezzjoni jinfdu ma’ xulxin fuq tal-inqas pjan wieħed sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jgħaddu minn waħda għall-oħra faċilment; is-sezzjonijiet riġidi huma magħquda flimkien b’mod permanenti sabiex ikunu jistgħu jinfirdu minn xulxin biss b’operazzjoni li tinvolvi l-użu ta’ faċilitajiet li normalment issib f’garaxx ta’ mekkanik;

    2.1.4.

    “Vettura bil-qiegħ baxx mal-art” hija vettura tal-klassi I, II jew A li mill-inqas 35 fil-mija tal-ispazju fiha li jkun disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (jew fis-sezzjoni ta’ quddiem tagħha fil-każ tal-vetturi artikolati, jew fil-pjan t’isfel fil-każ ta’ vetturi b’żewġ pjani) tifforma żona mingħajr tarġiet u tinkludi aċċess għal mill-anqas bieba ta’ servizz waħda.

    2.1.5.

    “Karozzerija” tfisser unità teknika separata li fiha t-tagħmir intern u estern speċjali speċjali tal-vettura.

    2.1.6.

    “Vettura b’żewġ pjani” tfisser vettura fejn l-ispazji pprovduti għall-passiġġieri jkunu rranġati, tal-inqas f’parti waħda, f’żewġ livelli fuq xulxin u fil-pjan ta’ fuq ma jiġux ipprovduti spazji għall-passiġġieri bilwieqfa.

    2.1.7.

    “Unità teknika separata” tfisser apparat maħsub biex ikun parti minn vettura, li tista’ tkun approvata għat-tip separatament iżda mhux b’konnessjoni ma’ tip speċifikat wieħed jew aktar ta’ vettura;

    2.1.8.

    “Trolleybus” tfisser vettura, misjuqa bl-elettriku permezz ta’ enerġija minn wajers ta’ kuntatt esterni sovraposti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, hija tinkludi wkoll dawk il-vetturi li għandhom mezz intern addizzjonali ta’ propulsjoni (vetturi b’żewġ modi) jew li għandhom mezz ta’ gwida esterna temporanja (trolleybuses iggwidati).

    2.1.9.

    “Vettura bla saqaf” (2) tfisser vettura bla saqaf fuq il-pjan kollu tagħha jew parti minnu. Fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani, dan għandu jkun il-pjan ta’ fuq. M’għandu jkun ipprovdut spazju għall-passiġġieri bilwieqfa fuq l-ebda pjan bla saqaf, indipendentement mill-klassi tal-vettura.

    2.2.

    “Definizzjoni tat-tip(i)”

    2.2.1.

    “Tip ta’ vettura” tfisser vetturi, li ma jvarjawx minn xulxin f’dawn l-aspetti essenzjali:

    (a)

    il-manifattur tal-karozzerija,

    (b)

    il-manifattur tax-xasi;

    (c)

    kunċett tal-vettura (> 22 passiġġier jew ≤ 22 passiġġier);

    (d)

    il-kunċett tal-karozzerija (bi pjan wieħed/tnejn, artikolata, art baxxa).

    (e)

    it-tip ta’ karozzerija jekk il-karozzerija tkun ġiet approvata bħala unità teknika separata;

    2.2.2.

    “Tip ta’ karozzerija” għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata tfisser kategorija ta’ karozzerija li ma tvarjax ħafna f’dawn l-aspetti li ġejjin:

    (a)

    il-manifattur tal-karozzerija,

    (b)

    kunċett tal-vettura (> 22 passiġġier jew ≤ 22 passiġġier);

    (c)

    il-kunċett tal-karozzerija (pjan wieħed/tnejn, artikolata, art baxxa).

    (d)

    il-massa tal-karozzerija tal-vettura mgħammra kollha, li jvarja b’10 fil-mija.

    (e)

    tipi speċifikati ta’ vetturi li fuqhom tista’ tiġi mmuntata t-tip ta’ karozzerija.

    2.3.

    “L-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ unità teknika separata” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura, jew ta’ tip ta’ karozzerija kif imfisser fil-paragrafu 2.2 fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni speċifikati f’dan ir-Regolament;

    2.4.

    “Sovrastruttura” tfisser il-parti tal-karozzerija li ssaħħaħ il-vettura f’każ li tinqaleb f’inċident;

    2.5.

    “Bieba ta’ servizz” tfisser bieba maħsuba biex tintuża mill-passiġġieri f’ċirkustanzi normali meta x-xufier ikun bilqiegħda:

    2.6.

    “Bieba doppja” tfisser bieba li tagħti lok għal żewġ, jew ekwivalenti għal żewġ, passaġġi ta’ aċċess;

    2.7.

    “Bieba tiġri” tfisser bieba li tista’ tinfetaħ jew tingħalaq biss billi ġġerriha fuq binarju wieħed jew aktar li jimxu f’linja dritta jew kważi linja dritta.

    2.8.

    “Bieba tal-emerġenza” tfisser bieba maħsuba biex tintuża mill-passiġġieri għall-ħruġ f’każijiet eċċezzjonali, u speċjalment f’emerġenza;

    2.9.

    “Tieqa tal-emerġenza” tfisser tieqa, mhux bilfors tal-ħġieġ, maħsuba biex tintuża bħala ħruġ mill-passiġġieri f’każ ta’ emerġenza biss.

    2.10.

    “Tieqa doppja jew f’ħafna partijiet” tfisser tieqa tal-emerġenza li, meta maqsuma f’żewġ partijiet jew aktar permezz ta’ linja/i (jew pjan(i)) vertikali immaġinarja/i, jidhru żewġ partijiet jew aktar rispettivament, li kull waħda minnhom tkun taqbel fil-qisien u l-aċċess mar-rekwiżiti applikabbli għal tieqa normali tal-emerġenza;

    2.11.

    “Fetħa tal-evakwazzjoni” tfisser fetħa fis-saqaf jew fl-art maħsuba biex tintuża bħala ħruġ tal-emerġenza mill-passiġġieri f’emerġenza biss;

    2.12.

    “Ħruġ tal-emerġenza” tfisser bieba tal-emerġenza, tieqa tal-emerġenza jew fetħa tal-evakwazzjoni.

    2.13.

    “Ħruġ” tfisser bieba ta’ servizz, taraġ li jinfed, nofs taraġ jew ħruġ tal-emerġenza;

    2.14.

    “Art jew pjan” tfisser dik il-parti tal-karozzerija li l-wiċċ ta’ fuq tagħha jiflaħ passiġġieri bilwieqfa, is-saqajn tal-passiġġieri bilqiegħda u x-xufier u kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ, u tista’ żżomm l-immuntar tas-sits;

    2.15.

    “Passaġġ bejn is-sits” tfisser l-ispazju li jipprovdi aċċess għall-passiġġieri minn xi sit jew fillieri ta’ sits jew kwalunkwe żona speċjali għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti għal kwalunkwe sit ieħor jew filliera ta’ sits jew kull żona speċjali għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti jew għal kwalunkwe passaġġ ta’ aċċess minn jew lejn xi bieba ta’ servizz jew taraġ li jinfed u kwalunkwe żona għall-passiġġieri bilwieqfa; din ma tinkludix:

    2.15.1.

    l-ispazju li jestendi 300 mm quddiem kull sit, ħlief fejn hemm sit iħares lejn il-ġenb li jkun fuq l-arkata tar-rota, f’liema każ dan il-qies jista’ jitnaqqas għal 225 mm (ara l-Anness 4, figura 25).

    2.15.2.

    l-ispazju fuq il-wiċċ ta’ kwalunkwe tarġa jew taraġ (ħlief fejn il-wiċċ ikun kontigwu ma’ dak ta’ passaġġ bejn is-sits jew passaġġ ta’ aċċess), jew

    2.15.3.

    kwalunkwe spazju li jista’ jagħti aċċess biss għal sit wieħed jew ringiela waħda ta’ sits jew par sits jew ringiela ta’ sits li jħarsu lejn xulxin f’forma ta’ salib.

    2.16.

    “Passaġġ ta’ aċċess” ifisser l-ispazju li jestendi ’l ġewwa fil-vettura mill-bieba ta’ servizz sal-iktar tarf ’il barra tat-tarġa ta’ fuq (it-tarf tal-passaġġ bejn is-sits), it-taraġ li jinfed jew in-nofs taraġ. Fejn ma jkunx hemm tarġa fil-bieba, l-ispazju li jrid jitqies bħala passaġġ ta’ aċċess aċċess għandu jkun dak imkejjel skont l-anness 3, paragrafu 7.7.1 sa distanza ta’ 300 mm mill-pożizzjoni minn fejn jibda l-wiċċ ta’ ġewwa tal-istrument tal-kejl għat-test.

    2.17.

    “Il-kabina tax-xufier” tfisser l-ispazju maħsub biex jintuża biss mix-xufier ħlief fil-każ ta’ emerġenza u li jkun fih is-sit tax-xufier, l-istering, il-kontrolli, l-istrumenti u l-apparat ieħor meħtieġ biex isuq jew iħaddem il-vettura.

    2.18.

    “Il-massa tal-vettura meta tkun qed taħdem” tfisser il-massa tal-vettura mhux mgħobbija bil-karozzerija, u fl-apparat tal-igganċjar fil-każ ta’ vettura tal-irmonk, li qed taħdem, jew il-massa tax-xasi bil-kabina jekk il-manifattur ma jwaħħalx il-karozzerija u/jew l-apparat tal-igganċjar (inkluż dak li jkessaħ, iż-żjut, 90 fil-mija fuel, 100 fil-mija likwidi oħra ħlief l-ilmijiet li jintużaw, l-għodda, l-istepni u x-xufier (75 kg), u għall-karozzi tal-linja u l-coaches, il-massa tal-membru tal-ekwipaġġ (75 kg) jekk hemm sit għall-ekwipaġġ fil-vettura.

    2.19.

    “Massa massima mgħobbija teknikament possibbli (M)” tfisser il-massa massima tal-vettura bbażata fuq il-kostruzzjoni u l-prestazzjoni tagħha, kif iddikjarat mill-manifattur. Il-massa massima mgħobbija teknikament possibbli tintuża biex tiġi determinata l-kategorija tal-vettura.

    2.20.

    “Passiġġier” tfisser persuna, barra x-xufier jew xi membru tal-ekwipaġġ;

    2.21.

    “Passiġġier b’mobilità limitata” tfisser il-passiġġieri kollha li jsibu diffikultà meta jużaw it-trasport pubbliku, bħall-persuni b’diżabilità (inklużi persuni li għandhom diżabbiltajiet tas-sensi u intelletwali, u dawk li jużaw is-siġġu tar-roti, nies li għandhom diżabbiltà f’saqajhom, nies ta’ statura żgħira, nies li jġorru bagalji tqal, nies anzjani, nisa tqal, nies bil-basktijiet tax-xiri, u nies bit-tfal (inklużi tfal bilqiegħda fil-pushchairs).

    2.22.

    “Utent ta’ siġġu tar-roti” tfisser persuna li minħabba infermità jew diżabilità tuża siġġu tar-roti biex tiċċaqlaq.

    2.23.

    “Membru tal-ekwipaġġ” tfisser persuna mqabbda taħdem bħala ko-xufier jew l-assistent possibbli tiegħu.

    2.24.

    “Kabina tal-passiġġieri” tfisser spazju maħsub biex jintuża mill-passiġġieri minbarra kwalunkwe spazju meħud minn apparat imwaħħal bħal bars, kċejjen żgħar, tojlits jew kabini tal-bagalji/affarijiet.

    2.25.

    “Bieba ta’ servizz li taħdem b’mod mekkaniku” tfisser bieba ta’ servizz li titħaddem kompletament b’enerġija li mhijiex enerġija muskolari u biex tinfetaħ jew tingħalaq, jekk ma taħdimx b’mod awtomatiku, tkun ikkontrollata mill-bogħod mix-xufier jew ximembru tal-ekwipaġġ.

    2.26.

    “Bieba ta’ servizz li taħdem b’mod awtomatiku” tfisser bieba ta’ servizz li taħdem b’mod mekkaniku li tista’ tinfetaħ (ħlief permezz ta’ kontrolli tal- emerġenza) biss wara li jagħfas xi buttuna l-passiġġier u wara li jattivahom ix-xufier, u li terġa’ tingħalaq awtomatikament.

    2.27.

    “apparat li jimpedixxi l-istartjar” ifisser apparat li ma jħallix lill-vettura tinstaq minn wieqfa meta bieba ma tkunx magħluqa għal kollox;

    2.28.

    “Bieba ta’ servizz imħaddma mix-xufier” tfisser bieba ta’ servizz li normalment tinfetaħ u tingħalaq mix-xufier.

    2.29.

    “Sit ta’ prijorità” tfisser sit bi spazju żejjed għal passiġġier b’mobilità limitata u li jkollu mmarkat fuqu hekk.

    2.30.

    “Mekkaniżmu biex tkun tista’ titla’ fuq il-vettura” tfisser mekkaniżmu li permezz tiegħu s-siġġu tar-roti jkun jista’ jitla’ fuq il-vettura, bħal lift, rampi, eċċ.

    2.31.

    “Sistema li tinkina” tfisser sistema li tbaxxi u tgħolli għal kollox jew parzjalment il-bodì tal-vettura skont il-pożizzjoni normali tal-ivvjaġġar.

    2.32.

    “Lift” tfisser apparat jew sistema bi pjattaforma li tista’ tiġi mgħollija u mniżżla biex tagħti lill-passiġġier aċċess bejn l-art tal-kabina tal-passiġġieri u t-triq jew it-tarf tal-bankina.

    2.33.

    “Rampa” tfisser mekkaniżmu li jgħaqqad l-ispazju bejn l-art tal-kabina tal-passiġġieri u t-triq jew it-tarf tal-bankina. Fil-pożizzjoni tagħha għall-użu, hija tinkludi kwalunkwe wiċċ li jista’ jiċċaqlaq bħala parti mit-tħaddim tar-rampa jew li jkun disponibbli biss meta r-rampa tkun fil-pożizzjoni miftuħa tagħha u li fuqha jkun ippjanat li jivvjaġġa siġġu tar-roti.

    2.34.

    “Rampa li tista’ tinġarr” tfisser rampa li tista’ tinqala’ minn mal-istruttura tal-vettura u kapaċi titħaddem minn xufier jew membru tal-ekwipaġġ.

    2.35.

    “Sit li jinqala’” tfisser sit li jista’ jinqala’ faċilment mill-vettura.

    2.36.

    “Quddiem” u “wara” tfisser quddiem jew wara tal-vettura skont id-direzzjoni normali tas-sewqan u t-termini; “il quddiem”, “fuq quddiem nett”, “lura” u “fuq wara nett” eċċ. għandhom jiġu interpretati f’dan ir-rigward.

    2.37.

    “Taraġ li jinfed” ifisser taraġ li jippermetti komunikazzjoni bejn il-pjan ta’ fuq u ta’ isfel.

    2.38.

    “Kabina separata” tfisser spazju fil-vettura li jista’ jittieħed minn passiġġieri jew ekwipaġġ meta l-vettura tkun qed tintuża u li jkun mifrud minn kwalunkwe spazju ieħor tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, ħlief fejn xi sezzjoni diviżorja tippermetti lill-passiġġieri jaraw fl-ispazju tal-passiġġieri ta’ ħdejhom, u li jkun magħqud miegħu permezz ta’ passaġġ bejn is-sits mingħajr bibien.

    2.39.

    “Nofs taraġ” huwa taraġ mill-pjan ta’ fuq li jieqaf f’bieba tal-emerġenza.

    2.40.

    “Dawl tal-bieba ta’ servizz” ifisser mezz ta’ dawl tal-vettura maħsub biex idawwal il-viċinanza esterna tal-bibien ta’ servizz u r-roti.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’:

    (a)

    tip ta’ vettura jew

    (b)

    tip ta’ unità teknika separata jew

    (c)

    tip ta’ vettura mgħammra b’tip ta’ karozzerija li tkun diġà approvata bħala unità teknika separata

    fir-rigward tal-karatteristiċi tal-binja tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur responsabbli jew mir-rappreżentant tiegħu rikonoxxut uffiċjalment.

    3.2.

    Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura magħmula billi jitwaħħal xasi mal-karozzerija tat-tip approvat, il-kelma manifattur tirreferi għal dak li jwaħħlu.

    3.3.

    Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni marbut mal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni jinsab fl-Anness 1 – Parti 1.

    3.3.1.   Appendiċi 1: għal ta’ tip ta’ vettura,

    3.3.2.   Appendiċi 2: għal ta’ tip ta’ karozzerija,

    3.3.3.   Appendiċi 3: għal tip ta’ vettura mgħammra b’karozzerija li tkun diġà approvata bħala unita teknika separata.

    3.4.

    Vettura(i) jew karozzerija(i) rappreżentattivi tat-tip għall-approvazzjoni għandha tiġi ppreżentata lis-Servizz Tekniku responsabbli biex iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.

    Jekk il-vettura jew il-karozzerija li titressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik il-vettura jew karozzerija.

    4.2.

    Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip ta’ vettura approvata. L-ewwel żewġ numri ta’ dan (fil-preżent 03, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-akbar emendi tekniċi importanti reċenti li saru fir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ta’ vettura jew karozzerija oħra fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 2.2.

    4.3.

    Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew karozzerija skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    4.4.

    Ma’ kull vettura jew karozzerija li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura jew karozzerija approvata taħt dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħal, f’post fejn jidher u faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

    4.4.1.

    ċirku madwar l-ittra “E”, segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

    4.4.2.

    in-numru ta’ dan ir-Regolament, flimkien mal-ittra “R”, daxx u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt f’paragrafu 4.4.1; u

    4.4.3.

    simbolu ieħor magħmul minn numri Rumani għall-Klassi(jiet) li fihom ġew approvati l-vettura jew il-karozzerija. Karozzerija li tkun approvata separatament għandu jkollha wkoll l-ittra S.

    4.5.

    Jekk il-vettura tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvata, taħt wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt f’paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn ikun imtenni; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli l-oħra tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt f’paragrafu 4.4.1.

    4.6.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara sew u ma titħassarx.

    4.7.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq it-tabella ta’ informazzjoni dwar il-vettura jew il-karozzerija mwaħħla mill-manifattur.

    4.8.

    L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

    5.   REKWIŻITI

    5.1.

    Il-vetturi kollha għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament. Il-karozzerija approvat separatament irid jikkonforma mal-Anness 10. L-approvazzjoni ta’ vettura li tinkorpora karozzerija approvata skont l-Anness 10 għandha titwettaq skont dak l-anness.

    5.2.

    Il-vetturi tal-Klassi I għandhom ikunu aċċessibbli għan-nies b’mobilità limitata, fosthom mill-anqas persuna waħda f’siġġu tar-roti, skont id-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness 8.

    5.3.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikollhom il-libertà li jagħżlu l-aktar soluzzjoni xierqa sabiex tinkiseb aċċessibbiltà aħjar fil-vetturi għajr dawk tal-Klassi I. Iżda, jekk vetturi għajr dawk tal-Klassi I ikunu mgħammra b’apparat għal persuni b’mobilità limitata u/jew utenti tas-siġġijiet tar-roti, dawk il-karatteristiċi jew apparat għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness 8.

    5.4.

    Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jżomm lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ Parti Kontraenti milli jispeċifikaw li ċerti tipi ta’ operazzjonijiet huma riservati għal vetturi attrezzati biex iġorru passiġġieri b’mobilità mnaqqsa skont l-Anness 8.

    5.5.

    Sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor, il-kejl kollu għandu jsir meta l-vettura tkun fil-massa tagħha meta tkun qed taħdem u tkun wieqfa fuq art lixxa u ċatta u fil-kundizzjoni normali lesta għas-sewqan. Jekk titwaħħal sistema li tinkina, għandha titwaħħal b’tali mod li l-vettura tkun għolja normali mill-art biex ikunu jistgħu jirkbu n-nies għall-vjaġġ. Fil-każ ta’ approvazzjoni tal-karozzerija bħala unità teknika separata, l-pożizzjoni tal-bodì relattiv mal-pjan orizzontali għandu jkun speċifikat mill-manifattur.

    5.6.

    Kull meta jkun hemm ħtieġa f’dan ir-Regolament għal xi wiċċ fil-vettura biex ikun mimdud jew f’angolu speċifiku meta l-vettura tilħaq il-massa tagħha meta tkun qed taħdem, fil-każ ta’ vettura b’sospensjoni mekkanika, il-wiċċ jista’ jaqbeż din in-niżla jew ikollu niżla meta l-vettura tilħaq il-massa tagħha meta tkun qed taħdem, dejjem jekk dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt meta l-vettura tkun fil-kundizzjoni mgħobbija dikjarata mill-manifattur. Jekk titwaħħal sistema li tinkina fuq il-vettura, m’għandhiex tkun qed taħdem.

    6.   MODIFIKAZZJONI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW KAROZZERIJA

    6.1.

    Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew karozzerija għandha tkun mgħarrfa lid-Dipartiment Amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Dak id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

    6.1.1.

    iqis li l-modifikazzjonijiet li saru x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv kbir u li, xorta waħda, il-vettura jew il-karozzerija xorta għadhom jikkonformaw mar-rekwiżiti; jew

    6.1.2.

    jeħtieġ rapport ta’ test ulterjuri mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli biex iwettaq it-testijiet.

    6.2.

    Sew jekk tkun konfermata jew miċħuda l-approvazzjoni, billi jkunu speċifikati t-tibdiliet, dawn għandhom jintbagħtu lill-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata f’paragrafu 4.3.

    6.3.

    L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil tali estensjoni u tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, appendiċi 2 għal dan ir-Regolament.

    7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

    7.1.

    Il-vetturi u l-karozzeriji approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu fabbrikati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 hawn fuq.

    7.2.

    L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

    8.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    8.1.

    L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta’ tip ta’ vettura jew karozzerija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5. hawn fuq.

    8.2.

    Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha tinforma minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, appendiċi 2 għal dan ir-Regolament.

    9.   IL-PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-fabbrikazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew karozzerija skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, parti 1 għal dan ir-Regolament.

    10.   DISPOŻIZZJONIJIET TA’ TRANŻIZZJONI

    10.1.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

    10.2.

    L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura approvata skont is-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    10.3.

    Mill-1 ta’ April 2008, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

    10.4.

    Mit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    10.5.

    Mid-data msemmija fil-paragrafu 10.3, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jagħtu aktar approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 36 jew ir-Regolament Nru 52.

    10.6.

    Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi.

    10.7.

    Sa minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi.

    10.8.

    Minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    10.9.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

    10.10.

    L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvata skont is-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    10.11.

    Sa mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tal-ECE biss jekk it-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

    10.12.

    Mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali u jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX JAGĦMLU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli biex jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom iridu jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

    12.   (Riservat)


    (1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2, kif emendat l-aħħar mill-Emend.4).

    (2)  L-użu ta’ dawn il-vetturi jista’ jkun suġġett għal regoli stabbiliti mill-Amministrazzjonijiet Nazzjonali.

    (3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnija u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’ Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojt) u 58 għat-Tuneżija. Numri suċċessivi għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.


    ANNESS 1

    DOKUMENTAZZJONI TAT-TIP TA’ APPROVAZZJONI TAL-ECE

    Parti 1

    Mudell tad-Dokument ta’ Informazzjoni

    Appendiċi 1

    MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

    skont ir-Regolament Nru 107 marbut mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fil-Kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

    L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi l-werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.

    Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar kif jaħdmu.

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.2.

    Tip:

    1.2.1.

    Xasi:

    1.2.2.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.3.

    Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b):

    1.3.1.

    Xasi:

    1.3.2.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.3.3.

    Fejn tinsab dik il-marka

    1.3.3.1.

    Xasi:

    1.3.3.2.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.4.

    Kategorija tal-vettura (c):

    1.5.

    Isem u indirizz tal-manifattur:

    1.6.

    L-indirizz(i) tal-fabbrika(i) fejn isir l-assemblaġġ:

    2.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

    2.1.

    Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

    2.2.

    Tpinġija dimensjonali tal-vettura kollha:

    2.3.

    Numru ta’ fusien u roti:

    2.3.1.

    Numru u pożizzjoni tal-fusien bir-roti doppji:

    2.3.2.

    Numru u pożizzjoni tal-fusien mal-istering:

    2.4.

    Xasi (jekk hemm) (tpinġija globali):

    2.5.

    Materjal użat għat-traversi tal-ġenb (d):

    2.6.

    Pożizzjoni u arranġament tal-magna:

    2.7.

    Kabina tas-sewqan (quddiem, jew normali) (z):

    2.8.

    Naħa tas-sewqan:

    2.8.1.

    Il-vettura hi mgħammra biex tinstaq fi traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug (1).

    2.9.

    Speċifika jekk il-vettura bil-mutur hix maħsuba biex tirmonka trejlers u jekk it-trejler hux semi-trejler, drawbar jew bil-fus fin-nofs.

    3.   MASES U QISIEN (e) (f’kg u mm) (fejn applikabbli, irreferi għat-tpinġija)

    3.1.

    Il-bażi(jiet) tar-roti (mgħobbija sal-ammont massimu tagħhom) (f):

    3.2.

    Firxa ta’ qisien tal-vettura (globali)

    3.2.1.

    Għal xasi bil-karozzerija

    3.2.1.1.

    Tul (j):

    3.2.1.2.

    Wisa’ (k):

    3.2.1.3.

    Għoli (meta qed jaħdem) (l) (għas-sospensjoni aġġustata għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali f’qagħda li jaħdem sew):

    3.2.1.4.

    Il-parti ta’ quddiem ħierġa 'l barra (m):

    3.2.1.5.

    Il-parti ta’ wara ħierġa 'l barra (n):

    3.3.

    Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura meta tkun qed iġġorr it-tagħbija massima teknikament permissibbli tagħha fid-direzzjonijiet wieqfa, mimduda u vertikali.

    3.4.

    Il-massa tal-vettura bil-karozzerija, u fil-każ ta’ vettura tal-irmonk f’kategorija oħra mhux M1, bl-apparat tal-igganċjar, jekk ikun imwaħħal mill-manifattur, f’qagħda li jaħdem, jew il-massa tax-xasi jew ix-xasi bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew l-apparat tal-igganċjar jekk il-manifattur ma jwaħħalx il-karozzerija u/jew l-apparat tal-igganċjar (inkluż likwidi, għodda, stepni u x-xufier, u, għall-karozzi tal-linja u l-coaches, membru tal-ekwipaġġ jekk hemm sit tal-ekwipaġġ fil-vettura) (o) (massimu u minimu għal kull varjant):

    3.4.1.

    Tqassim tal-massa fuq il-fusien u, fil-każ ta’ semi-trejler jew trejler bil-fus fin-nofs, il-massa fuq il-punt tal-mekkaniżmu li jgħaqqad il-partijiet (massima u minima għal kull wieħed li jkollu forom differenti):

    3.5.

    Massa massima tat-tagħbija teknikament permissibbli dikjarata mill-manifattur (y) (massima u minima għal kull wieħed li jkollu forom differenti):

    3.5.1.

    It-tqassim ta’ din il-massa fuq il-fusien (massima u minima għal kull wieħed li jkollu forom differenti):

    3.6.

    Tagħbija/massa teknikament permissibbli fuq kull fus:

    3.7.

    Massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-mekkaniżmu li jgħaqqad il-partijiet flimkien:

    3.7.1.

    tal-vettura bil-mutur:

    4.   KAROZZERIJA

    4.1.

    Tip ta’ karozzerija: bi pjan wieħed/b’żewġ pjani/artikolata/b’qiegħ baxx (1)

    4.2.

    Materjali użati u metodi ta’ kostruzzjoni:

    5.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-VETTURI UŻATI BIEX IĠORRU L-PASSIĠĠIERI LI FIHOM AKTAR MINN TMIEN SITS FLIMKIEN MAS-SIT TAX-XUFIER

    5.1.

    Klassi ta’ vetturi (Klassi I, Klassi II, Klassi III, Klassi A, Klassi B):

    5.2.

    Spazju għall-passiġġieri (m2):

    5.2.1.

    Total (So):

    5.2.2.

    Pjan ta’ fuq (Soa): (1)

    5.2.3.

    Pjan t’isfel (Sob): (1)

    5.2.4.

    Għall-passiġġieri bilwieqfa (S1):

    5.3.

    Numru ta’ passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa):

    5.3.1.

    Total (N): (2) (3)

    5.3.2.

    Pjan ta’ fuq (Na): (1) (2) (3)

    5.3.3.

    Pjan t’isfel (Nb): (1) (2) (3)

    5.4.

    Numru ta’ passiġġieri (bilqiegħda): (2)

    5.4.1.

    Total (A): (2) (3)

    5.4.2.

    Pjan ta’ fuq (Aa): (1) (2) (3)

    5.4.3.

    Pjan t’isfel (Ab): (1) (2) (3)

    5.5.

    Sit tal-ekwipaġġ: iva/le (1)

    5.6.

    Numru ta’ bibien ta’ servizz:

    5.7.

    Numru ta’ ħruġ tal-emerġenza (bibien, twieqi, fetħiet tal-evakwazzjoni, taraġ li jinfed u nofs taraġ):

    5.7.1.

    Totali:

    5.7.2.

    Pjan ta’ fuq: (1)

    5.7.3.

    Pjan t’isfel: (1)

    5.8.

    Il-volum tal-kabini tal-bagalji (m3):

    5.9.

    L-erja għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf (m2):

    5.10.

    Mekkaniżmi tekniċi li jiffaċilitaw l-aċċess għal fuq il-vetturi (eż. rampa, pjattaforma li tgħolli, sistema li tinkina) jekk ikunu mwaħħla:

    5.11.

    Is-saħħa tas-sovrastruttura:

    5.11.1.

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 66, jekk applikabbli:

    Noti ta’ spjegazzjoni:

    (1)

    Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn ma jkun jeħtieġ jitħassar xejn għax tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda).

    (2)

    Fil-każ ta’ vettura artikolata, speċifika n-numru ta’ sits f’kull sezzjoni riġida.

    (3)

    Jekk il-vettura hija mgħammra biex iġġorr siġġijiet tar-roti, indika hawnhekk in-numru massimu li jista’ jinġarr. Jekk il-kapaċità tal-passiġġieri tiddependi fuq in-numru ta’ siġġijiet tar-roti li jridu jinġarru, indika l-kombinazzjonijiet permissibbli ta’ passiġġieri bilqiegħda, bilwieqfa u fuq siġġu tar-roti.

    (b)

    Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, komponenti jew tipi ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: “?” (e.ż. ABC ? ?123 ? ?).

    (c)

    Kif imfisser fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3). (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2, kif emendat l-aħħar bl-Emend.4)

    (d)

    Jekk hu possibbli, l-isem li jingħata għandu jkun skont in-norma Ewropea, inkella agħti:

    (i)

    deskrizzjoni tal-materjali,

    (ii)

    punt ta’ elastiċità,

    (iii)

    limitu aħħari ta’ qsim,

    (iv)

    titwil (f’persentaġġ),

    (v)

    Ebusija Brinell.

    (e)

    Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, għandhom ikunu ddikjarati ż-żewġ settijiet ta’ mases u qisien.

    (f)

    ISO Standard 612 - 1978, term Nru 6.4.

    (j)

    Anness 11, paragrafu 2.2.1.

    (k)

    Anness 11, paragrafu 2.2.2.

    (l)

    Anness 11, paragrafu 2.2.3.

    (m)

    ISO Standard 612 - 1978, term Nru 6.6.

    (n)

    ISO Standard 612 - 1978, Term Nru 6.7.

    (o)

    Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija stmata għal 75 kg (sottodiviża fi 68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-fjuwil ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li fihom il-likwidu (ħlief dawk għall-ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

    (y)

    Għal trejler jew semi-trejler, li jagħfas tagħbija vertikali sinifikanti fuq il-mekkaniżmu li jgħaqqad il-partijiet jew il-ħames rota, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, hi inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.

    (z)

    Kontroll ’il quddiem tfisser konfigurazzjoni li fiha aktar minn nofs it-tul tal-magna qiegħed lura mill-aktar punt ’il quddiem tal-bażi tal-windskrin u l-hub tar-rota tal-istering fis-sezzjoni ta’ quddiem tat-tul tal-vettura.

    Appendiċi 2

    MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

    marbut mar-Regolament Nru 107 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ karozzerija għal vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

    L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi l-werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.

    Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar kif jaħdmu.

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.2.

    Tip:

    1.3.

    Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b):

    1.3.1.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.3.2.

    Fejn jinsab dak l-immarkar:

    1.3.3.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.4.

    Fil-każ ta’ komponenti u partijiet tekniċi separati, il-post u l-metodu ta’ kif titwaħħal il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-ECE.

    1.5.

    L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ:

    2.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

    2.1.

    Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

    2.2.

    Tpinġija dimensjonali tal-vettura kollha:

    2.3.

    Numru ta’ fusien u roti:

    2.4.

    Xasi (jekk hemm) (tpinġija globali):

    2.5.

    Materjal użat għat-traversi tal-ġenb (d):

    2.6.

    Pożizzjoni u arranġament tal-magna:

    2.7.

    Kabina tas-sewqan (kontroll ’il quddiem, jew bil-bonnit) (z):

    2.8.

    Naħa tas-sewqan:

    3.   MASES U QISIEN (e) (f’kg u mm) (fejn applikabbli, irreferi għat-tpinġija)

    3.1.

    Il-bażi(jiet) tar-roti (mgħobbija sal-ammont massimu tagħhom) (f):

    3.2.

    Firxa ta’ qisien tal-vettura (globali)

    3.2.1.

    Għall-karozzerija approvata mingħajr xasi:

    3.2.1.1.

    Tul (j):

    3.2.1.2.

    Wisa’ (k):

    3.2.1.3.

    Għoli (meta qed taħdem) (l) (għas-sospensjoni aġġustata għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ meta taħdem):

    4.   KAROZZERIJA

    4.1.

    Tip ta’ karozzerija: bi pjan wieħed/b’żewġ pjani/artikolata/b’qiegħ baxx (1)

    4.2.

    Materjali użati u metodi ta’ kostruzzjoni:

    5.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-VETTURI UŻATI BIEX IĠORRU L-PASSIĠĠIERI LI FIHOM AKTAR MINN TMIEN SITS FLIMKIEN MAS-SIT TAX-XUFIER

    5.1.

    Klassi tal-vettura (Klassi I, Klassi II, Klassi III, Klassi A, Klassi B):

    5.1.1.

    Tipi ta’ xasi fejn il-bodì tat-tip approvat jista’ jitwaħħal (manifattur(i) u tipi ta’ vettura(i)):

    5.2.

    Spazju għall-passiġġieri (m2):

    5.2.1.

    Total (So):

    5.2.1.1.

    Pjan ta’ fuq (Soa): (1)

    5.2.1.2.

    Pjan t’isfel (Sob): (1)

    5.2.2.

    Għall-passiġġieri bilwieqfa (S1):

    5.3.

    Numru ta’ passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa):

    5.3.1.

    Total (N): (2) (3)

    5.3.2.

    Pjan ta’ fuq (Na): (1) (2) (3)

    5.3.3.

    Pjan t’isfel (Nb): (1) (2) (3)

    5.4.

    Numru ta’ sits tal-passiġġieri: (2)

    5.4.1.

    Total (A): (2) (3)

    5.4.2.

    Pjan ta’ fuq (Aa): (1) (2) (3)

    5.4.3.

    Pjan t’isfel (Ab): (1) (2) (3)

    5.5.

    Numru ta’ bibien ta’ servizz:

    5.6.

    Numru ta’ ħruġ tal-emerġenza (bibien, twieqi, fetħiet tal-evakwazzjoni, taraġ li jinfed u nofs taraġ):

    5.6.1.

    Totali:

    5.6.2.

    Pjan ta’ fuq: (1)

    5.6.3.

    Pjan t’isfel: (1)

    5.7.

    Il-volum tal-kabini tal-bagalji (m3):

    5.8.

    Il-kobor tal-ispazju għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf (m2):

    5.9.

    Mekkaniżmi tekniċi li jiffaċilitaw l-aċċess għal fuq il-vetturi (eż. rampa, pjattaforma li tgħolli, sistema li tinkina) jekk ikunu mwaħħla:

    5.10.

    Is-saħħa tas-sovrastruttura:

    5.10.1.

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 66, jekk applikabbli:

    5.11.

    Il-punti ta’ dan ir-Regolament li jridu jintlaħqu u jintwerew għal din l-unità teknika separata:

    Noti ta’ spjegazzjoni: Ara l-Appendiċi 1

    Appendiċi 3

    MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

    skont Regolament Nru 107 marbut mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura M2 jew M3 fejn il-karozzerija tkun kisbet qabel l-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħha

    L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi l-werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.

    Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar kif jaħdmu.

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.2.

    Tip:

    1.2.1.

    Xasi:

    1.2.2.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.3.

    Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b):

    1.3.1.

    Xasi:

    1.3.2.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.3.3.

    Fejn tinsab il-marka:

    1.3.3.1.

    Xasi:

    1.3.3.2.

    Il-karozzerija/vettura sħiħa:

    1.4.

    Kategorija tal-vettura (c):

    1.5.

    Isem u indirizz tal-manifattur:

    1.6.

    L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ:

    2.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

    2.1.

    Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

    2.2.

    Tpinġija dimensjonali tal-vettura kollha:

    2.3.

    Numru ta’ fusien u roti:

    2.3.1.

    Numru u pożizzjoni tal-fusien bir-roti doppji.

    2.4.

    Xasi (jekk hemm) (tpinġija globali):

    2.5.

    Materjal użat għat-traversi tal-ġenb (d):

    2.6.

    Pożizzjoni u arranġament tal-magna:

    2.7.

    Naħa tas-sewqan:

    2.7.1.

    Il-vettura hi mgħammra biex tinstaq fi traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug (1).

    3.   IL-MASES U L-QISIEN (e) (f’kg u mm)

    (fejn applikabbli, irreferi għat-tpinġija)

    3.1.

    Il-bażi(jiet) tar-roti (mgħobbija sal-ammont massimu tagħhom) (f):

    3.2.

    Firxa ta’ qisien tal-vettura (globali)

    3.2.1.

    Għal xasi bil-karozzerija

    3.2.1.1.

    Tul (j):

    3.2.1.2.

    Wisa’ (k):

    3.2.1.2.1.

    Wisa’ massimu:

    3.2.1.3.

    Għoli (meta qed taħdem) (l) (għas-sospensjoni aġġustata għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ meta taħdem):

    3.3.

    Il-massa tal-vettura bil-karozzerija, u fil-każ ta’ vettura tal-irmonk f’kategorija oħra mhux M1, bl-apparat tal-igganċjar, jekk ikun imwaħħal mill-manifattur, f’qagħda li jaħdem, jew il-massa tax-xasi jew ix-xasi bil-kabina, mingħajr il-karozzerija u/jew l-apparat tal-igganċjar jekk il-manifattur ma jwaħħalx il-karozzerija u/jew l-apparat tal-igganċjar (inklużi likwidi, għodda, stepni u xufier, u għall-karozzi tal-linja u l-coaches, membru tal-ekwipaġġ jekk hemm sit tal-ekwipaġġ fil-vettura): (o) (massima u minima għal kull wieħed li jkollu forom differenti).

    3.3.1.

    Tqassim tal-massa fuq il-fusien u, fil-każ ta’ semi-trejler jew trejler bil-fus fin-nofs, il-massa fuq il-punt tal-mekkaniżmu li jgħaqqad il-partijiet (massima u minima għal kull wieħed li jkollu forom differenti):

    3.4.

    Massa massimu tat-tagħbija teknikament permissibbli dikjarata mill-manifattur (y) (massima u minima):

    3.4.1.

    Tqassim tal-massa fuq il-fusien u, fil-każ ta’ semi-trejler jew trejler bil-fus fin-nofs, it-tagħbija fuq il-punt tal-mekkaniżmu li jgħaqqad il-partijiet (massima u minima):

    3.5.

    Tagħbija/massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus:

    4.   IS-SAĦĦA TAS-SOVRASTRUTTURA:

    4.1.

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 66, jekk applikabbli:

    Noti ta’ spjegazzjoni: Ara l-Appendiċi 1

    Parti 2

    Appendiċi 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip Nru …

    li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ Regolament Nru 107.

    1.   Informazzjoni oħra

    1.1.

    Kategorija tal-vettura (M2, M3): (2)

    1.2.

    Kunċett tal-karozzerija (bi pjan wieħed/b’żewġ pjani, artikolata, bil-qiegħ baxx mal-art (2)

    1.3.

    Massa massima teknikament permissibbli (kg):

    1.4.

    Tul (globali): … mm

    1.5.

    Wisa’ (globali): … mm

    1.6.

    Għoli (globali): … mm

    1.7.

    Numru ta’ passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa):

    1.7.1.

    Total (N): (5)  (6)

    1.7.2.

    Pjan ta’ fuq (Na) (2)  (5)  (6)

    1.7.3.

    Pjan t’isfel (Nb) (2)  (5)  (6)

    1.7.4.

    Numru ta’ passiġġieri bilqiegħda:

    1.7.4.1.

    Total (A): (5)  (6)

    1.7.4.2.

    Pjan ta’ fuq (Aa) (2)  (5)  (6)

    1.7.4.3.

    Pjan t’isfel (Ab) (2)  (5)  (6)

    1.8.

    Il-volum tal-kabini tal-bagalji (m3):

    1.9.

    Il-kobor tal-ispazju għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf (m2):

    1.10.

    Mekkaniżmi tekniċi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-vetturi (rampa, pjattaforma li tgħolli, sistema li tinkina):

    1.11.

    Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ gravità tal-vettura mgħobbija fid-direzzjonijiet wieqfa, mimduda u vertikali:

    1.12.

    Saħħa tas-sovrastruttura

    numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk ikun meħtieġ:

    2.   Rimarki:

    Appendiċi 2

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip Nru …

    li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ Regolament Nru 107

    1.   Informazzjoni oħra

    1.1.

    Kategorija ta’ vettura fejn jista’ jiġi installat il-bodì (M2, M3): (2)

    1.2.

    Kunċett tal-karozzerija (bi pjan wieħed/b’żewġ pjani, artikolata, bil-qiegħ baxx mal-art): (2)

    1.3.

    Tip(i) ta’ xasi fejn jista’ jiġi installat il-bodì:

    1.4.

    Numru ta’ passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa):

    1.4.1.

    Total (N): (5) (6)

    1.4.2.

    Pjan ta’ fuq (Na): (2) (5) (6)

    1.4.3.

    Pjan t’isfel (Nb): (2) (5) (6)

    1.4.4.

    Numru ta’ passiġġieri bilqiegħda:

    1.4.4.1.

    Total (A): (5) (6)

    1.4.4.2.

    Pjan ta’ fuq (Aa): (2) (5) (6)

    1.4.4.3.

    Pjan t’isfel (Ab): (2) (5) (6)

    1.5.

    Il-volum tal-kabini tal-bagalji (m3):

    1.6.

    Il-kobor tal-ispazju għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf (m2):

    1.7.

    Mekkaniżmi tekniċi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-vetturi (rampa, pjattaforma li tgħolli, sistema li tinkina):

    1.8.

    Is-saħħa tas-sovrastruttura

    1.8.1.

    numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk ikun meħtieġ:

    2.   Rimarki:

    3.   Punti milħuqa u murija għal din il-unità teknika separata:

    Noti f’qiegħ il-paġna: ara Parti 2, Appendiċi 1.

    Appendiċi 3

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip Nru …

    li tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura tat-tip mgħammra b’karozzerija approvat diġà bħala unità teknika separata fir-rigward tar-Regolament Nru 107

    1.   Informazzjoni oħra

    1.1.

    Kategorija tal-vettura (M2, M3) (2):

    1.2.

    Massa massima teknikament permissibbli (kg):

    1.3.

    Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ gravità tal-vettura mgħobbija fid-direzzjonijiet wieqfa, mimduda u vertikali:

    1.4.

    Saħħa tas-sovrastruttura

    1.4.1.

    numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk ikun meħtieġ:

    2.   Rimarki:

    Noti f’qiegħ il-paġna: ara Parti 2, Appendiċi 1.


    (2)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

    (5)  Fil-każ ta’ vettura artikolata, speċifika n-numru ta’ sits f’kull sezzjoni riġida.

    (6)  Jekk il-vettura hija mgħammra biex iġġorr siġġijiet tar-roti, indika hawnhekk in-numru massimu li jista’ jinġarr. Jekk il-kapaċità tal-passiġġieri tiddependi fuq in-numru ta’ siġġijiet tar-roti li jridu jinġarru, indika l-kombinazzjonijiet permissibbli ta’ passiġġieri bilqiegħda, bilwieqfa u fuq siġġu tar-roti.


    ANNESS 2

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    MUDELL A

    (Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    MUDELL C

    (Ara l-paragrafu 4.4.3 ta’ dan ir-Regolament)

    Image


    (*)  Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.


    ANNESS 3

    REKWIŻITI LI JRIDU JINTLAĦQU MILL-VETTURI KOLLHA

    1.-6.   (riservati)

    7.   REKWIŻITI

    7.1   Ġenerali

    7.1.1.   Jekk il-kabina tax-xufier huwa bla saqaf, ix-xufier irid ikollu xi protezzjoni speċjali kontra riħ qawwi, trab għal għarrieda, xita qawwija, eċċ.

    7.2.   Mases u qisien

    7.2.1.   Il-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness 11.

    7.2.2.   Spazju disponibbli għall-passiġġieri.

    7.2.2.1.   L-erja totali tas-superfiċe S0 disponibbli għall-passiġġieri hi kkalkulata billi jitnaqqsu mill-ispazju totali tal-art tal-vettura:

    7.2.2.1.1.

    l-erja tal-kompartament tax-xufier;

    7.2.2.1.2.

    l-erja tat-tarġiet fil-bibien u l-ispazju ta’ xi tarġa oħra fonda inqas minn 300 mm u l-ispazju li tieħu l-bieba u l-mekkaniżmu tagħha meta jinfetħu;

    7.2.2.1.3.

    l-erja ta’ kwalunkwe parti li l-ispazju liberu vertikali fuqha jkun inqas minn 1 350 mm imkejjel mill-art mingħajr ma jitqies l-indħil permess speċifikat fil-paragrafi 7.7.8.6.3 u 7.7.8.6.4. Fil-każ ta’ vetturi fil-Klassi A jew B, dan il-qies jista’ jitnaqqas għal 1 200 mm;

    7.2.2.1.4.

    l-erja ta’ kwalunkwe parti tal-vettura li ma jistax ikollhom aċċess għaliha l-passiġġieri kif imfisser fil-paragrafu 7.9.4;

    7.2.2.1.5.

    l-erja ta’ kwalunkwe spazju riservat biss għall-ġarr tal-affarijiet jew tal-bagalji u li ma jistgħux jidħlu fih il-passiġġieri.

    7.2.2.1.6.

    l-erja meħtieġa sabiex tipprovdi żona libera ta’ ħidma fejn jiġi servut l-ikel;

    7.2.2.1.7.

    l-erja tal-art meħuda minn xi taraġ, nofs taraġ, taraġ li jinfed jew il-wiċċ ta’ xi tarġa.

    7.2.2.2.   L-erja tal-wiċċ S1 disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (fil-każ biss ta’ vetturi tal-Klassi A, I u II, li fihom huwa permess il-ġarr ta’ passiġġieri bilwieqfa) hija kkalkulata billi minn S0 jitnaqqas:

    7.2.2.2.1.

    l-erja tal-partijiet kollha tal-art li fihom l-inklinazzjoni taqbeż il-valuri massimi permissibbli kif determinati fil-paragrafu 7.7.6;

    7.2.2.2.2.

    l-erja tal-partijiet kollha li mhumiex aċċessibbli għal passiġġier bilwieqfa meta s-sits kollha jkunu okkupati, minbarra s-sits li jingħalqu;

    7.2.2.2.3.

    l-erja tal-partijiet kollha fejn l-għoli liberu ’l fuq mill-art huwa inqas mill-għoli tal-passaġġ bejn ir-ringieli tas-sits speċifikati fil-paragrafu 7.7.5.1 (l-imqabad m’għandhomx jitqiesu f’din il-konnessjoni);

    7.2.2.2.4.

    l-erja quddiem pjan vertikali trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-wiċċ tas-sit tax-xufier (fil-pożizzjoni l-aktar lura tiegħu).

    7.2.2.2.5.

    l-erja 300 mm quddiem is-sits kollha barra s-sits li jingħalqu, ħlief feil-każ ta’ sit iħares lejn il-ġenb, f’liema każ dan il-qies jista’ titnaqqas għal 225 mm. Fil-każ ta’ arranġamenti varjabbli tal-pożizzjoni bilqiegħda, ta’ kwalunkwe sit meta jitqies li qed jintuża, ara l-paragrafu 7.2.2.4.

    7.2.2.2.6.

    kwalunkwe wiċċ mhux eskluż mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 7.2.2.2.1 sa 7.2.2.2.5 hawn fuq, li fuqu ma jkunx possibbli tqiegħed rettanglu ta’ 400 mm × 300 mm;

    7.2.2.2.7.

    f’vetturi tal-Klassi II, l-ispazju fejn ma tistax toqgħod bilwieqfa.

    7.2.2.2.8.

    f’vetturi b’żewġ pjani, kwalunkwe żona tal-pjan ta’ fuq.

    7.2.2.2.9.

    il-wiċċ tal-ispazju(i) tas-siġġu tar-roti meta kkunsidrat okkupat minn persuna fuq siġġu tar-roti, ara l-paragrafu 7.2.2.4.

    7.2.2.2.10.

    il-wiċċ ta’ kwalunkwe spazju(i) għal siġġu tar-roti ddedikat(i) esklussivament għall-użu ta’ persuna fuq siġġu tar-roti.

    7.2.2.3.   Fuq il-vettura għandu jkun hemm numru (P) ta’ postijiet bilqiegħda, barra s-sits li jingħalqu, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.8. Jekk il-vettura hi fil-Klassi I, II jew A, in-numru ta’ postijiet bilqiegħda fuq kull pjan għandu jkun tal-inqas ugwali għan-numru ta’ metri kwadri ta’ art fuq dak il-pjan li jkunu disponibbli għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ (jekk ikun hemm), mogħti għall-eqreb numru sħiħ; dan in-numru jista’, f’vetturi tal-Klassi I, minbarra l-pjan ta’ fuq, jitnaqqas b’10 fil-mija.

    7.2.2.4.   Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’ammont ta’ sits varjabbli, l-ispazju disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (S1) u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.3.1 għandhom jiġu determinati għal kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin kif applikabbli;

    7.2.2.4.1.

    bis-sits kollha possibbli okkupati flimkien mal-ispazju residwu għall-passiġġieri bilwieqfa u, jekk ikun għad fadal spazju, kwalunkwe spazju għas-siġġijiet tar-roti okkupat;

    7.2.2.4.2.

    bl-ispazji bilwieqfa kollha possibbli okkupati flimkien mal-ispazju residwu għall-passiġġieri bilqiegħda u, jekk ikun għad fadal spazju, kwalunkwe spazju għas-siġġijiet tar-roti okkupat;

    7.2.2.4.3.

    bl-ispazji tas-siġġijiet tar-roti kollha possibbli okkupati flimkien mal-ispazju residwu għall-passiġġieri bilwieqfa u mbagħad is-sits li jifdal biex jintużaw ikunu okkupati.

    7.2.3.   L-immarkar tal-vetturi.

    7.2.3.1.   Għandu jiġi pprovdut spazju fiż-żona tax-xufier, f’pożizzjoni li x-xufier ikun jista’ jarah b’mod ċar mill-pożizzjoni tiegħu bilqiegħda, għall-marki previsti fil-paragrafu 3.3 tal-Annes II.

    7.2.3.1.1.

    in-numru massimu ta’ postijiet bilqiegħda li l-vettura tiflaħ iġġorr;

    7.2.3.1.2.

    in-numru massimu ta’ postijiet bilwieqfa, jekk ikun hemm, li l-vettura tkun iddisinjata biex iġġorr;

    7.2.3.1.3.

    in-numru massimu ta’ siġġijiet tar-roti li l-vettura tkun iddisinjata biex iġġorr, jekk ikun hemm.

    7.2.3.2.   (Riservat)

    7.2.3.3.   (Riservat)

    7.2.3.3.1.

    il-massa tal-bagalji li tista’ tinġarr meta l-vettura tkun mgħobbija bl-akbar numru ta’ passiġġieri u ekwipaġġ u l-vettura ma tkunx qed taqbeż il-massa massima teknikament permissibbli, jew il-massa permissibbli ta’ kull fus. Dan għandu jinkludi l-massa tal-bagalji:

    7.2.3.3.1.1.

    fil-kabini tal-bagalji (massa B, paragrafu 7.4.3.3.1 tal-Anness 11);

    7.2.3.3.1.2.

    fuq is-saqaf jekk ikun attrezzat biex iġorr il-bagalji (massa BX, paragrafu 7.4.3.3.1 tal-Anness 11).

    7.3.   Is-saħħa tas-sovrastruttura.

    7.3.1.   Il-vetturi kollha bi pjan wieħed tal-Klassi II u III għandu jkollhom sovrastrutturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament 66.

    7.4.   Test dwar l-Istabilità

    7.4.1.   L-istabilità tal-vettura għandha tkun tali li l-punt meta tinqaleb ma jinqabiżx kieku l-wiċċ li fuqu tkun il-vettura kellu jitmejjel lejn iż-żewġ naħat f’angolu ta’ 28 grad mill-orizzontali.

    7.4.2.   Għall-finijiet tat-test t’hawn fuq, il-vettura għandha tkun bil-massa tagħha meta tkun qed taħdem kif deskritt fil-paragrafu 2.18 ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’:

    7.4.2.1.

    Tagħbijiet daqs Q (kif definit fil-paragrafu 3.2.3.2.1 tal-Anness 11) għandhom jitpoġġew fuq kull sit tal-passiġġieri (tal-pjan ta’ fuq fil-każ biss ta’ vetturi b’żewġ pjani).

    Jekk vettura bi pjan wieħed tkun maħsuba għal persuni bilwieqfa jew b’membru tal-ekwipaġġ li ma jkunx bilqiegħda, iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbijiet Q jew 75 kg li jirrappreżentahom, għandu jkun imqassam b’mod uniformi fuq l-erja tal-persuni bilwieqfa jew tal-ekwipaġġ rispettivament, f’għoli ta’ 875 mm. Jekk vettura bi pjan doppju tkun maħsuba sabiex tintuża b’membru tal-ekwipaġġ li ma jkunx bilqiegħda, iċ-ċentru ta-gravità tal-massa ta’ 75 kg li tirrappreżenta lill-membru tal-ekwipaġ għandu jkun fil-passaġġ bejn is-sits tal-pjan ta’ fuq f’għoli ta’ 875 mm.

    Meta vettura tkun mgħammra biex iġġorr il-bagalji fuq is-saqaf, massa mqassama b’mod uniformi (BX) li ma tkunx anqas minn dik iddikjarata mill-manifattur skont il-paragrafu 3.2.3.2.1 tal-Anness 11, li jirrapreżenta tali bagalji, għandu jkun marbut mas-saqaf. Il-kabini l-oħra tal-bagalji m’għandu jkun fihom l-ebda bagalja.

    7.4.2.2.

    Jekk l-ammont ta’ postijiet bilqiegħda, l-ammont ta’ postijiet bilwieqfa fuq il-vettura jkun varjabbli, jew tkun iddisinjata biex iġġorr siġġu tar-roti wieħed jew aktar, fil-każ ta’ kull żona tal-kabina tal-passiġġieri fejn isiru varjazzjonijiet bħal dawn, it-tagħbijiet fil-paragrafu 7.4.2.1 għandhom ikunu l-ikbar waħda minn:

    (a)

    il-massa rappreżentata min-numru ta’ passiġġieri bilqiegħda li jistgħu jokkupaw iż-żona, inkluża il-massa ta’ kwalunkwe sit li jista’ jinqala’; jew

    (b)

    il-massa rappreżentata min-numru ta’ passiġġieri bilwieqfa li jistgħu jokkupaw l-ispazju; jew

    (c)

    il-massa tas-siġġijiet tar-roti u min jużahom li jistgħu jokkupaw l-ispazju f’massa totali ta’ 250 kg kull wieħed imqiegħed f’għoli ta’ 500 mm ’l fuq mill-art fiċ-ċentru ta’ kull spazju għas-siġġu tar-roti; jew

    (d)

    il-massa tal-passiġġieri bilqiegħda, il-passiġġieri bilwieqfa u min juża s-siġġijiet tar-roti u kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn li jistgħu jokkupaw l-ispazju.

    7.4.3.   L-għoli ta’ kwalunkwe tarġa li żżomm lir-rota tal-vettura milli tiżżerżaq la ġenba fuq rigg tat-test tal-inklinazzjoni m’għandux ikun akbar minn żewġ terzi tad-distanza bejn il-wiċċ li fuqu tkun qiegħda l-vettura qabel ma tiġi mmejla u dik il-parti tar-rimm ta’ dik ir-rota li tkun l-eqreb lejn il-wiċċ meta l-vettura tiġi mgħobbija skont il-paragrafu 7.4.2.

    7.4.4.   Waqt it-test, l-ebda parti mill-vettura li tkun ippjanata biex tiġi f’kuntatt bl-użu normali m’għandha tagħmel hekk, kif ukoll l-ebda parti m’għandha tiġrilha l-ħsara jew tibda taħdem ħażin.

    7.4.5.   Inkella, jista’ jintuża metodu ta’ kalkolazzjoni biex juri li l-vettura ma tinqalibx fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7.4.1 u 7.4.2. Dak il-kalkolu għandu jqis il-parametri li ġejjin:

    7.4.5.1.

    il-mases u l-qisien;

    7.4.5.2.

    l-għoli taċ-ċentru tal-gravità;

    7.4.5.3.

    ir-rati tal-molol;

    7.4.5.4.

    ir-rati vertikali u orizzontali tat-tajer;

    7.4.5.5.

    il-karatteristiċi tal-kontroll tal-pressjoni tal-arja fil-molol tal-arja;

    7.4.5.6.

    il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-forzi;

    7.4.5.7.

    ir-reżistenza għat-torsion tal-body.

    Il-metodu ta’ kalkulazzjoni huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

    7.5.   Ħarsien mir-riskji tan-nirien

    7.5.1.   Kabina tal-Magna

    7.5.1.1.   L-ebda materjal li jaqbad li jnaqqas il-ħsejjes jew materjal li x’aktarx jimtela bil-fuel, lubbrikant jew materjal ieħor li jaqbad m’għandu jintuża fil-kabina tal-magna sakemm il-materjal ma jkunx miksi b’għata impermeabbli.

    7.5.1.2.   Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet, jew billi l-kabina tal-magna jkun imqassam b’mod addattat jew billi jkun hemm ftuħ għad-drejn, sabiex ikun evitat, kemm jista’ jkun, li jakkumula fjuwil, żejt lubbrikanti jew xi materjal ieħor li jaqbad f’xi parti mill-kabina tal-magna.

    7.5.1.3.   Għandha titwaħħal diviżjoni ta’ materjal li jiflaħ għas-sħana bejn il-kabina tal-magna jew xi sors ieħor ta’ sħana (bħall-mekkaniżmu iddisinjat biex jassorbi l-enerġija li toħroġ meta l-vettura tkun nieżla niżla wieqfa, eż. ritardant, jew mekkaniżmu biex isaħħan l-intern tal-bodì minbarra, iżda, xi mekkaniżmu li jiffunzjona bl-ilma sħun li jiċċirkola) u l-bqija tal-vettura. L-immuntar kollu, il-klipps, il-gaskits, eċċ, użati flimkien mad-diviżjoni għandhom ikunu jifilħu għan-nar.

    7.5.1.4.   Fil-kabina tal-passiġġieri jista’ jiġi pprovdut apparat tat-tisħin li ma jaħdmix bl-ilma sħun jekk dan ikun imdawwar b’materjal iddisinjat biex jiflaħ għat-temperaturi iġġenerati mill-mekkaniżmu, ma jitfax dħaħen tossiċi u jkun imqiegħed b’tali mod li l-ebda passiġġier ma jkollu ċans li jmiss xi wiċċ jaħraq.

    7.5.1.5.   Fil-każ ta’ vetturi li jkollhom il-magna fuq wara tal-kabina tax-xufier, il-kabina trid tkun mgħammra b’sistema tal-allarm li tipprovdi lix-xufier sinjal kemm akustiku kif ukoll viżwali f’każ ta’ temperatura għolja ħafna fil-kabina tal-magna u f’kull kabina fejn ikun hemm ħiter li jaħdem b’kombustjoni.

    7.5.1.5.1.

    Is-sistema tal-allarm għandha tkun iddisinjata b’mod li tirrileva temperatura fil-kabina tal-magna, u f’kull kabina fejn ikun hemm ħiter li jaħdem b’kombustjoni, li taqbeż it-temperatura li jkun hemm f’ħidma normali.

    7.5.1.5.2.

    Paragrafu 7.5.1.5.1 jitqies bħala ssodisfat jekk iż-żoni li ġejjin tal-kabina tal-magna, u kull kabina fejn ikun hemm ħiter li jaħdem b’kombustjoni, ikunu ssorveljati għal temperatura eċċessiva:

    7.5.1.5.2.1.

    Żoni li fihom, f’każ ta’ tnixxija, fluwidi li jieħdu n-nar (likwidu jew gass) jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ komponenti esposti, eż. is-superċarġer jew is-sistema tal-egżost, fosthom komponenti mmuntati fuq il-magna, li t-temperatura operattiva tagħhom tkun daqs jew ogħla mit-temperatura tat-tqabbid tal-fluwidi li jieħdu n-nar (likwidu jew gass); u

    7.5.1.5.2.2.

    Żoni li fihom, f’każ ta’ tnixxija, fluwidi li jieħdu n-nar (likwidu jew gass) jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ komponenti protetti, eż. apparat indipendenti tat-tisħin, li t-temperatura operattiva tagħhom tkun daqs jew ogħla mit-temperatura tat-tqabbid tal-fluwidi li jieħdu n-nar (likwidu jew gass); u

    7.5.1.5.2.3.

    Żoni li fihom, f’każ ta’ tnixxija, fluwidi li jieħdu n-nar (likwidu jew gass) jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ komponenti, eż. l-alternatur, li t-temperatura tagħhom, f’każ ta’ ħsara, tista’ tkun daqs jew ogħla mit-temperatura tat-tqabbid tal-fluwidi li jieħdu n-nar (likwidu jew gass).

    7.5.1.5.3.

    Is-sistema tal-allarm għandha tkun operattiva kull meta jitħaddem l-apparat li jqabbad il-magna, sal-mument li jitħaddem l-apparat għat-tifi tal-magna, irrispettivament mill-attitudni tal-vettura.

    7.5.2.   Apparat elettriku u l-wajers

    7.5.2.1.   Il-kejbils kollha għandhom ikunu miksija sew u l-kejbils u l-apparat elettriku kollu għandu jkun jiflaħ il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-umdità li jiġu esposti għalihom. Fil-kabina tal-magna, għandha tingħata attenzjoni partikulari dwar kemm ikunu addattati biex jifilħu għat-temperatura ambjentali u l-effetti tal-kontaminanti kollha li jista’ jkun hemm.

    7.5.2.2.   L-ebda kejbil użat f’ċirkwit elettriku m’għandu jġorr kurrent li jaqbeż dak aċċettabbli għal kejbil ta’ dak it-tip fir-rigward ta’ kif jitwaħħal u t-temperatura ambjentali massima.

    7.5.2.3.   Kull ċirkwit elettriku li jforni xi kurrent lil oġġett tal-apparat barra l-istarter, iċ-ċirkwit li jixgħel il-magna (positive ignition), il-plaggs li jiddu, il-mekkaniżmu li jwaqqaf il-magna, iċ-ċirkwit li jiċċarġja u l-punt li fih il-batterija hi mqabbda mal-earth għandu jkun fih fjus jew salvavita. Iċ-ċirkwiti li jalimentaw tagħmir ieħor jistgħu, madankollu, ikunu protetti bi fjus komuni jew b’salvavita komuni, bil-kundizzjoni li l-kapaċità totali kklassifikata tagħhom ma taqbiżx il-kapaċità ta’ fjus jew ta’ salvavita. Fil-każ ta’ multiplexing, il-manifattur għandu jagħti l-informazzjoni teknika rilevanti kollha meta jiġi mitlub biex jagħmel dan mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    7.5.2.4.   Il-kejbils kollha għandhom ikunu protetti sew u għandhom jintrabtu f’pożizzjoni soda b’tali mod li ma jistax jiġrilhom ħsara billi jinqatgħu, jinbarxu jew jinstelħu.

    7.5.2.5.   Jekk il-vultaġġ jaqbeż 100 Volt RMS (root mean square) f’waħda jew aktar miċ-ċirkwiti elettriċi tal-vettura, swiċċ tal-iżolament li jaħdem b’mod manwali li kapaċi jiskonnettja dawk iċ-ċirkwiti kollha mill-fornitura elettrika prinċipali għandu jkun imqabbad f’kull arblu ta’ dik il-fornitura li ma tkunx imqabbda bid-dawl mal-earth, u għandha titqiegħed ġol-vettura f’post li jkun aċċessibbli malajr għax-xufier, dejjem jekk l-ebda swiċċ tal-iżolament ma jkun kapaċi jiskonnettja xi ċirkwit elettriku li jagħti d-dawl obbligatorju għall-fanali ta’ barra tal-vettura. Dan il-paragrafu ma japplikax għaċ-ċirkwiti li jixegħlu b’tensjoni għolja u lanqas għaċ-ċirkwiti li jinsabu f’parti ta’ apparat fil-vettura.

    7.5.2.6.   Il-kejbils elettriċi kollha għandhom jitqiegħdu b’tali mod li l-ebda parti ma tiġi f’kuntatt ma’ xi pajp tal-fjuwil jew xi parti mis-sistema tal-egżost, jew suġġetti għal sħana eċċessiva, sakemm ma jkunux miksija u protetti b’materjal speċjali addattat, bħal pereżempju fil-każ ta’ valv tal-egżost imħaddem bis-solenoid.

    7.5.3.   Il-batteriji

    7.5.3.1.   Il-batteriji kollha għandhom ikunu mwaħħla sewwa u aċċessibbli malajr.

    7.5.3.2.   Il-kabina tal-batterija għandha tkun separata mill-kabina tal-passiġġieri u l-kabina tax-xufier u vventilata għall-arja ta’ barra.

    7.5.3.3.   It-terminals tal-batterija għandhom ikunu protetti minn xi riskju ta’ short circuit.

    7.5.4.   Ċilindri għat-tifi tan-nar u apparat tal-ewwel għajnuna

    7.5.4.1.   Għandu jiġi pprovdut spazju sabiex jitwaħħal ċilindru wieħed jew aktar għat-tifi tan-nar, wieħed ikun qrib is-sit tax-xufier. Fil-vetturi tal-Klassi A jew B, l-ispazju m’għandux ikun inqas minn 8 dm3 u fil-Klassi I, II jew III mhux inqas minn 15 dm3. Fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani, għandu jiġi pprovdut spazju għal ċilindru tat-tifi tan-nar addizzjonali fil-pjan ta’ fuq.

    7.5.4.2.   Għandu jitħalla spazju biex jitwaħħal apparat tal-ewwel għajnuna wieħed jew aktar. L-ispazju pprovdut m’għandux ikun inqas minn 7 dm3, il-qies minimu m’għandux ikun inqas minn 80 mm.

    7.5.4.3.   Iċ-ċilindri għat-tifi tan-nar u t-tagħmir tal-ewwel għajnuna għandhom jitwaħħlu sew biex ma jinsterqux jew jiġu vandalizzati (eż. f’loker intern jew wara ħġieġ li jinkiser), bil-kundizzjoni li l-post ta’ dawn l-oġġetti jkun immarkat sew u jiġu pprovduti mezzi biex in-nies joħorġuhom malajr f’każ ta’ emerġenza.

    7.5.5.   Materjal

    L-ebda materjal fjammabbli m’għandu jitħalla f’limitu sa 100 mm mis-sistema tal-egżost, kwalunkwe tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli jew sorsi sinifikanti oħra tas-sħana sakemm dan il-materjal ma jkunx protett b’mod effettiv. Fejn hemm bżonn, għandu jiġi pprovdut kisi biex ma jħallix griż jew materjal ieħor li jieħu n-nar milli jiġi f’kuntatt mas-sistema tal-egżost jew sorsi oħra qawwija tas-sħana. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, materjal li jieħu n-nar hu meqjus bħala wieħed li mhux maħsub biex jiflaħ it-temperaturi li x’aktarx ikun hemm f’dak il-post.

    7.6.   Ħruġ

    7.6.1.   Numru ta’ punti ta’ ħruġ

    7.6.1.1.   In-numru minimu ta’ bibien f’vettura għandu jkun tnejn, jew żewġ bibien ta’ servizz jew bieba ta’ servizz u bieba tal-emerġenza. Kull vettura b’żewġ pjani għandu jkollha żewġ bibien fil-pjan t’isfel (ara wkoll il-paragrafu 7.6.2.2). L-inqas numru meħtieġ ta’ bibien ta’ servizz hu kif ġej:

    Numru ta’ passiġġieri

    Numru ta’ bibien ta’ servizz

    KLASSI I u A

    KLASSI II

    KLASSI III u B

    9 - 45

    1

    1

    1

    46 - 70

    2

    1

    1

    71 - 100

    3

    (2 fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani)

    2

    1

    > 100

    4

    3

    1

    7.6.1.2.   In-numru minimu ta’ bibien ta’ servizz f’kull sezzjoni riġida ta’ vettura artikolata għandu jkun wieħed ħlief li dan in-numru minimu għandu jkun tnejn fil-każ tas- sezzjoni ta’ quddiem ta’ vettura artikolata tal-Klassi I.

    7.6.1.3.   Għall-fini ta’ dan ir-rekwiżit, il-bibien ta’ servizz mgħammra b’sistema ta’ kontroll li taħdem b’mod mekkaniku m’għandhomx jitqiesu bħala bibien tal-emerġenza sakemm ma jkunux jistgħu jinfetħu mal-ewwel bl-idejn, ladarba jingħafas il-kontroll preskritt fil-paragrafu 7.6.5.1, jekk hemm bżonn.

    7.6.1.4.   L-inqas numru ta’ ħruġ tal-emerġenza għandu jkun tali li n-numru totali ta’ punti ta’ ħruġ f’kabina separata jkun kif ġej:

    Numru ta’ passiġġieri u ekwipaġġ li jistgħu joqogħdu f’kull kabina

    Numru minimu totali ta’ punti ta’ ħruġ

    1 - 8

    2

    9 - 16

    3

    17 - 30

    4

    31 - 45

    5

    46 - 60

    6

    61 - 75

    7

    76 - 90

    8

    91 - 110

    9

    111 - 130

    10

    > 130

    11

    In-numru ta’ punti ta’ ħruġ għal kull pjan separat (fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani) u għal kull kabina separata, irid jiġi stabbilit separatament. Il-kabini tat-tojlit jew il-kċina mhumiex meqjusa bħala kabini separati għall-finijiet li jkun magħruf in-numru ta’ punti ta’ ħruġ tal-emerġenza. Il-fetħiet tal-evakwazzjoni jistgħu jitqiesu biss bħala wieħed min-numru ta’ punti ta’ ħruġ tal-emerġenza msemmija hawn fuq.

    7.6.1.5.   Kull sezzjoni riġida ta’ vettura artikolata għandha tkun ittrattata bħala vettura separata għall-iskop li jiġi determinat in-numru minimu u l-pożizzjoni tal-ħruġ. Il-passaġġ li jinfed ta’ bejniethom m’għandux jitqies bħala ħruġ. Il-kabini tat-tojlit jew il-kċina mhumiex meqjusa bħala kabini separati għall-finijiet li jkun magħruf in-numru ta’ punti ta’ ħruġ tal-emerġenza. In-numru ta’ passiġġieri għandu jkun stabbilit għal kull sezzjoni riġida. Il-pjan, li jinkludi l-assi orizzontali tal-pern bejn is-sezzjonijiet riġidi mwaħħlin flimkien tal-vettura, u perpendikulari mal-assi lonġitudinali ta’ vettura, meta din timxi f’direzzjoni dritta, għandu jitqies bħala d-demarkazzjoni bejn is-sezzjonijiet.

    7.6.1.6.   Bieba ta’ servizz doppja għandha titqies bħala żewġ bibien u tieqa doppja jew multipla bħala żewġ twieqi tal-emerġenza.

    7.6.1.7.   Jekk il-kabina tax-xufier ma tagħtix aċċess għall-kabina tal-passiġġieri permezz ta’ passaġġ li jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.7.5.1.1, iridu jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    7.6.1.7.1.

    Il-kabina tax-xufier għandu jkollha żewġ punti ta’ ħruġ, li m’għandhomx ikunu fl-istess ħajt laterali; meta waħda mill-ħruġ tkun tieqa, hi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 7.6.3.1 u 7.6.8 għat-twieqi tal-emerġenza.

    7.6.1.7.2.

    Sit wieħed jew tnejn huma permessi ħdejn ix-xufier għal nies oħra, f’liema każ iż-żewġ punti ta’ ħruġ imsemmija fil-paragrafu 7.6.1.7.1 għandhom ikunu bibien.

    Il-bieba tax-xufier għandha tiġi aċċettata bħala l-bieba tal-emerġenza għall-okkupanti ta’ dawk is-sits, bil-kundizzjoni li jkun possibbli li wieħed imexxi strument tal-kejl għat-test mis-sits tal-okkupanti għall-estern tal-vettura minn ġol-bieba tax-xufier (ara l-Anness 4, figura 27).

    Il-verifika tal-aċċess għall-bieba tax-xufier għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.3.2, billi jintuża l-istrument tal-kejl għat-test b’qisien ta’ 600 × 400 mm, kif deskritt fil-paragrafu 7.7.3.3.

    Il-bieba pprovduta għall-passiġġieri għandha tkun fin-naħa tal-vettura opposta għal dik li fiha l-bieba tax-xufier u għandha tiġi aċċettata bħala l-bieba tal-emerġenza għax-xufier.

    Jistgħu jitwaħħlu sa ħames sits oħra f’kabina li tinkorpora l-kabina tax-xufier, bil-kundizzjoni li s-sits ż-żejda u l-ispazju għal dawn is-sits jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u mill-inqas bieba waħda li tagħti aċċess għall-kabina tal-passiġġieri tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.3 dwar il-bibien tal-emerġenza.

    7.6.1.7.3.

    Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 7.6.1.7.1 u 7.6.1.7.2, il-punti ta’ ħruġ ipprovduti għall-kabina tax-xufier m’għandhomx jitqiesu bħala waħda mill-bibien meħtieġa mill-paragrafi 7.6.1.1 sa 7.6.1.2, u lanqas bħala wieħed mill-punti ta’ ħruġ meħtieġa mill-paragrafu 7.6.1.4, ħlief fil-każ imsemmi fil-paragrafi 7.6.1.7.1. u 7.6.1.7.2. Paragrafi minn 7.6.3 sa 7.6.7, 7.7.1, 7.7.2 u 7.7.7 m’għandhomx japplikaw għal dak il-ħruġ.

    7.6.1.8.   Jekk il-kabina tax-xufier u s-sits ta’ ħdejha jkunu aċċessibbli mill-kabina prinċipali tal-passiġġieri permezz ta’ passaġġ li jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.7.5.1.1, ma jkun hemm bżonn l-ebda ħruġ estern mill-kabina tax-xufier.

    7.6.1.9.   Jekk tkun ipprovduta bieba għax-xufier jew ħruġ ieħor mill-kabina fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 7.6.1.8, dawn jistgħu jitqiesu bħala ħruġ għall-passiġġieri bil-kundizzjoni li:

    7.6.1.9.1.

    jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mal-qisien tal-bieba tal-emerġenza indikati fil-paragrafu 7.6.3.1;

    7.6.1.9.2.

    jissodisfaw ir-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 7.6.1.7.2;

    7.6.1.9.3.

    l-ispazju riservat għas-sit tax-xufier għandu jikkomunika mal-kabina prinċipali tal-passiġġieri permezz ta’ passaġġ xieraq; dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk l-istrument tal-kejl għat-test deskritt fil-paragrafu 7.7.5.1 ikun jista’ jitmexxa mingħajr xkiel mill-passaġġ bejn is-sits, sakemm it-tarf ta’ quddiem tal-istrument tal-kejl jilħaq il-pjan vertikali tanġenzjali mal-punt ta’ quddiem nett tad-dahar tas-sit tax-xufier (dan is-sit ikun fl-aktar pożizzjoni lonġitudinali lura tiegħu) u, minn dan il-pjan, il-panew deskritt fil-paragrafu 7.6.1.7.2 ikun jista’ jitmexxa sal-bieba tal-emerġenza fid-direzzjoni stabbilita minn dak il-paragrafu (ara l-Anness 4, figura 28) bis-sit u l-aġġustament tal-istering fil-pożizzjoni nofsana tagħhom.

    7.6.1.10.   Il-paragrafi 7.6.1.8 u 7.6.1.9 ma jeskludux li jkun hemm bieba jew xi xatba bejn is-sit tax-xufier u l-kabina tal-passiġġieri, dejjem jekk din ix-xatba tkun tista’ tinfetaħ malajr mix-xufier f’emerġenza. Il-bieba tax-xufier f’kabina protetta minn xatba bħal din m’għandhiex titqies bħala ħruġ għall-passiġġieri.

    7.6.1.11.   Għandhom jitwaħħlu fetħiet tal-evakwazzjoni, minbarra l-bibien u t-twieqi tal-emerġenza, fil-vetturi tal-Klassi II, III u B (fis-saqaf tal-pjan ta’ fuq fil-każ ta’ vetturi b’żewġ pjani). Dawn jistgħu jkunu mwaħħla wkoll fil-każ ta’ vetturi tal-Klassi I u A. In-numru minimu ta’ fetħiet għandu jkun:

    Numru ta’ passiġġieri

    (fil-pjan ta’ fuq fil-każ ta’ vetturi b’żewġ pjani)

    Numru ta’ fetħiet

    li ma jaqbeżx 50

    1

    li jaqbeż 50

    2

    7.6.1.12.   Kull taraġ li jinfed għandu jitqies bħala ħruġ mill-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjani.

    7.6.1.13.   Il-persuni kollha li jkunu fil-pjan t’isfel ta’ vettura b’żewġ pjani jridu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, ikollhom aċċess għal barra mill-vettura mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu fil-pjan ta’ fuq.

    7.6.1.14.   Il-passaġġ bejn is-sits fil-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjani għandu jkun mgħaqqad permezz ta’ taraġ wieħed jew aktar li jinfed mal-passaġġ ta’ aċċess ta’ bieba ta’ servizz jew mal-passaġġ bejn is-sits fil-pjan t’isfel sa distanza ta’ 3 m mill-bieba ta’ servizz;

    7.6.1.14.1.

    għandu jkun hemm żewġ turġien, jew tal-inqas taraġ u nofs, fil-vetturi tal-Klassi I u Klassi II jekk iridu jinġarru aktar minn 50 passiġġier fuq il-pjan ta’ fuq;

    7.6.1.14.2.

    Għandu jkun hemm żewġ turġien, jew tal-inqas taraġ u nofs, fil-vetturi tal-Klassi III jekk iridu jinġarru aktar minn 30 passiġġier fuq il-pjan ta’ fuq.

    7.6.1.15.   Fil-każ ta’ vettura bla saqaf, il-punti ta’ ħruġ fuq il-pjan bla saqaf għandhom ikunu tali li jissodisfaw dawk il-preskrizzjonijiet li ma jkunux inkompatibbli man-nuqqas tas-saqaf.

    7.6.2.   Fejn għandu jkun il-ħruġ

    Vetturi li jifilħu aktar minn 22 sit tal-passiġġieri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija hawn taħt. Vetturi li ma jifilħux aktar minn 22 passiġġier jistgħu jissodisfaw jew ir-rekwiżiti mogħtija hawn taħt jew dawk li jinsabu fl-Anness 7, paragrafu 1.2.

    7.6.2.1.   Il-bieba(bibien) ta’ servizz għandhom ikunu fil-ġenb tal-vettura li tkun l-eqreb lejn il-ġenb tat-triq li tikkorrispondi mad-direzzjoni tat-traffiku fil-pajjiż li fih il-vettura trid tkun liċenzjata biex topera u tal-inqas waħda minnhom għandha tkun fin-nofs ta’ quddiem tal-vettura. Dan ma jeskludix:

    7.6.2.1.1.

    il-provvediment ta’ bieba ddisinjata apposta fil-faċċati ta’ wara jew tal-ġenb ta’ vettura sabiex tintuża minflok bieba ta’ servizz minn passiġġieri fuq siġġu tar-roti, jew

    7.6.2.1.2.

    il-provvediment ta’ bieba ta’ ħruġ addizzjonali fil-faċċata ta’ wara ta’ vettura, l-aktar għat-tagħbija/ħatt ta’ oġġetti jew bagalji, iżda li tista’ tintuża mill-passiġġieri fejn iċ-ċirkustanzi jitolbu dan, jew

    7.6.2.1.3.

    il-provvediment ta’ bieba ta’ ħruġ addizzjonali waħda jew aktar fuq in-naħa opposta tal-vetturi fil-każ ta’ vetturi ddisinjati sabiex jintużaw f’ċirkustanzi li jeħtieġu tagħbija/ħatt fuq iż-żewġ naħat. Eżempji ta’ ċirkustanzi bħal dawn jinkludu vetturi għal airside use f’ajruporti, vetturi għall-użu fuq sistemi ta’ trasport multimodali li jużaw island platforms, jew vetturi li jaqsmu l-fruntieri għal pajjiżi li ma jsuqux fuq l-istess naħa tat-triq bħall-pajjiż li fih tkun liċenzjata biex topera l-vettura. Il-vetturi mgħammra b’dan il-mod iridu jkunu mgħammra b’kontroll(i) li jippermettu lix-xufier jimpedixxi l-operat normali tal-bibien li dak il-ħin ma jkunux qed jintużaw, jew

    7.6.2.1.4.

    il-provvediment ta’ bieba ta’ servizz fil-faċċata ta’ wara ta’ vettura tal-Klassi A jew B.

    7.6.2.2.   Tnejn mill-bibien imsemmija fil-paragrafu 7.6.1.1 għandhom ikunu separati b’mod li d-distanza bejn il-pjani vertikali trasversali li jgħaddu miċ-ċentri tal-erja tagħhom ma tkunx inqas minn:

    7.6.2.2.1.

    Fil-każ ta’ vettura bi pjan wieħed, 40 fil-mija tat-tul globali tal-kabina tal-passiġġieri mkejjel b’mod parallel mal-assi lonġitudinali tal-vettura.

    Fil-każ ta’ vettura artikolata, dan ir-rekwiżit għandu jkun ssodisfat jekk żewġ bibien tas-sezzjonijiet differenti jkunu separati b’mod li d-distanza bejn il-bibien ma tkunx inqas minn 40 fil-mija tat-tul globali tal-kabina kombinata tal-passiġġieri (is-sezzjonijiet kollha).

    Jekk waħda minn dawn iż-żewġ bibien tifforma parti minn bieba doppja, din id-distanza għandha titkejjel bejn iż-żewġ bibien li jkunu qegħdin l-iktar ’il bogħod minn xulxin.

    7.6.2.2.2.

    Fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani, tnejn mill-bibien imsemmija fil-paragrafu 7.6.1.1 għandhom ikunu mifruda b’tali mod li d-distanza bejn il-pjani trasversali vertikali li jgħaddu miċ-ċentri tal-erja tagħhom ma tkunx inqas minn 25 fil-mija tat-tul globali tal-vettura jew 40 fil-mija tat-tul globali tal-kabina tal-passiġġieri fuq il-pjan t'isfel; dan m’għandux japplika jekk iż-żewġ bibien ikunu qegħdin fuq naħat differenti tal-vettura. Jekk waħda minn dawn iż-żewġ bibien tifforma parti minn bieba doppja, din id-distanza għandha titkejjel bejn iż-żewġ bibien li jkunu qegħdin l-iktar ’il bogħod minn xulxin.

    7.6.2.3.   Il-ħruġ (fuq kull pjan fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani) għandu jkun pożizzjonat b’mod li l-ammont fuq kull naħa tal-vettura jkun sostanzjalment l-istess. (Dan m’għandux jimplika l-ħtieġa li jiġi pprovdut ħruġ addizzjonali aktar min-numru speċifikat fil-paragrafu 7.6.1). Kwalunkwe ħruġ iżjed min-numru minimu meħtieġ m’għandux għalfejn ikun sostanzjalment ibbilanċjat fuq kull naħa.

    7.6.2.4.   Tal-inqas ħruġ wieħed għandu jkun jew fil-faċċata ta’ wara jew fil-faċċata ta’ quddiem tal-vettura rispettivament. Għall-vetturi fil-Klassi I u għall-vetturi bil-parti ta’ wara magħluqa b’mod permanenti mill-kabina tal-passiġġieri, din id-dispożizzjoni tintlaħaq jekk tkun imwaħħla fetħa tal-evakwazzjoni. Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ pjani, dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-pjan ta’ fuq biss.

    7.6.2.5.   Il-ħruġ fuq l-istess ġenb tal-vettura għandu jkun spazjat b’mod addattat tul il-vettura.

    7.6.2.6.   Sakemm ma tkunx bieba tad-dħul u l-ħruġ, għandha tkun permessa bieba fil-faċċata ta’ wara tal-vettura.

    7.6.2.7.   Jekk ikunu mwaħħla fetħiet tal-evakwazzjoni, huma għandhom ikunu pożizzjonati kif ġej: jekk ikun hemm fetħa waħda biss, din għandha tkun pożizzjonata fit-terz tan-nofs tal-kabina tal-passiġġieri, jekk ikun hemm żewġ fetħiet, dawn għandhom ikunu mifruda b’distanza ta’ mill-anqas 2 m imkejla bejn l-eqreb truf tal-fetħiet f’linja parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura.

    7.6.3.   Qisien minimi tal-ħruġ

    7.6.3.1.   Il-vetturi tal-Klassi I, II jew III iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    7.6.3.1.1.

    Bieba ta’ servizz għandu jkollha fetħa li toħloq aċċess skont ir-rekwiżiti murija fil-paragrafu 7.7.1 ta’ dan l-anness.

    7.6.3.1.2.

    Bieba tal-emerġenza għandu jkollha fetħa tal-bieba b’għoli minimu ta’ 1 250 mm u wisa’ minimu ta’ 550 mm.

    7.6.3.1.3.

    Tieqa tal-emerġenza għandu jkollha erja minima ta’ 400 000 mm2. Għandu jkun possibbli li f’dan l-ispazju timmarka rettangolu b’kejl ta’ 500 mm × 700 mm.

    7.6.3.1.4.

    Fil-każ ta’ tieqa tal-emerġenza li tkun tinsab fil-faċċata ta’ wara tal-vettura, din għandha jew tissodisfa r-rekwiżiti murija fil-paragrafu 7.6.3.1.3, jew għandu jkun possibbli li fil-fetħa ta’ din it-tieqa tal-emerġenza timmarka rettangolu għoli 350 mm u wiesa’ 1 550 mm, li l-kantunieri tiegħu jistgħu jkunu ttondjati għal radju tal-kurvatura li ma jaqbiżx 250 mm.

    7.6.3.1.5.

    Fetħa tal-evakwazzjoni għandu jkollu fetħa b’erja minima ta’ 400 000 mm2. Għandu jkun possibbli li f’dan l-ispazju timmarka rettangolu b’kejl ta’ 500 mm × 700 mm.

    7.6.3.2.   Il-vetturi tal-Klassi A jew B jistgħu jissodisfaw jew ir-rekwiżiti murija fil-paragrafu 7.6.3.1 (Klassi A li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Klassi I u Klassi B li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Klassi II u III) jew ir-rekwiżiti li hemm fl-Anness 7, paragrafu 1.1.

    7.6.4.   Rekwiżiti tekniċi għall-bibien kollha ta’ ħruġ

    7.6.4.1.   Kull bieba ta’ servizz għandha tkun kapaċi tinfetaħ faċilment minn ġewwa u minn barra l-vettura meta l-vettura tkun wieqfa (iżda mhux bilfors meta l-vettura tkun miexja). Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux jitqies li jeskludi l-possibilità li ssakkar il-bieba minn barra, bil-kundizzjoni li l-bieba tkun tista’ tinfetaħ dejjem minn ġewwa.

    7.6.4.2.   Kull buttuna jew mekkaniżmu biex jiftaħ il-bieba minn barra għandhom ikunu bejn 1 000 mm u 1 500 mm mill-art u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Fil-vetturi tal- Klassi I, II u III kull kontroll jew mekkaniżmu biex jiftaħ il-bieba minn ġewwa għandu jkun bejn 1 000 mm u 1 500 mm mill-wiċċ ta’ fuq tal-art jew tarġa l-eqreb tal-kontroll u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Dan m’għandux japplika għall-buttuni li jkun hemm fiż-żona tax-xufier.

    7.6.4.3.   Kull bieba waħda ta’ servizz li titħaddem b’mod manwali li hi fuq iċ-ċappetti jew fuq il-pinnijiet għandha tkun magħmula hekk b’tali mod li jekk il-bieba taħbat ma’ oġġett wieqaf waqt il-vettura tkun miexja ’l quddiem hi jkollha tendenza li tingħalaq.

    7.6.4.4.   Jekk bieba ta’ servizz imħaddma manwalment ikollha fuqha sokkra biex tinstabat, din għandha tkun tat-tip f’żewġ stadji.

    7.6.4.5.   Fuq ġewwa tal-bieba ta’ servizz m’għandu jkun hemm l-ebda mekkaniżmu maħsub biex jgħatti t-tarġiet ta’ ġewwa meta l-bieba tkun magħluqa. Dan ma jeskludix il-preżenza fil-ħofra tat-tarġa, meta l-bieba tkun magħluqa, tal-apparat li jħaddem il-bieba u ta’ tagħmir ieħor imwaħħal man-naħa ta’ ġewwa tal-bieba li jifformax parti estensjoni tal-art li fuqha jistgħu joqogħdu bilwieqfa l-passiġġieri.

    7.6.4.6.   Jekk il-viżjoni diretta ma tkunx tajba biżżejjed, għandhom jitwaħħlu strumenti ottiċi jew oħrajn sabiex jgħinu lix-xufier biex jara mis-sit tiegħu jekk hemmx xi passiġġier immedjatament fuq in-naħa ta’ ġewwa u qrib in-naħa ta’ barra ta’ kull bieba ta’ servizz li ma tkunx bieba li tinfetaħ b’mod awtomatiku.

    Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ pjani tal-Klassi I, dan ir-rekwiżit japplika wkoll għan-naħa ta’ ġewwa tal-bibien kollha ta’ servizz u fil-viċinanza immedjata ta’ kull taraġ li jinfed fuq il-pjan ta’ fuq.

    Fil-każ ta’ bieba ta’ servizz fil-faċċata ta’ wara tal-vettura li ma taqbeżx 22 passiġġier, dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt jekk ix-xufier ikun jista’ jara xi persuna twila 1,3 m wieqfa 1 m wara l-vettura.

    Jistgħu jintużaw mirja tas-sewqan biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, bil-kundizzjoni li xorta jintlaħaq il-kamp ta’ viżjoni meħtieġ għas-sewqan.

    Fil-każ ta’ bibien pożizzjonati wara s-sezzjoni artikolata ta’ vettura artikolata, il-mirja m’għandhomx jitqiesu bħala strument ottiku suffiċjenti.

    7.6.4.7.   Kull bieba li tiftaħ ’il ġewwa fil-vettura kif ukoll il-mekkaniżmu tagħha għandhom ikunu mibnija b’tali mod li l-moviment tagħha ma jitħalliex iweġġa’ lill-passiġġieri meta tintuża b’mod normali. Fejn ikun hemm bżonn, għandhom jitwaħħlu mekkaniżmi xierqa ta’ protezzjoni.

    7.6.4.8.   Jekk ikun hemm bieba ta’ servizz ħdejn il-bieba ta’ tojlit jew kabina oħra interna, il-bieba ta’ servizz għandha tkun miżmuma milli taħdem b’mod aċċidentali. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika jekk il-bieba tissakkar awtomatikament meta l-vettura tkun miexja b’veloċità li taqbeż il-5 km/h.

    7.6.4.9.   Fil-każ ta’ vetturi li jifilħu aktar minn 22 passiġġier, il-bibien ta’ servizz li jkunu fil-faċċata ta’ wara tal-vettura, il-folji tagħhom m’għandhomx ikunu jistgħu jinfetħu aktar minn 115o u lanqas inqas minn 85o u, meta miftuħa, għandha tkun kapaċi tinżamm awtomatikament f’dik il-pożizzjoni. Din ma teskludix il-possibbiltà li taqbeż dik il-pożizzjoni wieqfa u tiftaħ il-bieba aktar minn dak l-angolu meta jkun sigur biex tagħmel hekk; per eżempju, biex tkun tista’ tirriversja kontra pjattaforma għolja biex tgħabbi jew biex tiftaħ il-bibien f’angolu ta’ 270o biex tkun tista’ tgħabbi sew il-parti ta’ wara tal-vettura.

    7.6.4.10.   Il-bieba ta’ servizz fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ ftuħ m’għandhiex ixxekkel l-użu, jew l-aċċess meħtieġ, għal kwalunkwe ħruġ obbligatorju.

    7.6.5.   Rekwiżiti tekniċi oħra għall-bibien li jaħdmu b’mod mekkaniku

    7.6.5.1.   Fil-każ ta’ emerġenza, kull bieba ta’ servizz li taħdem b’mod mekkaniku għandha tkun tali, li meta l-vettura tkun wieqfa jew miexja b’veloċità ta’ 5 km/h jew inqas, tkun tista’ tinfetaħ minn ġewwa u, meta ma tkunx imsakkra, minn barra b’kontrolli li, sew jekk il-provvista tal-enerġija tkun qiegħda taħdem kif ukoll jekk le:

    7.6.5.1.1.

    jaqbżu l-kontrolli l-oħra kollha tal-bibien;

    7.6.5.1.2.

    fil-każ ta’ kontrolli interni, ikunu pożizzjonati fuq, jew sa 300 mm mill-bieba, f’għoli (ħlief fil-każ ta’ kontrolli interni għall-bieba msemmija fl-Anness 8, paragrafu 3.9.1) ta’ mhux inqas minn 1 600 mm ’il fuq mill-ewwel tarġa;

    7.6.5.1.3.

    jistgħu jidhru malajr u jiġu identifikati b’mod ċar meta tersaq lejn il-bieba u meta tkun wieqaf quddiem il-bieba u, jekk miżjuda mal-kontrolli normali tal-ftuħ, ikunu mmarkati b’mod ċar biex jintużaw f’emerġenza;

    7.6.5.1.4.

    jistgħu jitħaddmu minn persuna waħda meta tkun wieqfa eżatt quddiem il-bieba;

    7.6.5.1.5.

    iġiegħlu lill-bieba tinfetaħ għal wisa’ li l-istrument tal-kejl definit fil-paragrafu 7.7.1.1 ikun jista’ jgħaddi fi żmien 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll, jew jippermettu li l-bieba tinfetaħ faċilment bl-idejn għal wisa’ li l-istrument tal-kejl definit fil-paragrafu 7.7.1.1 ikun jista’ jgħaddi fi żmien 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll;

    7.6.5.1.6.

    jistgħu jkunu protetti b’mekkaniżmu li jista’ jitneħħa malajr jew jitkisser sabiex wieħed jikseb aċċess għall-kontroll tal-emerġenza; it-tħaddim tal-kontroll tal-emerġenza, jew it-tneħħija ta’ għata protettiv fuq il-kontroll, għandhom ikunu indikati lix-xufier b’mod kemm akustiku kif ukoll viżwali; u

    7.6.5.1.7.

    fil-każ ta’ bieba mħaddma mix-xufier li ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ paragrafu 7.6.5.6.2, dawn għandhom ikunu tali li wara li jkunu ġew imħaddma sabiex tinfetaħ il-bieba u jerġgħu lura għall-pożizzjoni normali tagħhom, il-bieba ma terġax tingħalaq sakemm ix-xufier suċċessivament iħaddem kontroll tal-għeluq.

    7.6.5.1.8.

    Il-bibien m’għandhomx ikunu jistgħu jinfetħu jekk il-vettura timxi b’veloċità akbar minn 5 km/h.

    7.6.5.2.   Jista’ jiġi provdut mekkaniżmu li jitħaddem mix-xufier mis-sit tiegħu biex iwaqqaf il-kontrolli ta’ barra tal-emerġenza milli jaħdmu sabiex isakkar il-bibien ta’ servizz minn barra. F’dan il-każ, il-kontrolli ta’ barra tal-emerġenza għandhom jerġgħu jiġu attivati b’mod awtomatiku bl-istartjar tal-magna jew qabel ma l-vettura tilħaq veloċità ta’ 20km/h. Sussegwentement, id-diżattivazzjoni tal-kontrolli ta’ barra tal-emerġenza m’għandhiex isseħħ b’mod awtomatiku, iżda għandha teħtieġ azzjoni ulterjuri mix-xufier.

    7.6.5.3.   Kull bieba ta’ servizz imħaddma mix-xufier għandha tkun tista’ titħaddem mix-xufier meta jkun qiegħed fis-sit tiegħu billi juża kontrolli li, ħlief fil-każ ta’ pedala tas-saqajn, ikunu mmarkati ċar u b’mod distintiv.

    7.6.5.4.   Kull bieba ta’ servizz li taħdem b’mod mekkaniku għandha tattiva sinjal viżwali, li għandu jkun jidher b’mod ċar mis-sewwieq meta dan ikun qiegħed bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan u fi kwalunkwe kundizzjoni ta’ dawl ambjentali, biex javża li l-bieba ma tkunx magħluqa għal kollox. Dan il-mekkaniżmu li jimmonitorja b’mod awtomatiku għandu jindika kull meta l-istruttura riġida tal-bieba tkun bejn il-pożizzjoni miftuħa kollha u punt ta’ 30 mm mill-pożizzjoni magħluqa kollha. Mekkaniżmu wieħed li jimmonitorja b’mod awtomatiku jista’ jservi għal aktar minn bieba waħda. Iżda, l-ebda mekkaniżmu li jimmonitorja b’mod awtomatiku m’għandu jitwaħħal fil-każ ta’ bieba ta’ servizz fuq quddiem li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7.6.5.6.1.1 u 7.6.5.6.1.2.

    7.6.5.5.   Fejn ikunu pprovduti kontrolli għax-xufier biex jiftaħ u jagħlaq bieba ta’ servizz li taħdem b’mod mekkaniku, dawn għandhom ikunu tali li x-xufier ikun jista’ jdawwar il-moviment tal-bieb meta jrid waqt il-proċess tal-għeluq jew il-ftuħ.

    7.6.5.6.   Il-binja u s-sistema ta’ kontroll ta’ kull bieba li taħdem b’mod mekkaniku għandha tkun tali li passiġġier ma jkunx jista’ jweġġa’ mal-bieba jew jinqabad fil-bieba kif tkun qed tingħalaq.

    7.6.5.6.1.

    Dan ir-rekwiżit għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk jiġu sodisfatti dawn iż-żewġ rekwiżiti:

    7.6.5.6.1.1.

    L-ewwel ħtieġa hija li meta l-għeluq tal-bieba fi kwalunkwe punt ta’ kejl deskritt fl-Anness 6 isib reżistenza minn forza ta’ kklampjar li ma taqbiżx 150 N, il-bieba għandha terġa’ tinfetaħ awtomatikament sal-limitu kollu tagħha u, ħlief fil-każ ta’ bieba ta’ servizz li taħdem b’mod awtomatiku, tibqa’ miftuħa sakemm jitħaddmu l-kontroll tal-għeluq. Il-forza tal-ikklampjar tista tiġi mkejla bi kwalunkwe metodu li jissodisfa lill-Awtorità Kompetenti. Linji gwida jinsabu fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Is-saħħa massima tista’ tkun ogħla minn 150 N għal perjodu qasir dejjem jekk ma taqbeżx 300 N. Is-sistema ta’ ftuħ mill-ġdid tista’ tkun iċċekkjata permezz ta’ bar tat-test li jkollu sezzjoni għolja 60 mm, wisa’ 30 mm bil-kantunieri illimati għat-tond għal 5 mm.

    7.6.5.6.1.2.

    It-tieni rekwiżit hu li kull meta xi passiġġier jaqbad idejh jew subgħajh għax il-bibien jingħalqu fuqu:

    7.6.5.6.1.2.1.

    il-bieba terġa’ tinfetaħ awtomatikament kollha u, ħlief fil-każ ta’ bieba li taħdem awtomatikament, tibqa’ miftuħa sakemm tingħafas buttuna biex tagħlaqha, jew

    7.6.5.6.1.2.2.

    l-id jew is-swaba’ jistgħu jinġibdu mill-bibien mingħajr ma jkun hemm riskju li l-passiġġier iweġġa’. Dan ir-rekwiżit jista’ jiġi ċċekkjat bl-idejn, jew permezz tat-test bar imsemmi fil-paragrafu 7.6.5.6.1.1, ġej għal ponta fuq tul ta’ 300 mm minn ħxuna ta’ 30 mm għal ħxuna ta’ 5 mm. M’għandhiex tkun midluka bil-lostru jew biż-żejt. Jekk il-bieba taqbad il-bar, din għandha tkun tista’ titneħħa faċilment, jew

    7.6.5.6.1.2.3.

    il-bieba tibqa’ f’pożizzjoni li minnha tkun tista’ tgħaddi t-test bar li jkollha sezzjoni għolja 60 mm, wisa’ 20 mm, bil-kantunieri llimati għat-tond għal 5 mm. Din il-pożizzjoni m’għandhiex tkun aktar minn 30 mm ’il bogħod mill-pożizzjoni magħluqa kollha.

    7.6.5.6.2.

    Fil-każ ta’ bieba ta’ servizz fuq quddiem, ir-rekwiżit tal-paragrafu 7.6.5.6 għandu jitqies li ġie ssodisfat jekk il-bieba:

    7.6.5.6.2.1.

    tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.6.5.6.1.1 u 7.6.5.6.1.2, jew

    7.6.5.6.2.2.

    tkun mgħammra bi truf rotob; dawn m’għandhomx, iżda jkunu tant rotob li jekk il-bibien jingħalqu fuq it-test bar imsemmija fil-paragrafu 7.6.5.6.1.1 l-istruttura riġida tal-bibien tilħaq il-pożizzjoni magħluqa kollha.

    7.6.5.7.   Meta bieba li taħdem b’mod mekkaniku tingħalaq biss bl-applikazzjoni kontinwa tal-provvista tal-enerġija, għandu jkun hemm mekkaniżmu li javża b’mod viżwali lix-xufier dwar xi ħsara fil-provvista tal-enerġija għall-bibien.

    7.6.5.8.   Mekkaniżmu li jipprevjeni l-magna milli tistartja, għandu jkun effettiv biss f’veloċitajiet ta’ inqas minn 5 km/h u m’għandux ikun jista’ jaħdem ’il fuq minn dik il-veloċità.

    7.6.5.9.   Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra b’mekkaniżmu li jżommha milli tistartja, ix-xufier għandu jisma’ bħal ħoss qawwi li jwissih jekk il-vettura tinstaq minn wieqfa meta l-bieba li taħdem b’mod mekkaniku ma tkunx magħluqa kollha. Din il-ħoss għandu jiġi attivat f’veloċità li taqbeż l-5km/h għall-bibien li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.5.6.1.2.3.

    7.6.6.   Rekwiżiti tekniċi oħra għall-bibien li jaħdmu b’mod mekkaniku

    7.6.6.1.   Attivazzjoni tal-kontrolli tal-ftuħ.

    7.6.6.1.1.

    Ħlief kif ipprovdut fil-paragrafu 7.6.5.1, il-buttuni li jiftħu kull bieba li taħdem b’mod awtomatiku għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati u diżattivati biss mix-xufier minn postu.

    7.6.6.1.2.

    L-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tista’ tkun jew diretta, permezz ta’ swiċċ, jew indiretta, per eżempju billi tinfetaħ u tingħalaq il-bieba ta’ servizz ta’ quddiem.

    7.6.6.1.3.

    L-attivazzjoni mix-xufier, tal-kontrolli li jiftħu l-bieba, għandhom ikunu indikati fuq ġewwa u, fejn il-bieba trid tinfetaħ minn barra, anki fuq barra tal-vettura; l-indikatur (eż. buttuna li tixgħel, sinjal li jixgħel) għandu jkun fuq il-bieba jew ħdejn il-bieba li jkun marbut magħha.

    7.6.6.1.4.

    Fil-każ ta’ attivar dirett permezz ta’ swiċċ, l-istat funzjonali tas-sistema għandu jkun indikat sew lix-xufier, per eżempju permezz tal-pożizzjoni tas-swiċċ jew bozza li tteptep jew swiċċ mixgħul. Is-swiċċ għandu jkun immarkat b’mod speċjali u rranġat b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi mħawwad ma’ buttuni oħra.

    7.6.6.2.   Ftuħ tal-bibien ta’ servizz li jaħdmu b’mod awtomatiku.

    7.6.6.2.1.

    Wara li jiġu attivati l-kontrolli tal-ftuħ mix-xufier, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jiftħu l-bieba kif ġej:

    7.6.6.2.1.1.

    minn ġewwa, per eżempju billi jagħfsu buttuna jew jaqsmu xi raġġ ta’ dawl, u

    7.6.6.2.1.2.

    minn barra, ħlief fil-każ ta’ bieba maħsuba biss bħala ħruġ u mmarkata bħala tali, billi, per eżempju, jagħfsu buttuna mixgħula, buttuna taħt sinjal mixgħul, jew mekkaniżmu simili mmarkat bi struzzjoni addattata.

    7.6.6.2.2.

    L-għafis tal-buttuni msemmija f’paragrafu 7.6.6.2.1.1, u l-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni max-xufier imsemmija fil-paragrafu 7.7.9.1, jistgħu jagħtu sinjal li jkun maħżun u li, wara li jkunu attivati l-kontrolli tal-ftuħ mix-xufier, jiftaħ il-bieba.

    7.6.6.3.   Għeluq ta’ bibien ta’ servizz li jaħdmu b’mod awtomatiku.

    7.6.6.3.1.

    Meta bieba ta’ servizz li taħdem b’mod awtomatiku tinfetaħ din għandha terġa’ tingħalaq b’mod awtomatiku wara li jkun għadda ftit ħin. Jekk passiġġier jitla’ jew jinżel mill-vettura waqt dan l-intervall ta’ ħin, mekkaniżmu ta’ sikurezza (eż. xi kuntatt fl-art, raġġ tad-dawl, xatba naħa waħda) għandhom jiżguraw li l-ħin sakemm il-bieba tingħalaq ikun estiż biżżejjed.

    7.6.6.3.2.

    Jekk passiġġier jitla’ jew jinżel mill-vettura waqt li l-bieba tkun qed tingħalaq, il-proċess tal-għeluq għandu jkun interrott awtomatikament u l-bieba għandha terġa’ lura għall-pożizzjoni miftuħa. Biex titreġġa’ lura tista’ tkun attivata permezz ta’ wieħed mill-mekkaniżmi ta’ sikurezza msemmi fil-paragrafu 7.6.6.3.1 jew b’xi mekkaniżmu ieħor.

    7.6.6.3.3.

    Bieba li ngħalqet awtomatikament skont paragrafu 7.6.6.3.1 għandha tkun kapaċi terġa’ tinfetaħ minn passiġġier skont paragrafu 7.6.6.2; dan m’għandux japplika jekk ix-xufier ikun iddiżattiva l-kontrolli tal-ftuħ.

    7.6.6.3.4.

    Wara li x-xufier jiddiżattiva l-kontrolli tal-ftuħ tal-bibien ta’ servizz li jaħdmu b’mod awtomatiku, il-bibien miftuħa għandhom jingħalqu skont paragrafi 7.6.6.3.1 u 7.6.6.3.2.

    7.6.6.4.   Twaqqif tal-proċess tal-għeluq awtomatiku fuq bibien immarkati għal użu speċjali, eż. għal passiġġieri bi prems, passiġġieri b’mobilità limitata, eċċ.

    7.6.6.4.1.

    Ix-xufier għandu jkun kapaċi jwaqqaf il-proċess tal-għeluq awtomatiku billi jagħfas xi kontroll speċjali. Il-passiġġier ukoll għandu jkun kapaċi jżomm il-proċess tal-għeluq awtomatiku direttament billi jagħfas buttuna speċjali.

    7.6.6.4.2.

    It-twaqqif tal-proċess tal-għeluq awtomatiku għandu jkun indikat lix-xufier, eż. permezz ta’ mekkaniżmu viżiv li jimmonitorja b’mod awtomatiku.

    7.6.6.4.3.

    Biex jerġa’ jiġi għal li kien, il-proċess tal-għeluq awtomatiku għandu fi kwalunkwe każ ikun jista’ jsir mix-xufier.

    7.6.6.4.4.

    Paragrafu 7.6.6.3 għandu japplika għall-għeluq sussegwenti tal-bieba.

    7.6.7.   Rekwiżiti tekniċi għall-bibien tal-emerġenza

    7.6.7.1.   Il-bibien tal-emerġenza għandhom ikunu jistgħu jinfetħu faċilment minn ġewwa u minn barra meta l-vettura tkun wieqfa. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux jitqies li qed jeskludi l-possibbiltà li ssakkar il-bieba minn barra, dejjem jekk il-bieba tkun tista’ tinfetaħ dejjem minn ġewwa permezz tal-mekkaniżmu normali tal-ftuħ.

    7.6.7.2.   Il-bibien tal-emerġenza, waqt li jkunu qed jintużaw għal hekk, m’għandhomx ikunu tat-tip li jaħdmu b’mod mekkaniku sakemm, ladarba wieħed mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 7.6.5.1 ikun ġie attivat u reġa’ lura għall-pożizzjoni normali tiegħu, il-bibien ma jerġgħux jingħalqu sakemm ix-xufier suċċessivament iħaddem kontroll tal-għeluq. L-attivazzjoni ta’ wieħed mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 7.6.5.1 għandha ġġiegħel lill-bieba tinfetaħ għal wisa’ li l-istrument tal-kejl definit fil-paragrafu 7.7.2.1 ikun jista’ jgħaddi minnu sa mhux aktar minn 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll, jew tippermetti li l-bieba tkun tista’ tinfetaħ bl-idejn għal wisa’ li l-istrument tal-kejl ikun jista’ jgħaddi minnu sa mhux aktar minn 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll. Barra minn hekk, il-bibien tal-emerġenza m’għandhomx ikunu tat-tip li jiżżerżqu ħlief fil-każ ta’ vetturi li jkollhom kapaċità li ma taqbiżx it-22 passiġġier. Għal dawn il-vetturi, bieba li tiżżerżaq, li tkun intweriet li kapaċi tinfetaħ mingħajr l-użu ta’ għodda wara test tal-ħbit ma’ ostaklu fuq quddiem skont ir-Regolament Nru 33, tista’ tiġi aċċettata bħala bieba tal-emerġenza.

    7.6.7.3.   Kull kontroll jew apparat biex jiftaħ bieba tal-emerġenza (fil-pjan t’isfel fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani) minn barra għandu jkun bejn 1 000 mm u 1 500 mm mill-art u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Fil-vetturi tal-Klassi I, II u III kull buttuna jew mekkaniżmu biex jiftħu l-bieba minn ġewwa għandhom ikunu bejn 1 000 mm u 1 500 mm mill-wiċċ ta’ fuq tal-art jew it-tarġa l-aktar qrib tal-buttuna u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Dan m’għandux japplika għall-buttuni li jkun hemm fiż-żona tax-xufier.

    Inkella, il-kontroll imsemmi fil-paragrafu 7.6.7.2 għall-ftuħ ta’ bieba li taħdem b’mod mekkaniku, jista’ jitqiegħed skont il-paragrafu 7.6.5.1.2.

    7.6.7.4.   Il-bibien tal-emerġenza fuq iċ-ċappetti mwaħħla fuq il-ġenb tal-vettura għandhom ikunu mqiegħda fuq in-naħa ta’ quddiem u għandhom jinfetħu ’il barra. Ċineg ta’ kontroll, katini jew mekkaniżmi oħra li jirristrinġu għandhom jitħallew, dejjem jekk ma jżommux il-bieba milli tinfetaħ, u tibqa’ miftuħa sa angolu ta’ mill-inqas 100 grad. Jekk ikun ipprovdut mezz suffiċjenti biex wieħed jgħaddi bil-libertà mill-bieba tal-emerġenza skont il-kejl tal-aċċess, ir-rekwiżit tal-angolu minimu ta’ 100 grad m’għandux japplika.

    7.6.7.5.   Il-bibien tal-emerġenza għandhom ikunu miżmuma milli jinfetħu b’mod aċċidentali. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika jekk il-bieba tal-emerġenza tissakkar awtomatikament meta l-vettura tkun miexja b’veloċità li taqbeż il-5 km/h.

    7.6.7.6.   Il-bibien tal-emerġenza kollha għandu jkollhom strument akustiku biex iwissi lix-xufier li mhumiex magħluqa sew. Il-mekkaniżmu ta’ twissija għandu jaħdem bil-moviment tal-molla jew il-pum tal-bieba u mhux bil-moviment tal-bieba nnifisha.

    7.6.8.   Rekwiżiti tekniċi għat-twieqi tal-emerġenza.

    7.6.8.1.   Kull tieqa tal-emerġenza biċ-ċappetti jew li tinqala’ għandha tinfetaħ ’il barra. It-tipi li jinqalgħu m’għandhomx jinqalgħu għal kollox mill-vettura meta din tkun qed taħdem. It-tħaddim tat-twieqi li jinqalgħu ’l barra għandu jkun tali li jżomm b’mod effikaċji tieqa milli tinqala’ barra għal għarrieda.

    7.6.8.2.   Kull tieqa tal-emerġenza għandha:

    7.6.8.2.1.

    tkun kapaċi jew li titħaddem faċilment u minnufih minn ġewwa u minn barra l-vettura permezz ta’ mekkaniżmu meqjus bħala sodisfaċenti, jew

    7.6.8.2.2.

    tkun magħmula minn ħġieġ sikur li jista’ jinkiser faċilment. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar teskludi l-possibbiltà li jintużaw folji ta’ ħġieġ irqaq jew ta’ materjal tal-plastik. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ħdejn kull tieqa ta’ emerġenza, lest biex jintuża mill-persuni fil-vettura, biex jiżgura li kull tieqa tista’ titkisser. L-istrument sabiex jitkisser il-ħġieġ tat-twieqi tal-emerġenza fuq wara tal-vettura għandu jkun pożizzjonat b’mod ċentrali fuq jew taħt it-tieqa tal-emerġenza, jew, inkella, għandu jkun hemm strument maġenb kull tarf tat-tieqa.

    7.6.8.3.   Kull tieqa tal-emerġenza li tista’ tissakkar minn barra għandha tkun magħmula b’tali mod li tkun kapaċi tinfetaħ kull ħin minn ġol-vettura.

    7.6.8.4.   Jekk it-tieqa tal-emerġenza hi mit-tip mqiegħda fuq iċ-ċappetti orizzontalment fuq it-tarf ta’ fuq, għandu jkun ipprovdut mekkaniżmu addattat biex iżommha miftuħa kollha. Kull tieqa tal-emerġenza biċ-ċappetti għandha taħdem b’tali mod li ma tostakolax il-passaġġ liberu minn ġewwa u barra l-vettura.

    7.6.8.5.   L-għoli tat-tarf t’isfel ta’ tieqa tal-emerġenza mwaħħla fil-ġenb tal-vettura mil-livell ġenerali tal-art li hemm eżatt taħtha (minbarra xi varjazzjonijiet lokali bħall-housing tar-rota jew tat-trażmissjoni) m’għandux ikun iktar minn 1 200 mm jew inqas minn 650 mm fil-każ ta’ tieqa tal-emerġenza biċ-ċappetti, jew 500 mm fil-każ ta’ tieqa magħmula minn ħġieġ li jinkiser.

    Iżda, fil-każ ta’ tieqa tal-emerġenza fuq iċ-ċappetti, l-għoli tat-tarf t’isfel jista’ jitnaqqas għal minimu ta’ 500 mm dejjem jekk l-apertura tat-tieqa jkun fiha lqugħ sa 650 mm li jżomm lill-passiġġieri milli jaqgħu barra mill-vettura. Fejn l-apertura tat-tieqa jkun fiha lqugħ, id-daqs tal-apertura tat-tieqa ’l fuq mill-ilqugħ m’għandux ikun inqas mid-daqs minimu preskritt għal tieqa tal-emerġenza.

    7.6.8.6.   Kull tieqa tal-emerġenza mgħammra biċ-ċappetti li ma tkunx tidher ċara mis-sit tax-xufier għandha tkun fornuta b’apparat ta’ twissija akustika biex javża lix-xufier meta din ma tkunx kompletament magħluqa. Is-sokkra tat-tieqa, u mhux il-moviment tat-tieqa nnifisha, għandhom jattivaw il-mekkaniżmu.

    7.6.9.   Rekwiżiti tekniċi għall-fetħiet tal-evakwazzjoni.

    7.6.9.1.   Kull fetħa tal-evakwazzjoni għandha taħdem b’tali mod li ma tostakolax il-passaġġ liberu minn ġewwa u barra l-vettura.

    7.6.9.2.   Il-fetħiet tal-evakwazzjoni li jkunu fis-saqaf għandhom ikunu jinqalgħu, biċ-ċappetti jew magħmula minn ħġieġ sikur li jinkiser malajr. Il-fetħiet tal-evakwazzjoni fl-art għandhom ikunu jew fuq iċ-ċappetti jew jinqalgħu u għandu jkollhom mekkaniżmu ta’ allarm li jinstema’ meta ma tkunx magħluqa sew. Is-sokkra tal-fetħa tal-evakwazzjoni fl-art, u mhux il-moviment tal-apertura nnifisha, għandhom jattivaw dan il-mekkaniżmu. Il-fetħiet tal-evakwazzjoni fl-art għandhom ikunu protetti kontra tħaddim mhux ippjanat. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika jekk il-fetħa tal-evakwazzjoni fl-art tissakkar awtomatikament meta l-vettura tkun miexja b’veloċità li taqbeż il-5 km/h.

    7.6.9.3.   It-tipi li jinqalgħu ’l barra m’għandhomx jinqalgħu għal kollox mill-vettura meta tkun qed taħdem b’tali mod li l-fetħa ma tkunx ta’ perikolu għal ħaddieħor. It-tħaddim ta’ fetħiet tal-evakwazzjoni li jinqalgħu ’l barra għandu jkun b’tali mod li jżommhom milli jinfetħu għal għarrieda. L-aperturi li jinfetħu fl-art għandhom jinfetħu biss għal ġol-kabina tal-passiġġieri.

    7.6.9.4.   Il-fetħiet tal-evakwazzjoni li jkunu biċ-ċappetti għandhom jiddendlu mal-ġenb lejn in-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara tal-vettura u għandhom jinfetħu f’angolu ta’ mill-inqas 100 grad. Il-fetħiet tal-evakwazzjoni biċ-ċappetti li jkunu fl-art għandhom jinfetħu ’l ġewwa fil-kabina tal-passiġġieri.

    7.6.9.5.   Il-fetħiet tal-evakwazzjoni għandhom ikunu jistgħu jinfetħu jew jinqalgħu faċilment minn ġewwa u minn barra. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux jitqies li qed jeskludi l-possibbiltà li tissakkar il-fetħa tal-evakwazzjoni bil-għan li l-vettura tkun imsakkra meta ma jkun hemm ħadd fiha, dejjem jekk il-fetħa tal-evakwazzjoni tkun tista’ tinfetaħ jew tinqala’ minn ġewwa permezz tal-mekkaniżmu li jiftaħha normalment jew ineħħiha. Fil-każ ta’ apertura li tista’ tinkiser faċilment, għandu jkun hemm mekkaniżmu ħdejn l-apertura, li jkun aċċessibbli malajr għan-nies fil-vettura, biex ikun żgurat li l-apertura tista’ tinkiser.

    7.6.10.   Rekwiżiti tekniċi għal tarġiet li jidħlu ’l ġewwa

    It-tarġiet li jidħlu ’l ġewwa, jekk ikunu mwaħħlin, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    7.6.10.1.

    it-tħaddim tat-tarġiet li jidħlu ’l ġewwa jista’ jkun sinkronizzat ma’ dak korrispondenti tal-bieba ta’ servizz jew tal-emerġenza;

    7.6.10.2.

    meta l-bieba tkun magħluqa, l-ebda parti mit-tarġiet li jidħlu ’l ġewwa m’għandha toħroġ ’il barra aktar minn 10 mm lil hemm mil-linja ta’ ħdejhom tal-karozzerija;

    7.6.10.3.

    meta l-bieba tkun miftuħa u t-tarġiet li jingħalqu jkunu fil-pożizzjoni estiża, id-daqs tal-wiċċ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.7 ta’ dan l-anness;

    7.6.10.4.

    fil-każ ta’ tarġiet li jaħdmu b’mod mekkaniku, il-vettura m’għandhiex tkun possibbli timxi mill-pożizzjoni wieqfa tagħha, weħidha, meta t-tarġiet ikunu fil-pożizzjoni estiża. Fil-każ ta’ tarġiet li trid tiftaħhom b’mod manwali, ħoss li jinstema’ għandu jwissi lix-xufier meta t-tarġiet ma jkunux magħluqin għal kollox.

    7.6.10.5.

    tarġiet li jaħdmu b’mod mekkaniku m’għandhomx ikunu jistgħu jinfetħu ’l barra meta l-vettura tkun miexja. Jekk il-mekkaniżmu li jħaddem it-tarġiet ma jaħdimx, it-tarġiet għandhom jingħalqu ’l ġewwa u jibqgħu f’dik il-pożizzjoni. Iżda, it-tħaddim tal-bieba korrispondenti m’għandux jinżamm f’każ li dawk it-tarġiet ma jaħdmux jew jiġrilhom il-ħsara jew ikunu ostakolati.

    7.6.10.6.

    meta passiġġier ikun wieqaf fuq tarġiet li jingħalqu ’l ġewwa, il-bieba korrispondenti m’għandhiex tkun tista’ tingħalaq. Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit għandha tiġi ċċekkjata billi titqiegħed massa ta’ 15-il kg, li tirrappreżenta tifel jew tifla żgħira, fin-nofs tat-tarġa. Dan ir-rekwiżit m’għandu japplika għall-ebda bieba li x-xufier jista’ jaraha minn postu.

    7.6.10.7.

    (Riservat)

    7.6.10.8.

    il-kantunieri tat-tarġiet li jingħalqu li jħarsu ’l quddiem jew lura għandhom ikunu ttondjati għal radju ta’ mhux inqas minn 5 mm; it-truf għandhom ikunu ttondjati għal radju ta’ mhux inqas minn 2,5 mm;

    7.6.10.9.

    meta l-bieba tal-passiġġieri tkun miftuħa, it-tarġiet li jingħalqu għandhom jinfetħu sew fil-pożizzjoni estiża. Meta massa ta’ 136 kg tkun imqiegħda fiċ-ċentru ta’ tarġa waħda jew massa ta’ 272 kg tkun imqiegħda fiċ-ċentru ta’ tarġa doppja, id-diflessjoni fi kwalunkwe punt tat-tarġa, imkejla meta mqabbla mal-korp tal-vettura, m’għandhiex taqbeż 10 mm.

    7.6.11.   Sinjali

    7.6.11.1.   Kull ħruġ tal-emerġenza u kwalunkwe ħruġ ieħor li jissodisfa l-preskrizzjonijiet għal ħruġ tal-emerġenza għandu jkun immarkat, fuq ġewwa u fuq barra tal-vettura, b’kitba li taqra “Ħruġ tal-Emerġenza” u supplimentat, fejn ikun xieraq, b’wieħed mill-piktogrammi deskritti fl-istandard ISO 7010:2003.

    7.6.11.2.   Il-kontrolli tal-emerġenza tal-bibien ta’ servizz u tal-ħruġ kollu tal-emerġenza għandhom ikun immarkati hekk ġol-vettura u fuq barra tal-vettura permezz ta’ simbolu rappreżentattiv jew permezz ta’ skrittura miktuba sew.

    7.6.11.3.   Istruzzjonijiet ċari li jikkonċernaw il-metodu tat-tħaddim għandhom jitqiegħdu fuq jew qrib kull kontroll tal-emerġenza ta’ ħruġ.

    7.6.11.4.   Il-lingwa li biha jridu jkunu miktuba s-sinjali kollha li fihom il-kliem maħsuba biex jikkonformaw mal-paragrafi 7.6.11.1 sa 7.6.11.3 għandha tkun determinata mill-awtorità li tapprovahom billi jitqies il-pajjiż/i li fihom l-applikant ikun beħsiebu jbigħ il-vettura flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż/i konċernati jekk ikun hemm bżonn. Jekk l-awtorità tal-pajjiż/i fejn trid tkun reġistrata l-vettura tibdel il-lingwa, din il-bidla m’għandhiex timplika li jkun hemm proċess ġdid tal-approvazzjoni tat-tip.

    7.6.12.   Dawl tal-bieba ta’ servizz

    7.6.12.1.   Jista’ jiġi pprovdut dawl sabiex idawwal il-porzjon ċatt, orizzontali tal-art definita fil-paragrafu 7.6.12.2.2 biex jgħin lill-passiġġieri jitilgħu u jinżlu minn fuq il-vettura u biex jippermetti lix-xufier jinduna bil-preżenza ta’ passiġġier f’din il-parti tal-art, mis-sit tiegħu.

    7.6.12.2.   Jekk ikun ipprovdut, id-dawl tal-bieba ta’ servizz għandu:

    7.6.12.2.1.

    ikun ta’ lewn abjad;

    7.6.12.2.2.

    idawwal porzjon orizzontali ċatt tal-art li jkollha wisa’ ta’ 2 m imkejjel minn pjan parallel mal-pjan lonġitudinali vertikali medjan tal-vettura li jgħaddi mill-punt ta’ barra nett tal-bieba ta’ servizz magħluqa u fuq tul li jestendi minn pjan trasversali li jgħaddi mit-tarf l-iżjed ’il quddiem tal-bieba ta’ servizz magħluqa għal pjan trasversali li jgħaddi mil-linja ċentrali tar-roti ta’ quddiem nett li jkunu qegħdin wara l-bieba ta’ servizz, jew, jekk ma jkunx hemm roti bħal dawn, għal pjan trasversali li jgħaddi mill-parti tal-wara tal-vettura;

    7.6.12.2.3.

    ikollu tgħammix limitat barra żona fuq l-art li jkollha wisa’ massimu ta’ 5 m imkejjel mill-ġenb tal-vettura u tul massimu limitat minn pjan trasversali li jgħaddi minn parti ta’ quddiem tal-vettura u pjan trasversali li jgħaddi mill-parti ta’ wara tal-vettura;

    7.6.12.2.4.

    jekk ix-xifer ta’ isfel tal-istrument tad-dawl ikun inqas minn 2 m mill-art, ma joħroġx iżjed minn 50 mm ’il barra mill-wisa’ globali tal-vettura mkejjel mingħajr dan l-istrument u b’radji tal-kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm;

    7.6.12.2.5.

    jiġi attivat u diżattivat bl-idejn permezz ta’ swiċċ separat, u

    7.6.12.2.6.

    ikun installat b’mod li l-apparat ikun jista’ jinxtegħel biss meta titħaddem bieba ta’ servizz u l-veloċità tal-vettura ma taqbiżx 5 km/h u jintefa b’mod awtomatiku qabel ma l-vettura tilħaq veloċità li taqbeż 5 km/h.

    7.7.   Arranġamenti interni

    7.7.1.   Aċċess għall-bibien ta’ servizz (ara l-Anness 4, figura 1)

    7.7.1.1.   L-ispazju liberu li jestendi għal ġol-vettura mill-ħajt tal-ġenb li fih tkun immuntata l-bieba għandu jippermetti l-mogħdija libera ta’ kejl wieħed tat-test li jkollu l-qisien tal-kejl tat-test 1 jew tal-kejl tat-test 2 speċifikati fl-Anness 4, figura 1.

    L-istrument tal-kejl għat-test għandu jinżamm b’mod parallel mal-apertura tal-bieba hekk kif titmexxa mill-pożizzjoni tal-bidu, fejn il-pjan tal-wiċċ l-aktar qrib ta’ ġewwa tal-vettura hu tanġenzjali mat-tarf ta’ barra nett tal-apertura, għall-pożizzjoni fejn tmiss mal-ewwel tarġa, u wara dan tibqa’ f’angoli retti mad-direzzjoni probabbli tal-moviment ta’ persuna li tuża d-daħla.

    7.7.1.2.   (Riservat)

    7.7.1.3.   Meta l-linja ċentrali ta’ dan l-istrument tal-kejl għat-test tkun imxiet distanza ta’ 300 mm mill-pożizzjoni tagħha tal-bidu u l-istrument tal-kejl għat-test ikun imiss mal-wiċċ tat-tarġa jew l-art, din għandha tinżamm f’dik il-pożizzjoni.

    7.7.1.4.   Il-figura ċilindrika (ara l-Anness 4, figura 6) li tintuża biex tittestja l-wisa’ liberu fil-passaġġ bejn is-sits għandha tiġi mċaqalqa billi tibda mill-passaġġ bejn is-sits, fid-direzzjoni li probabbli timxi persuna li tkun nieżla mill-vettura, sakemm il-linja tan-nofs tagħha tkun laħqet pjan vertikali li jkun fih it-tarf ta’ fuq tat-tarġa ta’ fuq nett, jew sakemm pjan tanġenzjali maċ-ċilindru ta’ fuq imiss il-panew doppju, liema minnhom ikun l-ewwel, u jinżamm f’dik il-pożizzjoni (ara l-Anness 4, figura 2).

    7.7.1.5.   Bejn il-figura ċilindrika, fil-pożizzjoni stipulata fil-paragrafu 7.7.1.4, u l-panew doppju, fil-pożizzjoni stipulata fil-paragrafu 7.7.1.3, għandu jkun hemm spazju liberu li l-limiti ta’ fuq u t’isfel tiegħu jidhru fl-Anness 4, figura 2. Dan l-ispazju liberu għandu jippermetti l-passaġġ liberu ta’ panew vertikali li l-forma u l-qisien tiegħu huma l-istess bħall-forma ċilindrika (paragrafu 7.7.5.1), sezzjoni ċentrali u ħxuna ta’ mhux aktar minn 20 mm. Dan il-panew għandu jitressaq mill-pożizzjoni tanġenzjali tal-forma ċilindrika, sakemm in-naħa ta’ barra tiegħu tmiss man-naħa ta’ ġewwa tal-panew doppju, u tħokk mal-wiċċ jew uċuħ ċatti definiti mit-truf ta’ fuq tat-tarġa, fid-direzzjoni li probabbli timxi persuna li tkun qiegħda tuża d-dħul (ara Anness 4, figura 2).

    7.7.1.6.   L-ispazju liberu biex tgħaddi sew din il-figura m’għandu jinkludi l-ebda spazju li jestendi sa 300 mm quddiem xi kuxin ta’ sit mhux ikkompressat ta’ sit iħares ’il quddiem jew lura, jew 225 mm fil-każ tas-sits iħarsu lejn il-ġenb, u sal-għoli ta’ fuq tal-kuxin tas-sedil (ara l-Anness 4, figura 25).

    7.7.1.7.   Fil-każ tas-sit li jingħalqu, dan l-ispazju għandu jiġi determinat bis-sit fil-pożizzjoni tal-użu.

    7.7.1.8.   Madankollu, sit wieħed jew aktar li jintewa, għall-użu tal-ekwipaġġ, jista’ jostakola l-passaġġ tal-aċċess lejn bieba ta’ servizz meta jkun fil-pożizzjoni tal-użu basta:

    7.7.1.8.1.

    ikun indikat b’mod ċar, kemm fil-vettura nnifisha kif ukoll fil-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1), li s-sit ikun għall-użu tal-ekwipaġġ biss,

    7.7.1.8.2.

    meta s-sit ma jkunx qed jintuża għandu jingħalaq awtomatikament sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.7.1.1 jew 7.7.1.2 u 7.7.1.3, 7.7.1.4 u 7.7.1.5;

    7.7.1.8.3.

    il-bieba mhix meqjusa bħala ħruġ obbligatorju għall-iskop tal-paragrafu 7.6.1.4,

    7.7.1.8.4.

    meta s-sit ikun fil-pożizzjoni tal-użu, u meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa, l-ebda parti minnu m’għandha tkun iktar ’il quddiem mill-pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tal-wiċċ fejn hemm is-sit tax-xufier imqiegħed fil-pożizzjoni tiegħu l-aktar lura u min-nofs tal-mera ta’ barra li tara lura minnha li tkun imwaħħla fuq in-naħa opposta tal-vettura.

    7.7.1.9.   Fil-każ ta’ vetturi li ma jifilħux aktar minn 22 passiġġier, il-bieba minn fejn joħorġu u r-rotta minn fejn jgħaddu l-passiġġieri biex jaslu għaliha titqies li ma tkunx ostakolata jekk huma jkollhom:

    7.7.1.9.1.

    imkejjel b’mod parallel mal-assi lonġitudinali tal-vettura, spazju liberu ta’ mhux anqas minn 220 mm fi kwalunkwe punt u 550 mm fi kwalunkwe punt li jkun aktar minn 500 mm ’il fuq mill-art jew mit-tarġiet (Anness 4, figura 3).

    7.7.1.9.2.

    imkejjel b’mod perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura, spazju liberu ta’ mhux anqas minn 300 mm fi kwalunkwe punt u 550 mm fi kwalunkwe punt li jkun aktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art jew mit-tarġiet jew inqas minn 300 mm ’l isfel mis-saqaf (Anness 4, figura 4).

    7.7.1.10.   Id-qisien tal-bieba ta’ servizz u l-bieba tal-emerġenza fil-paragrafu 7.6.3.1 u r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.7.1.1 sa 7.7.1.7, 7.7.2.1 sa 7.7.2.3, 7.7.5.1 u 7.7.8.5 m’għandhomx japplikaw għal vettura tal-klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li ma taqbiżx it-3.5 tunnellati u sa 12-il sit tal-passiġġieri li fih kull sit ikollu aċċess mhux ostakolat għal mill-inqas żewġ bibien.

    7.7.1.11.   L-inklinazzjoni massima tal-art fil-passaġġ li jagħti aċċess m’għandhiex taqbeż il-5 fil-mija.

    7.7.1.12.   Il-wiċċ tal-passaġġi ta’ aċċess aċċess m’għandhomx ikunu jiżolqu.

    7.7.2.   Aċċess għall-bibien tal-emerġenza (ara l-Anness 4, figura 5)

    Ir-rekwiżiti li ġejjin m’għandhomx japplikaw għall-bibien tax-xufier li jintużaw bħala ħruġ tal-emerġenza ġewwa vetturi li ma jifilħux aktar minn 22 passiġġier.

    7.7.2.1.   Ħlief kif ipprovdut fil-paragrafu 7.7.2.4, l-ispazju liberu bejn il-passaġġ ta’ bejn is-sits u l-apertura tal-bieba tal-emerġenza għandu jippermetti l-passaġġ ħieles ta’ ċilindru vertikali b’dijametru ta’ 300 mm u għoli ta’ 700 mm mill-art u li jżomm it-tieni ċilindru vertikali b’dijametru ta’ 550 mm, bl-għoli totali tal-assemblaġġ ikun 1 400 mm.

    Id-dijametru taċ-ċilindru ta’ fuq jista’ jitnaqqas fin-naħa ta’ fuq għal 400 mm meta jkun fih ċamfrin li ma jaqbiżx it-30 grad mill-wiċċ orizzontali.

    7.7.2.2.   Il-qiegħ tal-ewwel ċilindru m’għandux ikun fil-limiti ta’ fejn joħroġ it-tieni ċilindru.

    7.7.2.3.   Meta sits li jingħalqu jitwaħħlu tul dan il-passaġġ, l-ispazju vojt għaċ-ċilindru għandu jkun meħtieġ li jiġi determinat meta s-sit ikun fil-pożizzjoni biex jintuża.

    7.7.2.4.   Bħala alternattiva għaċ-ċilindru doppju, jista’ jintuża l-apparat tal-kejl deskritt fil-paragrafu 7.7.5.1 (ara l-Anness 4, figura 6).

    7.7.3.   Aċċess għat-twieqi tal-emerġenza

    7.7.3.1.   Għandu jkun possibbli li tgħaddi strument li jkejjel għat-test mill-passaġġ bejn is-sits sa barra tal-vettura minn kull tieqa tal-emerġenza.

    7.7.3.2.   Id-direzzjoni taċ-ċaqliq tal-istrument li jkejjel għat-test għandha tkun fid-direzzjoni li fiha li fiha jkun mistenni li jimxi passiġġier li jevakwa mill-vettura. L-istrument li jkejjel għat-test għandu jinżamm wieqaf dritt mad-direzzjoni taċ-ċaqliq.

    7.7.3.3.   L-istrument li jkejjel għat-test għandu jkun forma ta’ platt irqiq b’daqs ta’ 600 mm x 400 mm bil-kantunieri illimati għat-tond b’200 mm. Iżda fil-każ ta’ tieqa tal-emerġenza fil-faċċata ta’ wara tal-vettura, l-istrument li jkejjel għat-test jista’ jkun ta’ daqs ta’ 1 400 mm × 350 mm bil-kantunieri illimati gat-tond b’175 mm.

    7.7.4.   Aċċess għall-fetħiet tal-evakwazzjoni

    7.7.4.1.   Fetħiet tal-evakwazzjoni fis-saqaf

    7.7.4.1.1.

    Ħlief fil-każ ta’ vetturi tal-Klassi I u A, mill-anqas fetħa waħda tal-evakwazzjoni għandha tkun pożizzjonata b’mod li piramida mingħajr quċċata li jkollha erbat iġnub b’angolu tal-ġenb ta’ 20 grad u għolja 1 600 mm tmiss parti minn sit jew appoġġ ekwivalenti. L-assi tal-piramida għandu jkun vertikali u s-sezzjoni ż-żgħira tagħha għandha tħokk maż-żona tal-apertura tal-fetħa tal-evakwazzjoni. It-tagħmir li fuqu sserraħ jista’ jkun jintewa jew jiċċaqlaq dejjem jekk ikun jista’ jissakkar meta jkun qed jintuża. Din il-pożizzjoni għandha tittieħed għall-verifika.

    7.7.4.1.2.

    Meta l-ħxuna strutturali tas-saqaf tkun aktar minn 150 mm, is-sezzjoni ż-żgħira tal-piramida għandha tmiss maż-żona tal-apertura tal-fetħa tal-evakwazzjoni fil-livell tal-wiċċ ta’ barra tas-saqaf.

    7.7.4.2.   Fetħiet tal-evakwazzjoni fl-art.

    Fil-każ ta’ fetħa tal-evakwazzjoni fl-art, il-fetħa għandha tagħti aċċess dirett u liberu għal barra l-vettura u għandha titwaħħal fejn ikun hemm spazju sew fuq l-apertura ekwivalenti għall-għoli tal-passaġġ bejn is-sits. Kull sors ta’ sħana jew komponenti li jiċċaqalqu għandhom ikunu tal-inqas 500 mm ’il bogħod minn kwalunkwe parti tal-apertura tal-fetħa.

    Għandu jkun possibbli li tmexxi l-istrument li jkejjel għat-test f’forma ta’ platt irqiq b’qisien ta’ 600 mm × 400 mm b’kantunieri illimati għat-tond b’200 mm f’pożizzjoni mimduda minn għoli ’l fuq mill-art tal-vettura ta’ 1m sal-art.

    7.7.5.   Passaġġi bejn is-sits (ara l-Anness 4, figura 6)

    7.7.5.1.   Il-passaġġ(i) bejn is-sits ta’ vettura għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li jippermettu l-mogħdija libera ta’ strument tal-kejl magħmul minn żewġ ċilindri bl-istess assi b’lembut maqlub bil-parti ta’ fuq maqtugħa mqiegħed bejniethom, l-istrument tal-kejl ikollu l-qisien murija fl-Anness 4, figura 6.

    L-istrument tal-kejl jista’ jmiss maċ-ċineg li wieħed iżomm magħhom, jekk ikun hemm, jew xi oġġetti flessibbli bħall-komponenti taċ-ċinturini tas-sikurezza u jressaqhom.

    7.7.5.1.1.

    Jekk ma jkun hemm l-ebda ħruġ quddiem sit jew filliera ta’ sits

    7.7.5.1.1.1.

    Fil-każ ta’ sits iħarsu ’l quddiem, it-tarf ta’ quddiem tal-istrument ċilindriku li jkejjel imfisser fil-paragrafu 7.7.5.1 għandu jilħaq tal-inqas il-pjan vertikali trasversali tanġenzjali tal-ponta ta’ quddiem nett tad-dahar tas-sit ta’ quddiem nett tar-ringiela ta’ quddiem u jinżamm f’dik il-pożizzjoni. Minn dan il-pjan, irid ikun possibbli li l-panew muri fl-Anness 4, figura 7 jiġi mċaqlaq b’mod li billi wieħed jibda mill-pożizzjoni ta’ kuntatt mal-kejl ċilindriku, il-ġenb tal-panew li jħares lejn in-naħa ta’ barra tal-vettura jiġi spostat ’il quddiem distanza ta’ 660 mm.

    7.7.5.1.1.2.

    Fil-każ tas-sits li jħarsu la ġenba, il-parti ta’ quddiem tal-istrument ċilindriku li jkejjel għandha tmiss il-pjan trasversali li jaħbat mal-pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-sit ta’ quddiem. (Anness 4, figura 7).

    7.7.5.1.1.3.

    Fil-każ ta’ sits iħarsu lura, il-parti ta’ quddiem tal-istrument tal-kejl ċilindriku għandha tmiss tal-inqas il-pjan trasversali vertikali tanġenzjali tal-wiċċ tal-kuxini tas-sits tar-ringiela ta’ quddiem jew tas-sit ta’ quddiem (Anness 4, figura 7).

    7.7.5.2.   (Riservat)

    7.7.5.3.   Fuq il-vetturi tal-Klassi III, is-sits fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat tal-passaġġ bejn is-sits jistgħu jkunu jiċċaqalqu la ġenba, b’hekk ikun jista’ jitnaqqas il-wisa’ tal-passaġġ bejn is-sits għal numru li jikkorrispondi mad-dijametru taċ-ċilindru t'isfel ta’ 220 mm, dejjem jekk it-tħaddim ta’ kontroll fuq kull sit, li jkun faċilment aċċessibbli għal persuna wieqfa fil-passaġġ bejn is-sits, għandu jkun biżżejjed biex iġiegħel lis-sit jerġa’ lura faċilment u, jekk ikun possibbli, awtomatikament, anki meta jkun mgħobbi, għall-pożizzjoni li tikkorrispondi għal wisa’ minimu ta’ 300 mm.

    7.7.5.4.   Fuq vetturi artikolati, l-istrument tal-kejl imsemmi fil-paragrafu 7.7.5.1. għandu jkun jista’ jgħaddi mingħajr xkiel mis-sezzjoni artikolata fuq kwalunkwe pjan fejn iż-żewġ sezzjonijiet jippermettu li jgħaddu l-passiġġieri. L-ebda parti tal-kisi artab ta’ dik is-sezzjoni, fosthom partijiet tal-bellows, m’għandha toħroġ fil-passaġġ bejn is-sits.

    7.7.5.5.   Jistgħu jitwaħħlu tarġiet fil-passaġġi bejn is-sits. Il-wisa’ ta’ dawk it-tarġiet m’għandux ikun inqas mill-wisa’ tal-passaġġ bejn is-sits fil-parti ta’ fuq tat-tarġiet.

    7.7.5.6.   M’għandhomx ikunu permessi sits li jingħalqu li jippermettu lill-passiġġieri joqogħdu bilqiegħda fil-passaġġ bejn is-sits. Madankollu, għandhom ikunu permessi sits li jingħalqu, f’partijiet oħra tal-vettura bil-kundizzjoni li dawn ma jimblukkawx il-mogħdija tal-istrument tal-kejl għat-test tul il-passaġġ bejn is-sits meta dawn ikunu fil-pożizzjoni miftuħa (ta’ bilqiegħda).

    7.7.5.7.   M’għandhomx ikunu permessi sits li jiżżerżqu lateralment li f’pożizzjoni waħda jidħlu fuq il-passaġġ bejn is-sits, ħlief fuq vetturi tal-Klassi III u skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 7.7.5.3.

    7.7.5.8.   Fil-każ ta’ vetturi li għalihom japplika l-paragrafu 7.7.1.9, m’għandux ikun meħtieġ passaġġ bejn is-sits sakemm il-qisien tal-aċċess speċifikati f’dak il-paragrafu jkunu rrispettati.

    7.7.5.9.   Il-wiċċ tal-passaġġ bejn is-sits ma jridx ikun jiżloq.

    7.7.6.   Kemm għandu jkun inklinat il-passaġġ bejn is-sits

    L-inklinazzjoni tal-passaġġ bejn is-sits m’għandhiex taqbeż:

    7.7.6.1.

    fil-pożizzjoni lonġitudinali:

    7.7.6.1.1.

    8 fil-mija fil-każ ta’ vettura tal-Klassi I, II jew A, jew

    7.7.6.1.2.

    12,5 fil-mija fil-każ ta’ vettura tal-Klassi III u B, u

    7.7.6.2.

    Fid-direzzjoni trasversali, 5 fil-mija għall-klassijiet kollha.

    7.7.7.   Tarġiet (ara l-Anness 4, figura 8)

    7.7.7.1.   L-għoli massimu u minimu, u l-fond minimu, tat-tarġiet għall-passiġġieri fil-bibien ta’ servizz u tal-emerġenza, u ġewwa l-vettura, huma speċifikati fl-Anness 4, figura 8.

    7.7.7.1.1.

    Kull mogħdija minn passaġġ imħaffer bejn is-sits għal post fejn wieħed joqgħod bilqiegħda m’għandhiex titqies bħala tarġa. Iżda, id-distanza vertikali bejn il-wiċċ tal-passaġġ bejn is-sits u l-art taż-żona fejn wieħed joqgħod bilqiegħda m’għandhiex tkun aktar minn 350 mm.

    7.7.7.2.   L-għoli ta’ tarġa għandu jitkejjel fiċ-ċentru tal-wisa’ tagħha fix-xifer ta’ barra, it-tagħmir u l-pressjoni tat-tajers ikunu kif speċifikati mill-manifattur għat-tagħbija massima mgħobbija li hija teknikament permissibbli (M).

    7.7.7.3.   L-għoli tal-ewwel tarġa f’relazzjoni mal-art għandu jitkejjel meta l-vettura tkun fuq art lixxa, bil-massa tagħha meta qed taħdem kif imfisser fil-paragrafu 2.18. ta’ dan ir-Regolament, u t-tagħmir tat-tajer u l-pressjoni jkunu kif speċifikat mill-manifattur għall-massa massimu mgħobbija teknikament permissibbli (M) dikjarata skont il-paragrafu 2.19 ta’ dan ir-Regolament.

    7.7.7.4.   Fejn ikun hemm iżjed minn tarġa waħda, kull tarġa tista’ testendi fiż-żona tal-projezzjoni vertikali tat-tarġa li jmiss b’sa 100 mm u l-projezzjoni fuq l-art li jirfsu fuqha għandha tħalli wiċċ vojt ta’ mill-inqas 200 mm (ara l-Anness 4, figura 8) bil-kurvaturi kollha li joħorġu ’l barra tat-tarġiet ikunu iddisinjati b’tali mod li jnaqqsu r-riskju li wieħed jitfixkel fihom u jaqa’. Il-kurvaturi kollha tat-tarġiet għandhom jikkuntrastaw viżwalment mal-partijiet ta’ madwarhom.

    7.7.7.5.   Il-wisa’ u l-għamla ta’ kull tarġa għandhom ikunu tali li rettanglu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt ikun jista’ jitqiegħed fuq dik it-tarġa b’mhux aktar minn 5 fil-mija tal-ispazju tar-rettanglu xieraq imdendel fuq it-tarġa. F’bieba doppja kull nofs tal-bieba għandu jilħaq dan ir-rekwiżit.

    Numru ta’ passiġġieri

    > 22

    ≤ 22

    Spazju

    L-ewwel tarġa (mm)

    400 × 300

    400 × 200

    Tarġiet oħra (mm)

    400 × 200

    400 × 200

    7.7.7.6.   It-tarġiet kollha għandu jkollhom wiċċ li ma jiżloqx.

    7.7.7.7.   L-inklinazzjoni massima tat-tarġa fi kwalunkwe direzzjoni m’għandhiex taqbeż 5 fil-mija.

    7.7.8.   Is-sits tal-passiġġieri (fosthom is-sits li jingħalqu) u l-ispazju għall-passiġġieri bilqiegħda

    7.7.8.1.   Il-wisa’ minimu tas-sit (ara l-Anness 4, figura 9)

    7.7.8.1.1.

    Il-wisa’ minimu tal-kuxin tas-sit, qies “F” (Anness 4, figura 9), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs ta’ dik il-pożizzjoni bilqiegħda, għandu jkun:

    7.7.8.1.1.1.

    200 mm fil-każ tal-Klassi I, II, A jew B; jew

    7.7.8.1.1.2.

    225 mm fil-każ tal-Klassi III.

    7.7.8.1.2.

    Il-wisa’ minimu tal-ispazju disponibbli għal kull pożizzjoni bilqiegħda, qies “G” (Anness 4, figura 9), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs ta’ dik il-pożizzjoni bilqiegħda f’għoli bejn 270 mm u 650 mm ’il fuq mill-kuxin tas-sit mhux ikkompressat, m’għandux ikun inqas minn:

    7.7.8.1.2.1.

    250 mm fil-każ ta’ sits individwali; jew

    7.7.8.1.2.2.

    225 mm fil-każ ta’ ringieli kontinwi ta’ sits għal żewġ passiġġieri jew aktar.

    7.7.8.1.3.

    Għall-vetturi wesgħin 2 35 m jew inqas, il-wisa’ tal-ispazju disponibbli għal kull pożizzjoni bilqiegħda, imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs ta’ dik il-pożizzjoni bilqiegħda f’għoli bejn 270 mm u 650 mm ’il fuq mill-kuxin tas-sit mhux ikkompressat għandu jkun 200 mm (ara l-Anness 4, figura 9A). Fil-każ ta’ konformità ma’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.8.1.2 m’għandhomx japplikaw.

    7.7.8.1.4.

    Għall-vetturi li ma jifilħux aktar minn 22 passiġġier, fil-każ tas-sits li hemm ħdejn il-ħajt tal-vettura, l-ispazju disponibbli ma jinkludix, fil-parti ta’ fuq tiegħu, spazju trijangulari b’wisa’ ta’ 20 mm u għoli ta’ 100 mm (ara l-Anness 4, figura 10). Barra minn hekk, l-ispazju meħtieġ għaċ-ċintorini tas-sigurtà u ma’ fejn jeħlu u għall-ilqugħ tax-xemx m’għandux jitqies.

    7.7.8.1.5.

    Fil-kejl tal-wisa’ tal-passaġġ bejn is-sits, m’għandux jitqies jekk l-ispazju disponibbli definit hawn fuq jisporġix għal ġol-passaġġ bejn is-sits.

    7.7.8.2.   Fond minimu tal-kuxin tas-sit (qies K, ara l-Anness 4, figura 11)

    Il-fond minimu tal-kuxin tas-sit għandu jkun:

    7.7.8.2.1.

    350 mm f’vetturi tal-Klassi I, A jew B, u

    7.7.8.2.2.

    400 mm f’vetturi tal-Klassi II jew il-Klassi III.

    7.7.8.3.   L-għoli tal-kuxin tas-sit (qies H, ara l-Anness 4, figura 11a)

    L-għoli tal-kuxin tas-sit mhux ikkompressat għandu relattiv mal-art ikun tali li d-distanza mill-art sa pjan orizzontali tanġenzjali sal-wiċċ ta’ fuq ta’ quddiem tal-kuxin tas-sit ikun bejn 400 mm u 500 mm: dan l-għoli jista’ madankollu jitnaqqas għal mhux inqas minn 350 mm fl-arkati tar-roti (waqt li jitqiesu l-konċessjonijiet permessi fil-paragrafu 7.7.8.5.2) u fil-kabina tal-magna/trażmissjoni.

    7.7.8.4.   Kif inhuma spazjati s-sits (ara l-Anness 4, figura 12)

    7.7.8.4.1.

    Fil-każ ta’ sits iħarsu fl-istess direzzjoni, id-distanza bejn in-naħa ta’ quddiem ta’ sit ittappezzat u d-dahar tas-sit ittappezzat ta’ quddiemu (dimensjoni H), meta mkejjel b’mod orizzontali u fl-għoljiet kollha ’l fuq mill-art bejn il-livell tal-wiċċ ta’ fuq tal-kuxin tas-sit u post għoli 620 mm ’l fuq mill-art, m’għandux ikun inqas minn:

    H

    Klassi I, A u B

    650  mm

    Klassi II u III

    680  mm

    7.7.8.4.2.

    Il-kejl kollu għandu jsir, bil-kuxin tas-sit u t-tapizzerija mhux kompressati, fi pjan vertikali li jgħaddi mil-linja tan-nofs tal-post individwali fejn tpoġġi bilqiegħda.

    7.7.8.4.3.

    Fejn is-sits trasversali jħarsu lejn xulxin, id-distanza minima bejn l-uċuh ta’ quddiem tat-tapizzerija tas-sits tas-sits li jħarsu lejn xulxin, kif imkejla tul l-ogħla punti tal-kuxins tas-sits, m’għandhiex tkun inqas minn 1 300 mm.

    7.7.8.4.4.

    Il-kejl għandu jsir fuq sits tal-passiġġieri li jitilgħu u jinżlu u sits tax-xufiera li jaġġustaw ruħhom bid-dahar tas-sits tagħhom u aġġustamenti oħra tas-sits fil-pożizzjoni normali tal-użu kif speċifikati mill-manifattur.

    7.7.8.4.5.

    Id-qisien għandhom jittieħdu b’xi mejda li tintewa mwaħħla mad-dahar tas-sit fil-pożizzjoni mitwija (stivata) tagħha.

    7.7.8.4.6.

    Is-sits li jkunu mwaħħla fuq linji tal-ħadid jew sistema oħra li tippermetti lill-operatur jew lil min jużahom ivarja faċilment l-arranġament intern tal-vettura għandhom jitkejlu fil-pożizzjoni normali tal-użu speċifikata mill-manifattur fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

    7.7.8.5.   Spazju għall-passiġġieri bilqiegħda (ara l-Anness 4, figura 13)

    7.7.8.5.1.

    Għal sit wara diviżjoni jew struttura riġida oħra ħlief sit, għandu jiġi pprovdut spazju liberu minimu quddiem kull spazju meħtieġ biex ipoġġu bilqiegħda l-passiġġieri (kif definit fil-paragrafu 7.7.8.6) kif jidher fl-Anness 4, figura 13. Diviżjoni li l-kontorn tagħha jikkorrispondi għal bejn wieħed u ieħor dak tad-dahar tas-siġġu inklinat tista’ tintrudi f’dan l-ispazju. Fil-każ ta’ sits maġenb is-sit tax-xufier f’vetturi tal-Klassi A jew B, għandhom jitħallew jidħlu ’l ġewwa d-dashboard, il-panew bl-istrumenti, il-windskrin, il-viżiera tax-xemx, iċ-ċinturini tas-sigurtà u l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà.

    7.7.8.5.2.

    Għal sit wara ieħor u/jew sit iħares lejn il-passaġġ bejn is-sits, għandu jiġi pprovdut spazju liberu minimu għas-saqajn b’fond u wisa’ ta’ mill-anqas 300 mm skont il-paragrafu 7.7.8.1.1, kif muri fl-Anness 4, figura 11b. Il-preżenza lokali f’dan l-ispazju ta’ saqajn is-sits, ta’ serħ is-saqajn tal-passiġġieri u tal-intrużjonijiet kif ipprovduti mill-paragrafu 7.7.8.6 għandha tkun permessa bil-kundizzjoni li jifdal spazju adegwat għal saqajn il-passiġġieri. Dan l-ispazju għas-saqajn jista’ jkun pożizzjonat parzjalment fi u/jew fuq il-passaġġ bejn is-sits iżda m’għandu joħloq l-ebda ostakolu meta jitkejjel il-wisa’ minimu passaġġ bejn is-sits skont il-paragrafu 7.7.5. Fil-każ ta’ sits maġenb is-sit tax-xufier ġewwa vetturi tal-Klassi A jew B, għandha tkun permessa l-intrużjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà.

    7.7.8.5.3.

    In-numru minimu ta’ sits ta’ prijorità li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness 8, paragrafu 3.2 għandu jkun erbgħa fil-Klassi I, tnejn fil-Klassi II u wieħed fil-Klassi A. Sit li jintewa biex ma jibqax fin-nofs meta ma jkunx qiegħed jintuża m’għandux jiġi indikat bħala sit ta’ prijorità.

    7.7.8.6.   Spazju vojt ’l fuq mill-pożizzjonijiet bilqiegħda

    7.7.8.6.1.

    Fil-każ ta’ vetturi bi pjan wieħed, fuq kull pożizzjoni bilqiegħda u, ħlief fil-każ tas-sit(s) maġenb ix-xufier ġewwa vettura tal-Klassi A jew B, l-ispazju għas-saqajn assoċjat tiegħu, għandu jkun hemm imkejjel spazju liberu b’għoli ta’ mhux inqas minn 900 mm imkejjel mill-ogħla punt tal-kuxin ta’ sit mhux ikkompressat u mill-anqas 1 350 mm mil-livell medju tal-art fl-ispazju tas-saqajn. Fil-każ tal-vetturi li għalihom japplika l-paragrafu 7.7.1.10, u anki għas-sit(s) maġenb ix-xufier f’vettura tal-Klassi A jew B, dawn il-qisien jistgħu jitnaqqsu għal 1 200 mm imkejla mill-art u 800 mm imkejla mill-ogħla punt tal-kuxin tas-sit mhux ikkompressat.

    Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ pjani, kull pożizzjoni bilqiegħda jrid ikollha għoli liberu ta’ mhux anqas minn 900 mm imkejjel mill-ogħla punt tal-kuxin ta’ sedil mhux ikkompressat. Dan l-għoli liberu għandu jestendi fuq il-projezzjoni vertikali tal-erja kollha tas-sit u l-ispazju assoċjat tas-saqajn. Fil-każ tal-pjan ta’ fuq, dan l-għoli liberu jista’ jitnaqqas għal 850 mm.

    7.7.8.6.2.

    Dan l-ispazju liberu għandu jkun estiż fuq iż-żona mfissra:

    7.7.8.6.2.1.

    permezz tal-pjani lonġitudinali vertikali 200 mm fuq kull naħa tal-pjan vertikali medjan tal-pożizzjoni bilqiegħda, u

    7.7.8.6.2.2.

    permezz ta’ pjan trasversali vertikali li jgħaddi mill-punt ta’ fuq ta’ wara nett tad-dahar tas-sit u pjan trasversali vertikali 280 mm quddiem il-ponta ta’ quddiem nett tal-kuxin tas-sit mhux ikkompressat, f’kull każ imkejjel fil-pjan medjan vertikali tal-pożizzjoni bilqiegħda.

    7.7.8.6.3.

    Mit-truf tal-ispazju liberu imfisser mill-paragrafi 7.7.8.6.1 u 7.7.8.6.2, jistgħu jiġu esklużi ż-żoni li ġejjin:

    7.7.8.6.3.1.

    fil-każ tal-parti ta’ fuq tas-sits ta’ fuq barra, maġenb il-ħajt ta’ ġewwa tal-vettura, żona bi cross-section rettangolari b’għoli ta’ 150 mm u wisa’ ta’ 100 mm (ara l-Anness 4, figura 14).

    7.7.8.6.3.2.

    fil-każ tal-parti ta’ fuq tal-pożizzjoni bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra, żona bi cross-section trijangulari li l-quċċata tagħha tinsab 700 mm minn fuq u li l-qiegħ tagħha hu wiesa’ 100 mm (ara l-Anness 4, figura 15); Huwa eskluż ukoll l-ispazju meħtieġ għaċ-ċinturini tas-sigurtà u l-ankraġġi tagħhom u għall-viżiera;

    7.7.8.6.3.3.

    fil-każ tal-ħofra għas-saqajn ta’ pożizzjoni bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra, żona b’erja tal-cross-section li ma taqbiżx 0,02 m2 (0,03 m2 għall-vetturi bil-qiegħ baxx) u li jkollhom wisa’ massimu li ma jaqbiżx 100 mm (150 mm għall-vetturi bil-qiegħ baxx) (ara l-Anness 4, figura 16).

    7.7.8.6.3.4.

    Fil-każ ta’ vettura li tiflaħ sa 22 passiġġier, fil-każ tal-postijiet bilqiegħda li jkunu l-eqreb tal-kantunieri ta’ wara tal-bodì, it-tarf ta’ barra ta’ wara tal-ispazju liberu, li jidher fil-pjanta, jista’ jitqarreb għal radju li ma jaqbiżx il-150 mm (ara l-Anness 4, figura 17).

    7.7.8.6.4.

    Fl-ispazju liberu imfisser mill-paragrafi 7.7.8.6.1, 7.7.8.6.2 u 7.7.8.6.3, għandhom jitħallew dawn id-daħliet li ġejjin:

    7.7.8.6.4.1.

    id-dħul tad-dahar ta’ sit ieħor, ma’ xiex iserraħ u t-tagħmir imwaħħal miegħu (eż. mejda li tingħalaq);

    7.7.8.6.4.2.

    Fil-każ ta’ vettura li tiflaħ sa 22 passiġġier, id-dħul tal-arkata ta’ rota dejjem jekk tintlaħaq waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    7.7.8.6.4.2.1.

    id-dħul ma jestendix lil hinn mill-pjan medjan vertikali tal-pożizzjoni bilqiegħda (ara l-Anness 4, figura 18), jew

    7.7.8.6.4.2.2.

    l-eqreb tarf tal-ispazju fond 300 mm li jkun hemm għas-saqajn tal-passiġġieri bilqiegħda jkun mressaq mhux aktar minn 200 mm mit-tarf tal-kuxin tas-sit mhux ikkompressat u mhux aktar minn 600 mm quddiem it-tapizzerija tas-sit, dan il-kejl isir fil-pjan medjan vertikali tal-pożizzjoni bilqiegħda (ara l-Anness 4, figura 19). Fil-każ ta’ żewġ sits iħarsu lejn xulxin, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għal wieħed mis-sits u l-ispazju li jkun fadal għas-saqajn tal-passiġġieri bilqiegħda għandu jkun mill-anqas 400 mm.

    7.7.8.6.4.3.

    Fil-każ ta’ sits maġenb is-sit tax-xufier f’vetturi li jifilħu sa 22 passiġġier, dħul ’il ġewwa tad-dashboard, il-panew bl-istrumenti, il-windskrin, il-viżiera tax-xemx, iċ-ċintorini tas-sigurtà, l-ankoraġġi taċ-ċintorini tas-sigurtà u l-koppla ta’ quddiem.

    7.7.8.6.4.4.

    Id-dħul tat-twieqi tat-tip li jiftħu ’l isfel meta jkunu miftuħa u t-tagħmir tagħhom.

    7.7.9.   Komunikazzjoni max-xufier

    7.7.9.1.   Fuq vetturi tal-Klassi I, II u A, għandu jkun ipprovdut mezz li jippermetti lill-passiġġieri jindikaw lix-xufier li għandu jwaqqaf il-vettura. Il-kontrolli għal dawn il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu bil-keff tal-id. Għandu jkun hemm mezzi ta’ komunikazzjoni distribwiti adegwatament u b’mod uniformi matul il-vettura u f’għoli ta’ mhux iżjed minn 1 500 mm mill-art; dan ma jeskludix il-possibbiltà li jiġu installati mezzi addizzjonali ta’ komunikazzjoni iżjed fil-għoli. Il-kontrolli għandhom jikkuntrastaw viżwalment mal-affarijiet ta’ madwarhom. L-attivazzjoni tal-kontroll għandha tkun indikata wkoll lill-passiġġieri permezz ta’ wieħed jew aktar mis-sinjali mixgħula. It-tabella għandha turi l-kelmiet “il-vettura se tieqaf” jew ekwivalenti, u/jew piktografija addattata u għandha tibqa’ mixgħula sakemm il-bieba/bibien ta’ servizz tinfetaħ. Il-vetturi arikolati għandhom ikollhom dawk is-sinjali f’kull sezzjoni riġida tal-vettura. Fuq vetturi b’żewġ pjani, dawn is-sinjali għandhom ikunu fuq kull pjan. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.4 japplikaw għal kwalunkwe markar bil-kitba li jintuża.

    7.7.9.2.   Komunikazzjoni mal-kabina tal-ekwipaġġ

    Jekk il-kabina tal-ekwipaġġ titwaħħal mingħajr ma jkollha aċċess għax-xufier jew għall-kabini tal-passiġġieri, għandu jkun hemm mezz ta’ komunikazzjoni bejn ix-xufier u din il-kabina tal-ekwipaġġ.

    7.7.9.3.   Komunikazzjoni mal-kabina tat-tojlit

    Il-kabini tat-tojlit għandhom ikunu mgħammra b’mezz ta’ sejħien għall-għajnuna f’każ ta’ emerġenza.

    7.7.10.   Magni tax-xarbiet sħan u apparat tat-tisjir

    7.7.10.1.   Il-magni tax-xarbiet sħan u l-apparat tat-tisjir għandhom ikunu mwaħħla jew protetti biex l-ebda ikel jew xorb sħun ma jaqa’ fuq xi passiġġier minħabba brejkjar tal-emerġenza jew forzi meta jduru l-kantunieri.

    7.7.10.2.   Fuq vetturi mgħammra b’magni tax-xarbiet sħan jew apparat tat-tisjir, is-sits kollha tal-passiġġieri għandu jkollhom provvediment biżżejjed biex iqiegħdu l-ikel jew ix-xorb sħun waqt li l-vettura tkun miexja.

    7.7.11.   Il-bibien għall-kabini ta’ ġewwa

    Kull bieba għal tojlit jew xi kabina oħra interna:

    7.7.11.1.

    għandha tingħalaq waħedha, u m’għandux ikun fiha xi mekkaniżmu biex iżommha miftuħa jekk, meta tkun miftuħa, hija tista’ tostakola lill-passiġġieri f’xi emerġenza.

    7.7.11.2.

    għandha, meta tkun miftuħa, ma taħbi l-ebda pum, mekkaniżmu ta’ kontroll biex jiftaħ jew sinjal obbligatorju assoċjat ma’ xi bieba ta’ servizz, bieba tal-emerġenza, ħruġ tal-emerġenza, ċilindru għat-tifi tan-nar jew apparat tal-ewwel għajnuna;

    7.7.11.3.

    għandu jkun fiha mezz biex il-bieba tkun tista’ tinfetaħ minn barra l-kabina f’emerġenza;

    7.7.11.4.

    m’għandhiex tkun tista’ tissakkar minn barra sakemm ma tkunx tista’ tinfetaħ dejjem minn ġewwa.

    7.7.12.   Taraġ li jinfed ta’ vettura b’żewġ pjani (ara l-Anness 4, figura 1).

    7.7.12.1.   Il-wisa’ minimu ta’ kull taraġ li jinfed għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jippermetti l-passaġġ liberu tat-template b’aċċess għal bieba waħda kif imfissra fil-figura 1 tal-Anness 4. Il-panew għandu jitmexxa billi jibda mill-passaġġ bejn is-sits tal-pjan ta’ isfel sal-aħħar tarġa, fid-direzzjoni probabbli li timxi persuna meta tuża t-taraġ.

    7.7.12.2.   It-turġien li jinfdu għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod, li, waqt brejkijiet qawwija f’daqqa tal-vettura miexja ’l quddiem, ma jkunx hemm periklu li xi passiġġier se jintefa’ għal isfel.

    Dan ir-rekwiżit jitqies li ġie sodisfatt jekk tintlaħaq tal-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    7.7.12.2.1.

    l-ebda parti tat-taraġ ma tinżel ’l isfel ’il quddiem;

    7.7.12.2.2.

    it-taraġ ikun fih ilqugħ jew provvediment simili;

    7.7.12.2.3.

    ikun emm mekkaniżmu awtomatiku fil-parti ta’ fuq tat-taraġ li ma jħallix li jintuża t-taraġ meta l-vettura tkun miexja; dan il-mekkaniżmu għandu jkun jista’ jitħaddem faċilment f’każ ta’ emerġenza.

    7.7.12.3.   Għandu jiġi verifikat, permezz taċ-ċilindru tal-paragrafu 7.7.5.1, li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess mill-passaġġi bejn is-sits (ta’ fuq u t’isfel) tat-taraġ ikunu adegwati.

    7.7.13   Il-kabina tax-xufier

    7.7.13.1.   Ix-xufier għandu jkun protett minn passiġġieri bilwieqfa u minn passiġġieri bilqiegħda immedjatament wara l-kabina tiegħu li jistgħu jintefgħu fil-kabina tax-xufier f’każ ta’ bbrejkjar jew tidwir ma’ kantuniera. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk:

    7.7.13.1.1.

    Dahar il-kabina tax-xufier ikun magħluq b’diviżjoni; jew

    7.7.13.1.2.

    Fil-każ ta’ sits tal-passiġġieri pożizzjonati immedjatament wara l-kabina tax-xufier, ikun imwaħħal ilqugħ jew, fil-każ ta’ vettura tal-Klassi A jew B, ċinturin tas-sigurtà. Għall-vetturi li jkollhom żona għall-passiġġieri bilwieqfa immedjatament wara l-kabina tax-xufier, il-possibbiltà li jitwaħħal ċinturin tas-sigurtà m’għandhiex tapplika. Fejn ikun imwaħħal, l-ilqugħ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafi 7.7.13.1.2.1 sa 7.7.13.1.2.3 (anness 4, figura 30).

    7.7.13.1.2.1.

    L-għoli minimu tal-ilqugħ imkejjel mill-art li fuqha jistrieħu saqajn il-passiġġieri għandu jkun 800 mm.

    7.7.13.1.2.2.

    Il-wisa’ tal-ilqugħ għandu jestendi ’l ġewwa mill-ħajt tal-vettura tal-anqas sa 100 mm lil hinn mil-linja ċentrali lonġitudinali tas-sit ta’ ġewwa nett rilevanti tal-passiġġieri, iżda fi kwalunkwe każ għandu jestendi tal-anqas sal-punt ta’ ġewwa nett tas-sit tax-xufier.

    7.7.13.1.2.3.

    Id-distanza bejn ix-xifer ta’ fuq nett ta’ żona destinata sabiex iżżomm xi oġġett (eż. mejda) u x-xifer ta’ fuq nett ta’ lqugħ għandha tkun mill-anqas 90 mm.

    7.7.13.2.   Il-kabina tax-xufier għandha tkun imħarsa minn oġġetti li jistgħu jiżżerżqu għal ġo fih miż-żona tal-passiġġieri li tiġi eżatt wara l-kabina f’każ ta’ bbrejkjar qawwi. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat meta ballun b’dijametru ta’ 50 mm ma jkunx jista’ jiżżerżaq għal ġol-kabina tax-xufier miż-żona tal-passiġġieri li tiġi eżattament wara l-kabina.

    7.7.13.3.   Ix-xufier għandu jkun imħares mix-xemx u mill-effetti tat-tlellix u r-riflessi kkawżati mid-dawl artifiċjali fuq ġewwa tal-vettura. Kwalunkwe dawl li jista’ jaffettwa ħażin u b’mod sinifikanti l-vista tax-xufier għandu jkun jista’ jitħaddem biss meta l-vettura tkun wieqfa.

    7.7.13.4.   Il-vettura għandha tkun ipprovduta bi strumenti li jippermettu t-tneħħija tas-silġ u t-tneħħija taċ-ċpar mill-windskrin.

    7.7.14.   Is-siġġu tax-xufier

    7.7.14.1.   Is-sit tax-xufier irid ikun indipendenti minn sits oħra.

    7.7.14.2.   Id-dahar tas-sit għandu jkun ikkurvat jew inkella l-erja tax-xufier għandha tkun ipprovduta b’serħ id-dirgħajn pożizzjonati b’mod li x-xufier ma jkun la mxekkel waqt l-operazzjonijiet ta’ manuvrar tal-vettura, u lanqas jiġi żbilanċjat b’aċċellerazzjonijiet trasversali li jistgħu jseħħu waqt is-sewqan.

    7.7.14.3.   Il-wisa’ minimu tal-kuxin tas-sit, (qies F, ara l-anness 4, figura 9), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-sit, għandu jkun:

    7.7.14.3.1.

    200 mm fil-każ tal-Klassi A jew B;

    7.7.14.3.2.

    225 mm fil-każ tal-Klassi I, II jew III.

    7.7.14.4.   Il-fond minimu tal-kuxin tas-sit, (qies K, ara l-anness 4, figura 11a), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-sit, għandu jkun:

    7.7.14.4.1.

    350 mm fil-każ tal-Klassi A jew B;

    7.7.14.4.2.

    400 mm fil-każ tal-Klassi I, II jew III.

    7.7.14.5.   Il-wisa’ minimu globali tad-dahar tas-sit imkejjel sa għoli ta’ 250 mm ’il fuq mill-pjan orizzontali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ fuq nett tal-kuxin tas-sit mhux ikkompressat għandu jkun 450 mm.

    7.7.14.6.   Id-distanza bejn is-serħ tad-dirgħajn għandha tassigura spazju liberu għax-xufier, kif definit fil-paragrafu 7.7.14.2, ta’ mhux inqas minn 450 mm.

    7.7.14.7.   Is-sit għandu jkun aġġustabbli fil-pożizzjonijiet lonġitudinali u vertikali tiegħu u fl-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit. Huwa għandu jillokkja b’mod awtomatiku fil-pożizzjoni magħżula u, jekk ikun mgħammar b’mekkaniżmu li jdur, huwa għandu jillokkja awtomatikament meta jkun fil-pożizzjoni tas-sewqan. Is-sit għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ sospensjoni.

    7.7.14.7.1.

    Is-sistema tas-sospensjoni u l-aġġustament tal-pożizzjoni vertikali mhumiex obbligatorji għall-vetturi tal-Klassi A jew B.

    7.8.   Dawl artifiċjali ta’ ġewwa

    7.8.1.   Ġewwa għandu jkun hemm dawl artifiċjali li jixgħel:

    7.8.1.1.

    il-kabini kollha tal-passiġġieri, il-kabini tal-ekwipaġġ, il-kabini tat-tojlits u s-sezzjoni magħquda ta’ vettura artikolata;

    7.8.1.2.

    kull tarġa jew tarġiet;

    7.8.1.3.

    l-aċċess għal kwalunkwe ħruġ u ż-żona eżatt madwar il-bieba/bibien ta’ servizz fosthom, meta jkun qed jintuża, kwalunkwe mezz biex wieħed jirkeb il-vettura;

    7.8.1.4.

    is-sinjali interni u l-kontrolli interni tal-ħruġ kollu;

    7.8.1.5.

    il-postijiet kollha fejn ikun hemm ostakli.

    7.8.1.6.

    Fil-każ ta’ vettura b’żewġ pjani mingħajr saqaf, għandu jiġi pprovdut tal-inqas mezz wieħed ta’ dawl kemm jista’ jkun qrib tal-quċċata ta’ kull taraġ li jwassal għall-pjan ta’ fuq.

    7.8.2.   Għandu jkun hemm tal-inqas żewġ ċirkwiti tad-dawl interni sabiex jekk wieħed ma jixgħelx ma jaffettwax lill-ieħor. Ċirkwit għad-dawl permanenti fid-dħul u l-ħruġ jista’ jitqies bħala wieħed minn dawn iċ-ċirkwiti.

    7.8.3.   (Riservat)

    7.8.4.   Mhumiex meħtieġa dwal individwali għal kull oġġett elenkat fil-paragrafu 7.8.1 sakemm ikun jista’ jinżamm dawl adegwat waqt l-użu normali.

    7.8.5.   Il-kontroll tad-dawl obbligatorju ta’ ġewwa għandu jkun permezz ta’ swiċċijiet manwali taħt il-kontroll tax-xufier jew ikkontrollati b’mod awtomatiku.

    7.9.   Sezzjoni artikolata tal-vetturi artikolati

    7.9.1.   Is-sezzjoni artikolata li tgħaqqad sezzjonijiet riġidi tal-vettura għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li tħalli tal-inqas moviment wieħed li jdur mill-anqas madwar assi orizzontali, u tal-inqas assi wieħed vertikali.

    7.9.2.   Meta vettura artikolata taħdem bil-massa tagħha tkun wieqfa fuq wiċċ livell orizzontali, m’għandux ikun hemm bejn l-art ta’ kull waħda mis-sezzjonijiet riġidi u l-art tal-qiegħ li jdur jew tal-parti li tissostitwixxi dak il-qiegħ, spazju mikxuf wiesa’ aktar minn:

    7.9.2.1.   10 mm meta r-roti kollha tal-vettura jkunu fuq l-istess pjan, jew

    7.9.2.2.   20 mm meta r-roti tal-fus li hemm ħdejn is-sezzjoni artikolata jkunu qed iserrħu fuq wiċċ li hu 150 mm ogħla mill-wiċċ li fuqu jkunu qed iserrħu r-roti tal-fusien l-oħra.

    7.9.3.   Id-differenza fil-livell bejn l-art tal-porzjonijiet riġidi u l-art tal-qiegħ li jdur, imkejla fil-ġonta, m’għandhiex tkun aktar minn:

    7.9.3.1.

    20 mm fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.9.2.1, jew

    7.9.3.2.

    30 mm fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.9.2.2.

    7.9.4.   Fuq il-vetturi artikolati għandu jkun hemm mezz li jżomm lill-passiġġieri milli jgħaddu f’xi parti tas-sezzjoni artikolata fejn:

    7.9.4.1.

    l-art ikollha fetħa mhux mgħottija li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.9.2;

    7.9.4.2.

    l-art ma tiflaħx il-massa tal-passiġġieri;

    7.9.4.3.

    iċ-ċaqliq tal-ħitan ikun ta’ periklu għall-passiġġieri.

    7.10.   Biex tinżamm id-direzzjoni tal-vetturi artikolati

    Meta vettura artikolata tkun miexja dritta, l-uċuh ċatti lonġitudinali medjani tas-sezzjoni riġida għandhom jaħbtu ma’ u jiffurmaw pjan kontinwu mingħajr l-ebda devjazzjoni.

    7.11.   Poġġamani u mqabad

    7.11.1.   Rekwiżiti ġenerali

    7.11.1.1.   Il-poġġamani u l-imqabad għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed.

    7.11.1.2.   Għandhom ikunu iddisinjati u mwaħħla b’tali mod li l-passiġġieri ma jkollhomx riskju li jweġġgħu magħhom.

    7.11.1.3.   Il-poġġamani u l-imqabad għandhom ikunu ta’ sezzjoni li tgħin lill-passiġġieri biex jiggranfaw magħhom faċilment u b’mod sod. Kull poġġaman għandu jkun twil tal-inqas 100 mm biex toqgħod sew id. L-ebda qies tas-sezzjoni m’għandu jkun inqas minn 20 mm jew akbar minn 45 mm ħlief fil-każ tal-poġġamani fil-bibien u s-sits u, fil-każ ta’ vettura tal-Klassi II, III jew B, fil-passaġġi tal-aċċess. F’dawn il-każijiet għandhom ikunu permessi poġġamani li jkollhom qies minimu ta’ 15-il mm dejjem jekk qies wieħed ikun mill-anqas 25 mm. Il-poġġamani m’għandux ikollhom liwjiet kbar.

    7.11.1.4.   L-ispazju liberu bejn poġġaman jew maqbad, flimkien mal-biċċa l-kbira tat-tul tiegħu, u l-parti ta’ ħdejh tal-bodì jew il-ħitan tal-vettura għandhom ikunu tal-inqas 40 mm. Madankollu, fil-każ ta’ poġġaman fuq bieba jew sit, jew fil-passaġġ ta’ aċċess ta’ vettura tal-Klassi II, III jew B, għandu jkun permess spazju liberu minimu ta’ 35 mm.

    7.11.1.5.   Il-wiċċ ta’ kull poġġaman, maqbad jew arblu għandu jikkuntrasta viżwalment mal-ambjent ta’ madwarhom u ma jridx ikun jiżloq.

    7.11.2.   Rekwiżiti addizzjonali għall-poġġamani u l-imqabad għal vetturi mfassla sabiex iġorru passiġġieri bilwieqfa

    7.11.2.1.   Għandu jkun hemm numru biżżejjed ta’ poġġamani u/jew imqabad għal kull parti tal-ispazju fl-art, b’konformità mal-paragrafu 7.2.2, maħsuba għall-passiġġieri bilwieqfa. Għal dan il-għan, iċ-ċineg imdendla, jekk ikun hemm imwaħħla, għandhom jitqiesu bħala mqabad, dejjem jekk jinżammu f’posthom b’mezz addattat. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies li ntlaħaq jekk, għas-siti kollha possibbli tal-apparat tal-ittestjar li jidher fl-Anness 4, figura 2 tiegħu, tal-inqas żewġ poġġamani jew żewġ imqabad jistgħu jintlaħqu mid-driegħ li jiċċaqlaq tal-apparat. L-apparat tal-ittestjar jista’ jiddawwar bil-libertà madwar l-assi vertikali tiegħu.

    7.11.2.2.   Meta tkun applikata l-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.11.2.1, għandhom jiġu kkunsidrati biss dawk il-poġġamani jew l-imqabad li ma jkunux inqas minn 800 mm u mhux aktar minn 1 950 ’il fuq mill-art

    7.11.2.3.   Għal kull pożizzjoni li jista’ jokkupa passiġġier bilwieqfa, tal-inqas wieħed miż-żewġ poġġamani jew imqabad m’għandhomx ikunu aktar minn 1 500 mm ’il fuq mil-livell tal-art f’dik il-pożizzjoni. Dan ma japplikax għal xi spazju ħdejn bieba fejn minħabba l-bieba jew il-mekkaniżmu tagħha fil-pożizzjoni miftuħa ma jkunx jista’ jintuża dan il-maqbad. Barra minn hekk, tista’ ssir eċċezzjoni fin-nofs ta’ pjattaformi kbar, iżda t-total ta’ dawn l-eċċezzjonijiet m’għandux jaqbeż 20 fil-mija tal-erja totali għall-persuni bilwieqfa.

    7.11.2.4.   L-ispazji li jistgħu jkunu okkupati mill-passiġġieri bilwieqfa u li ma jkunux mifruda bis-sits mill-ħitan tal-ġnub jew mill-ħajt ta’ wara tal-vettura għandu jkollhom poġġaman orizzontali li jkun parallel mal-ħitan u mwaħħal f’għoli ta’ bejn 800 mm u 1 500 mm ’il fuq mill-art.

    7.11.3.   Poġġamani u mqabad għall-bibien ta’ servizz

    7.11.3.1.   L-aperturi tal-bibien għandhom ikunu mgħammra b’poġġamani u/jew imqabad fuq kull naħa. Fil-każ ta’ bibien doppji dan ir-rekwiżit jista’ jiġi ssodisfat billi jitwaħħal arblu wieħed fin-nofs jew poġġaman wieħed fin-nofs.

    7.11.3.2.   Il-poġġaman u/jew l-imqabad li jrid ikollhom il-bibien ta’ servizz għandhom ikunu tali li jkun fihom punt minn fejn tiggranfa magħhom li tista’ tilħqu persuna wieqfa fuq l-art ħdejn il-bieba ta’ servizz jew fuq xi waħda mit-tarġiet li jkun hemm wara xulxin. Dawk il-punti għandhom ikunu, wieqfa, bejn 800 mm u 1 100 mm ’il fuq mill-art jew mill-wiċċ ta’ kull tarġa, u mimduda:

    7.11.3.2.1.

    għall-pożizzjoni addattata għal persuna wieqfa fuq l-art, mhux aktar minn 400 mm ’il ġewwa mit-tarf ta’ barra tal-ewwel tarġa; u

    7.11.3.2.2.

    għall-pożizzjoni addattata għal tarġa partikolari, mhux ’il barra mit-tarf ta’ barra tat-tarġa kkunsidrata, u mhux aktar minn 600 mm ’il ġewwa minn dak l-istess tarf.

    7.11.4.   (Riservat)

    7.11.5.   Poġġamani u mqabad għat-turġien li jinfdu f’vetturi b’żewġ pjani.

    7.11.5.1.   Għandu jkun hemm poġġamani jew imqabad addattati fuq kull naħa tat-taraġ li jinfed. Dawn għandhom ikunu bejn 800 mm u 1 100 mm ’il fuq mit-tarf li jintrifes ta’ kull tarġa.

    7.11.5.2.   Il-poġġamani u/jew l-imqabad għandhom ikunu b’tali mod li jkun fihom minn fejn tiggranfa li jkun disponibbli għal persuna li tkun wieqfa fuq il-pjan ta’ fuq jew t'isfel ħdejn it-taraġ li jinfed, u xi tarġiet suċċessivi. Dawk il-punti għandhom ikunu wieqfa bejn 800 mm u 1 100 mm ’il fuq mill-pjan t’isfel jew fuq kull wiċċ ta’ kull tarġa, u,

    7.11.5.2.1.

    għall-pożizzjoni addattata għal persuna wieqfa fuq il-pjan t'isfel, mhux aktar minn 400 mm ’il ġewwa mit-tarf ta’ barra tal-ewwel tarġa, u

    7.11.5.2.2.

    għall-pożizzjoni addattata għal tarġa partikolari, mhux aktar ’il barra mit-tarf ta’ barra tat-tarġa kkunsidrata, u mhux aktar minn 600 mm ’il ġewwa mill-istess tarf.

    7.12.   Ilqugħ għat-tarġiet imħaffra u għas-sits esposti

    7.12.1.   Fejn ikun hemm ċans li passiġġier bilqiegħda jintefa’ ’l quddiem ġewwa ħofra ta’ taraġ b’riżultat ta’ bbrejkjar qawwi, għandu jitwaħħal ilqugħ jew, fil-każ ta’ vettura tal-Klassi A jew B, ċinturin tas-sigurtà. Fejn ikun imwaħħal, l-ilqugħ għandu jkollu għoli minimu mill-art ta’ fejn iserraħ saqajh il-passiġġier ta’ 800 mm u għandu jestendi ’l ġewwa mill-ħajt tal-vettura sa mill-anqas 100 mm lil hinn mil-linja ċentrali lonġitudinali ta’ kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda meta l-passiġġier ikun f’riskju jew sal-parti l-wieqfa tat-tarġa l-aktar ’il ġewwa; liema minnhom ikun l-iżgħar qies.

    7.12.2.   Fil-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjani, it-taraġ li jinfed għandu jkun protett b’ilqugħ imdawwar li jkun għoli mill-anqas 800 mm meta mkejjel mill-art. It-tarf t’isfel tal-ilqugħ m’għandux ikun aktar minn 100 mm mill-art.

    7.12.3.   Il-windskrin ta’ quddiem li hemm qabel il-passiġġieri li jokkupaw is-sits ta’ quddiem fil-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjani għandu jkun fiha lqugħ ittappezzat. L-ogħla tarf ta’ dak l-ilqugħ għandu jkun vertikalment bejn 800 mm u 900 mm ’il fuq mill-art fejn iserraħ saqajh il-passiġġier.

    7.12.4.   L-alzata ta’ kull tarġa f’taraġ li jinfed ta’ vettura b’żewġ pjani għandha tkun magħluqa.

    7.13.   Fejn jitqiegħdu l-bagalji u ħarsien tal-okkupanti

    L-okkupanti tal-vetturi għandhom ikunu mħarsa mill-oġġetti li jistgħu jaqgħu fuqhom mill-ixkafef tal-bagalji minħabba brejkijiet jew forzi fil-ksur. Jekk il-kabini tal-bagalji jkunu mwaħħla, huma għandhom ikunu iddisinjati b’tali mod li l-bagalji jinżammu milli jaqgħu f’każ li jkun hemm brejkijiet f’daqqa.

    7.14.   Bibien jew twieqi fl-art jew fis-saqaf, jekk ikun hemm imwaħħla

    7.14.1.   Kull bieba jew tieqa fl-art jew fis-saqaf, jekk ma tkunx fetħa tal-evakwazzjoni, fl-art ta’ vettura għandha tkun imwaħħla u miżmuma b’tali mod li tista’ tinqala’ jew tinfetaħ mingħajr ma jintużaw għodda jew ċwievet u l-ebda mekkaniżmu li jgħolli jew iwaħħal m’għandu joħroġ ’il barra aktar minn 8 mm ’il fuq mil-livell tal-art. It-trufijiet tal-partijiet ħerġin ’il barra għandhom ikunu illimati għat-tond.

    7.15.   Divertiment viżiv

    7.15.1.   Il-forom tad-divertiment viżiv għall-passiġġieri, per eżempju moniters tat-televixin jew vidjows, għandhom jitqiegħdu lil hemm mill-vista tax-xufier meta x-xufier ikun qiegħed fil-pożizzjoni normali tiegħu tas-sewqan. Dan m’għandux jeskludi xi moniter tat-televixin jew apparat simili użat bħala parti mill-kontroll tax-xufier jew gwida tal-vettura, per eżempju biex jimmonitorja l-bibien ta’ servizz.

    7.16.   It-trolleybuses

    7.16.1   It-trolleybuses għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness 12.

    7.17.   Protezzjoni tal-passiġġieri ġewwa vetturi bla saqaf

    Kull vettura bla saqaf għandu jkollha:

    7.17.1.

    panew ta’ quddiem kontinwu tul il-wisa’ kollu ta’ dik il-parti tal-vettura li ma jkollhiex saqaf, b’għoli ta’ mhux inqas minn 1 400 mm mil-livell ġenerali tal-art maġenb il-panew ta’ quddiem;

    7.17.2.

    protezzjoni kontinwa madwar il-ġenb u n-naħa ta’ wara ta’ dik il-parti tal-vettura li ma jkollhiex saqaf, b’għoli ta’ mhux inqas minn 1 100 fil-ġnub u 1 200 fin-naħa ta’ wara tal-vettura, imkejjel mil-livell ġenerali tal-art ta’ ħdejn il-panewijiet. Il-protezzjoni għandha tikkonsisti minn panewijiet kontinwi fuq il-ġenb u wara b’għoli ta’ mhux inqas minn 700 mm mil-livell ġenerali tal-art ta’ ħdejn il-panewijiet, kombinati ma’ poġġaman wieħed jew aktar ta’ lqugħ li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:

    (a)

    l-ebda qies tas-sezzjoni tagħha ma jrid ikun inqas minn 20 mm, jew iżjed minn 45 mm;

    (b)

    id-daqs ta’ kwalunkwe fetħa bejn poġġaman ta’ lqugħ u kwalunkwe poġġaman ta’ lqugħ kontigwu jew panew m’għandux jaqbeż 200 mm;

    (c)

    trid tkun imwaħħla b’mod sod mal-istruttura tal-vettura;

    (d)

    il-bibien fil-punti ta’ ħruġ għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti minn din il-protezzjoni.

    7.18.   Għajnuna għall-viżjoni u għall-komunikazzjoni

    Fil-każ ta’ vettura bla saqaf, ix-xufier għandu jkun ipprovdut b’mezzi viżwali, bħal mera, periskopju jew kamera bil-vidjo/monitor, li jippermettu li tiġi osservata l-imġiba tal-passiġġieri fil-parti bla saqaf. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta sistema ta’ interkomunikazzjoni li tippermetti lix-xufier jikkomunika ma’ dawn il-passiġġieri.

    Appendiċi

    Verifika tal-limitu tal-inklinazzjoni statika permezz ta’ kalkolazzjoni

    1.   Vettura tista’ tintwera li tilħaq ir-rekwiżit speċifikat fil-paragrafu 7.4 tal-Anness 3 permezz ta’ metodu ta’ kalkolazzjoni approvat mis-Servizz Tekniku li jagħmel it-testijiet.

    2.   Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet jista’ jitlob li jitwettqu testijiet fuq partijiet tal-vettura biex jivverifika s-suppożizzjonijiet magħmula fil-kalkolu.

    3.   Preparazzjonijiet għall-kalkolazzjoni.

    3.1.

    Il-vettura għandha tkun rappreżentata permezz ta’ sistema spazjali.

    3.2.

    Minħabba l-post fejn jinsab iċ-ċentru tal-gravità tal-bodì tal-vettura u r-rati differenti tal-molol tas-sospensjoni u t-tajers tal-vettura, il-fusien ġeneralment ma jogħlewx fl-istess ħin fuq naħa waħda tal-vettura minħabba l-aċċelerazzjoni laterali. Għalhekk, l-inklinazzjoni laterali tal-bodì fuq kull fus għandha tiġi aċċertata fuq is-suppożizzjoni li r-roti tal-fus(ien) l-ieħor/l-oħra jibqgħu mal-art.

    3.3.

    Biex jiġu ssimplifikati l-affarijiet, wieħed għandu jassumi li ċ-ċentru tal-gravità tal-mases bil-molol mhux imġebbda qiegħed fil-pjan lonġitudinali tal-vettura fuq il-linja li tgħaddi min-nofs tal-fus li jdur tar-rota. Iċ-ċaqliq żgħir taċ-ċentru li jdur minħabba d-devjazzjoni tal-fus jista’ jiġi injorat. Il-kontroll tas-sospensjoni tal-arja m’għandux jitqies.

    3.4.

    Għandhom jiġu kkunsidrati, tal-anqas, il-parametri li ġejjin:

    informazzjoni dwar il-vettura bħalma hija d-distanza bejn il-fusien, il-wisa’ tal-parti l-ħoxna ffurmata tat-tajer u l-mases bil-molol miftuħa/mhux miftuħa, il-post taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura, id-devjazzjoni u l-ħbit lura u r-rata tal-molla tas-sospensjoni tal-vettura, billi jitqies anki n-nuqqas ta’ linearità, ir-rati tal-molol orizzontali u vertikali tat-tajers, il-liwi tas-sovrastruttura, fejn jinsab iċ-ċentru li jdur tal-fusien.

    4.   Il-validità tal-metodu ta’ kalkolazzjoni.

    4.1.

    Il-validità tal-metodu ta’ kalkolazzjoni għandha tiġi stabbilita għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, eż. fuq il-bażi ta’ test komparattiv b’vettura simili.


    ANNESS 4

    STAMPI TA’ SPJEGAZZJONI

    Figura 1

    Aċċess għall-bibien ta’ servizz

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1)

    Strument tal-kejl għat-test 1

    Strument tal-kejl għat-test 2

    Image

    Figura 2

    Aċċess għall-bibien ta’ servizz

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.4)

    Image

    Figura 3

    Kif ikun determinat l-aċċess mhux ostakolat għall-bieba

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.9.1)

    Image

    Figura 4

    Kif ikun determinat l-aċċess mhux ostakolat għall-bieba

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.9.2)

    Image

    Figura 5

    Aċċess għall-bibien tal-emerġenza

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.2)

    Image

    Figura 6

    Passaġġi bejn is-sits

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.5)

    Image

    Figura 7

    Limitazzjoni ’l quddiem tal-passaġġ bejn is-sits

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.5.1.1.1)

    Image

    Figura 8

    Tarġiet għall-passiġġieri

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.7)

    Image

    Figura 9

    Wisa’ tas-sits tal-passiġġieri

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.1)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Dijagramm 9A

    Wisa’ tas-sits tal-passiġġieri

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.1.3)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 10

    Kemm jitħallew jidħlu ’l ġewwa f’għoli livell mal-ispalla

    Sezzjoni trasversali tal-ispazju minimu disponibbli fil-livell tal-ispalla għal sit ħdejn il-ħajt tal-vettura

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.1.4)

    Image

    Dijagramm 11a

    Il-fond u l-għoli tal-kuxin tas-sit

    (ara l-Anness 3, paragrafi 7.7.8.2 u 7.7.8.3)

    Image

    Figura 11b

    Spazju għas-saqajn ta’ passiġġieri bilqiegħda wara sit jew f’sit iħares lejn il-passaġġ bejn is-sits

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.5.2)

    Image

    Figura 12

    Kif inhuma spazjati s-sits

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.4)

    Image

    Figura 13

    Spazju għall-passiġġieri bilqiegħda wara diviżjoni jew struttura riġida oħra għajr sit

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.5.1)

    Image

    Figura 14

    Kemm jista’ jkun hemm intrużjoni fl-ispazju fuq is-sit

    Is-sezzjoni trasversali tal-ispazju liberu minimu fuq post bilqiegħda ħdejn il-ħajt tal-vettura

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.1)

    Image

    Figura 15

    Kemm jista’ jkun hemm intrużjoni fuq pożizzjoni bilqiegħda

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.2)

    Image

    Figura 16

    Kemm jista’ jkun hemm intrużjoni fil-parti t’isfel tal-ispazju għall-passiġġieri

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.3)

    Image

    Figura 17

    Kemm jista’ jkun hemm intrużjoni fis-sits ta’ wara tal-kantuniera

    Kif tidher iż-żona preskritta tas-sit (żewġ sits fil-ġenb fuq wara)

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.4)

    Image

    Figura 18

    Kemm jista’ jkun hemm intrużjoni tal-arkata tar-rota li ma testendix lil hinn mil-linja ċentrali vertikali tas-sit tal-ġenb

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.4.2.1)

    Image

    Figura 19

    Kemm jista’ jkun hemm intrużjoni tal-arkata tar-rota lil hinn mil-linja ċentrali vertikali tas-sit tal-ġenb

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.4.2.2)

    Image

    Figura 20

    Mekkaniżmu li jittestja fejn għandhom jitqiegħdu l-imqabad

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.11.2.1)

    Image

    Figura 21

    Siġġu tar-roti ta’ referenza

    (ara l-Anness 8, paragrafu 3.6.4)

    Image

    Figura 22

    Spazju liberu minimu għall-utent tas-siġġu tar-roti fl-ispazju għas-siġġijiet tar-roti

    (ara l-Anness 8, paragrafu 3.6.1)

    Image

    Figura 23

    Simboli tal-aċċessibilità

    (ara l-Anness 8, paragrafi 3.2.8 u 3.6.6)

    Figura 23 A

    Piktogramma għal min juża s-siġġu tar-roti

    Image

    Figura 23 B

    Piktogramma għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa barra dawk li jużaw is-siġġu tar-roti

    Image

    Figura 24

    (Riservat)

    Figura 25

    Spazju għal saqajn il-passiġġieri

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.6)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 26

    Aċċess għall-fetħa tal-evakwazzjoni fis-saqaf

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.4.1.1)

    Image

    Figura 27

    Aċċess għall-bieba tax-xufier

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.6.1.7.2)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 28

    Aċċess għall-bieba tax-xufier

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.6.1.9.3)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 29

    Eżempju ta’ serħ id-dahar għal siġġu tar-roti jħares lura

    (ara l-Anness 8, paragrafu 3.8.6)

    Image


    (*)  Għall-vetturi tal-Klassi A jew B, il-panew t’isfel jista’ jiġi spostjat b’mod orizzontali meta mqabbel mal-panel ta’ fuq, bil-kundizzjoni li jkun fl-istess direzzjoni.

    (1)  L-għoli taċ-ċilindru ta’ fuq u miegħu l-għoli globali jista’ jitnaqqas b’100 mm fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits lejn in-naħa ta’ wara tal-:

    (a)

    pjan trasversali li jkun 1,5 m quddiem il-linja tan-nofs tal-fus ta’ wara (il-fus ta’ wara li qiegħed l-aktar ’il quddiem fil-każ ta’ vetturi li għandhom aktar minn fus wieħed fuq wara), u

    (b)

    pjan wieqaf trasversali li jinsab fit-tarf ta’ wara tal-bieba ta’ servizz jew tal-bieba ta’ servizz ta’ wara nett jekk ikun hemm aktar minn bieba waħda ta’ servizz.

    (2)  Id-dijametru taċ-ċilindru ta’ isfel jista’ jitnaqqas minn 450 mm għal 400 mm fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits san-naħa ta’ wara tal-iżjed wieħed ’il quddiem miż-żewġ pjani li ġejjin:

    (a)

    pjan trasversali vertikali li jkun 1,5 m quddiem il-linja tan-nofs tal-fus ta’ wara (il-fus ta’ wara li qiegħed l-aktar ’il quddiem fil-każ ta’ vetturi li għandhom aktar minn fus wieħed fuq wara); u

    (b)

    pjan vertikali trasversali li jkun qiegħed fit-tarf ta’ wara tal-bieba ta’ servizz l-aktar lura bejn l-assi.

    Għall-iskop ta’ dan ta’ hawn fuq, kull sezzjoni riġida ta’ vettura artikolata għandha tiġi kkunsidrata għaliha.

    (3)  220 mm fil-każ ta’ sits li jiċċaqalqu lateralment (ara l-paragrafu 7.7.5.3).

    (4)  L-għoli globali tal-istrument tal-kejl jista’ jitnaqqas (billi jitnaqqas l-għoli taċ-ċilindru ta’ isfel):

    (a)

    minn 1 800 mm għal 1 680 mm fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits tal-pjan ta’ isfel għan-naħa ta’ wara tal-pjan vertikali trasversali li jkun 1 500 mm ’il quddiem miċ-ċentru tal-fus ta’ wara (il-fus ta’ wara li jkun l-aktar ’il quddiem fil-każ ta’ vetturi b’aktar minn fus wieħed fuq wara),

    (b)

    minn 1 800 mm għal 1 770 mm fil-każ ta’ bieba ta’ servizz li tinsab quddiem tal-fus ta’ quddiem f’xi parti tal-passaġġ bejn is-sits li jinsab bejn iż-żewġ pjani trasversali li jinsabu 800 quddiem u wara l-linja tan-nofs tal-fus ta’ quddiem.

    (**)  230 mm għall-vetturi li ma jifilħux aktar minn 22 passiġġier.

    (5)  700 mm fil-każ ta’ bieba tal-emerġenza.

    1 500 mm fil-każ ta’ bieba tal-emerġenza fil-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjani.

    mhux aktar minn 850 mm fil-każ ta’ bieba tal-emerġenza fil-pjan ta’ isfel ta’ vettura b’żewġ pjani.

    (6)  430 mm fil-każ ta’ vettura li għandha biss sospensjoni mekkanika.

    (7)  Għal tal-inqas bieba waħda ta’ servizz; 400 mm għal bibien oħra ta’ servizz.

    (8)  300 mm fil-każ tat-tarġiet fil-bieba wara l-fus ta’ wara nett.

    (9)  250 mm fil-passaġġi bejn is-sits għall-vetturi li ma jifilħux aktar minn 22 passiġġier.

    (***)  225 għall-Klassi III.

    (****)  350 mm fl-arkati tar-roti u fil-kabina tal-magna

    (*****)  400 mm f’vetturi tal-Klassijiet II u III.


    ANNESS 5

    (Riservat)


    ANNESS 6

    Linji gwida għall-kejl tal-forzi tal-għeluq ta’ bibien li jadħmu b’mod mekkaniku

    (ara l-Anness 3, paragrafu 7.6.5.6.1.1)

    u l-forzi ta’ reazzjoni tar-rampi li jaħdmu b’mod mekkaniku

    (ara l-Anness 8, paragrafu 3.11.4.3.3)

    1.   ĠENERALI

    L-għeluq ta’ bieba li taħdem b’mod mekkaniku u t-tħaddim ta’ rampa li taħdem b’mod mekkaniku huma proċessi dinamiċi. Meta bieba jew rampa tiċċaqlaq taħbat ma’ ostakolu, ir-riżultat forza dinamika ta’ reazzjoni, li l-ġrajja tagħha (fil-ħin) tiddependi fuq diversi fatturi (pereżempju l-massa tal-bieb jew tar-rampa, l-aċċellerazzjoni, il-qisien).

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    2.1.

    Il-forza tal-għeluq jew reattiva F(t) hija funzjoni tal-ħin, imkejla fit-tarf ta’ barra tal-bieba (ara l-paragrafu 3.2 hawn taħt).

    2.2.

    Il-forza massima FS hija l-valur massimu tal-forza tal-għeluq jew reattiva.

    2.3.

    Il-forza effettiva FE hija l-valur medju tal-forza tal-għeluq jew reattiva kif relatata mad-dewmien tal-vibrazzjoni:

    Formula

    2.4.

    It-tul tal-vibrazzjoni T huwa l-ħin bejn it-t1 u t2:

    T = t2 – t1

    fejn,

    t1

    =

    il-limitu tas-sensittività, meta l-forza tal-għeluq jew reattiva taqbeż 50 N;

    t2

    =

    il-limitu tal-fade-away, fejn il-forza tal-għeluq jew dik reattiva ssir inqas minn 50 N.

    2.5.

    Ir-relazzjoni bejn il-parametri t’hawn fuq tidher fil-figura 1 hawn taħt (bħala eżempju):

    Figura 1

    Image

    2.6.

    Il-forza tal-ikklampjar jew reattiva medja Fc hija l-valur aritmetiku medju tal-forzi effettivi, imkejla fl-istess punt ta’ kejl suċċessivament aktar drabi:

    Formula

    3.   KEJL

    3.1.

    Kundizzjonijiet tal-kejl:

    3.1.1.

    Il-firxa tat-temperatura; 10° to 30 °C

    3.1.2.

    Il-vettura trid tkun fuq wiċċ orizzontali. Fil-każ tal-qisien tar-rampa, dan il-wiċċ għandu jkun mgħammar bi blokka mmuntata b’mod riġidu jew apparat simili li jkollu wiċċ li r-rampa tkun tista’ tagħmel reazzjoni miegħu.

    3.2.

    Il-punti tal-kejl għandhom ikunu:

    3.2.1.

    fil-każ tal-bibien:

    3.2.1.1.

    fit-truf ewlenin tal-għeluq tal-bieba:

     

    wieħed fin-nofs tal-bieba;

     

    wieħed 150 mm ’il fuq mix-xifer ta’ taħt tal-bieba.

    3.2.1.2.

    jekk mgħammra bi strumenti li jimpedixxu l-ikklampjar għall-proċess tal-ftuħ:

    fit-truf sekondarji tal-għeluq tal-bieba f’dak il-punt li jkun meqjus l-aktar perikoluż li jeħel.

    3.2.2.

    fil-każ tar-rampi:

    3.2.2.1.

    fit-tarf ta’ barra tar-rampa pożizzjonat b’mod perpendikulari mad-direzzjoni tal-moviment tagħha:

     

    wieħed fin-nofs tar-rampa;

     

    wieħed 100 mm ’il ġewwa minn kull tarf b’mod parallel mad-direzzjoni tal-kors tar-rampa.

    3.3.

    Iridu jittieħdu mill-anqas tliet miżurazzjonijiet f’kull wieħed mill-punti ta’ kejl sabiex tiġi determinata l-forza tal-ikklampjar jew reattiva skont il-paragrafu 2.6.

    3.4.

    Is-sinjal tal-forza tal-għeluq jew reattiva għandu jiġi rreġistrat permezz ta’ filter ta’ mogħdija baxxa bi frekwenza limitatriċi ta’ 100 Hz. Kemm il-limitu tas-sensittività kif ukoll il-limitu ta’ fade-away li jillimita t-tul tal-vibrazzjoni għandu jkun issettjat għal 50 N.

    3.5.

    Id-devjazzjoni tal-qari mill-valur stmat m’għandhiex tkun aktar minn ± 3 fil-mija.

    4.   MEKKANIŻMU LI JKEJJEL

    4.1.

    Il-mekkaniżmu li jkejjel għandu jkun magħmul minn żewġ partijiet: parti minnhom tkun manku u parti tal-kejl li tkun loading cell (ara l-figura 2).

    4.2.

    Il-loading cell għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

    4.2.1.

    Għandha tkun magħmula minn żewġ housings jiżżerżqu li jkollhom il-qies ta’ barra b’dijametru ta’ 100 mm u wisa’ ta’ 115 mm. Ġol-loading cell għandu jkun hemm imwaħħla molla tal-kompressjoni bejn iż-żewġ housings b’tali mod li l-loading cell tista’ tkun ippressata flimkien jekk tkun applikata forza addattata.

    4.2.2.

    L-ebusija tal-loading cell għandha tkun ta’ 10 ± 0,2 N/mm. Id-deflessjoni massima tal-molol għandha tkun limitata għal 30 mm sabiex tinkiseb forza massima ta’ 300 N.

    Figura 2

    Image


    ANNESS 7

    Rekwiżiti alternattivi għall-vetturi tal-klassijiet A u B

    1.   Il-vetturi tal-Klassijiet A u B għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness 3 ħlief li:

    (a)

    minflok il-paragrafu 7.6.3.1 tal-Anness 3, vettura tista’ tikkonforma mal-paragrafu 1.1 ta’ dan l-anness;

    (b)

    minflok il-paragrafu 7.6.2 tal-Anness 3, vettura tista’ tikkonforma mal-paragrafu 1.2 ta’ dan l-anness.

    1.1.   Qisien minimi għall-ħruġ

    Id-diversi tipi ta’ ħruġ għandhom ikollhom id-qisien minimi kif ġej:

    Apertura

    Qisien

    Rimarki

    Bieba ta’ servizz

    Għoli tad-dħul:

    Klassi

    A

    1 650  mm

    B

    1 500  mm

    L-għoli tal-bieba ta’ servizz għandu jitkejjel bħala d-distanza vertikali mkejla fuq pjan vertikali tal-projezzjonijiet orizzontali tal-ponta tan-nofs tal-apertura tal-bieba u l-wiċċ ta’ fuq tal-iktar tarġa baxxa.

    Għoli tal-Apertura

    L-għoli vertikali tal-apertura tal-bieba ta’ servizz għandu jkun tali li jippermetti l-mogħdija libera tal-panew doppju msemmi fil-paragrafu 7.7.1.1 tal-Anness 3. Il-kantunieri ta’ fuq jistgħu jiġu llimati għat-tond, b’radju ta’ mhux aktar minn 150 mm.

    Wisa’:

     

    Bieba waħda: 650 mm

     

    Bieba doppja: 1 200  mm

    Għall-vetturi fil-Klassi B fejn l-għoli tal-apertura tal-bieba ta’ servizz ikun bejn 1 400  mm u 1 500  mm, għandu japplika wisa’ minimu ta’ bieba waħda ta’ 750 mm. Għall-vetturi kollha, il-wisa’ ta’ kull bieba ta’ servizz jista’ jitnaqqas b’100 mm meta l-kejl isir fuq il-livell tal-imqabad u b’250 mm f’każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu ’l ġewwa jew il-mekkaniżmu li jħaddem il-bibien awtomatiċi jew bir-remote control jew l-inklinazzjoni tal-windskrin ikunu jeħtieġu hekk.

    Il-bieba tal-emerġenza

     

    Għoli: 1 250 mm

     

    Wisa’: 550 mm

    Il-wisa’ jista’ jitnaqqas għal 300 mm f’każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu ’l ġewwa jkollhom bżonn hekk, dejjem jekk il-wisa’ ta’ 550 mm ikun rispettat f’għoli minimu ta’ 400 mm fuq l-iktar parti baxxa tal-apertura tal-bieba. Il-kantunieri ta’ fuq jistgħu jitnaqqsu b’tondjaturi, b’radju ta’ mhux aktar minn 150 mm.

    Tieqa tal-emerġenza

    Erja tal-apertura: 4 000  cm2

    Għandha, madankollu, tkun permessa tolleranza ta’ 5 fil-mija fir-rigward ta’ din l-erja għall-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa għal sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għandu jkun possibbli li f’din iż-żona tpinġi rettanglu ta’ 500 mm × 700 mm.

    1.1.1.

    Vettura li għaliha japplika l-paragrafu 7.7.1.10 tal-Anness 3 għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.3.1 tal-Anness 3 jew il-paragrafu 1.1 ta’ dan l-anness fir-rigward tat-twieqi tal-emerġenza u l-fetħiet tal-evakwazzjoni, u r-rekwiżiti minimi li ġejjin fir-rigward tal-bibien ta’ servizz u l-bibien tal-emerġenza:

    Apertura

    Qisien

    Rimarki

    Bieba ta’ servizz

    L-Għoli tal-Apertura: 1 100  mm

    Dan il-qies jista’ jitnaqqas b’radju fil-kantunieri tal-apertura li ma jaqbeżx il-150 mm.

    Wisa’:

     

    Bieba waħda: 650 mm

     

    Bieba doppja: 1 200  mm

    Dan il-qies jista’ jitnaqqas b’radju fil-kantunieri tal-apertura li ma jaqbeżx il-150 mm. Il-wisa’ jista’ jitnaqqas b’100 mm meta l-kejl isir fil-livell tal-imqabad u b’250 mm f’każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu ’l ġewwa jew il-mekkaniżmu li jħaddem il-bibien awtomatiċi jew bir-remote control jew l-inklinazzjoni tal-windskrin ikollhom bżonn hekk.

    Il-bieba tal-emerġenza

     

    Wisa’: 1 100  mm

     

    Wisa’: 550 mm

    Il-wisa’ jista’ jitnaqqas għal 300 mm f’każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu ’l ġewwa jkollhom bżonn hekk, dejjem jekk il-wisa’ ta’ 550 mm ikun rispettat f’għoli minimu ta’ 400 mm fuq l-iktar parti baxxa tal-apertura tal-bieba. Il-kantunieri ta’ fuq jistgħu jitnaqqsu billi jiġu illimati għat-tond b’radju ta’ mhux aktar minn 150 mm.

    1.2.   Fejn għandu jkun il-ħruġ

    1.2.1.

    Il-bieba (bibien) ta’ servizz għandhom ikunu fil-ġenb tal-vettura li tkun l-eqreb lejn il-ġenb tat-triq li tikkorrispondi mad-direzzjoni tat-traffiku fil-pajjiż li fih il-vettura trid tkun reġistrata, u fil-faċċata ta’ wara tal-vettura.

    1.2.2.

    Il-ħruġ għandu jkun qiegħed b’tali mod li jkun hemm tal-inqas ħruġ wieħed fuq kull naħa tal-vettura.

    1.2.3.

    In-nofs ta’ quddiem u n-nofs ta’ wara tal-ispazju tal-passiġġieri għandu kull wieħed ikun fih tal-inqas ħruġ wieħed.

    1.2.4.

    Tal-inqas ħruġ wieħed tal-emerġenza għandu jkun jew fin-naħa ta’ wara jew fin-naħa ta’ quddiem tal-vettura sakemm ma jkunx hemm imwaħħla fetħa tal-evakwazzjoni.


    ANNESS 8

    Rekwiżiti għall-apparat tekniku li jiffaċilita l-aċċess għall-passiġġieri b’mobilità limitata

    1.   ĠENERALI

    Dan l-anness fih id-dispożizzjonijiet li japplikaw għal vettura ddisinjata għal aċċess faċli tal-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa u l-utenti tas-siġġijiet tar-roti.

    2.   AMBITU

    Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-vetturi li jagħtu aċċess aktar faċli għall-persuni b’mobilità limitata.

    3.   REKWIŻITI

    3.1.   Tarġiet

    L-għoli mill-art tal-ewwel tarġa ta’ mill-anqas bieba waħda ta’ servizz m’għandux jaqbeż 250 mm għall-vetturi tal-Klassi I u A u 320 mm għall-vetturi tal-Klassi II, III u B. Jekk bieba ta’ servizz waħda biss tissodisfa dan ir-rekwiżit, ma jrid ikun hemm l-ebda barriera jew sinjal li jimpedixxi lil dik il-bieba milli tintuża kemm bħala dħul kif ukoll bħala ħruġ.

    Bħala alternattiva għall-vetturi tal-Klassi I u A, l-ewwel tarġa mill-art m’għandhiex taqbeż il-270 mm f’żewġ fetħiet tal-bieba, waħda għad-dħul u l-oħra għall-ħruġ.

    Tista’ tintuża sistema li tinkina u/jew taraġ li jingħalaq.

    L-għoli tat-tarġiet f’passaġġ ta’ aċċess fil-bieba(bibien) imsemmija hawn fuq, u fil-passaġġ bejn is-sits, m’għandux ikun aktar minn 200 mm għall-vetturi tal-Klassi I u A u 250 mm għall-vetturi tal-Klassi II, III u B.

    It-tranżizzjoni minn passaġġ bejn is-sits imniżżel ’l isfel għaż-żona fejn tpoġġi bilqiegħda m’għandhiex titqies bħala tarġa.

    3.2.   Is-sits ta’ prijorità u l-ispazju għall-passiġġieri b’mobilità limitata

    3.2.1.   (Riservat)

    3.2.2.   Għandu jkun hemm spazju adegwat għal kelb gwida taħt, jew maġenb tal-inqas wieħed mis-sits ta’ prijorità. Dan l-ispazju m’għandux jifforma parti mill-passaġġ bejn is-sits.

    3.2.3.   Għandhom jitwaħħlu poġġamani fuq sits bejn il-pożizzjoni fejn toqgħod bilqiegħda u l-passaġġ bejn is-sits u dawn għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment min-nofs sabiex jippermettu aċċess liberu għas-sit. Fil-każ tas-sits iħarsu lejn xulxin, wieħed mis-sits tal-passaġġ bejn is-sits jista’ b’mod alternattiv ikun mgħammar b’arblu vertikali. Dan l-arblu għandu jkun pożizzjonat b’mod li l-persuna li tokkupa s-sit tinżamm sewwa fuq is-sit u jkun possibli aċċess għas-sit.

    3.2.4.   Il-wisa’ minimu ta’ kuxin ta’ sit ta’ prijorità, imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs ta’ dik il-pożizzjoni bilqiegħda, għandu jkun 220 mm fuq kull naħa.

    3.2.5.   L-għoli tal-kuxin tas-sit mhux ikkompressat meta mqabbel mal-art għandu jkun tali li d-distanza mill-art għall-pjan orizzontali f’tanġent mal-wiċċ ta’ fuq ta’ quddiem tal-kuxin tas-sit ikun bejn 400 mm u 500 mm.

    3.2.6.   L-ispazju għas-saqajn fil-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ prijorità għandu jestendi ’l quddiem mis-sit minn pjan vertikali li jgħaddi mit-tarf ta’ quddiem tal-kuxin tas-sit. L-ispazju għas-saqajn m’għandux ikun inklinat f’xi direzzjoni aktar minn 8 fil-mija.

    3.2.7.   Kull pożizzjoni bilqiegħda ta’ prijorità għandu jkollha għoli vojt ta’ mhux inqas minn 1 300 mm għall-vetturi tal-Klassi I u A u 900 mm għall-vetturi tal-Klassi II, imkejjel mill-ogħla punt tal-kuxin tas-sit mhux kompressat. Dan l-għoli vojt għandu jestendi fuq il-projezzjoni vertikali tas-sit kollu u l-ispazju assoċjat tas-saqajn.

    Għandu jitħalla d-dħul tad-dahar tas-sit jew oġġett ieħor fuq dan l-ispazju dejjem jekk jinżamm spazju vertikali liberu minimu li jestendi 230 mm quddiem il-kuxin tas-sit. Fejn is-sit ta’ prijorità jkun iħares lejn diviżjoni wieqfa li tkun għolja iżjed minn 1 200 mm, dan l-ispazju għandu jkun ta’ 300 mm. Mit-truf tal-ispazju liberu definit hawn fuq, huma permessi intrużjonijiet skont il-paragrafi 7.7.8.6.3.1 sa 7.7.8.6.3.4 tal-Anness 3 daqs li kieku r-referenza għall-ispazju liberu fil-paragrafi 7.7.8.6.1 u 7.7.8.6.2 tal-Anness 3 hija referenza għall-ispazju liberu definit hawn fuq. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.7.8.1.4 tal-Anness 3 jistgħu japplikaw. L-intrużjonijiet tal-imqabad jew il-poġġamani kif imsemmija fil-paragrafu 3.4.2 jistgħu jisporġu mhux aktar minn 100 mm mill-ħajt tal-ġenb għal ġol-ispazju liberu fuq il-projezzjoni vertikali tal-ispazju għas-saqajn.

    3.2.8.   Il-vetturi mgħammra b’sit ta’ prijorità għandu jkollhom piktogramma/piktogrammi skont l-Anness 4, figura 23B li jidhru minn barra, kemm fuq quddiem qrib il-ġenb tal-vettura kif ukoll ħdejn il-bieba(bibien) ta’ servizz rilevanti. Għandha titqiegħed piktogramma fuq ġewwa ħdejn is-sit ta’ prijorità.

    3.3.   Apparat ta’ komunikazzjoni

    3.3.1.   L-apparat ta’ komunikazzjoni għandu jitqiegħed ħdejn xi sit ta’ prijorità u fiż-żona allokata għal siġġu tar-roti u għandu jkun f’għoli ta’ bejn 700 mm u 1 200 mm ’l fuq mill-art.

    3.3.2.   L-apparat ta’ komunikazzjoni li jkun hemm fiż-żona bil-qiegħ baxx għandu jkun f’għoli ta’ bejn 800 mm u 1 500 mm fejn m’hemmx sits.

    3.3.3.   (Riservat)

    3.3.4.   Jekk vettura tkun mgħammra b’rampa jew lift, għandu jitwaħħal mezz ta’ komunikazzjoni max-xufier fuq barra, ħdejn il-bieba, u f’għoli bejn 850 mm u 1 300 mm mill-art. Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għal bieba li x-xufier ikun jista’ jaraha direttament.

    3.4.   Il-poġġamani tas-sedili ta’ prijorità

    3.4.1.   Għandu jiġi pprovdut poġġaman f’għoli ta’ bejn 800 mm u 900 mm ’il fuq mil-livel tal-art bejn is-sits ta’ prijorità kif deskritt fil-paragrafu 7.7.8.5.2 tal-Anness 3 u mill-anqas bieba ta’ servizz waħda adattata għat-tlugħ u l-inżul mill-vettura. Jista’ jkun hemm qasma fejn ikun meħtieġ aċċess għall-ispazju tas-siġġu tar-roti, sit li jkun fuq l-arkata tar-rota, taraġ, passaġġ li tgħaddi minnu jew passaġġ bejn is-sits. Kull qasma fil-poġġaman m’għandhiex tkun aktar minn 1 050 mm u għandu jkun hemm poġġaman fuq tal-inqas naħa waħda tal-qasma.

    3.4.2.   Għandhom jitpoġġew imqabad jew poġġamani ħdejn il-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ prijorità sabiex jiffaċilitaw id-dħul jew il-ħruġ mis-sit, u dawn għandhom ikunu ddisinjati b’mod li l-passiġġier ikun jista’ jaqbadhom faċilment.

    3.5.   L-inklinazzjoni tal-art

    L-inklinazzjoni ta’ kull passaġġ bejn is-sits, il-passaġġ ta’ aċċess jew l-ispazju fl-art bejn xi sit ta’ prijorità u l-ispazju għas-siġġu tar-roti u tal-inqas dħul wieħed u ħruġ wieħed jew dħul u ħruġ flimkien m’għandhiex taqbeż it-8 fil-mija. Żoni b’inklinazzjoni bħal dawn għandhom ikunu pprovduti b’wiċċ li ma jiżloqx.

    3.6.   Dispożizzjonijiet għall-akkomodazzjoni tas-siġġu tar-roti

    3.6.1.   Għal kull persuna f’siġġu tar-roti li jkun hemm provvediment għaliha fil-kabina tal-passiġġieri għandu jkun hemm żona speċjali wiesgħa mill-anqas 750 mm u twila 1 300 mm. Il-pjan lonġitudinali taż-żona speċjali għandu jkun parallel mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u l-wiċċ tal-art taż-żona speċjali għandu jkun ma jiżloqx u l-inklinazzjoni massima fi kwalunkwe direzzjoni m’għandhiex taqbeż il-5 fil-mija. Fil-każ ta’ siġġu tar-roti jħares lura li jikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.4, l-inklinazzjoni fid-direzzjoni lonġitudinali m’għandhiex taqbeż it-8 fil-mija bil-kundizzjoni li din l-inklinazzjoni tkun tmil ’il fuq mit-tarf ta’ quddiem sat-tarf ta’ wara taż-żona speċjali.

    Fil-każ ta’ spazju għal siġġu tar-roti ddisinjat għal siġġu tar-roti jħares ’il quddiem, il-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sits ta’ quddiemu tista’ tidħol fl-ispazju tas-siġġu tar-roti jekk ikun hemm spazju liberu kif jidher fl-Anness 4, figura 22.

    3.6.2.   Għandu jkun hemm tal-inqas bieba waħda li minnha jkunu jistgħu jgħaddu dawk li jużaw is-siġġu tar-roti. Fil-każ ta’ vetturi tal-Klassi I, tal-inqas bieba waħda ta’ aċċess għas-siġġu tar-roti għandha tkun bieba ta’ servizz. Il-bieba ta’ aċċess għas-siġġu tar-roti għandu jkollha apparat li jgħinek titla’ fuq il-vettura li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.11.3 (lift) jew 3.11.4 (rampa).

    3.6.3.   Bieba għall-aċċess għas-siġġu tar-roti, li ma tkunx bieba ta’ servizz, għandha tkun għolja mill-inqas 1 400 mm. Il-wisa’ minimu tal-bibien kollha li minnhom is-siġġu tar-roti jkollu aċċess għall-vettura għandu jkun 900 mm li jista’ jitnaqqas b’100 mm meta l-kejl isir fil-livell tal-imqabad.

    3.6.4.   Persuna fuq siġġu tar-roti għandha tkun tista’ tiċċaqlaq b’mod liberu u faċli minn barra l-vettura minn tal-inqas waħda mill-bibien għall-aċċess tas-siġġu tar-roti għal ġewwa ż-żona(i) speċjali bis-siġġu tar-roti ta’ referenza, li l-qisien tiegħu jidhru fl-Anness 4, figura 21.

    3.6.4.1.   “Tiċċaqlaq b’mod liberu u faċli” tfisser li:

    (a)

    ikun hemm spazju biżżejjed disponibbli sabiex il-persuna li tuża s-siġġu tar-roti tkun tista’ timmanuvra mingħajr l-għajnuna ta’ persuna oħra;

    (b)

    ma jkunx hemm tarġiet, spazji jew arbli li jistgħu jkunu ta’ ostakolu għall-moviment liberu tal-utent tas-siġġu tar-roti.

    3.6.4.2.   Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, it-test għandu jitwettaq, fil-każ tal-vetturi tal-Klassi I u A u mgħammra b’iżjed minn spazju wieħed għal siġġu tar-roti, għal kull spazju ta’ siġġu tar-roti bl-ispazji l-oħra kollha għas-siġġijiet tar-roti okkupati mis-siġġu tar-roti ta’ referenza.

    3.6.5.   F’vetturi tal-Klassi I u A mgħammra b’rampa għall-aċċess tas-siġġijiet tar-roti, irid ikun possibbli għal siġġu tar-roti ta’ referenza li jkollu l-qisien murija fl-Anness 4, figura 21, li jidħol u joħroġ mill-vettura bis-siġġu tar-roti miexi f’direzzjoni ’l quddiem.

    3.6.6.   Il-vetturi li jkun fihom spazju għas-siġġu tar-roti għandu jkollhom piktogramma(i) skont l-Anness 4, figura 23A, li jidhru minn barra, kemm fuq quddiem qrib il-ġenb tal-vettura kif ukoll ħdejn il-bieba(bibien) ta’ servizz rilevanti.

    Wieħed minn dawn il-piktogrammi għandu jkun pożizzjonat fuq ġewwa ħdejn kull spazju għal siġġu tar-roti biex jindika jekk is-siġġu tar-roti għandux jiġi pożizzjonat iħares lejn in-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara tal-vettura.

    3.7.   Sits u passiġġieri bilwieqfa fl-ispazju għas-siġġu tar-roti

    3.7.1.   Jistagħu jitwaħħlu sits li jingħalqu fl-ispazju tas-siġġu tar-roti. Madankollu, dawk is-sits meta jkunu magħluqa u ma jintużawx, m’għandhomx jestendu fuq dan l-ispazju tas-siġġu tar-roti.

    3.7.2.   Vettura tista’ tkun mgħammra b’sits li jinqalgħu mwaħħla fl-ispazju għas-siġġu tar-roti dejjem jekk dawk is-sits ikunu jistgħu jitneħħew faċilment mix-xufier jew minn membru tal-ekwipaġġ.

    3.7.3.   Għall-vetturi tal-Klassi I, II u A, meta l-ispazju għas-saqajn ta’ xi sit, jew parti minn sit li jingħalaq meta jkun qed jintuża, joħroġ fl-ispazju tas-siġġu tar-roti, dawk is-sits għandu jkollhom imwaħħal fuqhom jew ħdejhom sinjali bil-kitba li ġejja, kitba ekwivalenti jew piktogramma:

    “Jekk jogħġbok ċedi dan l-ispazju lil persuna fuq siġġu tar-roti”.

    Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.4 tal-Anness 3 japplikaw għal kwalunkwe sinjali bil-kitba li jintużaw.

    3.7.4.   F’vetturi fejn kwalunkwe spazju għal siġġu tar-roti jkun maħsub sabiex jintuża esklussivament minn utent ta’ siġġu tar-roti kif previst fil-paragrafu 7.2.2.2.10 tal-Anness 3, dawk l-ispazji għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bil-kitba li ġejja, kitba ekwivalenti jew piktogramma:

    “Żona maħsuba sabiex tintuża biss minn persuna fuq siġġu tar-roti”

    Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.4 tal-Anness 3 japplikaw għal kwalunkwe sinjali bil-kitba li jintużaw.

    3.8.   L-istabilità tas-siġġijiet tar-roti

    3.8.1.   F’vetturi meħtieġa li jkollhom sistemi li jżommu lill-okkupant milli jaqa’, l-ispazju tas-siġġu tar-roti għandu jkun iddisinjat għall-utent tas-siġġu tar-roti sabiex jivvjaġġa jħares ’il quddiem u għandu jkun mgħammar b’sistemi li ma jagħtux lok għal ċaqliq, li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.2 jew dawk speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.

    F’vetturi li ma jkunux meħtieġa li jkollhom sistemi li ma jagħtux lok għal ċaqliq, l-ispazju tas-siġġu tar-roti għandu jkun mgħammar b’sistemi li ma jagħtux lok għal ċaqliq, li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.2 jew 3.8.3, jew irid jikkonforma mar-rekwiżiti speċ ifikati fil-paragrafu 3.8.4.

    3.8.2.   Siġġu tar-roti jħares lura - rekwiżiti tat-test statiku

    3.8.2.1.   Kull spazju ta’ siġġu tar-roti għandu jkun ipprovdut b’sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq li kapaċi żżomm is-siġġu tar-roti u lill-persuna fuq is-siġġu tar-roti.

    3.8.2.2.   Din is-sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq u t-tagħmir tagħha għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jifilħu forzi ekwivalenti għal dawk meħtieġa għas-sits tal-passiġġieri u sistemi li jżommu lill-okkupanti milli jaqgħu.

    3.8.2.3.   Għandu jsir test statiku skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

    3.8.2.3.1.

    il-forzi msemmija għal dan is-suġġett għandhom jiġu applikati fid-direzzjonijiet ’il quddiem u lura, separatament u fuq is-sistema nnifisha li ma tagħtix lok għal ċaqliq;

    3.8.2.3.2.

    il-forza għandha tinżamm għal perjodu ta’ mhux inqas minn 0,2 sekonda;

    3.8.2.3.3.

    is-sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq għandha tkun kapaċi tiflaħ it-test. Deformazzjoni permanenti, inkluż qsim jew ksur parzjali tas-sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq, ma jfissirx li falliet jekk il-forza meħtieġa tinżamm għall-ħin speċifikat. Fejn japplika, l-apparat ta’ imblukkar li jippermetti lis-siġġu tar-roti jinżel mill-vettura għandu jitħaddem bl-idejn wara li titneħħa l-forza li tkun qed tiġbdu.

    3.8.2.4.   Fid-direzzjoni ’il quddiem fil-każ ta’ siġġu tar-roti separat u sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq.

    3.8.2.4.1.   Għall-kategorija M2:

    3.8.2.4.1.1.

    1 110 ± 20 daN fil-każ ta’ ċintorin fil-ħoġor. Il-forza għandha tkun applikata fuq is-sistema li ma tagħtix lok li jaqa’ min juża s-siġġu tar-roti fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura jekk is-sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq ma tkunx imwaħħla mal-art tal-vettura. Jekk is-sistema tal-irbit tkun imwaħħla mal-art, il-forza għandha tkun applikata f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura;

    3.8.2.4.1.2.

    675 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fil-parti tal-ħoġor taċ-ċintorin u 675 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċintorin li tiġi fuq it-torso fil-każ ta’ ċintorin bi 3 punti;

    3.8.2.4.1.3.

    1 715 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti;

    3.8.2.4.1.4.

    il-forzi għandhom ikunu applikati flimkien fl-istess ħin.

    3.8.2.4.2.   Għall-kategorija M3:

    3.8.2.4.2.1.

    740 ± 20 daN fil-każ ta’ ċintorin li jiġi fuq il-ħoġor. Il-forza għandha tiġi applikata fuq is-sistema li żżomm lill-utent tas-siġġu tar-roti milli jaqa’ fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura jekk is-sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq ma tkunx imwaħħla mal-art tal-vettura. Jekk is-sistema tal-irbit tkun imwaħħla mal-art, il-forza għandha tiġi applikata f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura;

    3.8.2.4.2.2.

    450 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq il-parti tal-ħoġor taċ-ċintorin u 450 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċintorin li tiġi fuq it-torso fil-każ ta’ ċintorin bi 3 punti;

    3.8.2.4.2.3.

    1 130 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti;

    3.8.2.4.2.4.

    il-forzi għandhom ikunu applikati flimkien fl-istess ħin.

    3.8.2.5.   Fid-direzzjoni ’l quddiem fil-każ ta’ sistema li ma tagħtix lok għal ċaqliq tas-siġġu tar-roti flimkien mal-utent tas-siġġu tar-roti.

    3.8.2.5.1.   Għall-kategorija M2;

    3.8.2.5.1.1.

    1 110 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti fil-każ ta’ ċintorin fuq il-ħoġor;

    3.8.2.5.1.2.

    675 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fil-parti tal-ħoġor taċ-ċintorin u 675 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċintorin li tiġi fuq it-torso fil-każ ta’ ċintorin bi 3 punti;

    3.8.2.5.1.3.

    1 715 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti;

    3.8.2.5.1.4.

    il-forzi għandhom ikunu applikati flimkien fl-istess ħin.

    3.8.2.5.2.   Għall-kategorija M3:

    3.8.2.5.2.1.

    740 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti fil-każ ta’ ċintorin fuq il-ħoġor;

    3.8.2.5.2.2.

    450 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċintorin li tiġi fuq il-ħoġor u 450 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċintorin li tiġi fuq it-torso fil-każ ta’ ċintorin bi 3 punti;

    3.8.2.5.2.3.

    1 130 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti;

    3.8.2.5.2.4.

    il-forzi għandhom ikunu applikati flimkien fl-istess ħin.

    3.8.2.6.   Fid-direzzjoni lura:

    3.8.2.6.1.

    810 ± 20 daN f’angolu ta’ 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura fuq is-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti.

    3.8.2.7.   F’kull każ, il-forzi għandhom jiġu applikati fuq is-sistema li ma tagħtix lok lis-siġġu tar-roti jiċċaqlaq, permezz ta’ apparat ta’ ġbid adattat għat-tip ta’ ċinturin kif speċifikat fir-Regolament Nru 14.

    3.8.3.   Siġġu tar-roti jħares ’il quddiem - rekwiżiti tat-test ibridu

    3.8.3.1.   L-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jkun fih sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq li tkun addattata għall-applikazzjoni ġenerali tas-siġġu tar-roti u għandha tippermetti l-ġarr ta’ siġġu tar-roti u ta’ min jużah iħarsu lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura;

    3.8.3.2.   L-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jkun mgħammar b’sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq li tkun magħmula mill-inqas minn żewġ punti ma’ fejn ikun marbut u żżomm lill-persuna minn taħt iż-żaqq (ċintorin fil-ħoġor) iddisinjata u magħmula minn komponenti maħsuba biex jaħdmu b’mod simili għal dawk ta’ ċintorin tas-sigurtà li jikkonforma mar-Regolament Nru 16;

    3.8.3.3.   Kull sistema li żżomm milli jkun hemm ċaqliq li tkun imwaħħla fl-ispazju għas-siġġu tar-roti għandha tkun kapaċi tiġi rilaxxata faċilment f’każ ta’ emerġenza;

    3.8.3.4.   Kull sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq għandha jew:

    3.8.3.4.1.

    tissodisfa r-rekwiżiti tat-test dinamiku deskritti fil-paragrafu 3.8.3.8 u tkun imwaħħla sewwa mal-ankoraġġi tal-vettura li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test statiku fil-paragrafu 3.8.3.6; jew

    3.8.3.4.2.

    tkun imwaħħla sewwa mal-ankoraġġi tal-vettura b’mod li l-irbit u l-ankoraġġi flimkien jilħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.8.3.8.

    3.8.3.5.   Kull ħaġa li żżomm lill-utent tas-siġġu tar-roti milli jaqa’ għandha:

    3.8.3.5.1.

    tissodisfa r-rekwiżiti tat-test dinamiku deskritti fil-paragrafu 3.8.3.9 u tkun imwaħħla sewwa mal-ankoraġġi tal-vettura li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test statiku fil-paragrafu 3.8.3.6; jew

    3.8.3.5.2.

    tkun imwaħħla sewwa mal-ankoraġġi tal-vettura b’mod li l-irbit u l-ankoraġġi flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test dinamiku deskritti fil-paragrafu 3.8.3.9 meta mwaħħla ma’ ankoraġġi mmuntati kif deskritt fil-paragrafu 3.8.3.6.7.

    3.8.3.6.   Għandu jsir test statiku fuq il-punti ta’ ankoraġġ kemm għas-sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq kif ukoll għal dik li żżomm lill-utent tas-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

    3.8.3.6.1.

    il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.7 għandhom ikunu applikati permezz ta’ strument li jirriproduċi l-ġeometrija tas-sistema tal-irbit tas-siġġu tar-roti;

    3.8.3.6.2.

    il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.7.3 għandhom ikunu applikati permezz ta’ strument li jirriproduċi l-ġeometrija tal-irbit tal-utent tas-siġġu tar-roti u permezz ta’ apparat tal-ġbid speċifikat fir-Regolament Nru 14.

    3.8.3.6.3.

    il-forzi fil-paragrafu 3.8.3.6.1 u l-paragrafu 3.8.3.6.2 għandhom ikunu applikati fl-istess ħin fid-direzzjoni ’il quddiem u f’angolu ta’ 10 ± 5 gradi fuq il-pjan orizzontali;

    3.8.3.6.4.

    il-forzi fil-paragrafu 3.8.3.6.1 għandhom ikunu applikati fid-direzzjoni lura u f’angolu ta’ 10 ± 5 gradi ’l fuq mill-pjan orizzontali;

    3.8.3.6.5.

    il-forzi għandhom jiġu applikati malajr kemm jista’ jkun mill-assi ċentrali vertikali tal-ispazju tas-siġġu tar-roti; u

    3.8.3.6.6.

    il-forza għandha tinżamm għal perjodu ta’ mhux inqas minn 0,2 sekondi.

    3.8.3.6.7.

    it-test għandu jsir fuq sezzjoni rappreżentattiva tal-istruttura tal-vettura flimkien ma’ kwalunkwe tagħmir li jkun hemm fil-vettura li jista’ jsaħħaħ jew iwebbes l-istruttura.

    3.8.3.7.   Il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.6 huma:

    3.8.3.7.1.

    fil-każ tal-ankoraġġi pprovduti għal sistema ta’ rbit tas-siġġu tar-roti mwaħħla fuq vettura tal-kategorija M2:

    3.8.3.7.1.1.

    1 110 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura f’għoli ta’ mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, u

    3.8.3.7.1.2.

    550 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura f’għoli ta’ mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti;

    3.8.3.7.2.

    fil-każ tal-ankoraġġi pprovduti għal sistema li ta’ rbit tas-siġġu tar-roti mwaħħla fuq vettura tal-kategorija M3

    3.8.3.7.2.1.

    740 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura u lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura f’għoli ta’ mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, u

    3.8.3.7.2.2.

    370 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura f’għoli ta’ mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti;

    3.8.3.7.3.

    fil-każ tal-ankoraġġi pprovduti għal sistema ta’ rbit tal-utent tas-siġġu tar-roti, il-forzi għandhom ikunu skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14. Il-forzi għandhom jiġu applikati permezz ta’ apparat ta’ ġbid addattat għat-tip ta’ ċinturin kif speċifikat fir-Regolament Nru 14.

    3.8.3.8.   Sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq għandha tkun soġġetta għal test dinamiku li jsir skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

    3.8.3.8.1.

    trolley tat-test rappreżentattiv ta’ siġġu tar-roti b’massa ta’ 85 kg għandu, minn veloċità ta’ bejn 48 km/h sa 50 km/h sal-waqfien, ikun soġġett għal vibrazzjoni waqt il-ħin tat-tnaqqis fil-veloċità:

    3.8.3.8.1.1.

    li taqbeż 20 g fid-direzzjoni ’l quddiem għal perjodu kumulattiv ta’ mill-inqas 0,015 sekonda;

    3.8.3.8.1.2.

    li taqbeż 15 g fid-direzzjoni ’l quddiem għal perjodu kumulattiv ta’ mill-inqas 0,04 sekonda;

    3.8.3.8.1.3.

    li taqbeż tul ta’ ħin ta’ 0,075 sekonda;

    3.8.3.8.1.4.

    li ma taqbiżx 28 g u għal mhux aktar minn 0,08 sekonda;

    3.8.3.8.1.5.

    li ma taqbiżx tul ta’ ħin ta’ aktar minn 0,12 sekonda, u

    3.8.3.8.2.

    trolley tat-test rappreżentattiv ta’ siġġu tar-roti b’massa ta’ 85 kg għandu, minn veloċità ta’ bejn 48 km/h sa 50 km/h sal-waqfien, ikun soġġett għal vibrazzjoni waqt il-ħin tat-tnaqqis fil-veloċità:

    3.8.3.8.2.1.

    li taqbeż 5 g fid-direzzjoni lura għal perjodu kumulattiv ta’ mill-inqas 0,015 sekonda;

    3.8.3.8.2.2.

    li ma taqbiżx 8 g fid-direzzjoni lura u għal mhux aktar minn 0,02 sekonda;

    3.8.3.8.3.

    it-test fil-paragrafu 3.8.3.8.2 m’għandux japplika jekk jintużaw l-istess sistemi ta’ rbit għad-direzzjoni ’l quddiem u lura jew jekk ikun sar test ekwivalenti;

    3.8.3.8.4.

    għat-test t’hawn fuq, is-sistema li żżomm lis-siġġu tar-roti milli jiċċaqlaq għandha titwaħħal jew ma’:

    3.8.3.8.4.1.

    ankoraġġi imwaħħla mar-rigg tat-test li jirrappreżenta l-ġeometrija tal-ankoraġġi f’vettura li tkun ippjanata li jkollha sistema li żżomm milli jkun hemm ċaqliq, jew

    3.8.3.8.4.2.

    ankoraġġi li jiffurmaw parti minn sezzjoni rapreżentattiva tal-vettura li għaliha tkun maħsuba s-sistema tal-irbit, immuntati kif deskritt fil-paragrafu 3.8.3.6.7.

    3.8.3.9.   Sistema ta’ rbit tal-utent tas-siġġu tar-roti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tat-test speċifikati fir-Regolament Nru 16 jew test ekwivalenti għall-vibrazzjoni waqt il-ħin tat-tnaqqis fil-veloċità fil-paragrafu 3.8.3.8.1. Ċintorin tas-sigurtà approvat skont Regolament Nru 16 u immarkat hekk għandu jitqies li jikkonforma.

    3.8.3.10.   Test bħal fil-paragrafu 3.8.3.6, 3.8.3.8 jew 3.8.3.9 għandu jitqies li falla sakemm ma jintlaħqux ir-rekwiżiti li ġejjin:

    3.8.3.10.1.

    l-ebda parti tas-sistema ma kellha tfalli, jew kellha tinqata’ mill-ankoraġġ jew mill-vettura waqt it-test;

    3.8.3.10.2.

    il-mekkaniżmi ta’ rilaxx tas-siġġu tar-roti u tal-utent għandhom ikunu kapaċi jiġu rilaxxati wara li jitlesta t-test;

    3.8.3.10.3.

    fit-test fil-paragrafu 3.8.3.8 is-siġġu tar-roti m’għandux jimxi aktar minn 200 mm fil-pjan lonġitudinali tal-vettura waqt it-test;

    3.8.3.10.4.

    l-ebda parti mis-sistema ma għandha tiġi deformata b’tali mod li wara li jitlesta t-test, minħabba truf ippuntati jew biċċiet oħra ħerġin ’il barra, il-parti tista’ tweġġa’ lil xi ħadd.

    3.8.3.11.   L-istruzzjonijiet dwar kif titħaddem għandhom ikunu jidhru sew ħdejha.

    3.8.4.   Siġġu tar-roti jħares lura - rekwiżiti tat-test statiku

    3.8.4.1.   Il-vetturi li ma jkunux meħtieġa li jkollhom sistemi li jżommu lill-okkupanti milli jaqgħu jistgħu, bħala alternattiva għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.8.2 jew 3.8.3, ikunu pprovduti bi spazju għas-siġġu tar-roti ddisinjat sabiex il-persuna fuq is-siġġu tar-roti tkun tista’ tiċċaqlaq faċilment bis-siġġu tar-roti jħares lura fuq sapport jew serħ id-dahar, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    3.8.4.1.1.

    wieħed mill-ġnub lonġitudinali tal-ispazju għal siġġu tar-roti għandu jserraħ ma’ ġenb jew ħajt tal-vettura jew diviżjoni;

    3.8.4.1.2.

    fit-tarf ta’ quddiem tal-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jiġi pprovdut sapport jew serħ id-dahar perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura;

    3.8.4.1.3.

    is-sostenn jew is-serħ tad-dahar għandu jkun iddisinjat għar-roti jew id-dahar tas-siġġu tar-roti biex dawn jistrieħu mas-sostenn jew is-serħ tad-dahar sabiex ikun evitat li s-siġġu tar-roti jinqaleb u jrid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.8.5;

    3.8.4.1.4.

    għandu jitwaħħal poġġaman jew maqbad mal-ġenb jew il-ħajt tal-vettura jew diviżjoni b’tali mod li jippermetti lil-utent tas-siġġu tar-roti jaħfnu mingħajr tbatija; Dan il-poġġaman m’għandux jestendi fuq il-projezzjoni vertikali tal-ispazju tas-siġġu tar-roti, ħlief b’mhux iżjed minn 90 mm u f’għoli biss ta’ mhux inqas minn 850 mm ’il fuq mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti;

    3.8.4.1.5.

    għandu jitwaħħal poġġaman li jingħalaq jew strument riġidu ekwivalenti fuq in-naħa l-oħra tal-ispazju għas-siġġu tar-roti sabiex jillimita kwalunkwe ċaqliq laberali tas-siġġu tar-roti u jippermetti lil-utent tas-siġġu tar-roti jaħfnu mingħajr tbatija;

    3.8.4.1.6.

    għandu jitwaħħal sinjal ħdejn iż-żona għas-siġġu tar-roti bil-kliem li ġej:

    “Dan l-ispazju hu riservat għal siġġu tar-roti. Is-siġġu tar-roti għandu jitqiegħed iħares lura u jserraħ fuq is-sostenn jew is-serħ id-dahar bil-brejkijiet azzjonati”

    Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.4 tal-Anness 3 japplikaw għal kwalunkwe sinjali bil-kitba li jintużaw.

    3.8.5.   Rekwiżiti tas-serħ id-dahar u tas-sapport

    3.8.5.1.   Serħ id-dahar imwaħħal ma’ spazju għal siġġu tar-roti skont il-paragrafu 3.8.4 għandu jkun imwaħħal b’mod perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura u għandu jkun kapaċi jiflaħ tagħbija ta’ 250 ± 20 daN applikata fuq iċ-ċentru tal-wiċċ ikkuttunat ta’ serħ id-dahar, f’għoli ta’ mhux inqas minn 600 mm u ta’ mhux aktar minn 800 mm imkejjel b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, għal mill-anqas 1,5 sekondi permezz ta’ blokka ta’ 200 mm × 200 mm fil-pjan orizzontali tal-vettura lejn il-parti ta’ quddiem tal-vettura. Is-serħ id-dahar m’għandux jintlewa aktar minn 100 mm jew isofri deformazzjoni jew ħsara permanenti.

    3.8.5.2.   Sapport imwaħħal ma’ spazju għal siġġu tar-roti skont il-paragrafu 3.8.4 għandu jkun imwaħħal b’mod perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura u għandu jkun kapaċi jiflaħ forza ta’ 250 ± 20 daN applikata fuq iċ-ċentru tas-sapport, għal mill-anqas 1,5 sekondi fil-pjan orizzontali tal-vettura lejn l-parti ta’ quddiem tal-vettura fin-nofs tas-sapport. Is-sapport m’għandux jintlewa iżjed minn 100 mm jew isofri deformazzjoni jew ħsara permanenti.

    3.8.6.   Eżempju ta’ serħ id-dahar li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.8.4.1.3 (Ara l-Anness 4, figura 29).

    3.8.6.1.   Ix-xifer ta’ isfel ta’ serħ id-dahar għandu jkun f’għoli ta’ mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 480 mm imkejjel b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti.

    3.8.6.2.   Ix-xifer ta’ fuq ta’ serħ id-dahar għandu jkun f’għoli ta’ mhux inqas minn 1 300 mm imkejjel b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti.

    3.8.6.3.   Serħ id-dahar għandu jkollu wisa’ ta’:

    3.8.6.3.1.

    mhux inqas minn 270 mm u mhux aktar minn 420 mm sa għoli ta’ 830 mm imkejjel b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, u

    3.8.6.3.2.

    mhux inqas minn 270 mm u ta’ mhux aktar minn 300 mm f’għoli li jaqbeż it-830 mm imkejjel b’mod vertikali mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti.

    3.8.6.4.   Għandu jkun imwaħħal serħ id-dahar f’angolu ta’ mhux inqas minn erba’ gradi u ta’ mhux iżjed minn tmien gradi mal-vertikali bix-xifer ta’ isfel ta’ serħ id-dahar pożizzjonat aktar qrib tan-naħa ta’ wara tal-vettura milli x-xifer ta’ fuq.

    3.8.6.5.   Il-wiċċ ikkuttunat ta’ serħ id-dahar għandu jifforma parti minn pjan wieħed u kontinwu.

    3.8.6.6.   Il-wiċċ ikkuttunat ta’ serħ id-dahar għandu jgħaddi minn kwalunkwe punt fuq pjan vertikali immaġinarju pożizzjonat lejn in-naħa ta’ wara tat-tarf ta’ quddiem tal-ispazju għas-siġġu tar-roti u pożizzjonat mhux inqas minn 100 mm u mhux aktar minn 120 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-ispazju għas-siġġu tar-roti mkejjel b’mod orizzontali u mhux inqas minn 830 mm u mhux aktar minn 870 mm mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti mkejjel b’mod vertikali.

    3.9.   Kontrolli tal-bibien

    3.9.1.   Jekk bieba msemmija fil-paragrafu 3.6 tkun mgħammra b’kontrolli tal-ftuħ għall-użu f’ċirkustanzi normali, dawn il-kontrolli għandhom:

    3.9.1.1.

    fil-każ ta’ kontrolli fuq barra, ikunu fuq jew ħdejn dik il-bieba f’għoli ta’ bejn 850 mm u 1 300 mm mill-art u ma jkunux aktar minn 900 mm mill-bieba, u

    3.9.1.2.

    fil-każ ta’ kontrolli interni ġewwa vetturi tal-Klassi I, II u III, ikunu fuq jew ħdejn dik il-bieba f’għoli ta’ bejn 850 mm u 1 300 mm mill-wiċċ ta’ fuq tal-art l-aktar qrib tal-kontroll u ma jkunux iżjed minn 900 mm fi kwalunkwe direzzjoni mill-fetħa tal-bieba.

    3.10.   (Riservat)

    3.11.   Provvedimenti għall-apparat tal-irkib

    3.11.1.   Rekwiżiti ġenerali:

    3.11.1.1.   Il-kontrolli li jattivaw l-apparat tal-irkib għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bħala tali. Il-pożizzjoni estiża jew imniżżla tal-apparat tal-irkib għandha tkun indikata b’sinjal ċar lix-xufier.

    3.11.1.2.   F’każ li ma jaħdimx sew l-apparat ta’ sikurezza, il-lifts, ir-rampi u s-sistemi li jinkinaw m’għandhomx ikunu jistgħu jaħdmu, sakemm ma jkunux jistgħu jitħaddmu b’mod sikur manwalment. It-tip u l-post tal-apparat li jagħti sinjal ta’ emerġenza għandu jkun immarkat sew. F’każ ta’ ħsara fis-sistema elettrika, il-lifts u r-rampi għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment.

    3.11.1.3.   L-aċċess għal waħda mill-bibien ta’ servizz jew tal-emerġenza fuq il-vettura jistgħu jiġu ostakolati minn apparat tal-irkib bil-kundizzjoni li jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin minn ġewwa u barra l-vettura.

    3.11.1.3.1.   Il-mekkaniżmu li jgħinek titla’ fuq il-vettura ma jostakolax il-pum jew xi apparat ieħor għall-ftuħ tal-bieba.

    3.11.1.3.2.   Il-mekkaniżmu li jgħinek titla’ fuq il-vettura jista’ jitneħħa faċilment biex iħalli l-ispazju tal-bieba liberu biex jintuża f’emerġenza.

    3.11.2.   Sistema li tinkina

    3.11.2.1.   Għandu jkun meħtieġ swiċċ biex tkun tista’ titħaddem is-sistema li tinkina.

    3.11.2.2.   Kwalunkwe kontroll li jibda t-tniżżil jew l-irfigħ ta’ xi parti mill-karozzerija jew il-karozzerija sħiħa fir-rigward tal-wiċċ tat-triq għandu jkun identifikat sew u jkun taħt il-kontroll dirett tax-xufier.

    3.11.2.3.   Il-proċess tal-inżul irid ikun jista’ jiġi mwaqqaf u mreġġa’ lura immedjatament permezz ta’ kontroll li jista’ jilħqu x-xufier, waqt li jkun bilqiegħda fil-kabina, u anki ħdejn kwalunkwe kontroll operattiv ipprovdut għat-tħaddim tas-sistema li tinkina.

    3.11.2.4.   Kwalunkwe sistema li tinkina li tkun imwaħħla ma’ vettura m’għandhiex tħalli l-vettura tinstaq b’veloċità li taqbeż il-5 km/h meta l-vettura tkun iżjed baxxa mill-għoli normali tal-ivvjaġġar.

    3.11.3.   Lift

    3.11.3.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

    3.11.3.1.1.   Il-lifts għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu biss meta l-vettura hi wieqfa għal kollox. Għandu jiġi impedut kwalunkwe moviment tal-pjattaforma sakemm ma jkunx ġie attivat jew tħaddem b’mod awtomatiku apparat li ma jippermettix lis-siġġu tar-roti jinqaleb.

    3.11.3.1.2.   Il-pjattaforma tal-lift m’għandhiex tkun wiesgħa inqas minn 800 mm, u twila mhux inqas minn 1 200 mm u għandha tkun tista’ titħaddem meta tkun qed iġġorr massa ta’ mill-inqas 300 kg.

    3.11.3.2.   Rekwiżiti tekniċi oħra għal-lifts li jaħdmu b’mod mekkaniku

    3.11.3.2.1.   Il-kontroll tat-tħaddim għandu jkun iddisinjat b’mod li, jekk ikun rilaxxat, jerġa’ lura awtomatikament għall-pożizzjoni mitfija. Kif jagħmel hekk, il-moviment tal-lift għandu jitwaqqaf immedjatament u jrid ikun possibbli li jibda moviment f’kull direzzjoni.

    3.11.3.2.2.   Apparat tas-sikurezza (eż. mekkaniżmu li jirriversja) għandu jipproteġi ż-żoni li ma jarax l-operatur, meta l-moviment tal-lift jista’ jaqbad jew jgħaffeġ xi affarijiet.

    3.11.3.2.3.   F’każ li wieħed minn dawn il-mekkaniżmi tas-sikurezza jibda jaħdem, il-moviment tal-lift għandu jitwaqqaf immedjatament u jibda jaħdem fid-direzzjoni opposta.

    3.11.3.3.   Tħaddim ta’ lifts li jaħdmu b’mod mekkaniku

    3.11.3.3.1.   Meta l-lift jkun f’bieba ta’ servizz li tista’ tidher direttament mix-xufier tal-vettura, il-lift jista’ jitħaddem mix-xufier meta dan ikun fis-sit tiegħu.

    3.11.3.3.2.   Fil-każijiet l-oħra kollha, il-kontrolli għandhom ikunu ħdejn il-lift. Huma għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati u diżattivati biss mix-xufier minn postu.

    3.11.3.4.   Lift li jaħdem b’mod manwali

    3.11.3.4.1.   Il-lift għandu jkun iddisinjat biex jaħdem permezz ta’ kontrolli ħdejn il-lift.

    3.11.3.4.2.   Il-lift għandu jkun iddisinjat b’mod li ma jkunux meħtieġa forzi eċċessivi biex iħaddmuh.

    3.11.4.   Rampa

    3.11.4.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

    3.11.4.1.1.   Ir-rampa għandha tkun tista’ taħdem biss meta l-vettura tkun wieqfa għal kollox.

    3.11.4.1.2.   It-truf fuq in-naħa ta’ barra għandhom ikunu illimati għat-tond għal radju ta’ mhux anqas minn 2,5 mm. Il-kantunieri fuq barra għandhom ikunu illimati għat-tond għal radju ta’ mhux anqas minn 5 mm.

    3.11.4.1.3.   Il-wiċċ li jista’ jintuża ta’ rampa għandu jkun wiesa’ mill-anqas 800 mm. L-inklinazzjoni tar-rampa, meta tkun estiża jew miftuħa għal fuq bankina għolja 150 mm, m’għandhiex taqbeż 12 fil-mija. L-inklinazzjoni tar-rampa, meta tkun estiża jew miftuħa għal fuq l-art, m’għandhiex taqbeż is-36 fil-mija. Tista’ tintuża sistema li tinkina biex jinkiseb dan it-test.

    3.11.4.1.4.   Kwalunkwe rampa li meta tkun lesta biex tintuża taqbeż tul ta’ 1 200 mm għandu jkollha mekkaniżmu li jżomm lis-siġġu tar-roti milli jaqa’ minn fuq il-ġnub.

    3.11.4.1.5.   Kwalunkwe rampa għandha tkun tista’ taħdem b’mod sikur b’tagħbija ta’ 300 kg.

    3.11.4.1.6.   Ix-xifer ta’ barra ta’ wċuħ ta’ rampi li jistgħu jintużaw minn siġġu tar-roti għandhom ikunu mmarkati ċar b’faxxa kkulurita wiesgħa 45 mm sa 55 mm li tikkuntrasta viżwalment mal-bqija tal-wiċċ tar-rampa. Il-faxxa kkulurita għandha testendi tul ix-xifer ta’ barra nett u tul iż-żewġt ixfar paralleli mad-direzzjoni tal-ivvjaġġar tas-siġġu tar-roti.

    Jista’ jiġi mmarkat kwalunkwe periklu ta’ waqgħa jew fejn parti mill-wiċċ tar-rampa tifforma wkoll parti mit-tarġa.

    3.11.4.1.7.   Rampa li tista’ tinġarr trid tkun marbuta sewwa meta tkun fil-pożizzjoni biex tintuża. Rampa li tista’ tinġarr trid tkun ipprovduta b’post xieraq fejn tista’ tiġi stivata u fejn tkun faċilment disponibbli għall-użu.

    3.11.4.2.   Il-modi tat-tħaddim

    3.11.4.2.1.   Ir-rampa tista’ titħaddem u tiġi stivata bl-idejn jew b’mod mekkaniku.

    3.11.4.3.   Rekwiżiti tekniċi oħra għar-rampi li jaħdmu b’mod mekkaniku

    3.11.4.3.1.   It-tħaddim u l-istivar tar-rampa għandu jkun indikat bi dwal sofor li jteptpu u sinjal akustiku.

    3.11.4.3.2.   Tħaddim u stivar tar-rampa li jista’ joħloq riskju ta’ korriment għandu jiġi protett permezz ta’ apparat tas-sigurtà.

    3.11.4.3.3.   Dan l-apparat tas-sigurtà għandu jwaqqaf il-moviment tar-rampa meta din tkun sottoposta għal forza reattiva medja li ma taqbiżx 150 N. Il-forza massima tista’ tkun akbar minn 150 N għal ħin qasir bil-kundizzjoni li din ma taqbiżx 300 N. Il-forza reattiva tista’ tiġi mkejla bi kwalunkwe metodu li jissodisfa lill-Awtorità Kompetenti. Linji gwida għall-kejl tal-forzi reattivi huma mogħtija fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

    3.11.4.3.4.   Il-moviment orizzontali tar-rampa għandu jiġi interrott meta titpoġġa massa ta’ 15-il kg fuqha.

    3.11.4.4.   Tħaddim tar-rampi li jaħdmu b’mod mekkaniku

    3.11.4.4.1.   Fejn ix-xufier ikollu viżjoni adegwata tar-rampa li tkun suffiċjenti sabiex jimmonitorja t-tħaddim u l-użu tagħha, biex tkun żgurata s-sigurtà tal-passiġġieri, ir-rampa tista’ tiġi mħaddma mix-xufier meta dan ikun fis-sit tas-sewqan. Dan ir-rekwiżit jista’ jintlaħaq b’mezz(i) ta’ viżjoni indiretta xierqa.

    3.11.4.4.2.   Fil-każijiet l-oħra kollha, il-kontrolli għandhom ikunu ħdejn ir-rampa. Huma għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati u diżattivati biss mix-xufier minn postu.

    3.11.4.5.   Tħaddim tar-rampa li taħdem manwalment

    3.11.4.5.1.   Ir-rampa għandha tkun iddisinjata b’mod li ma jkunx hemm bżonn ta’ forzi eċċessivi biex iħaddmu r-rampa.


    ANNESS 9

    (Riservat)


    ANNESS 10

    Approvazzjoni tat-tip għal unità teknika separata u approvazzjoni tat-tip għal vettura li fiha karozzerija li diġà ġiet approvata bħala unità teknika separata

    1.   APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL UNITÀ TEKNIKA SEPARATA

    1.1.

    Sabiex tingħata approvazzjoni tat-tip għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għall-karozzerija ta’ vettura, il-manifattur irid juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni li ntlaħqu l-kundizzjonijiet iddikjarati mill-manifattur. Il-kundizzjonijiet li fadal għal dan ir-Regolament iridu jintlaħqu u jintwerew skont paragrafu 2.

    1.2.

    L-approvazzjoni tista’ tingħata fuq kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu mill-vettura lesta (bħal, per eżempju, il-karatteristiċi ta’ xasi addattat, restrizzjoni fuq l-użu jew l-immuntar), dawn ir-restrizzjonijiet ikunu mniżżla fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

    1.3.

    Kwalunkwe kundizzjoni bħal din għandha tiġi mgħarrfa lix-xerrej tal-karozzerija tal-vettura jew lil min se jibni l-vettura fil-fażi li jmiss f’forma addattata.

    2.   APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL VETTURA MGĦAMMRA B’KAROZZERIJA LI DIĠÀ TKUN ĠIET APPROVATA BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA

    2.1.

    Sabiex tingħata approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament lil vettura mgħammra b’karozzerija li diġà tkun ingħatat approvazzjoni bħala unità teknika separata, il-manifattur irid juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni, konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li ma jkunux intlaħqu diġa u murija skont il-paragrafu 1, billi titqies kwalunkwe approvazzjoni tat-tip preċedenti bħala vettura mhux kompluta.

    2.2.

    Kwalunkwe rekwiżit stabbilit skont il-paragrafu 1.2 għandu jiġi sodisfatt.


    ANNESS 11

    MASES U QISIEN

    1.   Dan l-anness japplika għall-mases u l-qisien ta’ vetturi tal-kategoriji M2 u M3 safejn huma meħtieġa għall-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-binja ġenerali tagħha.

    2.   TIFSIRIET

    Għall-finijiet ta’ dan l-anness:

    2.1.

    “Grupp ta’ fusien” tfisser fusien li huma parti mill-istruttura bir-roti li fuqha sserraħ il-vettura. Grupp b’żewġ fusien jissejjaħ tandem u grupp bi tliet fusien jissejjaħ struttura bir-roti li fuqha sserraħ il-vettura li fiha tliet fusien. Ġeneralment, fus waħdu hu meqjus bħala grupp ta’ fus wieħed.

    2.2.

    “Qisien tal-vettura” tfisser il-qisien tal-vettura bbażati fuq il-kostruzzjoni tagħha, kif iddikjarat mill-manifattur.

    2.2.1.

    “Tul tal-vettura” huwa qies li jiġi mkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.1.

    Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istandard, meta jitkejjel it-tul tal-vettura, m’għandhomx jiġu kkunsidrati l-istrumenti li ġejjin:

    (a)

    L-apparat tal-wajper u tal-washer;

    (b)

    Il-pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq quddiem jew fuq wara;

    (c)

    L-apparat tal-issiġillar doganali u l-protezzjoni tiegħu;

    (d)

    L-istrumenti sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom;

    (e)

    It-tagħmir tad-dawl;

    (f)

    Il-mirja u strumenti oħra għal viżjoni indiretta;

    (g)

    L-għajnuniet għall-ħars;

    (h)

    Il-pajpijiet għad-dħul tal-arja;

    (i)

    Waqfien fit-tul għal karozzeriji li jistgħu jiġu żmuntati;

    (j)

    It-tarġiet ta’ aċċess u l-imqabad;

    (k)

    Il-lastku li jolqot b’sabta kbira u tagħmir simili,

    (l)

    Pjattaformi li jgħollu, rampi ta’ aċċess u apparat simili li jkun qed jaħdem sew, li ma jaqbżux it-300 mm, bil-kundizzjoni li ma tiżdiedx kemm tiflaħ tagħbija l-vettura;

    (m)

    Apparat tal-igganċjar għal vetturi bil-mutur;

    (n)

    Booms tat-trolley ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku;

    (o)

    Il-viżieri fuq barra tax-xemx.

    2.2.2.

    “Wisa’ tal-vettura” huwa qies li jitkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.2.

    Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istandard, meta jitkejjel il-wisa’ tal-vettura, m’għandhomx jiġu kkunsidrati l-istrumenti li ġejjin:

    (a)

    Mezzi ta’ ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom;

    (b)

    Mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom;

    (c)

    Strumenti li jindikaw ħsara fit-tajers;

    (d)

    Partijiet flessibbli li joħorġu ’l barra ta’ trażżin tat-titjir;

    (e)

    Tagħmir tad-dawl;

    (f)

    Rampi ta’ aċċess li jkunu qed jaħdmu sewwa, pjattaformi tar-rfigħ u tagħmir simili li jkun qed jaħdem sewwa bil-kundizzjoni li ma jaqbżux 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-kantunieri tar-rampi jħarsu ’l quddiem jew lura u ttondjati għal radju ta’ mhux inqas minn 5 mm; it-truf għandhom ikunu ttondjati għal radju ta’ mhux inqas minn 2,5 mm;

    (g)

    Mirja u strumenti oħra għal viżjoni indiretta;

    (h)

    Indikaturi tal-pressjoni tat-tajers;

    (i)

    Turġien li jistgħu jinġibdu lura;

    (j)

    Il-parti milwija tal-ħitan tat-tajers immedjatament fuq il-punt ta’ kuntatt mal-art;

    (k)

    Għajnuniet għall-ħars;

    (l)

    Strumenti ta’ gwida laterali li jinfetħu u jingħalqu fuq il-karozzi tal-linja u l-coaches, maħsuba sabiex jintużaw fuq sistemi ta’ karozzi tal-linja ggwidati, jekk ma jingħalqux;

    (m)

    Apparat tad-dawl tal-bieba ta’ servizz.

    2.2.3.

    “L-għoli tal-vettura” huwa qies li jitkejjel skont l-istandards ISO 612-1978, terminu Nru 6.3.

    Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istandard, meta jitkejjel l-għoli tal-vettura, m’għandhomx jiġu kkunsidrati l-istrumenti li ġejjin:

    (a)

    Antenni;

    (b)

    Pantografi jew booms tat-trolley fil-pożizzjoni mgħollija tagħhom;

    Fil-każ ta’ vetturi b’apparat li jerfa’ l-fus, għandu jiġi kkunsidrat l-effett ta’ dan l-apparat.

    2.3.

    “Massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus (m)” tfisser il-massa li tikkorrispondi għall-massa vertikali statika massima permissibbli eżerċitata mill-fus fuq il-wiċċ tat-triq, ibbażata fuq il-binja tal-vettura u tal-fus u kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura.

    2.4.

    “Massa massima teknikament permissibbli fuq grupp ta’ fusien (μ)” tfisser il-massa li tikkorrispondi għall-massa vertikali statika massima permissibbli eżerċitata mill-grupp ta’ fusien fuq il-wiċċ tat-triq, ibbażata kemm fuq il-binja tal-vettura kif ukoll tal-grupp ta’ fusien u kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura.

    2.5.

    “Massa li tista’ tiġi rmunkata” tfisser il-massa totali eżerċitata fuq il-wiċċ tat-triq mill-fus(ien) tal-vettura(i) irmonkata(i).

    2.6.

    “Massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata (TM)” tfisser il-massa massima li tista’ tiġi rmunkata kif dikjarat mill-manifattur.

    2.7.

    “Massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-igganċjar ta’ vettura” tfisser il-massa li tikkorrispondi għall-massa vertikali statika massima permissibbli fuq il-punt tal-igganċjar ibbażata fuq il-binja tal-vettura u/jew l-apparat tal-igganċjar kif dikjarat mill-manifattur. B’definizzjoni, din il-massa ma tinkludix il-massa tal-apparat tal-igganċjar tal-vettura bil-mutur.

    2.8.

    “Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni (MC)” tfisser il-massa totali tal-vettura u t-trejler(s) kif iddikjarat mill-manifattur.

    2.9.

    “Mekkaniżmu li jgħolli l-fus” tfisser mekkaniżmu mwaħħal b’mod permanenti mal-vettura bl-iskop li jnaqqas jew iżid it-tagħbija fuq il-fus(ien), skont il-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-vettura:

    (a)

    Jew billi jgħolli r-roti sew mill-art/ibaxxihom lejn l-art;

    (b)

    Jew mingħajr ma jgħolli r-roti mill-art, (eż. fil-każ tas-sistemi ta’ sospensjoni bl-arja, jew sistemi oħra);

    sabiex inaqqsu l-kedd tat-tajers meta l-vettura ma tkunx mgħobbija għal kollox, u/jew sabiex jagħmlu l-istartjar (tluq) fuq art tiżloq aktar faċli għall-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi, billi tiżdied it-tagħbija fuq il-fus li jmexxi.

    3.   REKWIŻITI

    3.1.   Il-kejl tal-massa tal-vettura meta tkun qed taħdem u t-tqassim tiegħu fuq il-fusien

    Il-massa tal-vettura meta tkun qed taħdem sew u t-tqassim tiegħu fuq il-fusien titkejjel fuq il-vettura(i) sottomessi skont il-paragrafu 3.4 ta’ dan ir-Regolament f’pożizzjoni wieqfa bir-roti tagħhom iħarsu dritt ’il quddiem. Jekk il-mases imkejla jvarjaw b’mhux aktar minn 3 fil-mija mill-mases iddikjarati mill-manifattur għall-konfigurazzjonijiet tekniċi korrispondenti għat-tip, u b’mhux aktar minn 5 fil-mija jekk il-vettura tkun tal-kategorija M2 li ma taqbiżx 3 500 kg, il-mases meta tkun qed taħdem u t-tqassim tagħhom fuq il-fusien kif iddikjarat mill-manifattur jintużaw għall-fini tar-rekwiżiti li jidhru hawn taħt. Inkella jridu jintużaw il-mases imkejla u s-servizz tekniku jista’ mbagħad, jekk ikun hemm bżonn, jagħmel kejl ieħor fuq vettura(i) differenti minn dawk ippreżentati skont il-paragrafu 3.4 ta’ dan ir-Regolament.

    3.2.   Kalkolazzjonijiet tat-tqassim tal-massa

    3.2.1.   Proċedura tal-kalkolazzjoni

    3.2.1.1.

    Għall-fini tal-kalkolazzjonijiet tat-tqassim tal-massa stipulati hawn wara, il-manifattur irid jagħti lis-servizz tekniku li jieħu ħsieb it-testijiet, l-informazzjoni (f’forma ta’ tabella jew fi kwalunkwe forma oħra xierqa) meħtieġa biex jiġi identifikat għal kull konfigurazzjoni teknika fit-tip ta’ vettura, il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura, il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien u gruppi ta’ fusien, il-massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata, u l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni.

    3.2.1.2.

    Għandhom isiru kalkolazzjonijiet xierqa sabiex ikun assigurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip. Għal dan il-għan, il-kalkolazzjonijiet jistgħu jkunu limitati għall-agħar każijiet.

    3.2.1.3.

    Fir-rekwiżiti li ġejjin, in-notazzjonijiet M, mi, μj, TM, u MC rispettivament jindikaw il-parametri segwenti, li għalihom iridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2:

    M

    =

    Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura;

    mi

    =

    Il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus imsejjaħ “i”, fejn “i” ivarja minn 1 san-numru totali ta’ fusien tal-vettura;

    μj

    =

    Il-massa massima teknikament permissibbli fuq fus wieħed jew grupp ta’ fusien imsejħa “j”, fejn “j” ivarja minn 1 san-numru totali ta’ fusien waħidhom jew gruppi ta’ fusien;

    TM

    =

    il-massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata; u

    MC

    =

    il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni.

    3.2.1.4.

    Fil-każ ta’ fus wieħed, imsejjaħ “i” bħala fus u “j” bħala grupp ta fusien, mi = μj bħala regola.

    3.2.1.5.

    Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’fusien li jistgħu jiġu mgħobbija, il-kalkolazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 3.2.1.2 għandhom isiru bis-sospensjoni tal-fusien mgħobbija fil-konfigurazzjoni tas-sewqan normali. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’fusien li jistgħu jinġibdu lura, il-kalkolazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 3.2.1.2 għandhom isiru bil-fusien imniżżla.

    3.2.1.6.

    Għal gruppi ta’ fusien, il-manifattur għandu jindika l-liġijiet tad-distribuzzjoni bejn il-fusien tal-massa totali applikata fuq il-grupp (pereżempju billi jingħataw l-formuli tad-distribuzzjoni jew isiru graffs tad-distribuzzjoni).

    3.2.2.   Limitazzjonijiet tat-tagħbija

    3.2.2.1.

    It-total tal-mases mi m’għandux ikun inqas mill-massa M.

    3.2.2.2.

    Għal kull grupp ta’ fusien imsejjaħ ‘j’, it-total tal-mases mi fuq il-fusien tiegħu m’għandux ikun anqas mill-massa μj. Barra minn hekk, kull wieħed mill-mases mi m’għandux ikun inqas mill-parti ta’ μj li tapplika fuq il-fus ‘i' kif stabbilit mil-liġijiet tat-tqassim tal-massa għal dak il-grupp ta’ fusien.

    3.2.2.3.

    It-total tal-mases μj m’għandux ikun anqas mill-massa M.

    3.2.2.4.

    MC m’għandux jaqbeż M + TM.

    3.2.3.   Kundizzjonijiet tat-tagħbija

    3.2.3.1.

    Il-massa tal-vettura meta tkun qed taħdem, flimkien mal-massa Q immultiplikat bin-numru ta’ passiġġieri bilqiegħda u bilwieqfa, flimkien mal-mases WP, B u BX kif definiti fil-paragrafu 3.2.3.2.1, flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-igganċjar, jekk ikun hemm igganċjar imwaħħal mill-manifattur, m’għandux jaqbeż il-massa M.

    3.2.3.2.

    Meta l-vettura f’kundizzjoni tajba tkun mgħobbija kif deskritt fil-paragrafu 3.2.3.2.1, il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija fuq kull fus m’għandhiex taqbeż il-massa mi fuq kull fus, u l-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija fuq kull fus waħdu jew grupp ta’ fusien m’għandhiex taqbeż il-massa μj fuq dak il-grupp ta’ fusien. Barra minn hekk, il-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq il-fus li tmexxi jew it-total tal-mases korrispondenti għat-tagħbijiet fuq il-fusien li jmexxu għandha tkun tal-anqas 25 fil-mija ta’ M.

    3.2.3.2.1.

    Il-vettura meta tkun qed taħdem tkun mgħobbija bi: massa li tikkorrispondi għan-numru P ta’ passiġġieri bilqiegħda, ta’ massa Q; massa li tikkorrispondi għan-numru SP ta’ passiġġieri bilwieqfa, ta’ massa Q imqassma b’mod uniformi fuq il-wiċċ disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa S1; massa WP imqassam b’mod uniformi fuq kull spazju għal siġġu tar-roti; massa ugwali għal B (kg) imqassma b’mod uniformi fil-kabini tal-bagalji; massa ekwivalenti għal BX (kg) imqassam b’mod uniformi fuq l-ispazju tal-wiċċ tas-saqaf attrezzat biex iġorr il-bagalji, fejn:

    P huwa n-numru ta’ passiġġieri bilqiegħda.

    S1 huwa l-ispazju għall-passiġġieri bilwieqfa. Fil-każ ta’ vetturi tal-klassijiet III jew B, S1 = 0.

    SP, iddikjarat mill-manifattur, m’għandux jaqbeż il-valur S1/SSp, fejn SSp huwa l-ispazju konvenzjonali pprovdut għal passiġġier wieħed bilwieqfa speċifikat fit-tabella ta’ hawn taħt.

    WP (kg), huwa n-numru ta’ spazji għas-siġġijiet tar-roti mmultiplikat b’250 kg li jirrappreżentaw il-massa tas-siġġu tar-roti u min ikun fuqu.

    B (kg), iddikjarat mill-manifattur, għandu jkollu valur numeriku mhux inqas minn 100 × V. Dan għandu jinkludi l-kabini jew l-ixkafef tal-bagalji li jistgħu jitwaħħlu fuq in-naħa ta’ barra tal-vettura.

    V huwa l-volum totali tal-kabini tal-bagalji f’m3. Meta tkun qiegħda tiġi approvata vettura tal-Klassi I jew A, m’għandux jingħata każ tal-volum tal-kabini tal-bagalji li jkunu aċċessibbli biss minn barra l-vettura.

    BX, iddikjarat mill-manifattur, għandu jkollu valur numeriku ta’ mhux inqas minn 75 kg/m2.

    Vetturi b’żewġ pjani m’għandhomx ikunu mgħammra biex iġorru bagalji fuq is-saqaf u għalhekk BX għall-vetturi b’żewġ pjani għandu jkun żero.

    Q u SSp għandhom valuri stipulati fit-tabella li ġejja:

    Klassi tal-vettura

    Q (kg) massa ta’ passiġġier wieħed

    SSp (m2/passiġġier)

    spazju konvenzjonali għal passiġġier wieħed bilwieqfa

    Klassi I u A

    68

    0,125

    Klassi II

    71  (*)

    0,15

    Klassi III u B

    71  (*)

    Xejn

    3.2.3.2.2.

    Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’kapaċità ta’ postijiet ta’ bilqiegħda li jvarjaw, l-ispazju disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (S1) u/jew imgħammra għall-ġarr tas-siġġijiet tar-roti, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-paragrafi 3.2.3.1 u 3.2.3.2 għal kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin kif applikabbli:

    3.2.3.2.2.1.

    Bil-postijiet bilqiegħda kollha possibbli okkupati segwiti mill-bqija tal-ispazju għall-passiġġieri bilwieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta’ persuni bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, jekk jintlaħaq, esklużi l-ispazji maħsuba għall-użu esklussiv minn persuni fis-siġġijiet tar-roti) u, jekk jibqa’ l-ispazju, kull post okkupat mis-siġġijiet tar-roti;

    3.2.3.2.2.2.

    Bil-postijiet bilqiegħda kollha possibbli okkupati segwiti (sal-limitu tal-kapaċità ta’ passiġġieri bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, esklużi ż-żoni maħsuba għall-użu esklussiv minn persuni fis-siġġijiet tar-roti), segwiti mis-sits li jifdal disponibbli għall-passiġġieri bilqiegħda u, jekk jifdal l-ispazju, kull post okkupat mis-siġġijiet tar-roti.

    3.2.3.2.2.3.

    Bl-ispazji għas-siġġijiet tar-roti kollha possibbli okkupati segwiti mill-ispazju li jifdal għall-passiġġieri bilwieqfa (sal-limitu tal-kapaċita ta’ passiġġieri bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, jekk jintlaħaq) u mbagħad il-bqija tal-postjiet bilqiegħda disponibbli għall-użu, okkupati.

    3.2.3.3.

    Meta l-vettura tkun f’kundizzjoni ta’ sewqan jew mgħobbija kif speċifikat fil-paragrafu 3.2.3.2.1, il-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija fuq il-fus jew il-grupp ta’ fusien fuq quddiem ma għandhiex tkun inqas mill-perċentwali tal-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan jew tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli “M” stabbilita fit-tabella li ġejja:

    Klassi I u A

    Klassi II

    Klassi III u B

    Riġidi

    Artikolati

    Riġidi

    Artikolati

    Riġidi

    Artikolati

    20

    20

    25  (1)

    20

    25  (1)

    20

    3.2.3.4.

    Meta vettura tkun trid tiġi approvata għal iktar minn Klassi waħda, il-paragrafi 3.2.3.1 u 3.2.3.2 għandhom japplikaw għal kull Klassi.

    3.3.   L-immarkar tal-vetturi

    3.3.1.   Il-vettura għandha tkun immarkata b’mod ċar fuq in-naħa ta’ ġewwa f’pożizzjoni li x-xufier ikun jista’ jaraha mill-pożizzjoni tiegħu bilqiegħda:

    3.3.1.1.

    B’ittri jew piktogrammi li jkollhom għoli ta’ mhux inqas minn 10 mm u numri b’għoli ta’ mhux inqas minn 12 mm, bi:

    3.3.1.1.1.

    In-numru massimu ta’ postijiet bilqiegħda li l-vettura tkun iddisinjata biex iġġorr;

    3.3.1.1.2.

    In-numru massimu ta’ postijiet bilwieqfa, jekk ikun hemm, li l-vettura tkun iddisinjata li ġġorr;

    3.3.1.1.3.

    In-numru massimu ta’ siġġijiet tar-roti li l-vettura tkun iddisinjata biex iġġorr, jekk ikun hemm.

    3.3.1.2.

    B’ittri jew piktogrammi li jkollhom għoli ta’ mhux inqas minn 10 mm u numri b’għoli ta’ mhux inqas minn 12 mm, bi:

    3.3.1.2.1.

    Il-massa tal-bagalji li tista’ tinġarr meta l-vettura tkun mgħobbija għal kollox skont il-paragrafu 3.2.3.

    3.3.1.2.2.

    Kif xieraq, dan għandu jinkludi l-massa tal-bagalji:

    3.3.1.2.2.1.

    Fil-kabini tal-bagalji (massa B, paragrafu 3.2.3.2.1);

    3.3.1.2.2.2.

    fuq is-saqaf jekk ikun attrezzat biex iġorr il-bagalji (massa BX, paragrafu 3.2.3.2.1).

    3.3.2.   Għandu jiġi pprovdut spazju maġenb il-marki msemmija hawn fuq li jippermetti li l-vettura tiġi mmarkata, b’ittri jew piktogrammi li jkollhom għoli ta’ mhux inqas minn 10 mm u numri b’għoli ta’ mhux inqas minn 12 mm, bil-massa tal-bagalji B u BX li jista’ jinġarr meta l-vettura tkun mgħobbija bl-akbar numru ta’ passiġġieri u ekwipaġġ u l-vettura ma tkunx qiegħda taqbeż il-massa massima mgħobbijia, jew il-massa massima ta’ kwalunkwe fus jew grupp ta’ fusien li fih il-vettura tista’ tibda tintuża fil-Parti Kontraenti fejn trid tiġi rreġistrata. Il-Partijiet Kontraenti li jeħtieġu l-immarkar ta’ din il-massa għandhom, bi ftehim mal-manifattur, jistabbilixxu l-massa tal-bagalji li għandha tiġi mmarkata u jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-vetturi jkunu mmarkati b’dan il-mod qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom.

    3.4.   Manuvrabilità

    3.4.1.   Kull vettura trid tkun tista’ tiġi manuvrata fuq kull naħa biex tagħmel dawra kompluta ta’ 360° fi spazju definit minn żewġ ċrieki konċentriċi, iċ-ċirku ta’ barra jkollu radju ta’ 12,50 m u ċ-ċirku ta’ ġewwa jkollu radju ta’ 5,30 m, mingħajr ma l-punti ta’ barra nett tal-vettura (ħlief il-partijiet li jisporġu esklużi mill-kejl tal-wisa’ tal-vettura) li jisporġu ’l barra miċ-ċirkonferenzi taċ-ċrieki. Għall-vetturi b’apparat li jgħolli l-fus, dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal fus(ien) li jingħalqu fil-pożizzjoni mgħollija jew bil-fus(ien) li jistgħu jitgħabbew fil-kundizzjoni mhux mgħobbija.

    3.4.1.1.

    Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.4.1 għandhom jiġu vverifikati bil-punt ta’ quddiem ta’ barra nett tal-vettura ggwidat tul il-kisra taċ-ċirku ta’ barra (ara l-figura A).

    3.4.2.   Bil-vettura wieqfa, pjan vertikali tanġenzjali lejn il-ġenb tal-vettura u jħares ’il barra miċ-ċirku għandu jkun stabbilit billi jiġi mmarkat sinjal fl-art. Fil-każ ta’ vettura artikolata, iż-żewġ sezzjonijiet riġidi għandhom ikunu f’linja mal-pjan. Meta l-vettura timxi minn approċċ ta’ linja dritta għal ġol-ispazju tond deskritt fil-paragrafu 3.4.1, l-ebda parti minnha m’għandha toħroġ ’il barra minn dak il-pjan vertikali b’aktar minn 0,60 m (ara l-figuri B u C).

    Figura A

    Image

    Figura B

    Image

    Figura C

    Image

    3.4.3.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.4.1 u 3.4.2 jistgħu jiġu vverifikati wkoll, fuq talba tal-manifattur, b’kalkolazzjoni jew wirja ġeometrika ekwivalenti xierqa.

    3.4.4.   Fil-każ ta’ vetturi mhux kompleti, il-manifattur għandu jiddikjara l-qisien massimi permissibli li għalihom għandha tiġi ċċekkjata l-vettura mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.4.1 u 3.4.2.


    (*)  Inkluż 3 kg għall-bagalji li jinġarru fl-idejn.

    (1)  Din il-figura titnaqqas għal 20% għal vetturi bi 3 fusien tal-klassijiet II u III li jkollhom żewġ fusien imħaddma mill-istering.


    ANNESS 12

    Preskrizzjonijiet addizzjonali dwar is-sigurtà għat-trolleybuses

    1.   DEFINIZZJONIJIET U PARAMETRI OPERATTIVI

    Għall-fini ta’ dan l-anness:

    1.1.   “Vultaġġ tal-linja” jfisser il-vultaġġ ipprovdut lill-vettura mill-provvista esterna tal-elettriku.

    It-trolleybuses għandhom ikunu mfassla biex jaħdmu b’vultaġġ tal-linja stmat ta’:

    (a)

    600 V (medda operattiva ta’ 400 sa 720 V); jew

    (b)

    750 V (medda operattiva ta’ 500 sa 900 V).

    1.2.   Iċ-ċirkwiti elettriċi ta’ trolleybus huma kklassifikati bħala:

    1.2.1.

    “ċirkwiti b’vultaġġ għoli” tfisser ċirkwiti enerġizzati fil-vultaġġ tal-linja;

    1.2.2.

    “ċirkwiti b’vultaġġ baxx” tfisser ċirkwiti enerġizzati b’vultaġġ nominali ta’ 12 V, 24 V jew 42 V.

    1.2.3.

    “ċirkwiti three phase” tfisser ċirkwiti pprovduti b’vultaġġ three-phase li ma jaqbiżx 400 V AC.

    1.3.   Kundizzjonijiet klimatiċi stmati

    It-trolleybuses iridu jkunu ddisinjati biex jaħdmu b’mod affidabbli fil-kundizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

    1.3.1.

    medda ta’ temperaturi minn – 40 °С sa + 40 °С;

    1.3.2.

    umdità relattiva ta’ 98 fil-mija f’temperaturi sa 25 °С;

    1.3.3.

    medda ta’ pressjoni atmosferika ta’ 866 kPa sa 1 066 kPa;

    1.3.4.

    medda ta’ altitudni mil-livell tal-baħar sa massimu ta’ 1 000 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.

    1.4.   “Materjal li jintefa waħdu” ifisser materjal li ma jkomplix jaqbad meta jitneħħa s-sors tal-ignixin.

    2.   ĠBIR TAL-ENERĠIJA

    2.1.

    L-enerġija elettrika għandha tinkiseb mill-wajers ta’ kuntatt permezz ta’ apparat wieħed jew aktar li jiġbor l-enerġija, li normalment jikkonsisti minn żewġ booms tat-trolley. (F’applikazzjonijiet iggwidati jistgħu jintużaw boom wieħed tat-trolley jew pantografu). Boom tat-trolley għandu jikkonsisti minn immuntar tas-saqaf (bażi tat-trolley), arblu, kollettur tal-enerġija elettrika (ras tat-trolley) u inseriment sostitwibbli tal-wiċċ ta’ kuntatt. Il-booms tat-trolley għandhom ikunu mmuntati b’mod li jkunu jistgħu jduru f’direzzjonijiet kemm orizzontali kif ukoll vertikali.

    2.2.

    L-arbli għandhom ikunu magħmula minn materjal insulat jew minn materjal miksi b’materjal ta’ iżolament u għandhom ikunu reżistenti għax-xokkijiet mekkaniċi.

    2.3.

    Il-kolletturi tal-enerġija jridu jkunu ddisinjati biex iżommu kuntatt pożittiv adegwat mal-wajers ta’ kuntatt meta l-wajers ikunu pożizzjonati bejn 4 u 6 metri ’l fuq mill-art u, fil-każ tal-booms tat-trolley, sabiex jippermettu lill-assi lonġitudinali tat-trolleybus jiddevja mill-anqas 4,0 metri lejn kull naħa tal-assi medju tal-wajers ta’ kuntatt.

    2.4.

    Jekk il-kollettur tal-enerġija aċċidentalment jinqala’ mill-wajer ta’ kuntatt (jinqala’ l-wajer), it-tarf ta’ fuq tal-kollettur(i) tal-enerġija m’għandux ikun maqtugħ aktar minn 7,2 metri ’l fuq mill-art, jew mhux iżjed minn metru ’l fuq mill-wajers ta’ kuntatt fil-ħin tal-qlugħ tal-wajer, jew inqas minn 0,5 metri ’l fuq mis-saqaf tat-trolleybus.

    2.5.

    Kull boom tat-trolley irid ikun mgħammar b’apparat li jirtira l-boom b’mod awtomatiku jekk l-arblu jinqala’ minn mal-wajer.

    2.6.

    Ir-ras tat-trolley, jekk tiġi żmuntata mill-pożizzjoni normali tagħha fuq l-arblu, għandha tibqa’ mqabbda mal-arblu u ma tridx taqa’.

    2.7.

    Ir-reżistenza tal-insulazzjoni bejn il-kollettur tal-enerġija elettrika u l-immuntar tas-saqaf/bażi tat-trolley, għandha tkun ta’ mill-anqas 10 МΩ:

    2.8.

    Il-kolletturi tal-enerġija jistgħu jkunu mgħammra b’kontroll mill-bogħod mill-kabina tax-xufier, għallinqas għall-ġbid.

    2.9.

    Għandu jsir proviżjon biex jippermetti lix-xufier jibdel, jekk ikun meħtieġ, l-inserimenti tal-wiċċ ta’ kuntatt waqt li l-vettura tkun qed taħdem fit-triq.

    3.   TAGĦMIR TAL-ĠBID U AWŻILJARI

    3.1.

    Il-komponenti elettriċi installati fuq it-trolleybus għandhom ikunu mħarsa kontra vultaġġ għoli ħafna u kurrent ta’ short-circuit. Il-protezzjoni għandha preferibbilment tkun assigurata b’salvaviti li jerġgħu jiġu ssettjati awtomatikament, mill-bogħod jew b’mod manwali.

    3.2.

    Il-komponenti elettriċi jridu jkunu mħarsa kontra bdil jew riversjar tad-direzzjoni tal-kurrent jew vultaġġ għoli ħafna atmosferiku.

    3.3.

    Is-salvaviti għandhom jipprovdu l-interruzzjoni ta’ ċirkwiti partikolari li jkunu bil-ħsara.

    3.4.

    Jekk xi ċirkwit ikun fih salvavita b’arblu wieħed, din għandha tkun installata fl-arblu pożittiv taċ-ċirkwit.

    3.5.

    Iċ-ċirkwiti elettriċi kollha u l-fergħat taċ-ċirkwiti jridu jkunu b’żewġ wajers. Il-bodì tat-trolleybus jista’ jintuża għar-ritorn tal-kurrent tal-ert biss għaċ-ċirkwiti b’vultaġġ baxx.

    3.6.

    Il-kaxxi, l-għotjien u t-trejs tal-batteriji jridu jkunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar jew li jintefa waħdu.

    3.7.

    Il-komponenti elettriċi enerġizzati fil-vultaġġ tal-linja għandhom ikollhom insulazzjoni addizzjonali mill-vettura.

    3.8.

    Il-komponenti elettriċi, ħlief ir-resistors tal-ġbid, iridu jkunu protetti kontra l-penetrazzjoni tat-trab u l-umdità fil-bodì u fuq il-partijiet insulati u li jwasslu l-kurrent.

    3.9.

    Fil-kundizzjonijiet klimatiċi stmati, bit-trolleybus xott u nadif, ir-reżistenza tal-insulazzjoni taċ-ċirkwiti elettriċi, meta l-magni u l-apparati kollha li jduru jkunu mixgħula, m’għandhiex tkun inqas minn:

    3.9.1.

    bodì għaċ-ċirkwiti b’vultaġġ għoli

    5  MΩ

    3.9.2.

    ċirkwiti b’vultaġġ għoli għaċ-ċirkwiti b’vultaġġ baxx

    5  MΩ

    3.9.3.

    bodì għall-arblu pożittiv ta’ ċirkwiti b’vultaġġ baxx

    1  MΩ

    3.10.

    Wajers u apparat:

    3.10.1.

    Għaċ-ċirkwiti b’vultaġġ għoli għandhom jintużaw biss wajers multi-core. Il-wajers kollha għal vultaġġ DC għoli jrid ikollhom insulazzjoni stmata għal 3 000 V DC jew AC.

    3.10.2.

    Il-wajers immuntati m’għandhomx jingħafsu b’mod mekkaniku.

    3.10.3.

    L-insulazzjoni tal-wajers m’għandhiex ixxerred in-nar.

    3.10.4.

    Il-wajers ta’ vultaġġi differenti għandhom jiġu mmuntati separatament.

    3.10.5.

    Il-kondjuwits tal-wajers iridu jkunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar.

    3.10.6.

    [Riservat]

    3.10.7.

    Il-wajers pożizzjonati taħt l-art tat-trolleybus iridu jkunu kontenuti f’kondjuwit li jipproteġihom kontra d-dħul u t-tixrid tal-ilma u t-trab.

    3.10.8.

    L-irbit u l-arranġament tal-wajers u l-kejbils għandu jkun iddisinjat b’mod li ma jħallix li ssir ħsara bil-brix (għerik) tal-insulazzjoni. Għandhom ikunu pprovduti anelli ta’ materjal elastomeriku f’punti fejn il-wajers jippenetraw l-istruttura tal-metall. Ir-radju tal-liwi ta’ kondjuwits li jkun fihom il-wajers irid ikun mill-anqas ħames darbiet id-dijametru ta’ barra tal-kondjuwit.

    3.10.9.

    Il-pożizzjoni tal-wajers fil-viċinanza tas-salvaviti għandha tkun iddisinjata sabiex timpedixxi l-arkjar fuq il-wajers.

    3.10.10.

    Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex tiġi evitata ħsara fil-wajers minn resistors jaħarqu u komponenti elettriċi oħra. F’żoni kritiċi għandhom jintużaw wajers li jifilħu għas-sħana.

    3.10.11.

    Il-ħolders, il-konnetturi u strumenti oħra għall-immuntar tal-wajers iridu jkunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar jew li jintefa waħdu. Il-komponenti elettriċi tal-materjali li jintfew waħidhom għandhom ikunu installati biss barra l-kabina tal-passiġġieri.

    3.10.12.

    Iċ-ċirkwiti elettriċi kollha jridu jkunu sottoposti għal test tal-vultaġġ eċċessiv. Il-vultaġġ tat-test għandu jkun AC bi frekwenza ta’ 50 Hz u bejn wieħed u ieħor forma sinusojdali. Il-ħin tal-applikazzjoni tal-vultaġġ tat-test għandu jkun 1 min.

    3.10.12.1.

    Il-vultaġġ tat-test Utest għat-tagħmir elettriku u l-wajers għal ċirkwiti b’vultaġġ għoli għandu jkun:

    Utest = 2,5 U + 2 000 V AC,

    fejn U huwa l-vultaġġ stmat tal-linja

    3.10.12.2.

    Il-vultaġġ tat-test għal ċirkwiti b’vultaġġ baxx għandu jkun Utest = 750 V AC.

    3.11.

    Il-magni, l-apparat, l-istrumenti u l-wajers elettriċi għandhom jifilħu tagħbijiet mekkaniċi, applikati fuq il-punti ta’ mmuntar, kif ġej:

    3.11.1.

    vibrazzjoni forma ta’ sine-wave bi frekwenza ta’ 0,5 - 55 Hz u amplitudni massima ta’ 10 m/s2 li tinkludi r-reżonanza jekk tkun prodotta;

    3.11.2.

    xokkijiet vertikali diskreti b’aċċellerazzjoni massima tax-xokk ta’ 30 m/s2 li ddum 2 - 20 ms.

    4.   SIGURTÀ ELETTRIKA TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-EKWIPAĠĠ

    4.1.

    Fil-kundizzjonijiet klimatiċi stmati, bit-trolleybus xott u nadif u mqabbad kemm mal-provvista tal-enerġija pożittiva kif ukoll negattiva permezz tal-apparat li jiġbor l-enerġija, il-kurrent tal-ert li jaħrab mill-bodì m’għandux ikun ogħla minn 0,2 mA.

    4.2.

    It-trolleybus irid ikun mgħammar bi strument abbord għall-monitoraġġ permanenti tal-kurrent jew il-vultaġġ li jaħrab bejn ix-xasi u l-wiċċ tat-triq. L-istrument għandu jiskonnettja ċ-ċirkwiti b’vultaġġ għoli mis-sistema ta’ kuntatt jekk il-kurrent li jaħrab jaqbeż 3 mA f’vultaġġ tal-linja ta’ 600 V DC, jew jekk il-vultaġġ li jaħrab jaqbeż 40 V.

    4.3.

    L-arbli u l-poġġamani fil-bibien iridu jkunu magħmula minn materjal tal-insulazzjoni jew miksija b’insulazzjoni li sservi mekkanikament fit-tul jew insulati mill-bodì tat-trolleybus. Ir-reżistenza tal-insulazzjoni trid tkun mill-anqas 1,0 MΩ fuq erja ta’ kuntatt ta’ 100 ± 5 cm2.

    4.4.

    L-ewwel tarġiet iridu jkunu magħmula minn materjal tal-insulazzjoni jew mgħottija b’insulazzjoni li sservi sservi mekkanikament fit-tul. Ir-reżistenza tal-insulazzjoni għandha tkun mill-anqas 1,0 MΩ fuq erja ta’ kuntatt ta’ 300 ± 5 cm2.

    4.5.

    Il-panewijiet tal-bibien iridu jkunu magħmula minn materjal tal-insulazzjoni jew insulati mill-bodì tat-trolleybus. Ir-reżistenza tal-insulazzjoni għandha tkun mill-anqas 1,0 MΩ fuq erja ta’ kuntatt ta’ 300 ± 5 cm2.

    4.6.

    Il-panewijiet esterni tal-bodì ħdejn l-aperturi tal-bieba jridu jkunu miksija b’materjal tal-insulazzjoni. Il-parti insulata għandha testendi f’wisa’ ta’ mill-anqas 50 cm fuq kull naħa tal-fetħiet tal-bieba u f’għoli ta’ mill-anqas 200 cm mit-triq. Ir-reżistenza tal-insulazzjoni fir-rigward tal-bodì tat-trolleybus m’għandhiex tkun inqas minn 1,0 MΩ fuq erja ta’ kuntatt ta’ 200 ± 5 cm2.

    4.7.

    Jekk it-trolleybus ikun mgħammar b’konvertituri b’insulazzjoni doppja, ma jkunx hemm għalfejn jiġu applikati l-paragrafi 4.3 sa 4.6.

    5.   IL-KABINA TAX-XUFIER

    5.1.

    Fil-kabina tax-xufier, m’għandu jkun hemm l-ebda tagħmir ta’ vultaġġ għoli li jista’ jintlaħaq mix-xufier.

    5.2.

    Bħala minimu, il-panew tal-istrumenti għandu jinkludi:

    5.2.1.

    indikatur tal-vultaġġ fis-sistema ta’ kuntatt;

    5.2.2.

    indikatur tal-ebda vultaġġ fis-sistema ta’ kuntatt;

    5.2.3.

    indikatur tal-istat tas-salvavita awtomatika prinċipali tal-vultaġġ tal-linja;

    5.2.4.

    indikatur taċ-ċarġ/skargar tal-batteriji;

    5.2.5.

    indikatur tal-vultaġġ tal-bodì jew ta’ kurrent inixxi li jaqbżu l-limiti speċifikati fil-paragrafu 4.2.


    Top