This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42009X0131(02)
Regulation No 4 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UN/ECE) — Uniform provisions concerning the approval of devices for the illumination of rear registration plates of power-driven vehicles and their trailers
Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom
Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom
ĠU L 31, 31.1.2009, p. 35–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/01/2012
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 42012X0107(01) | Żieda | P. 5.5.3 |
31.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/35 |
It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu iċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom
Reviżjoni 2 — Emenda 3
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 14 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta' Ottubru 2008
WERREJ
REGOLAMENT
0. |
Ambitu |
1. |
Definizzjonijiet |
2. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
3. |
Sinjali |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
6. |
Kulur tad-dawl |
7. |
L-inċidenza tad-dawl |
8. |
Proċedura tal-kejl |
9. |
Karetteristiċi fotometriċi |
10. |
Konformità tal-produzzjoni |
11. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
12. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
13. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
14. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi twettieq ta' testijiet ta' approvazzjoni, u ta' Dipartimenti Amministrattivi |
ANNESSI
Anness 1 — |
Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni |
Anness 2 — |
Komunikazzjoni |
Anness 3 — |
Il-punti tal-kejl għall-iskopijiet tat-testijiet |
Anness 4 — |
Il-medda minima tal-viżibiltà tal-wiċċ li għandha tkun imdawwla |
Anness 5 — |
Kejl fotometriku ta' lampi mgħammra b'diversi sorsi ta' dawl |
Anness 6 — |
Il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għall-konformità tal-proċedura ta' kontroll tal-produzzjoni |
Anness 7 — |
Il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni minn spettur |
0. AMBITU
Dan ir-Regolament japplika għal fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara għal vetturi ta' kategoriji M, N, O, u T (1).
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta' dan ir-Regolament:
1.1. |
“Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara” tfisser l-apparat għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara, minn hawn 'il quddiem imsejjħa “apparat ta' dawl”, li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara permezz ta' riflessjoni. Għall-approvazzjoni ta' dan l-apparat, id-dawl tal-ispazju li se tokkupa l-pjanċa huwa ddeterminat. |
1.2. |
Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw f'dan ir-Regolament. |
1.3. |
“Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' tipi differenti” tfisser il-lampi li jvarjaw f'aspetti essenzjali bħal:
|
1.4. |
Ir-referenzi li saru f'dan ir-Regolament għal bozza tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip. |
2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-propjetarju tal-isem kummerċjali jew it-trejdmark jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq. Din għandha tispeċifika jekk il-apparat huwiex intiż li jillumina pjanċa wiesa' (520 × 120 mm), pjanċa twila (340 × 240 mm), pjanċa għal trakters tal-agrikoltura jew tal-foresti (120 × 165 mm) jew kull tip ta' kombinazzjoni ta' dawn il-pjanċi. Fl-għażla tal-applikant, din se tispeċifika wkoll li l-apparat jista' jitwaħħal f'aktar minn waħda jew f'medda ta' pożizzjonijiet f'relazzjoni mal-ispazju li se jkun okkupat b'din il-pjanċa ta' reġistrazzjoni; dawn il-pożizzjonijiet differenti għandhom ikunu indikati mill-applikant fil-formula ta' komunikazzjoni. Din għandha tiġi akkumpanjata b'dan li ġej, fir-rigward ta' kull tip:
(a) |
disinji (tliet kopji), f'dettall suffiċjenti biex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip u li juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-apparat ta' dawl għandu jitwaħħal f'relazzjoni mal-ispazju li se jkun okkupat bill-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u d-dawra taż-żona li se tkun illuminata adekwatament. Id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni f'relazzjoni maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni; |
(b) |
deskrizzjoni teknika qasira li tindika b'mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta' fanali li jkollhom sorsi ta' dawl li ma jistax jinbidel:
|
(c) |
żewġ kampjuni, mgħammra bil-fanal jew fanali rakkomandati. |
3. L-IMMARKAR
Apparati ta' dawl imressqa għall-approvazzjoni għandu jkollhom:
3.1. |
l-isem kummerċjali jew it-trejdmark ta' min għamel dan il-apparat jew il-manifattur tal-apparat ta' dawl; |
3.2. |
spazju ta' daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni; dan l-ispazju għandu jkun indikat fid-disinni msemmija fit-tieni paragrafu (a) hawn fuq. |
3.3. |
fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl jew l-apparat(i) tas-sors tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, is-sinjali tal-vultaġġ stmat għal-medda ta' vultaġġ, u l-qawwa f'watts stmat; |
3.4. |
bl-eċċezzjoni tal-fanali li ma jkollhomx sorsi tad-dawl li jistgħu jinbidlu, għandu jkollhom marka li tista' tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, fejn tindika:
|
3.5. |
fil-każ tal-fanali li jkollhom apparat(i) tas-sors tad-dawl, l-apparat(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollhom: |
3.5.1. |
l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-applikant; dawn il-marki iridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux; |
3.5.2. |
il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni tal-apparat; dawn il-marki iridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux. Il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni għandu jkun fih fil-bidu l-ittri “MD” għal-“MODULU” segwit bil-marki tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1 hawn taħt u, f'każ li jintużaw diversi apparati ta' sors ta' dawl mhux identiċi, segwit b'simboli jew karatteristiċi oħra; dan il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni għandu jkun indikat fid-disinni msemmija fit-tieni paragrafu (a) hawn fuq. Il-marka tal-approvazzjoni m'għandiex għalfejn tkun l-istess bħal dik ta' fuq il-fanal li fih l-apparat qed jintuża, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu tal-istess applikant. |
3.5.3. |
is-sinjali tal-vultaġġ stmat u l-qawwa f'watts stmat. |
4. L-APPROVAZZJONI
4.1. |
Għandha tingħata l-approvazzjoni jekk iż-żewġ kampjuni ta' tip ta' apparat ta' dawl imressqa skont il-paragrafu 2 aktar 'il fuq jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
4.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti dan in-numru lil tip ieħor ta' apparat imsemmi f'dan ir-Regolament, ħlief fil-każ ta' estensjoni tal-approvazzjoni għall-apparat li jvarja biss fil-kulur tad-dawl li jagħti. |
4.3. |
In-notifika tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' apparat ta' dawl skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament. |
4.4. |
Kull apparat illuminatorju li jikkonforma ma' tip approvat f'dan ir-Regolament għandu, barra l-marki msemmija fil-paragrafi 3(a) u 3(c) hawn fuq, għandu jkollu marka internazzjonali ta' approvazzjoni li tikkonforma mal-Anness 1, li tikkonsisti f': |
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
4.4.2. |
Numru ta' approvazzjoni, viċin iċ-ċirku; |
4.4.3. |
Is-simbolu addizzjonali li ġej: l-ittra “L”; |
4.4.4. |
L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni li jindikaw l-aktar serje riċenti ta' emendi għal dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fil-viċinanzi tas-simbolu addizzjonali L. |
4.5. |
Il-marka u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.4.1, 4.4.2 u 4.4.3 iridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-apparat ta' dawl ikun imwaħħal fuq il-vettura. |
4.6. |
Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta' fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, l-approvazzjoni tingħata biss jekk kull lampa tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta' xi Regolament ieħor. Fanali li ma jissodisfawx xi wieħed minn dawk ir-Regolamenti ma għandhomx ikunu parti minn fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. |
4.6.1. |
Fejn fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ta' ħafna Regolamenti, tista' titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, numru tal-approvazzjoni u, fejn ikun hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa. Din il-marka tal-approvazzjoni tista' titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm: |
4.6.1.1. |
Tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom; |
4.6.1.2. |
L-ebda parti mil-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament li jittrażmettu d-dawl ma tista' titneħħa mingħajr ma, fl-istess ħin, titneħħa l-marka tal-approvazzjoni. |
4.6.2. |
Is-simbolu ta' identifikazzjoni ta' kull fanal li jikkorrispondi għal kull Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta' emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi tekniċi maġġuri l-aktar reċenti għar-Regolament fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni, għandu jkun immarkat: |
4.6.2.1. |
Kemm fuq il-wiċċ illuminanti adattat; |
4.6.2.2. |
Kemm fi grupp, b'mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, jistgħu jingħarfu b'mod ċar (għall-eżempji possibbli, ara l-Anness 1). |
4.6.3. |
Id-daqs tal-komponenti ta' marka tal-approvazzjoni waħda ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali permezz ta' Regolament li taħtu ngħatat approvazzjoni. |
4.6.4. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament. |
4.6.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx. Din tista' titqiegħed fuq il-parti ta' ġewwa jew ta' barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma jistax jinfired mill-parti t-trasparenti tal-apparat li qiegħed jitfa' d-dawl. Ikun xi jkun il-każ, il-marki għandhom ikunu viżibbli meta l-apparat jitwaħħal fuq il-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-kappa jew il-bagoll jew bieba. |
4.7. |
L-Anness 1 jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni għal fanal wieħed (il-figura 1) u għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament (il-figura 2) bis-simboli addizzjonali kollha imsemmija hawn fuq. |
5. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
Kull apparat għandu jissodisfa d-dispożizzjonijeit tal-paragrafu 9 (4).
5.1. |
Il-apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara jridu jkunu magħmula tali mod li l-wiċċ kollu tal-pjanċa jkun viżibbli fi ħdan l-angoli mogħtija fl-Anness 4. |
5.2. |
Il-kejl kollu għandu jsir mall-bozza tal-filament standard tal-kategorija preskritta mill-manifattur, bil-provvista ta' vultaġġ li tkun regolata b'tali mod li tipproduċi fluss illuminanti ta' referenza. Il-kejl kollu fuq l-apparati li ma jkollhomx sorsi ta' dawl li jista' jinbidel għandu jsir għal 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament. |
5.3. |
Fil-każ ta' sorsi ta' dawl ipprovduti minn provvista elettrika speċjali, il-vultaġġi ta' test definiti hawn fuq għandhom jiġu applikati fit-terminali ta' dħul tal-elettriku ta' dik il-provvista elettrika. Il-laboratorju inkarigat mit-testijiet jista' jitlob lill-manifattur biex jipprovdilu l-provvista elettrika speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sorsi ta' dawl. |
5.4. |
Għal kull apparat ta' dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara, ħlief dawk mgħammra b'bozza jew bozoz tal-filament, il-valuri ta' dawl imkejjel wara minuta u wara 30 minuta ta' tħaddim għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi. Id-distribuzzjoni tad-dawl wara minuta ta' ħidma tista' tiġi kkalkulata billi f'kull punt tat-test tiġi applikata r-rata tal-valuri ta' dawl imkejjel f'punt wieħed wara minuta u wara 30 minuta ta' ħidma. |
5.5. |
Fil-każ ta' apparati tas-sors tad-dawl, għandu jiġi iċċekkjat li: |
5.5.1. |
Id-disinn tal-apparat(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:
|
5.5.2. |
L-apparat(i) tas-sors tad-dawl iridu jkunu tali mod li ma jistgħux jiġu mittiefsa. |
5.6. |
Fil-każ ta' bozza jew bozoz tal-filament li jistgħu jinbidlu: |
5.6.1. |
Kull kategorija jew kategoriji ta' bozza jew bozoz tal-filament approvati skont it-Regolament Nru 37 jista' jintuża, sakemm l-ebda restrizzjoni dwar l-użu ma saret fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip. |
5.6.2. |
Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista' titwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f'dik it-tajba. |
5.6.3. |
L-apparat li jżomm il-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja tad-data ta' dan l-apparat għall-bozza tal-filament użata. |
6. IL-KULUR TAD-DAWL
Id-dawl tal-fanal użat fl-apparat ta' dawl irid ikun kemm jista' jkun mingħajr kulur biex ma joħloqx biddla apprezzabbli fil-kulur tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni.
7. L-INĊIDENZA TAD-DAWL
Il-manifattur tal-apparat tad-dawl għandu jispeċifika pożizzjoni jew aktar minn waħda jew firxa ta' pożizzjonijiet li fihom il-apparat għandu jkun imwaħħal b'relazzjoni mal-ispazju għal-pjanċa tar-reġistrazzjoni; meta l-fanal jitpoġġa fil-pożizzjoni jew pożizzjonijiet speċifikati mill-manifattur, l-angolu tal-inċidenza tad-dawl fuq il-wiċċ tal-pjanċa ma għandux jaqbeż it-82° f'kwalunkwe punt tal-wiċċ li għandu jiddawwal, meta dan l-angolu jitkejjel mill-estremità taż-żona illuminatorja tal-apparat li hi l-iżjed imbiegħda mill-wiċċ tal-pjanċa. Jekk ikun hemm aktar minn apparat ta' dawl wieħed, il-ħtieġa imsemmija qabel għandha tkun tapplika biss għal dik il-parti tal-pjanċa intiża li tiddawwal mill-apparat ikkonċernat.
Meta apparat ikollu xifer ta' barra tal-wiċċ li jdawwal li jkun fid-direzzjoni parallela tal-wiċċ tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni, l-estremità tal-wiċċ li jdawwal tal-apparat l-iżjed imbiegħed mill-wiċċ tal-pjanċa hija l-punt tan-nofs tax-xifer tal-wiċċ li jdawwal, li hija parallela għal-pjanċa u l-iżjed imbiegħda mill-wiċċ tal-pjanċa.
L-apparat għandu jkun iddisinjat b'tali mod biex l-ebda dawl ma jkun mitfugħ direttament lejn in-naħa ta' wara, bl-eċċezzjoni ta' dawl aħmar jekk l-apparat ikun ikkombinat jew raggruppat ma' fanal ta' wara.
8. Il-PROĊEDURA TAL-KEJL
Il-kejl tad-dawl għandu jsir fuq wiċċ mifrux mingħajr kulur b'fattur ta' riflessjoni mifrux (5). Il-wiċċ mifrux mingħajr kulur għandu jkollu d-dimensjonijiet tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni jew id-dimensjoni li ma taqbiżx wieħed mill-punti tal-kejl. Iċ-ċentru għandu jitpoġġa fiċ-ċentru tal-pożizzjonijiet tal-punti tal-kejl.
Dan il-wiċċ jew uċuħ mifruxin mingħajr kulur għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni normalment okkupata mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni u 2 mm 'il quddiem mill-irbit tagħha.
Il-kejl tad-dawl għandu jsir b'mod perpendikulari għall-wiċċ tal-wiċċ mifrux mingħajr kulur b'tolleranza ta 5° f'kull direzzjoni fil-punti murija fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, kull punt jirrappreżenta żona ċirkolari b'dijametru ta' 25 mm. Id-dawl imkejjel għandu jkun irranġat għall-fattur ta' riflessjoni mifrux ta' 1,0.
9. KARETTERISTIĊI FOTOMETRIĊI
F'kull wieħed mill-punti tal-kejl murija fl-Anness 3, l-illuminanza B għandha tkun mill-anqas ugwali għal 2,5 cd/m2.
Ix-xaqliba tad-dawl bejn il-valuri B1 u B2, imkejla bejn xi tnejn mill-punti 1 u 2 magħżula minn fost dawk imsemmija hawn fuq, ma għandhiex taqbeż 2 × Bo/ċm, Bo tkun id-dawl minimu mkejjel fil-punti varji, jiġifieri:
10. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
10.1. |
Apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara (minn issa 'l quddiem msejħa apparati), approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu immanifaturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5, 6 u 9 ta' hawn fuq. Jekk ikun hemm aktar minn apparat wieħed neċessarju, imbagħad fit-test li jmiss apparat ikun ifisser sett ta' apparati. |
10.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament. |
10.3. |
Għandu jkun hemm konfomità mal-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni minn spettur kif stabbilit fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament. |
10.4. |
L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn. |
11. IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI
11.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tal-apparat ta' dawl skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 7 hawn fuq ma jkunux rispettati. |
11.2. |
Jekk Parti mill-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament. |
12. PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura apparat ta' dawl skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma minnufih lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li taqbel mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
13. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
13.1. |
Apparati ta' dawl tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara mhux mgħammra b'bozzoz tal-filament. |
13.1.1. |
Sa mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8. |
13.1.2. |
Mis-36 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet dment li t-tip ta' apparati kif deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq jilħqu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8. |
13.1.3. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet għas-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament. |
13.1.4. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta' apparati kif deskritt fil-paragrafu 13.1 hawn fuq li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-serje ta' emendi preċedenti waqt il-perjodu ta' 36 xhar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8. |
13.2. |
It-twaħħil ta' apparati ta' dawl tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara fuq vettura kif deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq. |
13.2.1. |
Sa mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li jitwaħħlu apparati fuq vetturi kif deskritt fil-paragrafu 13.1 hawn fuq, kif ġie approvat skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8. |
13.2.2. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil ta' apparati fuq vetturi kif deskritt fil-paragrafu 13.1 hawn fuq approvat għal dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-serje ta' emendi preċedenti waqt il-perjodu ta' 48 xhar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8. |
13.2.3. |
Meta jiskadi l-perjodu ta' 48 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta' apparati deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8 fuq vettura ġdida li tkun ingħatat approvazzjoni għat-tip jew approvazzjoni individwali aktar minn 24 xhar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 8 ta' dan ir-Regolament. |
13.2.4. |
Meta jiskadi perjodu ta' 60 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta' apparati deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8 fuq vettura ġdida li tkun irreġistrata l-ewwel darba aktar minn 60 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8 ta' dan ir-Regolament. |
14. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.
(1) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).
(2) Sors ta' dawl huwa definit fl-ISO 7227:1987 “Vetturi tat-triq — Dawl u apparati ta' twissija bid-dawl — Vokabularju” bħala dak li titfa' enerġija viżibli u li tiddi.
(3) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonaijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja u 56 għall-Montenegro. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b'dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
(4) Dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma tali biex jiżguraw viżibbiltà tajba jekk l-inklinazzjoni tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma taqbisx it-30° fuq kull ġemb tal-vertikali.
(5) Pubblikazzjoni Nru 17 tas-CEI -1970, paragrafu 45-20-040.
ANNESS 1
ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Figura 1
Il-Marki għal fanali singoli
MUDELL A
L-apparat li jġorr il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa apparat għat-tidwil ta' pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara tal-vettura (L) approvata fl-Olanda (E 4) skont ir-Regolament Nru 4 taħt in-numru ta' approvazzjoni 2439. In-numru ta' approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 4 fil-forma oriġinali tiegħu jew kif ġie emendat mis-supplimenti rispettivi għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, jekk ikun il-każ.
Figura 2
Immarkar semplifikat għal fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marki tal-approvazzjoni)
Nota: |
It-tliet eżempji ta' marki ta' approvazzjoni, mudelli B, C u D jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli tal-marka ta' xi apparat ta' dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta' fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta' approvazzjoni turi li l-apparat kien approvat fl-Olanda (E 4) skont in-numru ta' approvazzjoni 3333 u tinkorpora:
|
Figura 3
Apparati ta' sors ta' dawl
MUDELL E
MD E3 17325
L-apparat tas-sors ta' dawl bil-kodiċi ta' identifikazzjoni li jdher hawn fuq ġie approvat flimkien ma' fanal fl-Italja (E3) taħt numru tal-approvazzjoni 17325.
ANNESS 3
IL-PUNTI TAL-KEJL GĦALL-ISKOPIJIET TAT-TESTIJIET
(a) |
apparati għat-tidwil ta' pjanċa twila (340 × 240 mm) |
(b) |
apparati għat-tidwil ta' pjanċa wiesa' (520 × 120 mm) |
(c) |
apparati għat-tidwil ta' pjanċa għal trakters tal-agrikoltura jew tal-foresti (240 × 165 mm)
|
Nota: |
F'każ ta' apparati għat-tidwil taż-żewġ pjanċi jew kollha, il-punti ta' kejl użati jinkisbu billi jiġu ikkombinati d-disinni korrispondenti hawn fuq mal-forma indikata mill-marka jew manifattur; madankollu, jekk żewġ punti tal-kejl ikunu anqas minn 30 mm imbiegħda minn xulxin, wieħed biss għandu jkun użat. |
ANNESS 4
IL-MEDDA MINIMA TAL-VIŻIBILTÀ TAL-WIĊĊ LI GĦANDU JIDDAWWAL
1. |
L-angoli taż-żona tal-viżibiltà murija hawn fuq jikkonċernaw biss il-pożizzjonijiet relattivi tal-apparat tad-dawl u tal-ispazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni. |
2. |
Iż-żona ta' viżibiltà tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni meta mwaħħla fuq il-vettura tibqa' suġġetta għar-regolamenti nazzjonali rilevanti. |
3. |
L-angoli murija jqisu l-parti parzjalment mgħottija maħluqa mill-apparat ta' dawl. Dawn għandhom ikunu aderiti fid-direzzjoni li fiha jkun hemm l-aktar parti mgħottija. Il-apparati għandhom ikunu tali mod li jnaqqsu ż-żoni parzjalment mgħottija għall-minimu strettament meħtieġ. |
ANNESS 5
KEJL FOTOMETRIKU TA' FANALI MGĦAMMRA B' DIVERSI SORSI TA' DAWL
1. |
L-andament fotometriku għandu jiġi iċċekjat: |
1.1. |
Għal sorsi ta' dawl li mhumiex sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn): bis-sorsi ta' dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 5.2.1 ta' dan ir-Regolament. |
1.2. |
Għal bozoz tal-filament li jistgħu jinbidlu: meta mgħammra b'bozoz tal-filament 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri tad-dawl prodotti għandhom ikunu ikkoreġuti. Il-fattur tal-arranġament huwa l-proporzjon ta' bejn il-fluss illuminanti ta' referenza u l-valur intermedju tal-fluss illuminanti li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi illuminanti attwali ta' kull bozza tal-filament użata ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur intermedju. Inkella, bozza tal-filament standard tista' tintuża minflok, f'kull waħda mill-pożizzjonijiet, operata fil-fluss ta' referenza tagħha, il-kejl individwali f'kull pożizzjoni jkun miżjud flimkien. |
ANNESS 6
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI
1. ĠENERALI
1.1. |
Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-konformità għandhom jitqiesu sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura fi ħdan il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament. |
1.2. |
Fir-rigward tal-andament fotometriku, il-konformità ta' apparati prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġi ttestjat l-andament fotometriku ta' kwalunkwe apparat magħżul b'mod kawżali u mgħammra b'bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali huma mgħammra b'sorsi ta' dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament: |
1.2.1. |
l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b'mod mhux favorevoli b'aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f'dan ir-Regolament. |
1.2.2. |
Fir-rigward tax-xaqliba tad-dawl, id-devjazzjoni mhux favorevoli tista' tkun:
|
1.2.3. |
Jekk, fil-każ ta' apparat mgħammar b'sors ta' dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma' jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-testijiet fuq il-apparati għandhom jerġaw isiru permezz ta' bozza tal-filament standard oħra. |
2. IL-KUNDIZZJONIJIET MINIMI MEĦTIEĠA GĦALL-VERIFIKA TAL- KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas it-testijiet li ġejjin għal kull tip ta' apparat, f'intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Jekk kwalunkwe teħid tal-kampjuni juri nuqqas ta' konformità fir-rigward tat-tip ta' test konċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni konċernata.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet tal-konformità f'dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi.
2.2. Il-metodi użati fit-testijiet
2.2.1. |
Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
2.2.2. |
Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli li jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
2.2.3. |
L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma' kejl magħmul minn awtorità kompetenti. |
2.2.4. |
Fil-każijiet kollha l-metodi ta' referenza għandhom ikunu dawk ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għall-fini ta' verifika amministrattiva u ta' teħid ta' kampjuni. |
2.3. In-natura tat-teħid ta' kampjuni
Il-kampjuni tal-apparati għandhom jintgħażlu b'mod kawżali mill-produzzjoni ta' grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta' apparati tal-istess tip, iddefiniti skont il-metodi ta' produzzjoni tal-manifattur.
Il-valutazzjoni għandha tkopri b'mod ġenerali l-produzzjoni f'serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jiġbor flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn fabbriki differenti, dment li dawn joperaw taħt l-istess sistema ta' kwalità u ta' tmexxija ta' kwalità.
2.4. Il-karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati
Il-apparat li jkun intuża bħala kampjun għandu jitkejjel b'mod fotometriku kif stipulat fir-Regolament.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur huwa responsabbli biex iwettaq studju statistiku tar-riżultati tat-test u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-awtorità kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex tkun sodisfatta l-ispeċifikazzjoni stabbilita għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 10.1 ta' dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b'livell ta' kunfidenza ta' 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta' suċċess f'kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 7 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta' 0,95.
ANNESS 7
IL-KUNDIZZJONIJIET MINIMI MEĦTIEĠA GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
1.1. |
Il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' konformità għandhom jitqiesu sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, skont il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament, jekk hemm, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura. |
1.2. |
Fir-rigward tal-andament fotometriku, il-konformità ta' apparati prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġi ttestjat l-andament fotometriku ta' kwalunkwe apparat magħżul b'mod kawżali u mgħammar b'bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali huma mgħammra b'sorsi ta' dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament: |
1.2.1. |
l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b'mod mhux favorevoli b'aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f'dan ir-Regolament. |
1.2.2. |
Fir-rigward tax-xaqliba tad-dawl id-devjazzjoni mhux favorevoli tista' tkun:
|
1.2.3. |
Jekk, fil-każ ta' apparat mgħammar b'sors ta' dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma' jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-testijiet fuq il-apparati għandhom jerġaw isiru permezz ta' bozza tal-filament standard oħra. |
1.2.4. |
Il-apparati b'difetti evidenti jitwarrbu. |
2. L-EWWEL TEĦID TAL-KAMPJUNI
Fl-ewwel teħid tal-kampjuni jintgħażlu erba' apparati b'mod kawżali. L-ewwel kampjun ta' tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun ta' tnejn jiġi mmarkat B.
2.1. Il-konformità mhix ikkontestata
2.1.1. |
Wara l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati fid-direzzjonijiet mhux favorevoli huma: |
2.1.1.1. |
il-kampjun A
|
2.1.1.2. |
il-kampjun B
|
2.2. Il-konformità hija kkontestata
2.2.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma: |
2.2.1.1. |
il-kampjun A
|
2.2.1.2. |
il-kampjun B
|
2.3. L-approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:
2.3.1. |
il-kampjun A
|
2.3.2. |
il-kampjun B
|
3. IT-TEĦID RIPETUT TAL-KAMPJUNI
Fi żmien xahrejn wara n-notifika, il-każ ta' A3, B2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta' kampjuni, it-tielet kampjun C ta' żewġ apparati, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament.
3.1. Il-konformità mhix ikkontestata
3.1.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira m'għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma: |
3.1.1.1. |
il-kampjun C
|
3.1.1.2. |
il-kampjun D
|
3.2. Il-konformità hija kkontestata
3.2.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma: |
3.2.1.1. |
il-kampjun D
|
3.3. L-approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:
3.3.1. |
il-kampjun C
|
3.3.2. |
il-kampjun D
|
Figura 1