This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42009D0541
2009/541/EC,Euratom: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States of 8 July 2009 appointing a judge to the Court of First Instance of the European Communities
2009/541/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat- 8 ta' Lulju 2009 ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
2009/541/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat- 8 ta' Lulju 2009 ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU L 181, 14.7.2009, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010
14.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/25 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-8 ta' Lulju 2009
ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
(2009/541/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,
Billi, skont l-Artikoli 5 u 7, flimkien mal-Artikolu 47, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara r-riżenja tas-Sur Daniel SVABY, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-bqija tal-mandat tas-Sur Daniel SVABY, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2010,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Juraj SCHWARCZ hu maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.
Il-President
C. DANIELSSON