Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42008X0314(01)

    Regolament Nru 67 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar: I. Approvazzjoni ta’ tagħmir speċifiku ta’ vetturi bil-mutur li jużaw gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom; II. Approvazzjoni ta’ vettura mgħammra b’tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħha dwar l-installazzjoni ta’ tagħmir bħal dak

    ĠU L 72, 14.3.2008, p. 1–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/67(2)/oj

    14.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 72/1


    It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skond id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ l-istat UN/ECE TRANS/WP.29/343/, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

    Regolament Nru 67 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar:

    I.

    Approvazzjoni ta’ tagħmir speċifiku ta’ vetturi bil-mutur li jużaw gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom;

    II.

    Approvazzjoni ta’ vettura mgħammra b’tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħha dwar l-installazzjoni ta’ tagħmir bħal dak

    Addendum 66: Regolament Nru 67

    Is-Suppliment 7 għas-sensiela ta’ l-emendi 01 — Data tad-dħul fis-seħħ: it-2 ta’ Frar 2007

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Ambitu

    2.

    Definizzjoni u klassifikazzjoni ta’ komponenti

    PARTI 1

    3.

    Applikazzjoni għal approvazzjoni

    4.

    Markaturi

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet dwar id-diversi komponenti tat-tagħmir LPG

    7.

    Modifiki ta’ tip ta’ tagħmir ta’ LPG u estensjoni ta’ l-approvazzjoni

    8.

    (Mhux allokat)

    9.

    Konformità tal-produzzjoni

    10.

    Pieni għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    11.

    Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar id-diversi komponenti tat-tagħmir LPG

    12.

    Produzzjoni li twaqqfet għal kollox

    13.

    Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi

    PARTI II

    14.

    Definizzjonijiet

    15.

    Applikazzjoni għal approvazzjoni

    16.

    Approvazzjoni

    17.

    Rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni ta’ vettura

    18.

    Konformità tal-produzzjoni

    19.

    Pieni għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    20.

    Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

    21.

    Produzzjoni li twaqqfet għal kollox

    22.

    Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-installazzjoni ta’ diversi komponenti ta’ tagħmir LPG u l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura mgħammra b’tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gass likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħha dwar l-installazzjoni ta’ tagħmir bħal dan

    23.

    Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli biex isiru testijiet ta’ approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi

    ANNESSI

    Anness 1

    Karatteristiċi essenzjali tal-vettura, magna u tagħmir relatat ma’ l-LPG

    Anness 2A

    Arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni ta’ tip tat-tagħmir LPG

    Anness 2B

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew dwar produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ tagħmir ta’ LPG skond ir-Regolament Nru 67

    Anness 2Ċ

    Arranġament ta’ marki ta’ approvazzjoni

    Anness 2D

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew dwar produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ vettura dwar l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ LPG skond ir-Regolament Nru 67

    Anness 3

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ aċċessorji ta’ kontenitur ta’ LPG

    Anness 4

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-pompa tal-fjuwil

    Anness 5

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ l-unità tal-filtru ta’ LPG

    Anness 6

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tar-regolatur tal-pressjoni u tal-vaporizzatur

    Anness 7

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-valv ta’ interċettazzjoni, tal-valv ta’ direzzjoni waħda, tal-valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass u ta’ l-akkoppjament ta’ servizz

    Anness 8

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ manek flessibbli b’akkoppjamenti

    Anness 9

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ l-unità tal-mili

    Anness 10

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ kontenituri ta’ LPG

    Anness 11

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass, jew biċċiet li jħalltu l-gass jew injettaturi u injezzjoni kombustibbli

    Anness 12

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ l-unità ta’ doża ta’ gass meta ma tkunx abbinata ma’ dispożittiv/i ta’ injezzjoni ta’ gass

    Anness 13

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ sonda ta’ pressjoni u/jew ta’ temperatura

    Anness 14

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ l-unità ta’ kontroll elettroniku

    Anness 15

    Proċeduri tat-test

    Anness 16

    Dispożizzjonijiet dwar il-marka ta’ identifikazzjoni LPG għal vetturi tal-kategorija M2 u M3

    Anness 17

    Dispożizzjonijiet dwar marka ta’ identifikazzjoni għal akkoppjamenti ta’ servizz

    1.   SKOP

    Dan ir-Regolament japplika għal:

    Parti I.

    Approvazzjoni ta’ tagħmir speċifiku ta’ vetturi ta’ kategorija M and N (1) li jużaw gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom;

    Parti II.

    Approvazzjoni ta’ vetturi ta’ kategorija M u N (1) mgħammra b’tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ tagħmir bħal dan.

    2.   DEFINIZZJONI U KLASSIFIKAZZJONI TA’ KOMPONENTI

    Komponenti LPG għall-użu f’vetturi għandhom ikunu kklassifikati skond il-pressjoni massima ta’ funzjonament u funzjoni, skond il-Figura 1.

    Taqsima 1

    Partijiet ta’ pressjoni għolja, inklużi tubi u armaturi li jkollhom fihom LPG fi pressjoni ta’ fwar jew pressjoni ta’ fwar miżjuda sa 3 000 kPa.

    Taqsima 2

    Partijiet ta’ pressjoni baxxa, inklużi tubi u armaturi li jkollhom fihom LPG vaporizzat bi pressjoni massima ta’ funzjonament anqas minn 450 kPa u aktar minn 20 kPa ’il fuq mill-pressjoni atmosferika.

    Taqsima 2A

    Partijiet ta’ pressjoni baxxa għal firxa ta’ pressjoni limitata, inklużi tubi u armaturi li jkollhom fihom LPG vaporizzat bi pressjoni massima ta’ funzjonament anqas minn 120 kPa u aktar minn 20 kPa ’il fuq mill-pressjoni atmosferika

    Taqsima 3

    Valvi ta’ interċettazzjoni u valvi ta’ skariku ta’ pressjoni, meta jkunu qed jiffunzjonaw fil-fażi likwida.

    Komponenti LPG mfassla għall-pressjoni massima ta’ funzjonament anqas minn 20 kPa ’il fuq mill-pressjoni atmosferika m’humiex suġġetti għal dan ir-Regolament.

    Komponent jista’ jkun magħmul minn diversi partijiet, b’kull parti kklassifikata fil-klassi tagħha nfisha skond pressjoni massima ta’ funzjonament u funzjoni.

    Figura 1

    Klassifika fir-rigward ta’ pressjoni massima ta’ funzjonament u funzjoni

    Image

    “Pressjoni” tfisser pressjoni relattiva versus pressjoni atmosferika, sakemm ma jingħadx mod ieħor.

    2.1.1.   “Pressjoni ta’ servizz” tfisser il-pressjoni depożitata f’temperatura uniformi ta’ gas ta’ 15 °C.

    2.1.2.   “pressjoni ta’ test” tfisser il-pressjoni li għaliha l-komponent ikun suġġett waqt il-prova ta’ approvazzjoni.

    2.1.3.   “Pressjoni ta’ utilizzazzjoni” tfisser il-pressjoni massima li għaliha l-komponent ikun tfassal biex ikun suġġett u li abbażi tagħha l-qawwa tiegħu tiġi stabbilita.

    2.1.4.   “Pressjoni ta’ funzjonament” tfisser il-pressjoni taħt kundizzjonijiet normali ta’ funzjonament.

    2.1.5.   “Pressjoni massima ta’ funzjonament” tfisser il-pressjoni massima f’komponent li jista’ jkun hemm waqt funzjonament.

    2.1.6.   “Pressjoni ta’ klassifika” tfisser il-pressjoni massima permissibbli ta’ funzjonament f’komponent skond il-klassifikazzjoni tiegħu.

    2.2.   “Tagħmir speċifiku” tfisser:

    (a)

    il-kontenitur,

    (b)

    l-aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur,

    (c)

    il-vaporizzatur/ir-regolatur tal-pressjoni,

    (d)

    il-valv ta’ interċettazzjoni,

    (e)

    id-dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass jew injettatur jew biċċa li tħallat il-gass,

    (f)

    l-unità ta’ doża ta’ gass, separata jew abbinata mad-dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass,

    (g)

    manek flessibbli,

    (h)

    l-unità tal-mili,

    (i)

    valv ta’ direzzjoni waħda,

    (j)

    valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass,

    (k)

    l-unità ta’ filtru,

    (l)

    sonda ta’ pressjoni jew ta’ temperatura,

    (m)

    pompa tal-fjuwil,

    (n)

    akkoppjament ta’ servizz

    (o)

    l-unità ta’ kontroll elettroniku,

    (p)

    injezzjoni kombustibbli,

    (q)

    dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni;

    “Kontenitur” tfisser kull reċipjent użat għall-ħażna ta’ gass likwifikat miż-żejt;

    2.3.1.   Kontenitur jista’ jkun:

    (i)

    kontenitur ċilindriku standard f’qafas ċilindriku, żewġ trufijiet imħaffra b’mod torisferiku jew ellittiku u fetħiet meħtieġa;

    (ii)

    kontenitur speċjali: kontenituri oħra ċilindriċi mhux standard. Il-karatteristiċi dimensjonali jinsabu fl-Anness 10, Appendiċi 5;

    2.3.2.   “Kontenitur kompost kollu” tfisser kontenitur magħmul biss minn materjal kompost b’inforra mhux tal-metall.

    2.3.3.   “Lott ta’ kontenituri” tfisser massimu ta’ 200 kontenitur ta’ l-istess tip prodotti wara xulxin fuq l-istess linja ta’ produzzjoni.

    2.4.   “Tip ta’ kontenitur” tfisser kontenituri li ma jkunux differenti fir-rigward tal-karatteristiċi li ġejjin kif speċifikat fl-Anness 10:

    (a)

    l-isem/ismijiet kummerċjali jew it-trade mark(s),

    (b)

    il-forma (ċilindrika, forma speċjali),

    (c)

    il-fetħiet (pjanċa għall-aċċessorji/ċirku tal-metall),

    (d)

    il-materjal,

    (e)

    il-proċess ta’ l-iwweldjar (f’każ ta’ kontenituri tal-metall),

    (f)

    trattament ta’ tisħin (f’każ ta’ kontenituri tal-metall),

    (g)

    il-linja tal-produzzjoni,

    (h)

    il-ħxuna nominali tal-ħajt,

    (i)

    id-dijametru

    (j)

    l-għoli (f’każ ta’ kontenituri speċjali)

    “Aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur” tfisser it-tagħmir li ġej li jista’ jkun separat jew kombinat:

    (a)

    valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija

    (b)

    indikatur tal-livell

    (c)

    valv ta’ skariku ta’ pressjoni

    (d)

    valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess

    (e)

    pompa tal-fjuwil

    (f)

    valv multiplu

    (g)

    qafas issikkat tal-gass

    (h)

    bronżina ta’ provvista ta’ enerġija

    (i)

    valv ta’ direzzjoni waħda

    (j)

    dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni

    2.5.1.   “valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija” tfisser dispożittiv li jillimita l-mili b’massimu ta’ 80 fil-mija tal-kapaċità tal-kontenitur;

    2.5.2.   “indikatur tal-livell” tfisser dispożittiv biex ikun verifikat il-livell ta’ likwidu fil-kontenitur;

    “valv ta’ skariku ta’ pressjoni (valv tal-pressjoni)” tfisser dispożittiv biex ikun limitat il-ġmigħ ta’ pressjoni fil-kontenitur;

    2.5.3.1.   “Dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni” tfisser dispożittiv maħsub biex iħares lill-kontenitur milli jinfaqa’, ħaġa li tista’ tiġri f’każ ta’ nar, billi joħroġ ’il barra l-LPG li jkun hemm fih;

    2.5.4.   “valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess” tfisser dispożittiv li jħalli tkun stabbilita u interrotta l-provvista ta’ LPG lill-evaporatur/regolatur tal-pressjoni; “ikkontrollat remotament” tfisser li l-valv ta’ servizz ikun ikkontrollat mill-unità ta’ kontroll elettroniku; meta l-magna tal-vettura ma tkunx qed taħdem il-valv ikun magħluq; “valv ta’ fluss ta’ eċċess” tfisser dispożittiv li jillimita l-fluss ta’ LPG;

    2.5.5.   “Pompa tal-fjuwil” tfisser dispożittiv biex tkun stabbilita l-provvista ta’ LPG likwidu lill-magna billi tiżdied il-pressjoni tal-kontenitur bil-pressjoni tal-provvista mill-pompa tal-fjuwil;

    2.5.6.   “Valv multiplu” tfisser dispożittiv magħmul mill-aċċessorji kollha jew parti minnhom imsemmijin fil-paragrafi 2.5.1. sa 2.5.3. u 2.5.8.;

    2.5.7.   “Qafas issikkat tal-gass” tfisser dispożittiv li jipproteġi lill-aċċessorji u joħroġ kull likiġ ’il barra fl-arja;

    2.5.8.   bronżina ta’ provvista ta’ enerġija (pompa tal-fjuwil/attwaturi/sonda tal-livell tal- fjuwil);

    2.5.9.   “Valv ta’ direzzjoni waħda” tfisser dispożittiv biex il-fluss ta’ LPG likwidu jitħalla jgħaddi f’direzzjoni waħda u biex il-fluss ta’ LPG likwidu ma jitħallix jgħaddi fid-direzzjoni opposta;

    2.6.   “Vaporizzatur” tfisser dispożittiv maħsub biex jivvaporizza LPG minn likwidu għal stat ta’ gass;

    2.7.   “Regolatur tal-pressjoni” tfisser dispożittiv maħsub biex titnaqqas u tkun regolata l-pressjoni tal-gass likwifikat miż-żejt;

    2.8.   “Valv ta’ interċezzjoni” tfisser dispożittiv biex jiwaqqaf il-fluss ta’ LPG;

    2.9.   “Valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass” tfisser dispożittiv biex ma titħalliex tinġema’ l-pressjoni fit-tubi ’il fuq minn valur stabbilit minn qabel;

    2.10.   “Dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass jew injettatur jew biċċa li tħallat il-gass” tfisser dispożittiv li jistabbilixxi l-LPG likwidu jew vaporizzat li jidħol fil-magna;

    2.11.   “Unità ta’ doża ta’ gass” tfisser dispożittiv li jkejjel u/jew iqassam il-fluss tal-gass lill-magna u jista’ jkun jew abbinat mad-dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass jew separat.

    2.12.   “Unità ta’ kontroll elettroniku” tfisser dispożittiv li jikkontrolla d-domanda mill-magna għall-LPG u jaqta’ b’mod awtomatiku l-enerġija lill-valvi ta’ interċettazzjoni tas-sistema LPG f’każ ta’ ksur tal-pajp tal-provvista tal-fjuwil minħabba inċident jew jekk il-magna tibda tieqaf taħdem;

    2.13.   “Sonda ta’ pressjoni jew ta’ temperatura” tfisser dispożittiv li jkejjel il-pressjoni jew it-temperatura;

    2.14.   “Unità ta’ filtru ta’ LPG” tfisser dispożittiv li jiffiltra l-LPG; il-filtru jista’ jiġi integrat f’komponenti oħra;

    2.15.   “Manek flessibbli” tfisser manek għall-ġarr ta’ gass likwifikat miż-żejt fi stat likwidu jew vaporizzat f’diversi pressjonijiet minn punt għal ieħor;

    2.16.   “Unità tal-mili” tfisser dispożittiv li jħalli lill-kontenitur jimtela; l-unità tal-mili tista’ titwettaq bl-integrazzjoni fil-valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija tal-kontenitur jew b’unità tal-mili remota fuq in-naħa ta’ barra tal-vettura;

    2.17.   “Akkoppjament ta’ servizz” tfisser akkoppjament fit-tubu tal-kombustjoni bejn il-kontenitur tal-fjuwil u l-magna. Jekk vettura ta’ fjuwil mono ma jkollhiex fjuwil, il-magna tkun tista’ titħaddem permezz ta’ kontenitur ta’ fjuwil ta’ servizz li jista’ jkun abbinat ma’ l-akkoppjament ta’ servizz;

    2.18.   “Injezzjoni kombustibbli” tfisser pajp jew tubu li jgħaqqad id-dispożittivi ta’ l-injezzjoni tal-fjuwil;

    2.19.   “Gass likwifikat miż-żejt (LPG)” tfisser kull prodott magħmul essenzjalment mill-idrokarboni li ġejjin: propan, propen (propylene), butanu normali, isobutanu, isobutilenu, butenu (butylene) u etanu.

    L-Istandard Ewropew EN 589:1993 jispeċifika r-rekwiżiti u l-metodi ta’ testijiet għal LPG awtomotiv kif kummerċjalizzat u kkonsenjat fil-pajjiżi tal-membri ta’ CEN (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni).

    PARTI I

    APPROVAZZJONI TA’ TAGĦMIR SPEĊIFIKU TA’ VETTURI BIL-MUTUR LI JUŻAW GASSIJIET LIKWIFIKATI MIŻ-ŻEJT FIS-SISTEMA TA’ PROPULSJONI TAGĦHOM

    3.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tagħmir speċifiku għandha tintbagħat mid-detentur ta’ l-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif imiss.

    Għandha jkollha magħha d-dokumenti, l-oriġinal u żewġ kopji għal kull dokument, imsemmijin hawn taħt u bil-partikularitajiet li ġejjin:

    3.2.1.   deskrizzjoni dettaljata tat-tip tat-tagħmir speċifiku (kif indikat fl-Anness 1),

    3.2.2.   skeċċ tat-tagħmir speċifiku, dettaljat biżżejjed u fuq skala adatta,

    3.2.3.   verifika ta’ konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet preskritti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament;

    3.3.   Fuq it-talba tas-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-test ta’ approvazzjoni, għandhom ikunu pprovduti kampjuni tat-tagħmir speċifiku.

    Għandhom ikunu pprovduti kampjuni supplimentari jekk jintalbu.

    4.   MARKATURI

    4.1.   Il-komponenti mibgħuta għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur u tat-tip; u għal komponenti li ma jkunux tal-metall ix-xahar u s-sena wkoll tal-manifattura; din il-markatura għandha tkun ċara li tinqara u li ma titħassarx.

    4.2.   It-tagħmir kollu għandu jkollu spazju kbir biżżejjed biex fih titqiegħed il-marka ta’ approvazzjoni, inkluża l-klassifikazzjoni tal-komponent (ara l-Anness 2A); dan l-ispazju għandu jintwera fuq l-iskeċċ imsemmi fil-paragrafu 3.2.2. hawn fuq.

    4.3.   Kull kontenitur għandu wkoll ikollu pjanċa ta’ markatura, iwweldjata miegħu u bid-data li ġejja ċara li tinqara u li ma titħassarx:

    (a)

    in-numru tas-serje;

    (b)

    il-kapaċità f’litri;

    (c)

    il-markatura “LPG”;

    (d)

    il-pressjoni tat-test [kPa];

    (e)

    il-kliem: “livell massimu ta’ mili: 80 %”;

    (f)

    is-sena u x-xahar ta’ l-approvazzjoni (eż. 99/01);

    (g)

    il-marka ta’ l-approvazzjoni skond il-paragrafu 5.4.

    (h)

    il-markatura “POMPA ĠEWWA” u markatura li tidentifika l-pompa meta din tkun imwaħħla ġewwa l-kontenitur.

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.   Jekk il-kampjuni tat-tagħmir li jkunu ntbagħtu għall-approvazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżi tal-paragrafi 6.1. sa 6.13. ta’ dan ir-regolament, l-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir għandha tingħata.

    5.2.   Għandu jkun assenjat numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ tagħmir approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 01 li jikkorrispondi għas-serje ta’ emendi 01 li daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru, 1999) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan il-kodiċi alfanumeriku lil tip ieħor ta’ tagħmir.

    5.3.   L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ rifjut jew ta’ estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip/parti ta’ tagħmir LPG skond dan ir-Regolament għandu jkun komunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 2B ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun dwar kontenitur, għandu jiżdied l-Anness 2B — Appendiċi 1.

    Għandha titwaħħal ukoll, b’mod li tidher sewwa u fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.2. hawn fuq, mat-tagħmir kollu li jkun jaqbel mat-tip approvat skond dan ir-Regolament, barra mill-marka preskritta fil-paragrafi 4.1.u 4.3., marka oħra addizzjonali li tkun tikkonsisti minn:

    5.4.1.   Ċirku li jdawwar l-ittra “E” u warajh in-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2).

    5.4.2.   In-numru ta’ dan ir-Regolament, u warajh l-ittra “R”, daxx u n-numru ta’ l-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.4.1. Dan in-numru jikkonsisti min-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip li jkun jidher fiċ-ċertifikat magħmul għal dan it-tip (ara l-paragrafu 5.2. u l-Anness 2B), li quddiemu jkollu żewġ figuri li juru s-sekwenza ta’ l-aħħar serje ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    5.5.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun ċara li tinqara u li ma titħassarx.

    5.6.   L-Anness 2A ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ l-arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni msemmija hawn aktar ’il fuq.

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET DWAR IL-KOMPONENTI VARJI TAT-TAGĦMIR LPG

    6.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

    It-tagħmir speċifiku ta’ vetturi li jużaw l-LPG fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom għandu jiffunzjona b’mod sewwa u sikur.

    Il-materjali tat-tagħmir li ma jkunux f’kuntatt ma’ l-LPG għandhom ikun kompatibbli miegħu.

    Dawk il-partijiet ta’ tagħmir li l-funzjoni sewwa u sikura tagħhom hija suġġetta li tkun influwenzata mill-LPG, minn pressjoni għolja jew vibrazzjonijiet, għandhom jitqiegħdu għal proċeduri ta’ testijiet rilevanti deskritti fl-annessi ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikulari għandhom ikunu sodisfatti d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.2. sa 6.13.

    L-installazzjoni ta’ tagħmir LPG approvat minn dan ir-Regolament għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-kompatibilità elettromanjetika rilevanti (E.M.C) skond ir-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02, jew ma’ ekwivalenti.

    6.2.   Dispożizzjonijiet dwar kontenituri

    Il-kontenituri ta’ LPG għandhom ikunu approvati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.

    6.3.   Dispożizzjonijiet dwar aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur

    Il-kontenitur għandu jkun mgħammar bl-aċċessorji li ġejjin, li jistgħu jkunu separati jew kombinati (valv(i) multiplu(i)):

    6.3.1.1.   valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija,

    6.3.1.2.   indikatur tal-livell,

    6.3.1.3.   valv ta’ skariku ta’ pressjoni (valv tal-pressjoni),

    6.3.1.4.   valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess,

    6.3.2.   Il-kontenitur jista’ jkun mgħammar b’qafas issikkat tal-gass, jekk ikun meħtieġ.

    6.3.3.   Il-kontenitur jista’ jkun mgħammar bi bronżina ta’ provvista’ ta’ enerġija għal attwaturi/pompa tal-fjuwil/LPG.

    6.3.4.   Il-kontenitur jista’ jkun mgħammar b’pompa tal-fjuwil ġewwa l-kontenitur.

    6.3.5.   Il-kontenitur jista jkun mgħammar b’valv ta’ direzzjoni waħda.

    6.3.6.   Il-kontenitur għandu jkun mgħammar b’dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (PRD). Dispożittivi jew funzjonijiet jistgħu jkunu approvati bħala PRD li huma:

    (a)

    Plagg bi fjuż (li jaħdem skond it-temperatura) (fjuż), jew

    (b)

    Valv ta’ skariku ta’ pressjoni bil-kundizzjoni li jkun konformi mal-paragrafu 6.15.8.3., jew

    (c)

    Iż-żewġ dispożittivi msemmija hawn fuq flimkien, jew

    (d)

    Kull soluzzjoni oħra teknika ekwivalenti bil-kundizzjoni li tiżgura l-istess livell ta’ prestazzjoni.

    6.3.7.   L-aċċessorji msemmija fil-paragrafi 6.3.1. sa 6.3.6. hawn fuq għandhom ikunu approvati skond it-tip b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti:

    fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament għal aċċessorji msemmija fil-paragrafi 6.3.1., 6.3.2., 6.3.3. u 6.3.6.,

    fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament għal aċċessorji msemmija fil-paragrafu 6.3.4.,

    fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament għal aċċessorji msemmija fil-paragrafu 6.3.5.

    6.4.-6.14.   Dispożizzjonijiet dwar komponenti oħra

    Il-komponenti l-oħra, li jidhru fit-Tabella 1, għandhom ikunu approvati skond it-tip b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-annessi li jistgħu jkunu determinati mit-tabella.

    Tabella 1

    Paragrafu

    Komponent

    Anness

    6.4.

    Pompa tal-fjuwil

    4

    6.5.

    Vaporizzatur (3)

    Regolatur tal-pressjoni (3)

    6

    6.6.

    Valvi ta’ interċettazzjoni

    Valvi ta’ direzzjoni waħda

    Valvi ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass

    Akkoppjamenti ta’ servizz

    7

    6.7.

    Manek flessibbli

    8

    6.8.

    Unità tal-mili

    9

    6.9.

    Dispożittivi ta’ injezzjoni ta’ gass/Biċċa li tħallat il-gass (5)

    jew

    Injettaturi

    11

    6.10.

    Unitajiet ta’ doża ta’ gass (4)

    12

    6.11.

    Sondi ta’ pressjoni

    Sondi ta’ temperatura

    13

    6.12.

    L-unità ta’ kontroll elettroniku

    14

    6.13.

    Unitajiet ta’ filtru LPG

    5

    6.14.

    Dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni

    3

    6.15.   Regoli ġenerali ta’ disinn dwar komponenti

    Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija

    6.15.1.1.   Il-konnessjoni bejn il-varjabbli u l-unità ta’ għeluq tal-valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija ma għandhiex tkun deformata taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu.

    6.15.1.2.   Jekk il-valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija tal-kontenitur ikun jikkomprendi varjabbli, dan ta’ l-aħħar għandu jkun jiflaħ pressjoni esterna ta’ 4 500 kPa.

    6.15.1.3.   L-unità ta’ għeluq tad-dispożittiv li jillimita l-mili sa 80 fil-mija +0/-5 fil-mija tal-kapaċità tal-kontenitur, li għalih il-valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija huwa mfassal, għandha tiflaħ pressjoni ta’ 6 750 kPa. Fil-pożizzjoni ta’ qtugħ, ir-rata ta’ mili bi pressjoni divrenzjali ta’ 700 kPa ma għandhiex taqbeż il-500 cm3/fil-minuta. Il-valv għandu jkun ittestjat mal-kontenituri kollha li fihom ikun maħsub li jitwaħħal jew il-manifattur għandu jiddikjara billi jikkalkula għal liema tip ta’ kontenitur dan il-valv ikun jixraq.

    6.15.1.4.   Meta l-valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija ma jkun jikkomprendi ebda varjabbli, ma għandux ikun possibbli li l-mili jissokta, wara l-għeluq, b’rata li taqbeż il-500 cm3/fil-minuta.

    6.15.1.5.   Id-dispożittiv għandu jkollu markatura permanenti li turi t-tip ta’ kontenitur li għalih ikun tfassal, id-dijametru u l-angolu, u jekk ikun japplika indikazzjoni tal-muntaġġ.

    Dispożittivi mħaddma bl-elettriku li jkollhom l-LPG, biex ma jitħalliex li jkun hemm, f’każ li l-komponent jixxaqqaq, sparks ta’ l-elettriku fil-wiċċ fejn ikun ixxaqqaq, għandhom:

    (i)

    ikunu iżolati b’mod li l-ebda kurrent ma jgħaddi minn partijiet li jkollhom l-LPG

    (ii)

    ikollhom is-sistema elettrika tad-dispożittiv iżolata:

    mill- bòdi

    mill-kontenitur għall-pompa tal-fjuwil.

    Ir-reżistenza ta’ iżolament għandha tkun > 10 MΩ.

    6.15.2.1.   Il-konnessjonijiet ta’ l-elettriku fil-kompartiment tal-bagoll u tal-passiġġieri għandhom ikunu konformi ma’ l-iżolament tal-klassi IP 40 skond IEC 529.

    6.15.2.2.   Il-konnessjonijiet l-oħra kollha ta’ l-elettriku għandhom ikunu konformi ma’ l-iżolament tal-klassi IP 54 skond IEC 529.

    6.15.2.3.   Il-bronżina ta’ provvista ta’ l-enerġija (pompa tal-fjuwil/attwaturi/sonda tal-livell tal-fjuwil), biex tistabbilixxi li jkun hemm konnessjoni ta’ l-elettriku iżolata u sħiħa, għandha tkun ta’ tip issiġillat b’mod ermetiku.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar valvi mħaddma b’enerġija elettrika/esterna (idrawlika, pnewmatika)

    6.15.3.1.   Fil-każ ta’ valvi mħaddma b’enerġija elettrika/esterna (eż. valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija, valv ta’ servizz, valvi ta’ interċettazzjoni, valvi ta’ direzzjoni waħda, valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass, akkoppjament ta’ servizz), dawk il-valvi għandhom ikunu f’pożizzjoni “magħluqa” meta l-enerġija tagħhom tintefa.

    6.15.3.2.   L-enerġija tal-pompa tal-fjuwil għandha tintefa meta l-unità ta’ kontroll elettroniku ssir difettuża jew titlef l-enerġija.

    Medium ta’ skambju ta’ sħana (ħtiġijiet ta’ kompatibilità u pressjoni)

    6.15.4.1.   Il-materjali li jikkostitwixxu dispożittiv li jkunu f’kuntatt mal-medium ta’ skambju ta’ sħana ta’ dispożittiv meta jkun qed jaħdem għandhom ikunu kompatibbli ma’ dak il-fluwidu u għandhom jitfasslu biex ikunu jifilħu pressjoni ta’ 200 kPa tal-medium ta’ skambju ta’ sħana. Il-materjal għandu jissodisfa l-preskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 15, paragrafu 17.

    6.15.4.2.   Il-kompartiment li fih ikun hemm il-medium ta’ skambju ta’ sħana tal-vaporizzatur/regolatur tal-pressjoni ma għandux iħalli likiġ waqt pressjoni ta’ 200 kPa.

    6.15.5.   Komponent li jkun magħmul minn partijiet kemm ta’ pressjoni għolja kif ukoll ta’ pressjoni baxxa għandu jitfassal b’mod li ma jħallix pressjoni tinġema’ fil-parti ta’ pressjoni baxxa ’l fuq minn 2,25 aktar mill-massimu ta’ pressjoni ta’ utilizzazzjoni li għaliha jkun sarlu test. Komponenti konnessi direttament mal-pressjoni tat-tank għandhom jitfasslu għall-pressjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ 3 000 kPa. Il-ħruġ ’il barra għall-kompartiment tal-mutur jew lilhinn mill-vettura ma jitħallix isir.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi biex ma jitħalliex ikun hemm kull fluss ta’ gass

    6.15.6.1.   Il-pompa għandha tkun imfassla b’mod li l-pressjoni ta’ żbokk qatt ma taqbeż it-3 000 kPa, meta, per eż., jinstadd tubu jew valv ta’ interċettazzjoni ma jinfetaħx. Dan jista’ jsir billi tintefa l-pompa jew il-kontenitur ikun iċċirkolat mill-ġdid.

    6.15.6.2.   Ir-regolatur tal-pressjoni/vaporizzatur għandu jitfassal b’mod li ma jħalli ebda fluss ta’ gass meta l-unità tar-regolatur/vaporizzatur tingħata provvista ta’ LPG bi pressjoni ≤ 4 500 kPa meta r-regolatur ma jkunx qed jaħdem.

    6.15.7.   Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ skariku ta’ tubu tal-gass

    6.15.7.1.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass għandu jitfassal b’mod li jinfetaħ waqt pressjoni ta’ 3 200 ± 100 kPa.

    6.15.7.2.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass ma għandux iħalli likiġ intern sa 3 000 kPa.

    Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni (valv ta’ pressjoni)

    6.15.8.1.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jkun immuntat ġewwa l-kontenitur jew fuq il-kontenitur, fil-parti fejn il-fjuwil ikun fi stat ta’ gass.

    6.15.8.2.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jitfassal b’mod li jinfetaħ waqt pressjoni ta’ 2 700 ± 100 kPa.

    6.15.8.3.   Il-kapaċità ta’ fluss tal-valv ta’ skariku ta’ pressjoni, stabbilita b’arja kompressata bi pressjoni li tkun ta’ 20 fil-mija ogħla mill-pressjoni ta’ funzjonament normali, għandha tkun għallinqas

    Q ≥ 10,66 · A0,82

    li fiha:

    Q

    =

    fluss ta’ arja fi standard m3/min (100 kPa assolut u temperatura ta’ 15 °C)

    A

    =

    wiċċ esterjuri tal-kontenitur f’m2.

    Ir-riżultati tat-testijiet ta’ fluss għandhom ikunu kkoreġuti għal kundizzjonijiet standard:

    Pressjoni ta’ arja ta’ 100 kPa assoluti u temperatura ta’ 15 °C.

    Meta l-valv ta’ skariku ta’ pressjoni jitqies bħala dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni, il-fluss għandu jkun mill-anqas ta’ 17,7 standard m3/min.

    6.15.8.4.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni ma għandux iħalli likiġ intern sa 2 600 kPa.

    6.15.8.5.   Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż) għandu jitfassal biex jinfetaħ f’temperatura ta’ 120 ± 10 °C.

    6.15.8.6.   Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż) għandu jitfassal b’mod li jkollu, meta jinfetaħ, kapaċità ta’ fluss ta’:

    Q ≥ 2,73 · A

    li fiha:

    Q

    =

    fluss ta’ arja fi standard m3/min (100 kPa assolut u temperatura ta’ 15 °C)

    A

    =

    wiċċ esterjuri tal-kontenitur f’m2.

    It-test tal-fluss għandu jsir bi pressjoni ta’ arja ’l fuq ta’ 200 kPa assoluti, u f’temperatura ta’ 15 °C.

    Ir-riżultati tat-test tal-fluss għandhom ikunu kkoreġuti għal kundizzjonijiet standard:

    pressjoni ta’ arja ta’ 100 kPa assoluti, u temperatura ta’ 15 °C.

    6.15.8.7.   Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jkun immuntat fuq il-kontenitur fiż-żona tal-gass.

    6.15.8.8.   Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jitwaħħal mal-kontenitur b’mod li jkun jista’ jitfa’ fil-qafas issikkat tal-gass, meta l-preżenza tiegħu tkun rikjesta.

    6.15.8.9.   Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż) għandu jkun ittestjat skond id-dispożizzjonijiet deskritti fl-Anness 3, paragrafu 7.

    6.15.9.   Tixrid ta’ enerġija mill-pompa tal-fjuwil

    F’livell minimu ta’ fjuwil li fih il-magna tkun għadha qed taħdem, is-sħana miġmugħa mill-pompa(i) tal-fjuwil qatt ma għandha/ma għandhom tikkawża/jikkawżaw li l-valv ta’ skariku ta’ pressjoni jinfetaħ.

    Dispożizzjonijiet dwar l-unità tal-mili

    6.15.10.1.   L-unità tal-mili għandha tkun mgħammra mill-anqas b’valv wieħed ta’ direzzjoni waħda mqiegħed f’post artab, u ma għandhiex tkun żmuntata mingħajr raġuni.

    6.15.10.2.   L-unità tal-mili għandha tkun protetta mit-tniġġis.

    6.15.10.3.   Id-disinn u d-dimensjonijiet taż-żona ta’ konnessjoni ta’ l-unità tal-mili għandhom ikunu konformi ma’ dawk fil-figuri fl-Anness 9.

    L-unità tal-mili murija fil-Figura 5 tapplika biss għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u M1 li jkollhom massa massima totali > 3 500 kg (6).

    6.15.10.4.   L-unità tal-mili murija fil-Figura 4 tista’ tapplika wkoll għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u M1 li jkollhom massa massima totali > 3 500 kg (6).

    6.15.10.5.   L-unità tal-mili ta’ barra hija kkonnettjata mal-kontenitur b’manka jew pajp.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-unità tal-mili Ewro ta’ vetturi ħfif (Anness 9 — Figura 3):

    6.15.10.6.1.   Il-volum nett bejn il-wiċċ ta’ siġill ta’ quddiem u l-faċċata tal-valv ta’ direzzjoni waħda ma għandux jaqbeż 0,1 cm3;

    6.15.10.6.2.   Il-fluss tul il-konnekter b’differenza fil-pressjoni ta’ 30 kPa għandu jkun mill-anqas 60 litru/min, jekk ikun ittestjat bl-ilma.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-unità tal-mili Ewro ta’ vetturi ta’ kapaċità kbira (Anness 9 — Figura 5):

    6.15.10.7.1.   Il-volum nett bejn il-wiċċ ta’ siġill ta’ quddiem u l-faċċata tal-valv ta’ direzzjoni waħda ma għandux jaqbeż 0,5 cm3;

    6.15.10.7.2.   Il-fluss tul l-unità tal-mili, bil-valv ta’ direzzjoni waħda miftuħ b’mod mekkaniku, b’differenza fil-pressjoni ta’ 50 kPa għandu jkun mill-anqas 200 litri/min, meta jkun ittestjat bl-ilma.

    6.15.10.7.3.   L-unità tal-mili Ewro għandha tkun konformi mat-test ta’ impatt kif deskritt fl-Anness 9, paragrafu 7.4.

    Dispożizzjonijiet dwar l-indikatur tal-livell

    6.15.11.1.   Id-dispożittiv li jivverifika l-livell ta’ likwidu fil-kontenitur għandu jkun ta’ tip indirett (pereżempju manjetiku) bejn il-parti ta’ ġewwa u l-parti ta’ barra tal-kontenitur. Jekk id-dispożittiv li jivverifika l-livell ta’ likwidu fil-kontenitur ikun ta’ tip dirett, il-konnessjonijiet ta’ l-enerġija elettrika għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet IP54 skond IEC EN 60529:1997-06.

    6.15.11.2.   Jekk l-indikatur tal-livell tal-kontenitur ikun jikkomprendi varjabbli, dan ta’ l-aħħar għandu jkun jiflaħ pressjoni minn barra ta’ 3 000 kPa.

    Dispożizzjonijiet dwar il-qafas issikkat tal-gass tal-kontenitur.

    6.15.12.1.   L-iżbokk tal-qafas issikkat tal-gass għandu jkollha sezzjoni trasversali totalment libera ta’ mill-anqas 450 mm2.

    6.15.12.2.   Il-qafas issikkat tal-gass ma għandux iħalli likiġ waqt pressjoni ta’ 10 kPa bl-apertura(i) magħluqa għal kollox, b’rata ta’ likiġ massimu permissibbli ta’ 100 cm3/h ta’ fwar u ma għandux juri deformazzjoni permanenti.

    6.15.12.3.   Il-qafas issikkat tal-gass għandu jitfassal biex ikun jiflaħ pressjoni ta’ 50 kPa.

    Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess.

    Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ servizz

    6.15.13.1.1.   F’każ li l-valv ta’ servizz ikun abbinat ma’ pompa ta’ provvista ta’ fjuwil LPG, l-identifikazzjoni tal-pompa għandha ssir permazz tal-markatura “POMPA ĠEWWA” u l-identifikazzjoni tal-pompa jew fuq il-pjanċa ta’ markatura tal-kontenitur ta’ LPG jew fuq il-valv multiplu jekk ikun hemm wieħed. Konnessjonijiet ta’ l-elettriku ġewwa l-kontenitur ta’ LPG għandhom ikunu konformi ma’ l-iżolament tal-klassi IP 40 skond IEC 529.

    6.15.13.1.2.   Il-valv ta’ servizz għandu jkun jiflaħ pressjoni ta’ 6 750 kPa fil-pożizzjoni miftuħa u magħluqa.

    6.15.13.1.3.   Il-valv ta’ servizz ma għandux, meta jkun fil-pożizzjoni ta’ interċettazzjoni, iħalli rata ta’ likiġ intern fid-direzzjoni tal-fluss. Jista’ jkun hemm likiġ fid-direzzjoni lura tal-fluss.

    Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ fluss ta’ eċċess

    6.15.13.2.1.   Il-valv ta’ fluss ta’ eċċess għandu jkun immuntat ġewwa l-kontenitur.

    6.15.13.2.2.   Il-valv ta’ fluss ta’ eċċess għandu jitfassal b’bajpas biex iħalli jkun hemm ugwaljanza ta’ pressjonijiet.

    6.15.13.2.3.   Il-valv ta’ fluss ta’ eċċess għandu jaqta’ f’differenza ta’ pressjoni fuq il-valv ta’ 90 kPa. F’din id-differenza ta’ pressjoni l-fluss ma għandux ikun aktar minn 8 000 cm3/min.

    6.15.13.2.4.   Meta l-valv ta’ fluss ta’ eċċess ikun f’pożizzjoni ta’ qtugħ, il-fluss mill-bajpas ma għandux ikun aktar minn 500 cm3/min. bi pressjoni divrenzjali ta’ 700 kPa.

    7.   MODIFIKI TA’ TIP TA’ TAGĦMIR LPG U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI

    Kull modifika ta’ tip ta’ tagħmir LPG għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip. Id-dipartiment imbagħad jista’:

    7.1.1.   jikkunsidra li l-modifiki magħmula aktarx ma jkunx se jkollhom effett negattiv notevoli, u li t-tagħmir ikun għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

    7.1.2.   jikkunsidra jekk l-ittestjar mill-ġdid għandux ikun parzjali jew sħiħ.

    7.2.   Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, li jispeċifikaw it-tibdiliet, għandhom ikunu kkomunikati, skond il-proċedura indikata fil-paragrafu 5.3. hawn fuq, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje lil kull formula ta’ komunikazzjoni magħmula għal estensjoni bħal din.

    8.   (Mhux allokat)

    9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proroċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

    9.1.   It-tagħmir kollu approvat skond dan ir-Regolament għandu jkun manifatturat b’mod li jikkonforma mat-tip approvat billi jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 hawn fuq.

    9.2.   Biex ikun verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 9.1. ikunu sodisfatti, għandu jkun hemm kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

    9.3.   Għandhom jitħarsu r-rekwiżiti minimi għall-konformità ta’ testijiet ta’ kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Annessi 8, 10 u 15 ta’ dan ir-Regolament.

    9.4.   L-awtorità li tkun tat approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull żmien tivverifika l-metodi ta’ kontroll ta’ konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki hija ta’ darba waħda kull sena.

    9.5.   Barra minn dan, kull kontenitur għandu jkun ittestjat bi pressjoni minima ta’ 3 000 kPa b’konformità mal-preskrizzjonijiet tal-paragrafu 2.3. ta’ l-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.

    9.6.   Kull armar ta’ manka li jkun applikat fil-klassi ta’ pressjoni għolja (Klassi 1) skond il-klassifika stabbilita fil-paragrafu 2. ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun issuġġettat, għal nofs minuta, għal test bil-gass taħt pressjoni ta’ 3 000 kPa.

    9.7.   Għal kontenituri wweldjati, mill-anqas 1 kull 200 kontenitur u wieħed mill-għadd li jkun baqa’ għandhom ikunu ssuġġettati għall-eżaminazzjoni radjografika skond l-Anness 10, paragrafu 2.4.1.

    9.8.   Matul il-produzzjoni, 1 minn 200 kontenitur u 1 mill-għadd li jkun baqa’ għandhom ikunu ssuġġettati għal testijiet mekkaniċi msemmija hawn fuq kif deskritt fl-Anness 10, paragrafu 2.1.2.

    10.   PIENI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    10.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ tagħmir skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9. hawn fuq ma jitħarsux.

    10.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun diġà tat, hija għandha immedjatament tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2B ta’ dan ir-Regolament.

    11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI DWAR DIVERSI KOMPONENTI TA’ TAGĦMIR LPG

    11.1.   B’effett mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan id-dokument, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni ECE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

    11.2.   B’effett minn 3 xhur wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi għal dan ir-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet ECE biss jekk it-tip ta’ komponent li jkun ser jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

    11.3.   Ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ komponent approvat skond is-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament.

    11.4.   Sa 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ komponent approvat skond dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

    11.5.   Wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ tip ta’ komponent li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 01 għal dan id-dokument, sakemm il-komponent ikun maħsub bħala sostitut biex jitwaħħal f’vetturi li jkunu qed jintużaw.

    12.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    Jekk min ikollu l-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura t-tip ta’ tagħmir approvat skond dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, din l-awtorità għandha tgħarraf biha lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2B ta’ dan ir-Regolament.

    13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet għall-Fehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tal-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi li jagħtu approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.

    PARTI II

    APPROVAZZJONI TA’ VETTURA MGĦAMMRA B’TAGĦMIR SPEĊIFIKU GĦALL-UŻU TA’ GASSIJIET LIKWIFIKATI MIŻ-ŻEJT FIS-SISTEMA TA’ PROPULSJONI TAGĦHOM FIR-RIGWARD TA’ L-INSTALLAZZJONI TA’ TAGĦMIR BĦAL DAN

    14.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament:

    14.1.1.   “Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-installazzjoni tat-tagħmir speċifiku tagħha għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħha;

    “Tip ta’ vettura” tfisser vettura jew familja ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir speċifiku għall-użu ta’ LPG fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom, li ma jkunux differenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    14.1.2.1.   il-manifattur;

    14.1.2.2.   it-tip ta’ denominazzjoni stabbilita mill-manifattur;

    l-aspetti essenzjali ta’ disinn u kostruzzjoni;

    14.1.2.3.1.   chassis/parti inferjuri (differenzi ovvji u fundamentali);

    14.1.2.3.2.   installazzjoni tat-tagħmir LPG (differenzi ovvji u fundamentali).

    15.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI

    15.1.   L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħha għandha tintbagħat mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif imiss.

    15.2.   Hija għandu jkollha magħha d-dokumenti, l-oriġinal u żewġ kopji għal kull dokument, imsemmijin hawn taħt: deskrizzjoni tal-vettura, inklużi l-partikularitajiet rilevanti kollha msemmija fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    15.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tkun approvata għandha tintbagħat lis-servizz tekniku li jmexxi t-testijiet ta’ approvazzjoni.

    16.   APPROVAZZJONI

    16.1.   Jekk il-vettura mibgħuta għal approvazzjoni skond dan ir-Regolament tingħata t-tagħmir speċifiku kollu meħtieġ għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tagħha u tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 17. hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dik il-vettura għandha tingħata.

    16.2.   Għandu jkun assenjat numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ vettura approvata. L-ewwel żewġ numri tagħha għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li jkunu saru lir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni.

    16.3.   L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ rifjut jew ta’ estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura LPG skond dan ir-Regolament għandu jkun komunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 2D ta’ dan ir-Regolament.

    Għandha titwaħħal, b’mod li tidher sewwa u fi spazju faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formula msemmija fil-paragrafu 16.3. hawn fuq, ma’ kull tip ta’ vettura approvata skond dan ir-Regolament, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tkun tikkonsisti minn:

    16.4.1.   Ċirku li jdawwar l-ittra “E” u warajh in-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (7).

    16.4.2.   In-numru ta’ dan ir-Regolament, u warajh l-ittra “R”, daxx u n-numru ta’ l-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 16.4.1.

    16.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma’ vettura approvata, skond Regolament wieħed jew aktar mehmużin mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 16.4.1. ma jeħtiġlux ikun ripetut; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri ta’ approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti li abbażi tagħhom l-approvazzjoni tkun ingħatat fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni abbażi ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin kif preskritt fil-paragrafu 16.4.1.

    16.6.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun ċara li tinqara u li ma titħassarx.

    16.7.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib il-pjanċa tad-data tal-vettura jew fuqha.

    16.8.   L-Anness 2C ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ l-arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni msemmija hawn aktar ’il fuq.

    17.   REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ TAGĦMIR SPEĊIFIKU GĦALL-UŻU TA’ GASSIJIET LIKWIFIKATI MIŻ-ŻEJT FIS-SISTEMA TA’ PROPULSJONI TA’ VETTURA

    17.1.   Ġenerali

    17.1.1.   It-tagħmir LPG kif installat fil-vettura għandu jaħdem b’mod li l-pressjoni massima ta’ funzjonament li għaliha tkun tfasslet u approvata ma tkunx tista’ tinqabeż.

    17.1.2.   Il-partijiet kollha tas-sistema għandhom ikunu approvati skond it-tip għal partijiet individwali skond il-Parti I ta’ dan ir-Regolament.

    17.1.3.   Il-materjali użati fis-sistema għandhom ikunu adatti għall-użu bl-LPG.

    17.1.4.   Il-partijiet kollha tas-sistema għandhom jitwaħħlu sewwa.

    17.1.5.   Is-sistema LPG ma għandhiex tidher li jista’ jkollha likiġ.

    17.1.6.   Is-sistema LPG għandha tkun installata b’mod li jkollha l-aħjar protezzjoni possibbli kontra l-ħsara, bħal ħsara li ssir minħabba komponenti tal-vettura jiċċaqalqu, kolliżjoni, naqal jew meta l-vettura titgħabba jew tinħatt jew jekk tgħabijiet jitħarrku minn post għal ieħor.

    Ebda attrezzatura ma għandha tkun ikkonnettjata mas-sistema LPG ħlief dawk strettament meħtieġa biex il-magna tal-vettura bil-mutur taħdem sewwa.

    17.1.7.1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 17.1.7., muturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u M1 li jkollhom massa massima totali > 3 500 kg tista’ titwaħħlilhom sistema ta’ tisħin biex issaħħan il-kompartiment tal-passiġġiera li jkun ikkonnettjat mas-sistema LPG.

    17.1.7.2.   Is-sistema ta’ tisħin imsemmija fil-paragrafu 17.1.7.1. għandha tkun permessa jekk, fil-fehma tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ l-approvazzjoni tat-tip, is-sistema ta’ tisħin tkun protetta biżżejjed u l-funzjonament meħtieġ tas-sistema normal LPG ma jintlaqatx.

    17.1.7.3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 17.1.7., vettura ta’ fjuwil mono u mingħajr sistema ta’ effiċjenza mnaqqsa tista’ tkun mgħammra b’akkoppjament ta’ servizz fis-sistema LPG.

    17.1.7.4.   L-akkoppjament ta’ servizz imsemmi fil-paragrafu 17.1.7.3. għandu jkun permess jekk, fil-fehma tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ l-approvazzjoni tat-tip, l-akkoppjament ta’ servizz ikun protett biżżejjed u l-funzjonament meħtieġ tas-sistema normal LPG ma jintlaqatx. L-akkoppjament ta’ servizz għandu jkun abbinat ma’ valv issikkat tal-gass separat u ta’ direzzjoni waħda biex b’hekk ikun possibbli biss li titħaddem il-magna.

    17.1.7.5.   Vetturi ta’ fjuwil mono installati b’akkoppjament ta’ servizz għandu jkollhom stiker qrib l-akkoppjament ta’ servizz kif speċifikat fl-Anness 17.

    Identifikazzjoni ta’ vetturi ta’ kategorija M2 and M3 li jaħdmu bil-fjuwil LPG.

    17.1.8.1.   Vetturi ta’ kategorija M2 and M3 għandhom iġorru pjanċa kif speċifikat fl-Anness 16.

    17.1.8.2.   Il-pjanċa għandha titwaħħal fuq quddiem u fuq wara ta’ vetturi ta’ kategorija M2 jew M3 u fuq in-naħa ta’ barra tal-bibien fuq in-naħa tax-xellug għall-vetturi li jinstaqu fuq il-lemin u fuq in-naħa tal-lemin għall-vetturi li jinstaqu fuq ix-xellug.

    17.2.   Rekwiżiti ulterjuri

    17.2.1.   Ebda komponent tas-sistema LPG, inkluż kull materjal ta’ protezzjoni li jkun jagħmel parti minn komponent bħal dan, ma għandu joħroġ ’il barra mill-parti ta’ barra tal-vettura, bl-eċċezzjoni ta’ l-unità tal-mili jekk din ma tkunx toħroġ aktar minn 10 mm lilhinn mil-linja nominali tal-pannell tal-bòdi.

    17.2.2.   Bl-eċċezzjoni tal-kontenitur tal-fjuwil LPG, fl-ebda sezzjoni trasversali tal-vettura komponent tas-sistema LPG, inkluż kull materjal ta’ protezzjoni li jkun jagħmel parti minn komponenti bħal dawk, ma jista’ joħroġ ’il barra mit-tarf t’isfel tal-vettura sakemm parti oħra tal-vettura, f’radju ta’ 150 mm, ma tkunx qiegħda aktar ’l isfel.

    17.2.3.   Ebda komponent tas-sistema LPG ma għandu jitqiegħed sa 100 mm mill-egżost jew sors simili ta’ sħana, sakemm komponenti bħal dawk ma jkollhomx ilqugħ kontra s-sħana.

    17.3.   Is-sistema LPG

    17.3.1.   Sistema LPG għandu jkollha mill-anqas il-komponenti li ġejjin:

    17.3.1.1.   kontenitur tal-fjuwil;

    17.3.1.2.   valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija;

    17.3.1.3.   indikatur tal-livell;

    17.3.1.4.   valv ta’ skariku ta’ pressjoni;

    17.3.1.5.   valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess;

    17.3.1.6.   regolatur tal-pressjoni u vaporizzatur, li jistgħu jkunu abbinati;

    17.3.1.7.   valv ta’ interċezzjoni kkontrollat remotament;

    17.3.1.8.   l-unità tal-mili;

    17.3.1.9.   tubi tal-gass u manek;

    17.3.1.10.   konnessjonijiet li jġorru l-gass bejn il-komponenti tas-sistema LPG;

    17.3.1.11.   injettatur jew diżpożittiv ta’ injettatur tal-gass jew biċċa li tħallat il-gass;

    17.3.1.12.   l-unità ta’ kontroll elettroniku;

    17.3.1.13.   diżpożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż).

    17.3.2.   Is-sistema tista’ tinkludi wkoll il-komponenti li ġejjin:

    17.3.2.1.   qafas issikkat tal-gass li jgħatti l-aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur tal-fjuwil;

    17.3.2.2.   valv ta’ direzzjoni waħda;

    17.3.2.3.   valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass;

    17.3.2.4.   l-unità ta’ doża ta’ gass;

    17.3.2.5.   l-unità ta’ filtru LPG;

    17.3.2.6.   sonda ta’ pressjoni jew ta’ temperatura;

    17.3.2.7.   pompa tal-fjuwil LPG;

    17.3.2.8.   bronżina ta’ provvista ta’ enerġija għall-kontenitur (attwaturi/pompa tal-fjuwil/sonda tal-livell tal-fjuwil);

    17.3.2.9.   akkoppjament ta’ servizz (vetturi ta’ fjuwil mono biss u mingħajr sistema ta’ effiċjenza mnaqqsa);

    17.3.2.10.   sistema ta’ għażla ta’ fjuwil u sistema elettrika;

    17.3.2.11.   injezzjoni kombustibbli.

    17.3.3.   L-armaturi tal-kontenitur imsemmija fil-paragrafi 17.3.1.2. sa 17.3.1.5. jistgħu jkunu abbinati.

    17.3.4.   Il-valv ta’ interċettazzjoni kkontrollat remotament imsemmi fil-paragrafu 17.3.1.7. jista’ jkun abbinat mar-regolatur tal-pressjoni/vaporizzatur.

    17.3.5.   Komponenti addizzjonali meħtieġa biex il-magna taħdem b’mod effettiv jistgħu jkunu installati f’dik il-parti tas-sistema LPG fejn il-pressjoni tkun anqas minn 20 kPa.

    17.4.   Installazzjoni tal-kontenitur tal-fjuwil

    17.4.1.   Il-kontenitur tal-fjuwil għandu jitwaħħal b’mod permanenti fil-vettura u ma għandux ikun installat fil-kompartiment tal-magna.

    17.4.2.   Il-kontenitur tal-fjuwil għandu jkun installat fil-pożizzjoni t-tajba, skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-kontenitur.

    17.4.3.   Il-kontenitur għandu jkun installat b’mod li ma jkunx hemm kuntatt bejn metall u metall, ħlief għall-ponot permanenti fejn jitwaħħal il-kontenitur.

    17.4.4.   Il-kontenitur tal-fjuwil għandu jkollu ponot permanenti fejn jitwaħħal biex jinżamm sod mal-vettura bil-mutur jew li l-kontenitur jitwaħħal fis-sod mal-vettura bil-mutur permezz ta’ qafas ta’ kontenitur u ċinturini ta’ kontenitur.

    Meta l-vettura tkun lesta għall-użu l-kontenitur tal-fjuwil ma għandux ikun anqas minn 200 mm ’il fuq mill-wiċċ tat-triq.

    17.4.5.1.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 17.4.5. ma għandhomx japplikaw jekk il-kontenitur ikun protett b’mod adegwat, min-naħa ta’ quddiem u fil-ġnub u ebda parti tal-kontenitur ma titqiegħed aktar fil-baxx minn din l-istruttura ta’ protezzjoni.

    17.4.6.   Il-kontenitur tal-fjuwil għandu jkun immuntat u mwaħħal b’mod li l-aċċelerazzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jiġu assorbiti (mingħajr ma ssir ħsara) meta l-kontenituri jkunu mimlijin:

    Vetturi ta’ kategoriji M1 u N1:

    (a)

    20 g fid-direzzjoni tal-vjaġġ

    (b)

    8 g orizzontalment perpendikulari għad-direzzjoni tal-vjaġġ

    Vetturi ta’ kategoriji M2 and N2:

    (a)

    10 g fid-direzzjoni tal-vjaġġ

    (b)

    5 g orizzontalment perpendikulari għad-direzzjoni tal-vjaġġ

    Vetturi ta’ kategoriji M3 and N3:

    (a)

    6,6 g fid-direzzjoni tal-vjaġġ

    (b)

    5 g orizzontalment perpendikulari għad-direzzjoni

    Jista’ jintuża metodu ta’ kalkolu minflok ittestjar prattiku jekk l-ekwivalenza tiegħu tkun tista’ tintwera mill-applikant għal approvazzjoni għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku.

    17.5.   Rekwiżiti ulterjuri għal kontenitur tal-fjuwil

    17.5.1.   Jekk ikun hemm aktar minn kontenitur LPG wieħed ikkonnettjat ma’ tubu wieħed ta’ konsenja, kull kontenitur għandu jkun mgħammar b’valv ta’ direzzjoni waħda mwaħħal fin-naħa t’isfel ta’ valv ta’ servizz ikkontrollat remotament, u għandu jitwaħħal valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu fit-tubu ta’ konsenja, fin-naħa t’isfel tal-valv ta’ direzzjoni waħda. Għandha titqiegħed sistema adegwata ta’ filtru fin-naħa ta’ fuq tal-valv(i) ta’ direzzjoni waħda biex ma jitħalliex ikun hemm inkrostazzjoni tal-valv(i) ta’ direzzjoni waħda.

    17.5.2.   Valv ta’ direzzjoni waħda u valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu ma għandhomx ikunu meħtieġa jekk il-pressjoni tal-fluss lura tal-valv ta’ servizz ikkontrollat remotament fil-pożizzjoni magħluqa tkun aktar minn 500 kPa.

    F’dan il-każ il-kontroll tal-valvi ta’ servizz ikkontrollat remotament għandu jkun kostruwit b’mod li jkun impossibbli għal aktar minn valv wieħed ikkontrollat remotament li jinfetħu f’kull waqt. Il-ħin komuni bejniethom biex jinbidlu jkun limitat għal żewġ minuti.

    17.6.   Aċċessorji għall-kontenitur tal-fjuwil

    17.6.1.   Valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv bi fluss ta’ eċċess fuq il-kontenitur

    17.6.1.1.   Il-valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess għandu jkun installat direttament fuq il-kontenitur tal-fjuwil, mingħajr armaturi bejniethom.

    17.6.1.2.   Il-valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess għandu jkun ikkontrollat b’mod li jingħalaq awtomatikament meta l-magna ma tkunx qed taħdem, irrispettivament mill-pożizzjoni ta’ l-swiċċ li jqabbad il-magna, u għandu jibqa’ magħluq sakemm il-magna tibqa’ mitfija.

    17.6.2.   valva ta’ skariku mqabbad b’molla fil-kontenitur

    17.6.2.1.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni mqabbad b’molla għandu jkun installat fil-kontenitur tal-fjuwil b’mod li jkun ikkonnettjat ma’ l-ispazju tal-fwar u jkun jista’ jarmi fl-atmosfera tal-madwar. Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni mqabbad b’molla jista’ jarmi fil-qafas issikkat tal-gass jekk dak il-qafas issikkat tal-gass jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 17.6.5.

    17.6.3.   valva ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija

    17.6.3.1.   Il-limitatur ta’ livell li jimtela b’mod awtomatiku għandu jkun adattat għall-kontenitur li miegħu jkun imwaħħal u għandu jkun installat fil-pożizzjoni t-tajba biex ikun żgurat li l-kontenitur ma jkunx jista’ jimtela aktar minn 80 fil-mija.

    17.6.4.   Indikatur tal-livell

    17.6.4.1.   L-indikatur tal-livell għandu jkun adattat għall-kontenitur tal-fjuwil li miegħu jkun imwaħħal u għandu jkun installat fil-pożizzjoni t-tajba.

    17.6.5.   Qafas issikkat tal-gass fuq il-kontenitur

    17.6.5.1.   Qafas issikkat tal-gass fuq l-armaturi tal-kontenitur li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 17.6.5.2. sa 17.6.5.5. għandu jitwaħħal mal-kontenitur tal-fjuwil, sakemm il-kontenitur ikun installat barra mill-vettura u l-armaturi tal-kontenitur ikunu protetti mill-ħmieġ u mill-ilma.

    17.6.5.2.   Il-qafas issikkat tal-gass għandu jkun f’konnessjoni miftuħa ma’ l-atmosfera, fejn ikun meħtieġ, permezz ta’ manka ta’ konnessjoni u kanal ta’ passaġġ.

    17.6.5.3.   L-apertura ta’ ventilazzjoni tal-qafas issikkat tal-gass għandha tħares ’l isfel fil-punt ta’ ħruġ mill-vettura bil-mutur. Iżda hija ma għandhiex tarmi f’passaġġ f’għamla ta’ rota, lanqas ma għandha tkun immirata lejn sors ta’ sħana bħalma huwa l-egżost.

    17.6.5.4.   Kull manka ta’ konnessjoni u kanal ta’ passaġġ fil-qiegħ ta’ l-istruttura tal-bòdi tal-vettura bil-mutur għall-ventilazzjoni tal-qafas issikkat tal-gass għandu jkollhom minimu ta’ apertura sħiħa ta’ 450 mm2. Jekk tubu tal-gass, tubu ieħor jew il-wijers kollha ta’ l-elettriku jkunu installati fil-manka ta’ konnessjoni u kanal ta’ passaġġ ta’ iżolament, l-apertura sħiħa għandha wkoll tkun mill-anqas 450 mm2.

    17.6.5.5.   Il-qafas issikkat tal-gass u manki ta’ konnessjoni għandhom ikunu ssikkati għall-gass fi pressjoni ta’ 10 kPa bl-apertturi magħluqin sewwa, u ma għandhom ikunu juru ebda deformazzjoni permanenti, b’rata massima ta’ likiġ permissibbli ta’ 100 cm3/h.

    17.6.5.6.   Il-manka ta’ konnessjoni għandha titwaħħal b’mod sewwa mal-qafas issikkat tal-gass u mal-kanal ta’ passaġġ ta’ iżolament biex ikun żgurat li tkun saret ġonta ssikkata ta’ gass.

    17.7.   Tubi tal-gass u manki tal-gass

    17.7.1.   Tubi tal-gass għandhom ikunu magħmulin minn materjal mingħajr iwweldjar: jew mir-ram jew azzar li ma jsaddadx jew azzar b’kisja kontra l-korrużjoni.

    17.7.2.   Jekk jintuża azzar mingħajr iwweldjar it-tubu għandu jkun protett b’komma tal-lastku jew plastik.

    17.7.3.   Id-dijametru ta’ barra ta’ tubi tal-gass magħmulin mir-ram ma għandux ikun aktar minn 12-il mm b’ħajt ta’ ħxuna mill-anqas ta’ 0,8 mm; dak ta’ tubi tal-gass ta’ l-azzar u azzar li ma jsaddadx ma għandux ikun aktar minn 25 mm b’ħajt ta’ ħxuna xierqa għal servizzi ta’ gass.

    17.7.4.   It-tubu tal-gass jista’ jkun magħmul minn materjal mhux metalliku jekk it-tubu jissodisfa r-rekwiżi ta’ dan ir-Regolament, paragrafu 6.7.

    17.7.5.   It-tubu tal-gass jista’ jinbidel b’tubu b’manka tal-gass jekk din il-manka tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, paragrafu 6.7.

    17.7.6.   Tubi tal-gass, li ma jkunux tubi tal-gass mhux tal-metall, għandhom jitqiegħdu fis-sod b’mod li ma jkunux suġġetti għal vibrazzjonijiet u stress.

    17.7.7.   Manek tal-gass u tubi tal-gass mhux tal-metall għandhom jitqiegħdu fis-sod b’mod li ma jkunux suġġettati għal stress.

    17.7.8.   Fil-post fejn jitwaħħlu, it-tubu jew manka tal-gass għandu jitwaħħlilhom materjal ta’ protezzjoni.

    17.7.9.   Tubi jew manek tal-gass ma għandhomx jitqiegħdu f’postijiet ta’ rfigħ.

    17.7.10.   F’passaġġi, it-tubi jew manek tal-gass, kemm jekk ikollhom komma ta’ protezzjoni u kemm jekk ma jkollhomx, għandu jitwaħħlilhom materjal ta’ protezzjoni.

    17.8.   Konnessjonijiet ta’ gass bejn il-komponenti tas-sistema LPG

    17.8.1.   Ġonot imwaħħlin bl-istann jew iwweldjati u ġonot ta’ kompressjoni tat-tip bite m’humiex permessi.

    17.8.2.   Tubi tal-gass għandhom ikunu kkonnettjati biss b’armaturi kompatibbli fir-rigward ta’ korrużjoni.

    17.8.3.   Tubi ta’ l-azzar li ma jsaddadx għandhom ikunu ġonġuti b’armaturi ta’ l-azzar li ma jsaddadx.

    17.8.4.   Blokok ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu magħmulin minn materjal reżistenti għall-korrużjoni.

    17.8.5.   Tubi tal-gass għandhom ikunu kkonnettjati permezz ta’ ġonot adattati, pereżempju ġonot ta’ kompressjoni f’żewġ bċejjeċ f’tubi tal-gass u ġonot b’ponta f’għamla ta’ żebbuġa fuq iż-żewġ naħat jew żewġ flanġijiet f’tubi tar-ram. Tubi tal-gass għandhom ikunu kkonnettjati b’konnessjonijiet adatti. Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jintużaw akkoppjamenti li bihom tista’ ssir ħsara lit-tubu. Ir-raxx tal-kompressjoni ta’ l-akkoppjamenti mmuntati għandu jkun l-istess jew ogħla kif speċifikat għat-tubu.

    17.8.6.   L-għadd ta’ ġonot għandu jkun limitat għal minimu.

    17.8.7.   Il-ġonot kollha għandhom isiru f’postijiet fejn jista’ jkun hemm aċċess għal spezzjoni.

    F’kompartiment tal-passiġġieri jew f’kompartiment magħluq tal-bagalji t-tubu jew manka tal-gass ma għandhomx ikunu itwal milli meħtieġ; din id-dispożizzjoni titħares meta t-tubu jew manka tal-gass ma joħorġux aktar ’il barra mill-kontenitur tal-fjuwil fin-naħa tal-ġenb tal-vettura.

    17.8.8.1.   Ma għandux ikun hemm konnessjonijiet li minnhom jgħaddi l-gass fil-kompartiment tal-passiġġieri jew fil-kompartiment magħluq tal-bagalji ħlief:

    (i)

    il-konnessjonijiet fuq il-qafas issikkat tal-gass; kif ukoll

    (ii)

    il-konnessjoni bejn it-tubu jew il-manka tal-gass u l-unità tal-mili jekk din il-konnessjoni tkun imwaħħla b’komma li tkun reżistenti għall-LPG u jekk gass li jillikja jintrema direttament fl-atmosfera.

    17.8.8.2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 17.8.8. u tal-paragrafu 17.8.8.1. ma għandhomx japplikaw għal kategoriji ta’ vetturi M2 jew M3 jekk it-tubi jew il-manek tal-gass u l-konnessjonijiet ikollhom komma li tkun reżistenti għall-LPG u li jkollha konnessjoni miftuħa għall-atmosfera. It-tarf miftuħ tal-komma jew kanal għandhom ikunu fl-aktar post baxx.

    17.9.   Valv ta’ interċettazzjoni kkontrollat remotament

    17.9.1.   Valv ta’ interċettazzjoni kkontrollat remotament għandu jkun installat fit-tubu tal-gass mill-kontenitur ta’ l-LPG għar-regolatur tal-pressjoni/vaporizzatur, qrib kemm jista’ jkun tar-regolatur tal-pressjoni/vaporizzatur.

    17.9.2.   Il-valv ta’ interċettazzjoni kkontrollat remotament jista’ jkun inkorporat fir-regolatur tal-pressjoni/vaporizzatur.

    17.9.3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 17.9.1., il-valv ta’ interċettazzjoni kkontrollat remotament jista’ jkun installat f’post fil-kompartiment tal-magna indikat mill-manifattur tas-sistema LPG jekk tkun provduta sistema ta’ ritorn ta’ fjuwil bejn ir-regolatur tal-pressjoni u l-kontenitur ta’ l-LPG.

    17.9.4.   Il-valv ta’ interċettazzjoni kkontrollat remotament għandu jkun installat b’mod li l-provvista’ tal-fjuwil tinqata’ meta l-magna ma tkunx qed taħdem jew, jekk il-vettura tkun mgħammra wkoll b’sistema oħra ta’ fjuwil, meta l-fjuwil l-ieħor jintgħażel. Dewmien ta’ 2 sekondi jista’ jkun permess għal skopijiet dijanjostiċi.

    17.10.   Unità tal-mili

    17.10.1.   L-unità tal-mili għandha titqiegħed fiż-żgur kontra r-rotazzjonijiet u għandha titħares mill-ħmieġ u mill-ilma.

    17.10.2.   Meta l-kontenitur ta’ LPG jkun installat fil-kompartiment jew f’kompartiment magħluq (tal-bagalji), l-unità tal-mili għandha titqiegħed f’post fuq barra tal-vettura.

    17.11.   Sistema ta’ għażla ta’ fjuwil u installazzjoni elettrika

    Il-komponenti ta’ l-elettriku tas-sistema LPG għandhom ikunu protetti kontra tagħbija żejda u għandu jkun provdut mill-anqas fjuż wieħed separat fil-kejbil ta’ provvista.

    17.11.1.1.   Il-fjuż għandu jkun installat f’post magħruf minn fejn ikun jista’ jintlaħaq mingħajr l-użu ta’ għodod.

    17.11.2.   L-enerġija elettrika lill-komponenti tas-sistema LPG li minnhom jgħaddi wkoll il-gass tista’ ma titgħaddiex minn tubu tal-gass.

    17.11.3.   Il-komponenti kollha ta’ l-elettriku installati f’parti mis-sistema LPG fejn il-pressjoni taqbeż l-20 kPa għandhom ikunu kkonnettjati u iżolati b’mod li ebda kurrent ma jgħaddi minn partijiet li jkun fihom l-LPG.

    17.11.4.   Kejbils ta’ l-elettriku għandhom ikunu protetti b’mod adegwat mill-ħsara. Il-konnessjonijiet ta’ l-elettriku fil-kompartiment tal-bagolli u tal-passiġġiera għandhom ikunu konformi ma’ l-iżolament klassi IP 40 skond IEC 529. Il-konnessjonijiet l-oħra kollha ta’ l-elettriku għandhom ikunu konformi ma’ l-iżolament klassi IP 54 skond IEC 529.

    17.11.5.   Vetturi b’aktar minn sistema waħda ta’ fjuwil għandu jkollhom sistema ta’ għażla ta’ fjuwil biex jiżguraw li mhux aktar minn fjuwil wieħed jingħata lill-magna f’ħin wieħed. Ħin qasir komuni biex jitħalla jsir il-bdil huwa permess.

    17.11.6.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 17.11.5., fil-każ ta’ magni ta’ fjuwil doppju misjuqa minn pilota, huwa permess li tingħata provvista ta’ aktar minn fjuwil wieħed.

    17.11.7.   Il-konnessjonijiet u l-komponenti ta’ elettriku fil-qafas issikkat tal-gass għandhom ikunu kostruwiti b’mod li ma jkunux ġenerati sparks.

    17.12.   Dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni

    17.12.1.   Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jitwaħħal mal-kontenitur(i) tal-fjuwil b’mod li jkun jitfa’ fil-qafas issikkat tal-gass, meta l-preżenza tiegħu hija rikjesta, jekk dak il-qafas issikkat tal-gass jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 17.6.5.

    18.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

    18.1.   Il-vetturi kollha approvati skond dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 17 hawn fuq.

    18.2.   Biex ikun verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 18.1. ikunu sodisfatti, għandu jkun hemm kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

    18.3.   L-awtorità li tkun tat approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull żmien tivverifika l-metodi ta’ kontroll ta’ konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki hija ta’ darba waħda kull sena.

    19.   PIENI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    19.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ tagħmir skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 18. hawn fuq ma jitħarsux

    19.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun diġà tat, hija għandha immedjatament tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2D ta’ dan ir-Regolament.

    20.   MODIFIKA U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA

    Kull modifika ta’ l-installazzjoni tat-tagħmir speċifiku għall-użu ta’ gassijiet likwifikati miż-żejt fis-sistema ta’ propulsjoni tal-vettura għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip tal-vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’

    20.1.1.   Jikkunsidra li l-modifiki magħmula aktarx ma jkunx se jkollhom effett negattiv notevoli, u li f’kull każ il-vettura tkun għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

    20.1.2.   Jesiġi li jsir rapport addizzjonali ta’ test mis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet.

    20.2.   Konferma jew rifjut, li jispeċifikaw it-tibdiliet, għandhom ikunu kkomunikati, skond il-proċedura indikata fil-paragrafu 16.3. hawn fuq, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament

    20.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni bħal dik u tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 2D ta’ dan ir-Regolament.

    21.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    Jekk min għandu l-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura t-tip ta' vettura approvata skond ir-Regolament, huwa għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, din l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2D ta’ dan ir-Regolament.

    22.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI DWAR L-INSTALLAZZJONI TA’ DIVERSI KOMPONENTI TA’ TAGĦMIR LPG U L-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA MGĦAMMRA B’TAGĦMIR SPEĊIFIKU GĦALL-UŻU TA’ GASS LIKWIFIKAT MIŻ-ŻEJT FIS-SISTEMA TA’ PROPULSJONI TAGĦHA DWAR L-INSTALLAZZJONI TA’ TAGĦMIR BĦAL DAK

    22.1.   B’effett mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan id-dokument, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni ECE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

    22.2.   B’effett mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan id-dokument, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil fuq vettura u l-użu bħala l-ewwel tagħmir ta’ komponent approvat skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

    22.3.   Matul il-perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jippermettu l-użu bħala l-ewwel tagħmir ta’ tip ta’ komponent approvat skond dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, meta jitwaħħal fuq vettura mibdula għall-propulsjoni LPG.

    22.4.   Upon the expiration of a period of 12 months after the date of entry into force of the 01 series of amendments to this Regulation, Contracting Parties applying this Regulation shall prohibit the use as first equipment of a component which does not meet the requirements of this Regulation as amended by the 01 series of amendments, when fitted on a vehicle transformed for LPG propulsion.

    22.5.   Wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel Reġistrazzjoni Nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

    23.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet għall-Fehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tal-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi li jagħtu approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra


    (1)  Kif definiti fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta’ Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif l-aħħar emendata bl-Emenda 4).

    (2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugal, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu rispettiv tagħhom ECE), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta) u 56 għall-Montenegro. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li bih jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw f’Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

    (3)  Abbinat jew separat

    (4)  Applikabbli biss fejn l-attwatur ta’ doża ta’ gass ma jkunx integrat mad-dispożittiv ta’ l-injezzjoni tal-gass.

    (5)  Applikabbli biss fejn il-pressjoni ta’ funzjonament tal-biċċa li tħallat il-gass taqbeż 20 kPa (Klassi 2).

    (6)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta’ Vetturi (R.E.3), Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2, kif l-aħħar emendata bl-Emenda 4).

    (7)  Ara n-nota 2 fl-aħħar tal-paġna


    ANNESS 1

    KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-VETTURA, MAGNA U TAGĦMIR RELATAT MA’ L-LPG

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2A

    ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAT-TAGĦMIR LPG

    (Ara l-paragrafu 5.2. ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla mat-tagħmir LPG turi li dan it-tagħmir kien approvat fl-Olanda (E4), skond ir-Regolament Nru 67 bin-numru ta’ approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 67 kif emendat mis-serje ta’ emendi 01 (1).


    (1)  Klassi 1, 2, 2A jew 3


    ANNEX 2B

    KOMUNIKAZZJONI

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi (kontenituri biss)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2Ċ

    ARRANĠAMENT TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

    MUDELL A

    (Ara l-paragrafu 16.2. ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li l-vettura, fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ tagħmir speċifiku għall-użu ta’ LPG għall-propulsjoni, kienet approvata fl-Olanda (E4), skond ir-Regolament Nru 67 bin-numru ta’ approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 67 kif emendat bis-serje ta’ emendi 01.

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 16.2. ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li l-vettura, fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ tagħmir speċifiku għall-użu ta’ LPG għall-propulsjoni, kienet approvata fl-Olanda (E4), skond ir-Regolament Nru 67 bin-numru ta’ approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 67 kif emendat bis-serje ta’ emendi 01 u li r-Regolament Nru 83 inkluda s-serje ta’ emendi 04.


    ANNESS 2D

    KOMUNIKAZZJONI

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 3

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ AĊĊESSORJI TA’ KONTENITUR LPG

    Valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija

    1.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.1. ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 3.

    1.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    1.4.   Temperatura tad-disinji:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    1.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.1., Dispożizzjonijiet dwar valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija.

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’energija elettrika.

    1.6.   Proċeduri tat-test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    Test ta’ funzjonament

    Anness 15, para. 10

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Indikatur tal-livell

    2.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.2. ta’ dan ir-Regolament.

    2.2.   Klasssifikazzjoni ta’ komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Klassi 1.

    2.3.   Klassifika ta’ pressjoni: 3 000 kPa.

    2.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    2.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.11., Dispożzizjonijiet dwar l-indikatur tal-livell.

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    2.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Valv ta’ skariku ta’ pressjoni (valv ta’ pressjoni)

    3.1.   Definizzjoni: ara l-oparagrafu 2.5.3. ta’ dan ir-Regolament.

    3.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 3.

    3.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    3.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    3.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafi 6.15.8., Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni (valv ta’ pressjoni)

    3.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    (b’200 ċiklu ta’ funzjonament)

    Test ta’ funzjonament

    Anness 15, para. 10

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Annex 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Annex 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal shana xotta

    Annex 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Annex 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Annex 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Annex 15, para. 16 (*)

    Valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss ta’ eċċess

    4.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.4. ta’ dan ir-Regolament.

    4.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 3.

    4.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    4.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    4.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’enerġija elettrika/esterna.

    Paragraph 6.15.13., Dispożizzjonijiet dwar valv ta’ servizz ikkontrollat remotament b’valv ta’ fluss eċċessiv.

    4.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    Test ta’ funzjonament

    Anness 15, para. 10

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Bronzina ta’ provvista ta’ enerġija

    5.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.8. ta’ dan ir-Regolament.

    5.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-figura 1, para. 2.): Taqsima 1.

    5.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    5.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.2.3., Dispożizzjonijiet dwar il-bronżina ta’ provvista ta’ enerġija.

    5.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Qafas issikkat tal-gass

    6.1.   Definizzjoni: Ara l-paragrafu 2.5.7. ta’ dan ir-Regolament.

    6.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Mhux applikabbli.

    6.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: Mhux applikabbli.

    6.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    6.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.12., Dispożizzjonijiet dwar il-qafas issikkat tal-gass.

    6.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4 (b’50 kPa)

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5 (b’10 kPa)

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tad-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż)

    7.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.3.1. ta’ dan ir-Regolament.

    7.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, paragrafu 2.): Taqsima 3.

    7.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    7.4.   Temperatura ta’ disinn:

    Il-fjuż għandu jitfassal b’mod li jinfetaħ f’temperatura ta’ 120 ± 10 °C

    7.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’enerġija elettrika

    Paragraph 6.15.7., Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ skariku ta’ peressjoni ta’ tubu tal-gass

    7.6.   Proċeduri tat-test li għandhom ikunu applikati:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil (jekk ikun hemm sedil)

    Anness 15, para. 8

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċikli ta’ temperaturi

    Anness 15, para. 16 (*)

    7.7.   Rekwiżiti ta’ dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż)

    Dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni (fjuż) speċifikat mill-manifattur għandu jintwera li jkun kompatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ servizz permezz tat-testijiet li ġejjin:

    a)

    Kampjun wieħed għandu jinżamm f’temperatura kkontrollata ta’ mhux anqas minn 90 °C u fi pressjoni ta’ mhux anqas minn pressjoni ta’ test (3 000 kPa) għal 24 siegħa. Fi tmiem dak it-test ma għandux ikun hemm likiġ jew sinjal viżibbli ta’ ħrug ta’ metall użat fid-disinn.

    b)

    Kampjun wieħed għandu jkun ittestjat għal strapazz b’rata ċiklika ta’ pressjoni li ma taqbiżx 4 ċikli kull minuta kif ġej:

    i)

    miżmum fi 82 °C waqt li jkollu pressjoni għal 10 000 ċiklu bejn 300 u 3 000 kPa;

    ii)

    miżmum f’–20 °C waqt li jkollu pressjoni għal 10 000 ċiklu bejn 300 u 3 000 kPa.

    Fi tmiem dan it-test ma għandux ikun hemm likiġ, jew sinjal viżibbli ta’ ħruġ ta’ metall tal-fjuż użat fid-disinn.

    c)

    Pressjoni esposta ta’ ram li żżomm fiha komponenti ta’ dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandha tiflaħ, mingħajr tixqiq minħabba stress minn korrużjoni, test ta’ nitrat tal-merkurju kif deskritt f’ASTM B154 (***). Id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jitgħaddas għal 30 minuta f’soluzzjoni ta’ nitrat tal-merkurju bl-ilma li jkollha 10 g ta’ nitrat tal-merkurju u 10 ml ta’ aċidu nitriku għal kull litru ta’ soluzzjoni. Wara li jkun tgħaddas, id-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jkun ittestjat għal xi likiġ bl-applikazzjoni ta’ pressjoni ajrustatika ta’ 3 000 kPa għal minuta li matulha l-komponent għandu jkun eżaminat għal xi likiġ estern. Likiġ ma għandux jaqbeż 200 cm3/h.

    d)

    Komponenti ta’ azzar li ma jsaddadx esposti li jżommu fihom pressjoni ta’ dispozittiv ta’ skariku ta’ pressjoni għandhom ikunu magħmulin minn tip ta’ liega li tirreżisti tixqiq minħabba stress minn korrużjoni kkawżata mill-klorur.


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.

    (***)  Din il-proċedura, jew oħra ekwivalenti, hija permessa sakemm ikun disponibbli standard internazzjonali.


    ANNESS 4

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TAL-POMPA TAL-FJUWIL

    1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.5. ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 1.1

    3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C, meta l-pompa tal-fjuwil tkun immuntata ġewwa l-kontenitur.

    –20 °C sa 120 °C, meta l-pompa tal-fjuwil tkun immuntata barra l-kontenitur.

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.2.1., Dispożizzjonijiet dwar il-klassi ta’ iżolament.

    Paragrafu 6.15.3.2., Dispożizzjonijiet meta l-elettriku jintefa.

    Paragrafu 6.15.6.1., Dispożizzjonijiet biex il-pressjoni ma titħalliex tinġema’.

    Proċeduri ta’ test applikabbli:

    6.1.   Pompa tal-fjuwil immuntata ġewwa l-kontenitur:

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    6.2.   Pompa tal-fjuwil immuntata barra l-kontenitur:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċikli ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNEX 5

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ L-UNITÀ TAL-FILTRU TA’ L-LPG

    1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.14. ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Unitajiet ta’ filtru jistgħu jkunu ta’ Klassi 1, 2 jew 2A.

    3.   Pressjoni ta’ klassifika:

    Komponenti tal-Klassi 1

    3 000  kPa.

    Komponenti tal-Klassi 2

    450 kPa.

    Komponenti tal-Klassi 2A

    120 kPa.

    4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.   Regoli ġenerali ta’ disinn: (mhux użat)

    Proċeduri ta’ test applikabbli:

    6.1.   Għal partijiet ta’ Klassi 1:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    6.2.   Għal partijiet tal-Klassi 2 u/jew 2A:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 6

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TAR-REGOLATUR TAL-PRESSJONI U TAL-VAPORIZZATUR

    1.   Definizzjoni:

    Vaporizzatur

    :

    ara l-paragrafu 2.6. ta’ dan ir-Regolament.

    Regolatur tal-pressjoni

    :

    ara l-paragrafu 2.7. ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Il-Klassi 1

    :

    għal parti li tkun f’kuntatt mal-pressjoni tal-kontenituri.

    Il-Klassi 2

    :

    għal parti li tkun f’kuntatt mal-pressjoni regolata u ma’ pressa massima regolata matul il-funzjonament ta’ 450 kPa.

    Il-Klassi 2A

    :

    għal parti li tkun f’kuntatt mal-pressjoni regolata u ma’ pressjoni massima regolata matul il-funzjonament ta’ 120 kPa.

    3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni:

    Partijiet tal-Klassi 1:

    3 000  kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2:

    450 kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2A:

    120 kPa.

    4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’enerġija esterna.

    Paragrafu 6.15.4., Medium ta’ skambju ta’ sħana (rekwiżiti ta’ kompatibilità u ta’ pressjoni).

    Paragrafu 6.15.5., Sigurtà ta’ bajpas għal pressjoni żejda.

    Paragrafu 6.15.6.2., Prevenzjoni ta’ fluss ta’ gass.

    Proċeduri ta’ test applikabbli:

    6.1.   Għal partijiet tal-Klassi 1:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għal korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentamnet

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    6.2.   Għal partijiet tal-Klassi 2 u/jew 2A:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Annex 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Annex 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Annex 15, para. 12 (**)

    Rimarki:

    Il-valv ta’ interċettazzjoni jista jkun integrat fil-vaporizzatur u fir-regolatur, u f’dan il-każ japplika wkoll l-Anness 7.

    Il-partijiet tar-regolatur tal-pressjoni/vaporizzatur (il-Klassi 1, 2 or 2A) ma għandhomx ikunu jillikjaw bl-iżbokk (bl-iżbokok) ta’ dik il-parti magħluq(in).

    Għat-test ta’ pressjoni żejda, l-iżbokok kollha, inklużi dawk tal-kompartiment ta’ tkessiħ, għandhom jingħalqu.


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 7

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TAL-VALV TA’ INTERĊETTAZZJONI, TAL-VALV TA’ DIREZZJONI WAĦDA, TAL-VALV TA’ SKARIKU TA’ PRESSJONI TA’ TUBU TAL-GASS U TA’ L-AKKOPPJAMENT TA’ SERVIZZ

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-valv ta’ interċettazzjoni

    1.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.8. ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 3.

    1.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    1.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    1.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’enerġija elettrika.

    1.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-valv ta’ direzzjoni waħda

    2.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.5.9. ta’ dan ir-Regolament.

    2.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 1.

    2.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    2.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    2.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’enerġija elettrika.

    2.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-valv ta’ skariku ta’ tubu tal-gass

    3.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.9. ta’ dan ir-Regolament.

    3.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 3.

    3.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    3.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    3.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħaddma b’enerġija elettrika.

    Paragrafu 6.15.7., Dispożizzjonijiet dwar il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ tubu tal-gass.

    3.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    (b’200 ċiklu ta’ funzjonament)

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ l-akkoppjament ta’ servizz

    4.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.17. ta’ dan ir-Regolament.

    4.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Taqsima 1.

    4.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    4.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    4.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi li jitħaddmu b’enerġija elettrika.

    4.6.   Proċeduri ta’ test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    (b’6 000 ċiklu ta’ funzjonament)

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 8

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ MANEK FLESSIBBLI B’AKKOPPJAMENTI

    SKOP

    L-għan ta’ dan l-anness huma li jkunu determinati d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ manek flessibbli għall-użu b’LPG, li jkollhom dijametru minn ġewwa ta’ sa 20 mm.

    Dan l-anness ikopri tliet tipi ta’ manek flessibbli:

    (i)

    Manek tal-lastku ta’ pressjoni għolja (Klassi 1, eż. Manka tal-mili)

    (ii)

    Manek tal-lastku ta’ pressjoni baxxa (Klassi 2)

    (iii)

    Manek sintetiċi ta’ pressjoni għolja (Klassi 1)

    1.   MANEK TAL-LASTKU TA’ PRESSJONI GĦOLJA, KLASSIFIKAZZJONI KLASSI 1, MANKA TAL-MILI

    1.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

    1.1.1.   Il-manka għandha tkun imfassla b’mod li tkun tiflaħ pressjoni massima ta’ funzjonament ta’ 3 000 kPa.

    1.1.2.   Il-manka għandha tkun imfassla b’mod li tkun tiflaħ temperaturi ta’ bejn –25 °C u +80 °C. Għal temperaturi ta’ funzjonament li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, it-temperaturi tat-test għandhom ikunu adattati.

    1.1.3.   Id-dijametru minn ġewwa għandu jkun konformi mat-Tabella 1 ta’ l-istandard ISO 1307.

    1.2.   Il-kostruzzjoni tal-manka

    1.2.1.   Il-manka għandu jkollha fiha tubu mħaffer fin u kopertura ta’ materjal sintetiku adattat, irrinforzata b’saff intermedju wieħed jew aktar.

    1.2.2.   Is-saff(i) intermedju(i) ta’ rinfurzar għandu(għandhom) ikun(ikunu) protett(i) b’koperta kontra l-korrużjoni.

    Jekk għas-saff(i) ta’ rinfurzar jintuża materjal reżistenti għall-korrużjoni (eż. azzar li ma jsaddadx) ma tkunx meħtieġa kopertura.

    1.2.3.   Il-kisja u l-kopertura għandhom ikunu lixxi u mingħajr pori, toqob u elementi strambi.

    Toqba magħmula apposta fil-kopertura ma titqiesx bħala imperfezzjoni.

    1.2.4.   Il-kopertura għandha tkun ipperforata apposta biex ma jitħallewx jifformaw bżieżaq.

    1.2.5.   Fejn il-kopertura tkun imtaqqba u s-saff intermedju jkun magħmul minn materjal reżistenti għall-korrużjoni, is-saff intermedjarju għandu jkun protett mill-korrużjoni.

    1.3.   Speċifikazzjonijiet u testijiet għall-kisja

    Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni

    1.3.1.1.   Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 37. Qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 10 MPa u elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 250 fil-mija.

    1.3.1.2.   Reżistenza għal n-pentanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-pentanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond to ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’volum ta’ 20 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 30 fil-mija

    Wara ħażna fl-arja f’temperatura ta’ 40 °C għal perjodu ta’ 48 siegħa l-massa mqabbla mal-valur oriġinali tista’ ma tonqosx aktar minn 5 fil-mija.

    1.3.1.3.   Rezistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 70 °C (test ta’ temperatura = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 168 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ –30 fil-mija u +10 fil-mija

    1.4.   Speċifikazzjonijiet u metodu ta’ test għall-kopertura

    Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 37. Qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 10 MPa u elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 250 fil-mija.

    1.4.1.1.   Reżistenza għal n-eżanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-eżanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju masssimu f’volum ta’ 30 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 35 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 35 fil-mija

    1.4.1.2.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 70 °C (temperatura ta’ test = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 336 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ –30 fil-mija u +10 fil-mija

    Reżistenza għall-ożonu

    1.4.2.1.   It-test għandu jsir skond l-istandard ISO 1431/1.

    1.4.2.2.   Il-partijiet tat-test, li għandhom jiġġebbdu għal elongazzjoni ta’ 20 fil-mija għandhom ikunu esposti għall-arja ta’ 40 °C b’konċentrazzjoni ta’ ożonu ta’ 50 parti għal mitt miljun matul 120 siegħa.

    1.4.2.3.   Mhux permess tixqiq tal-biċċiet tal-prova.

    1.5.   Speċifikazzjonijiet għal manka mingħajr akkoppjament

    Issikkar għall-gass (permeabilità)

    1.5.1.1.   Manka ta’ tul liberu ta’ 1 m għandha tkun ikkonnettjata ma’ kontenitur mimli propan likwidu, f’temperatura ta’ 23 ± 2 °C.

    1.5.1.2.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 4080.

    1.5.1.3.   Il-likiġ mill-ħajt tal-manka ma għandux ikun aktar minn 95 cm3 ta’ fwar għal kull metru ta’ manka kull 24 h.

    Reżistenza f’temperatura baxxa

    1.5.2.1.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 4672:1978 metodu B.

    1.5.2.2.   Temperatura tat-test: –25 ± 3 °C.

    1.5.2.3.   M’humiex permessi tixqiq jew tifqigħ.

    1.5.3.   (mhux użat)

    Test ta’ tidwir

    1.5.4.1.   Manka vojta, ta’ tul ta’ madwar 3.5 m għandha tkun tista’ tiflaħ għal 3 000 darba mingħajr ma titkisser, it-test ta’ tidwir li jalterna preskritt hawn aktar ’il quddiem. Wara t-test, il-manka għandha tkun tista’ tiflaħ għal pressjoni ta’ test kif imsemmi fil-paragrafu 1.5.5.2.

    Figura 1

    (eżempju biss)

    Image

    Dijametru ta’ ġewwa tal-manka [mm]

    Radju ta’ tidwir [mm] (Figura 1)

    Distanza bejn ċentri [mm] (Figura 1)

    Vertikali a

    Orizzontali b

    sa 13

    102

    241

    102

    13 to 16

    153

    356

    153

    minn 16 sa 20

    178

    419

    178

    1.5.4.3.   Il-magna ta’ l-ittestjar (ara l-Figura 1) għandha tkun magħmula minn qafas ta’ l-azzar u għandu jkollha żewġ roti ta’ l-injam, bit-tarf taċ-ċirku wiesa’ madwar 130 mm.

    Iċ-ċirkonferenza tar-roti għandha tkun imħaffra għat-tond biex tiggwida l-manka. Ir-radju tar-rota, imkejjel sal-qiegħ tat-tondjatura, għandu jkun kif indikat fil-paragrafu 1.5.4.2.

    Il-pjani medjani lonġitudinali taż-żewġ roti għandhom ikunu fl-istess pjan vertikali u d-distanza bejn iċ-ċentri tar-roti għandha tkun skond il-paragrafu 1.5.4.2.

    Kull rota għandha tkun tista’ ddur liberament madwar iċ-ċentru tal-pern tagħha.

    Mekkaniżmu ta’ propulsjoni jiġbed il-manka għal fuq ir-roti b’veloċità ta’ erba’ movimenti sħaħ kull minuta.

    1.5.4.4.   Il-manka għandha tkun f’għamla ta’ S installata fuq ir-roti (ara l-Figura 1).

    It-tarf tul il-parti ta’ fuq tar-rota għandu jkun mgħammar b’massa suffiċjenti biex il-manka titgeddes kompletament mar-roti. Il-parti li ddur fuq ir-rota t’isfel tkun imwaħħla mal-mekkaniżmu tal-propulsjoni.

    Il-mekkaniżmu għandu jkun aġġustat b’mod, li l-manka tivvjaġġa distanza totali ta’ 1,2 m fiż-żewġ direzzjonijiet.

    Pressjoni ta’ test idrawliku u determinazzjoni ta’ pressjoni minima ta’ xpakkatura

    1.5.5.1.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 1402.

    1.5.5.2.   Il-pressjoni tat-test ta’ 6 750 kPa għandha tkun applikata tul 10 minuti, mingħajr ma jkun hemm ebda likiġ.

    1.5.5.3.   Il-pressjoni xpakkata ma għandhiex tkun anqas minn 10 000 kPa.

    1.6.   Akkoppjamenti

    1.6.1.   L-akkoppjamenti għandhom ikunu magħmulin minn azzar jew ram u l-wiċċ għandu jkun reżistenti għall-korrużjoni.

    L-akkoppjamenti għandhom ikunu tat-tip irbattuti mit-trufijiet.

    1.6.2.1.   l-iskorfina tas-swivil għandu jkollha kamin U.N.F.

    1.6.2.2.   Il-kon ta’ l-issiġillar tat-tip ta’ skorfina swivil għandha tkun tat-tip ta’ nofs angolu vertikali ta’ 45°.

    1.6.2.3.   L-akkoppjamenti jistgħu jsiru bħal tat-tip ta’ skorfina swivil jew tat-tip ta’ konnekter ta’ malajr.

    1.6.2.4.   Għandu jkun impossibbli li l-konnekter ta’ malajr ikun skonnettjat mingħajr miżuri speċifiċi jew għodod apposta.

    1.7.   Immuntar ta’ manka u akkoppjamenti

    1.7.1.   Il-kostruzzjoni ta’ l-akkoppjamenti għandha tkun tali li ma jkunx meħtieġ li titqaxxar il-kopertura sakemm ir-rinfurzar tal-manka jkun magħmul minn materjal li jirreżisti l-korrużjoni.

    L-immuntar tal-manka għandu jkun suġġett għal test ta’ impuls skond l-istandard ISO 1436.

    1.7.2.1.   It-test għandu jitlesta b’żejt li jiċċirkola b’temperatura ta’ 93 °C, u pressjoni minima ta’ 3 000 kPa.

    1.7.2.2.   Il-manka għandha tkun suġġetta għal 150 000 impuls.

    1.7.2.3.   Wara t-test ta’ impuls il-manka għandha tiflaħ il-pressjoni ta’ test kif imsemmi fil-paragrafu 1.5.5.2.

    Issikkar tal-gass

    1.7.3.1.   L-immuntar tal-manka (manka ma’ akkoppjamenti) għandu jiflaħ għal ħames minuti pressjoni ta’ gass ta’ 3 000 kPa mingħajr ma jkun hemm ebda likiġ.

    1.8.   Markaturi

    Kull manka għandu jkollha, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 0,5 m, il-markaturi ta’ identifikazzjoni li ġejjin, miktubin ċar u li ma jitħassrux, magħmulin minn karattri, figuri jew simboli.

    1.8.1.1.   L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur.

    1.8.1.2.   Is-sena u x-xahar ta’ fabbrikazzjoni.

    1.8.1.3.   Id-daqs u t-tip ta’ markatura.

    1.8.1.4.   Il-markatura ta’ identifikazzjoni “L.P.G. Taqsima 1”.

    1.8.2.   Kull akkoppjament għandu jkollu l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur li jagħmel l-immuntar.

    2.   MANKI TAL-LASTKU TA’ PRESSJONI BAXXA, KLASSIFIKAZZJONI KLASSI 2

    2.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

    2.1.1.   Il-manka għandha titfassal b’mod li tkun tiflaħ pressjoni massima ta’ funzjonament ta’ 450 kPa.

    2.1.2.   Il-manka għandha titfassal b’mod li tkun tiflaħ temperaturi ta’ bejn –25 °C u + 125 °C. Għal temperaturi ta’ funzjonament li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, għandhom ikunu adattati t-temperaturi tat-test.

    2.2.   Kostruzzjoni ta’ manka

    2.2.1.   Il-manka għandu jkollha fiha tubu mħaffer fin u kopertura ta’ materjal sintetiku adattat, irrinforzata b’saff intermedju wieħed jew aktar.

    2.2.2.   Is-saff intermedju għandu jkun protett b’kopertura kontra l-korrużjoni.

    Jekk għas-saff(i) ta’ rinfurzar jintuża materjal reżistenti għall-korrużjoni (eż. Azzar li ma jsaddadx) ma tkunx meħtieġa kopertura.

    2.2.3.   Il-kisja u l-kopertura għandhom ikunu lixxi u mingħajr pori, toqob u elementi strambi.

    Toqba magħmula apposta fil-kopertura ma titqiesx bħala imperfezzjoni.

    2.3.   Speċifikazzjonijiet u testijiet għall-kisja

    Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni

    2.3.1.1.   Il-qawwa tat-tensjoni u l-elongazzjoni f’waqfa skond ISO 37. Qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 10 MPa u elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 250 fil-mija.

    2.3.1.2.   Reżistenza għal n-pentanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-pentanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond to ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’volum ta’ 20 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 30 fil-mija

    Wara ħażna fl-arja f’temperatura ta’ 40 °C għal perjodu ta’ 48 siegħa l-massa mqabbla mal-valur oriġinali tista’ ma tonqosx aktar minn 5 fil-mija.

    2.3.1.3.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 115 °C (test ta’ temperatura = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 168 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ –30 fil-mija u +10 fil-mija

    2.4.   Speċifikazzjonijiet u metodu ta’ test għall-kopertura

    2.4.1.1.   Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 37. Qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 10 MPa u elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 250 fil-mija.

    2.4.1.2.   Reżistenza għal n-eżanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    midju: n-eżanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’volum ta’ 30 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 35 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 35 fil-mija

    2.4.1.3.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 115 °C (temperatura ta’ test = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 336 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ –30 fil-mija u +10 fil-mija

    Reżistenza għall-ożonu

    2.4.2.1.   It-test għandu jsir skond l-istandard ISO 1431/1.

    2.4.2.2.   Il-partijiet tat-test, li għandhom jiġġebbdu għal elongazzjoni ta’ 20 fil-mija għandhom ikunu esposti għall-arja ta’ 40 °C b’konċentrazzjoni ta’ ożonu ta’ 50 parti għal mitt miljun matul 120 siegħa.

    2.4.2.3.   Mhux permess tixqiq tal-biċċiet tal-prova.

    2.5.   Speċifikazzjonijiet għal manka mingħajr akkoppjament

    Issikkar għall-gass (permeabilità)

    2.5.1.1.   Manka ta’ tul liberu ta’ 1 m għandha tkun ikkonnettjata ma’ kontenitur mimli propan likwidu, f’temperatura ta’ 23 ± 2 °C.

    2.5.1.2.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 4080.

    2.5.1.3.   Il-likiġ mill-ħajt tal-manka ma għandux ikun aktar minn 95 cm3 ta’ fwar għal kull metru ta’ manka kull 24 siegħa.

    Reżistenza f’temperatura baxxa

    2.5.2.1.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 4672-1978 metodu B.

    2.5.2.2.   Temperatura tat-test: –25 ± 3 °C.

    2.5.2.3.   M’humiex permessi tixqiq jew tifqigħ.

    Test ta’ tidwir

    2.5.3.1.   Manka vojta, ta’ tul ta’ madwar 3.5 m għandha tkun tista’ tiflaħ għal 3 000 darba, mingħajr ma titkisser, it-test ta’ tidwir li jalterna preskritt hawn aktar ’il quddiem. Wara t-test, il-manka għandha tkun tista’ tiflaħ għal pressjoni ta’ test kif imsemmi fil-paragrafu 2.5.4.2.

    Figura 2

    (eżempju biss)

    Image

    Dijametru ta’ ġewwa tal-manka [mm]

    Radju ta’ tidwir [mm] (Figura 2)

    Distanza bejn ċentri [mm] (Figura 2)

    Vertikali a

    Orizzontali b

    sa 13

    102

    241

    102

    13 to 16

    153

    356

    153

    minn 16 sa 20

    178

    419

    178

    2.5.3.3.   Il-magna ta’ l-ittestjar (ara l-Figura 2) għandha tkun magħmula minn qafas ta’ l-azzar u għandu jkollha żewġ roti ta’ l-injam, bit-tarf taċ-ċirku wiesa’ madwar 130 mm.

    Iċ-ċirkonferenza tar-roti għandha tkun imħaffra għat-tond biex tiggwida l-manka. Ir-radju tar-rota, imkejjel sal-qiegħ tat-tondjatura, għandu jkun indikat fil-paragrafu 2.5.3.2.

    Il-pjani medjani lonġitudinali taż-żewġ roti għandhom ikunu fl-istess pjan vertikali u d-distanza bejn iċ-ċentri tar-roti għandha tkun skond il-paragrafu 2.5.3.2.

    Kull rota għandha tkun tista’ ddur liberament madwar il-pern taċ-ċentru tagħha.

    Mekkaniżmu ta’ propulsjoni jiġbed il-manka għal fuq ir-roti b’veloċità ta’ erba’ movimenti sħaħ.

    2.5.3.4.   Il-manka għandha tkun f’għamla ta’ S installata fuq ir-roti (ara l-Figura 1).

    It-tarf tul il-parti ta’ fuq tar-rota għandu jkun mgħammar b’massa suffiċjenti biex il-manka titgeddes kompletament mar-roti. Il-parti li ddur fuq ir-rota t’isfel tkun imwaħħla mal-mekkaniżmu tal-propulsjoni.

    Il-mekkaniżmu għandu jkun aġġustat b’mod, li l-manka tivvjaġġa distanza totali ta’ 1.2 m fiż-żewġ direzzjonijiet.

    Pressjoni ta’ test idrawliku u determinazzjoni ta’ pressjoni minima ta’ xpakkatura

    2.5.4.1.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 1402.

    2.5.4.2.   Il-pressjoni tat-test ta’ 1 015 kPa għandha tkun applikata matul 10 minuti, mingħajr ma jkun hemm ebda likiġ.

    2.5.4.3.   Il-pressjoni xpakkata ma għandhiex tkun anqas minn 1 800 kPa.

    2.6.   Akkoppjamenti

    2.6.1.   L-akkoppjamenti għandhom ikunu magħmulin minn materjal mhux korrużiv.

    2.6.2.   Il-pressjoni xpakkatat ta’ akkoppjament f’pożizzjoni immuntata ma għandha qatt tkun anqas mill-pressjoni xpakkata tat-tubu jew tal-manka.

    Il-pressjoni ta’ likiġ ta’ akkoppjament f’pożizzjoni mmuntata ma għandha qatt tkun anqas mill-pressjoni ta’ likiġ tat-tubu jew tal-manka.

    2.6.3.   L-akkoppjamenti għandhom ikunu tat-tip irbattuti mit-trufijiet.

    2.6.4.   L-akkoppjamenti jistgħu jsiru bħal tat-tip ta’ skorfina swivil jew tat-tip ta’ konnekter ta’ malajr.

    2.6.5.   Għandu jkun impossibbli li l-konnekter ta’ malajr ikun skonnettjat mingħajr miżuri speċifiċi jew għodod apposta.

    2.7.   Immuntar ta’ manka u akkoppjamenti

    2.7.1.   Il-kostruzzjoni ta’ l-akkoppjamenti għandha tkun tali li ma jkunx meħtieġ li titqaxxar il-kopertura sakemm ir-rinfurzar tal-manka jkun magħmul minn materjal li jirreżisti l-korrużjoni.

    L-immuntar tal-manka għandu jkun suġġett għal test ta’ impuls skond l-istandard ISO 1436.

    2.7.2.1.   It-test għandu jitlesta b’żejt li jiċċirkola b’temperatura ta’ 93 °C, u pressjoni minima ta’ 1 015 kPa.

    2.7.2.2.   Il-manka għandha tkun suġġetta għal 150 000 impuls.

    2.7.2.3.   Wara t-test ta’ impuls il-manka għandha tiflaħ il-pressjoni ta’ test kif imsemmi fil-paragrafu 2.5.4.2.

    Issikkar tal-gass

    2.7.3.1.   L-immuntar tal-manka (manka ma’ akkoppjamenti) għandu jiflaħ għal ħames minuti pressjoni ta’ gass ta’ 1 015 kPa mingħajr ma jkun hemm ebda likiġ.

    2.8.   Markaturi

    Kull manka għandu jkollha, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 0,5 m, il-markaturi ta’ identifikazzjoni li ġejjin, miktubin ċar u li ma jitħassrux, magħmulin minn karattri, figuri jew simboli.

    2.8.1.1.   L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur.

    2.8.1.2.   Is-sena u x-xahar ta’ fabbrikazzjoni.

    2.8.1.3.   Id-daqs u t-tip ta’ markatura.

    2.8.1.4.   Il-markatura ta’ identifikazzjoni “L.P.G. Taqsima 2”.

    2.8.2.   Kull akkoppjament għandu jkollu l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur li jagħmel l-immuntar.

    3.   MANEK SINTETIĊI TA’ PRESSJONI GĦOLJA, KLASSIFIKAZZJONI KLASSI 1

    3.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

    3.1.1.   L-għan ta’ dan il-kapitlu huma li jkunu determinati d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ manek sintetiċi flessibbli għall-uzu b’LPG, li jkollhom dijametru minn gewwa ta’ sa 10 mm.

    3.1.2.   Dan il-kapitlu jkopri wkoll, barra minn speċifikazzjonijiet u testijiet ġenerali għal manek sintetiċi, speċifikazzjonijiet u testijiet applikabbli għal tipi ta’ materjal speċifiku jew għal manka sintetika.

    3.1.3.   Il-manka għandha tkun imfassla b’mod li tkun tiflah pressjoni massima ta’ funzjonament ta’ 3 000 kPa.

    3.1.4.   Il-manka għandha tkun imfassla b’mod li tkun tiflaħ temperaturi ta’ bejn –25 °C u + 125 °C. Għal temperaturi ta’ funzjonament li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, it-temperaturi tat-test għandhom ikunu adattati.

    3.1.5.   . Id-dijametru minn ġewwa għandu jkun konformi mat-Tabella 1 ta’ l-istandard ISO 1307.

    3.2.   Il-kostruzzjoni tal-manka

    3.2.1.   Il-manka sintetika għandu jkollha tubu termoplastiku u kopertura ta’ materjal termoplastiku adattat, żejt u reżistenza għall-elementi, irrinforzata b’saff intermedju wieħed jew aktar. Jekk għas-saff(i) ta’ rinfurzar jintuża materjal reżistenti għall-korrużjoni (eż. azzar li ma jsaddadx) ma tkunx meħtieġa kopertura.

    3.2.2.   Il-kisja u l-kopertura għandhom ikunu ħielsa minn pori, toqob u elementi strambi.

    Toqba magħmula apposta fil-kopertura ma titqiesx bħala imperfezzjoni.

    3.3.   Speċifikazzjonijiet u testijiet għall-kisja

    Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni

    3.3.1.1.   Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 37. Qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 20 MPa u elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 200 fil-mija.

    3.3.1.2.   Reżistenza għal n-pentanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-pentanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond to ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’volum ta’ 20 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 30 fil-mija

    Wara ħażna fl-arja f’temperatura ta’ 40 °C għal perjodu ta’ 48 siegħa l-massa mqabbla mal-valur oriġinali tista’ ma tonqosx aktar minn 5 fil-mija.

    3.3.1.3.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 115 °C (temperatura ta’ test = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 336 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 35 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ –30 fil-mija u +10 fil-mija

    Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni speċifiċi għal materjal 6 ta’ poliamidu

    3.3.2.1.   Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 527-2 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    tip ta’ kampjun: tip 1 BA

    (ii)

    veloċità ta’ tensjoni: 20 mm/min

    Il-materjal għandu jkun kondizzjonat għal mill-anqas 21 jum fi 23 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 fil-mija qabel ma jkun ittestjat.

    Rekwiżiti:

    (i)

    qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 20 MPa

    (ii)

    elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 50 fil-mija.

    3.3.2.2.   Reżistenza għal n-pentanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-pentanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond to ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’volum ta’ 2 fil-mija

    (ii)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 10 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 10 fil-mija

    Wara ħażna fl-arja f’temperatura ta’ 40 °C għal perjodu ta’ 48 siegħa l-massa mqabbla mal-valur oriġinali tista’ ma tonqosx aktar minn 5 fil-mija.

    3.3.2.3.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 115 °C (temperatura ta’ test = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 24 u 336 siegħa

    Wara l-maturazzjoni l-kampjuni għandhom ikunu kkondizzjonati fi 23 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 fil-mija għal mill-anqas 21 jum qabel ma jsir it-test ta’ tensjoni skond il-paragrafu 3.3.2.1.

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 35 fil-mija wara 336 siegħa ta’ maturazzjoni mqabbel mal-qawwa ta’ tensjoni ta’ 24 siegħa ta’ maturazzjoni materjali

    (ii)

    kambju masssimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 25 fil-mija wara 336 siegħa ta’ maturazzjoni mqabbel ma’ l-elongazzjoni f’waqfa ta’ 24 siegħa ta’ maturazzjoni materjali.

    3.4.   Speċifikazzjonijiet u metodu ta’ test għall-kopertura

    3.4.1.1.   Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 37. Qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 20 MPa u elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 250 fil-mija.

    3.4.1.2.   Reżistenza għal n-eżanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-eżanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju masssimu f’volum ta’ 30 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 35 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 35 fil-mija

    3.4.1.3.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 115 °C (temperatura ta’ test = temperatura massima ta’ funzjonament nieqsa 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 336 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 25 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ –30 fil-mija u +10 fil-mija

    Reżistenza għall-ożonu

    3.4.2.1.   It-test għandu jsir b’konformità ma’ l-istandard 1431/1.

    3.4.2.2.   Il-partijiet tat-test, li għandhom jiġġebbdu għal elongazzjoni ta’ 20 fil-mija għandhom ikunu esposti għall-arja ta’ 40 °C u għal umdità relattiva ta’ 50 fil-mija ±10 fil-mija b’konċentrazzjoni ta’ ożonu ta’ 50 parti kull għal kull mitt miljun matul 120 siegħa.

    3.4.2.3.   Mhux permess tixqiq tal-biċċiet tal-prova.

    Speċifikazzjonijiet u metodu ta’ test għall-kopertura ta’ materjal 6 ta’ poliamidu

    3.4.3.1.   Qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni f’waqfa skond ISO 527-2 bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    tip ta’ kampjun: tip 1 BA

    (ii)

    veloċità ta’ tensjoni: 20 mm/min

    Il-materjal għandu jkun kondizzjonat għal mill-anqas 21 jum fi 23 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 fil-mija qabel ma jkun ittestjat.

    Rekwiżi:

    (i)

    qawwa ta’ tensjoni mhux anqas minn 20 MPa

    (ii)

    elongazzjoni f’waqfa ta’ mhux anqas minn 100 fil-mija.

    3.4.3.2.   Reżistenza għal n-eżanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-eżanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju masssimu f’volum ta’ 2 fil-mija

    (ii)

    kambju masssimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 10 fil-mija

    (iii)

    kambju massimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 10 fil-mija

    3.4.3.3.   Reżistenza għal maturazzjoni skond ISO 188 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    temperatura: 115 °C (temperatura ta’ test = temperatura massima ta’ funzjonament nieqes 10 °C)

    (ii)

    perjodu ta’ espożizzjoni: 336 siegħa

    Wara l-maturazzjoni l-kampjuni għandhom ikunu kkondizzjonati għal mill-anqas 21 jum qabel ma jsir it-test ta’ tensjoni skond il-paragrafu 3.3.1.1.

    Rekwiżiti:

    (i)

    kambju massimu f’qawwa ta’ tensjoni ta’ 20 fil-mija wara 336 siegħa ta’ maturazzjoni mqabbel mal-qawwa ta’ tensjoni ta’ 24 siegħa ta’ maturazzjoni materjali

    (ii)

    kambju masssimu f’elongazzjoni f’waqfa ta’ 50 fil-mija wara 336 siegħa ta’ maturazzjoni mqabbel ma’ l-elongazzjoni f’waqfa ta’ 24 siegħa ta’ maturazzjoni materjali.

    3.5.   Speċifikazzjonijiet għal manka mingħajr akkoppjament

    Issikkar tal-gass (permeabilità)

    3.5.1.1.   Manka ta’ tul liberu ta’ 1 m għandha tkun ikkonnettjata ma’ kontenitur mimli propan likwidu, f’temperatura ta’ 23 ± 2 °C.

    3.5.1.2.   It-test għandu jsir b’konformità mal-metodu deskritt fl-istandard ISO 4080.

    3.5.1.3.   Il-likiġ mill-ħajt tal-manka ma għandux ikun aktar minn 95 cm3 ta’ fwar għal kull metru ta’ manka kull 24 siegħa.

    Reżistenza għal temperatura baxxa

    3.5.2.1.   It-test għandu jsir b’konformità mal-metodu deskritt fl-istandard ISO 4672 metodu B.

    3.5.2.2.   Temperatura tat-test: –25±3 °C.

    3.5.2.3.   M’humiex permessi tixqiq jew tifqigħ.

    Reżistenza f’temperatura għolja

    3.5.3.1.   Parti minn manka, ippressata bi 3 000 kPa, twila mill-anqas 0.5 m għandha titqiegħed f’forn f’temperatura ta’ 125 ±2 °C għal 24 siegħa.

    3.5.3.2.   Ma għandux jitħalla jkun hemm likiġ.

    3.5.3.3.   Wara t-test il-manka għandha tiflaħ il-pressjoni ta’ test ta’ 6 750 kPa għal 10 minuti. Ma għandux jitħalla jkun hemm likiġ.

    Test ta’ tidwir

    Manka vojta, ta’ tul ta’ madwar 3.5 m għandha tkun tista’ tiflaħ għal 3 000 darba mingħajr ma titkisser it-test ta’ tidwir li jalterna preskritt hawn aktar ’il quddiem. Wara t-test, il-manka għandha tkun tista’ tiflaħ għal pressjoni ta’ test kif imsemmi fil-paragrafu 3.5.5.2.

    Figura 3

    (eżempju biss) (a = 102 mm; b = 241 mm)

    Image

    3.5.4.2.   Il-magna ta’ l-ittestjar (ara l-Figura 3) għandha tkun magħmula minn qafas ta’ l-azzar u għandu jkollha żewġ roti ta’ l-injam, bit-tarf taċ-ċirku wiesa’ madwar 130 mm.

    Iċ-ċirkonferenza tar-roti għandha tkun imħaffra għat-tond biex tiggwida l-manka. Ir-radju tar-rota, imkejjel sal-qiegħ tat-tondjatura, għandu jkun ta’ 102 mm.

    Il-pjani medjani lonġitudinali taż-żewġ roti għandhom ikunu fl-istess pjan vertikali. Id-distanza bejn iċ-ċentri tar-roti għandha tkun vertikali 241 mm vertikali u 102 mm orizzontali.

    Kull rota għandha tkun tista’ ddur liberament madwar iċ-ċentru tal-pern tagħha.

    Mekkaniżmu ta’ propulsjoni jiġbed il-manka għal fuq ir-roti b’veloċità ta’ erba’ movimenti sħaħ kull minuta.

    3.5.4.3.   Il-manka għandha tkun f’għamla ta’ S installata fuq ir-roti (ara l-Figura 3).

    It-tarf tul il-parti ta’ fuq tar-rota, għandu jkun mgħammar b’massa suffiċjenti biex il-manka titgeddes kompletament mar-roti. Il-parti li ddur fuq ir-rota t’isfel tkun imwaħħla mal-mekkaniżmu tal-propulsjoni.

    Il-mekkaniżmu għandu jkun aġġustat b’mod, li l-manka tivvjaġġa distanza totali ta’ 1,2 m fiż-żewġ direzzjonijiet.

    Pressjoni ta’ test idrawliku u determinazzjoni ta’ pressjoni minima ta’ xpakkatura

    3.5.5.1.   It-test għandu jsir skond il-metodu deskritt fl-istandard ISO 1402.

    3.5.5.2.   Il-pressjoni tat-test ta’ 6 750 kPa għandha tkun applikata tul 10 minuti, mingħajr ma jkun hemm ebda likiġ.

    3.5.5.3.   Il-pressjoni xpakkata ma għandhiex tkun anqas minn 10 000 kPa.

    3.6.   Akkoppjamenti

    3.6.1.   L-akkoppjamenti għandhom ikunu magħmulin minn azzar jew ram u l-wiċċ għandu jkun reżistenti għall-korrużjoni.

    3.6.2.   L-akkoppjamenti għandhom ikunu tat-tip irbattuti mit-trufijiet u magħmulin minn akkoppjament ta’ manka jew bolt banġow. Is-siġillar għandu jkun reżistenti għal l-LPG u skond il-paragrafu 3.3.1.2.

    3.6.3.   Il-bolt banġow għandu jkun konformi ma’ DIN 7643.

    3.7.   Immuntar ta’ manka u akkoppjamenti

    L-immuntar tal-manka għandu jkun suġġett għal test ta’ impuls skond l-istandard ISO 1436.

    3.7.1.1.   It-test għandu jitlesta b’żejt li jiċċirkola b’temperatura ta’ 93 °C, u pressjoni minima ta’ 3 000 kPa.

    3.7.1.2.   Il-manka għandha tkun suġġetta għal 150 000 impuls.

    3.7.1.3.   Wara t-test ta’ impuls il-manka għandha tiflaħ il-pressjoni ta’ test kif imsemmi fil-paragrafu 3.5.5.2.

    Issikkar tal-gass

    3.7.2.1.   L-immuntar tal-manka (manka ma’ akkoppjamenti) għandu jiflaħ għal ħames minuti pressjoni ta’ gass ta’ 3 000 kPa mingħajr ma jkun hemm ebda likiġ.

    3.8.   Markaturi

    Kull manka għandu jkollha, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 0.5 m, il-markaturi ta’ identifikazzjoni li ġejjin, miktubin ċar u li ma jitħassrux, magħmulin minn karattri, figuri jew simboli.

    3.8.1.1.   L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur.

    3.8.1.2.   Is-sena u x-xahar ta’ fabbrikazzjoni.

    3.8.1.3.   Id-daqs u t-tip ta’ markatura.

    3.8.1.4.   Il-markatura ta’ identifikazzjoni “L.P.G. Taqsima 1”.

    3.8.2.   Kull akkoppjament għandu jkollu l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur li jagħmel l-immuntar.


    ANNESS 9

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ L-UNITÀ TAL-MILI

    1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.16. ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Unità tal-mili: Taqsima 3

    Valv ta’ direzzjoni waħda: Taqsima 3

    3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 65 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.10., Dispożizzjonijiet dwar l-unità tal-mili.

    6.   Proċeduri tat-test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Test ta’ likiġ ta’ sedil

    Anness 15, para. 8

    Reżistenza

    Anness 15, para. 9

    (b’6 000 ċikli ta’ funzjonament)

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*).

    It-test ta’ l-impatt

    paragrafu 7. ta’ dan l-anness

    Rekwiżiti ta’ test ta’ impatt għall-unità ta’ mili Ewro

    7.1.   Rekwiżiti ġenerali

    L-unità tal-mili għandha tkun suġġetta għal test ta’ impatt ta’ 10 J.

    7.2.   Il-proċedura tat-test

    Massa mwebbsa ta’ azzar ta’ 1 kg għandha titwaqqa’ minn għoli ta’ 1 m biex tħalli impatt ta’ veloċità ta’ 4,4 m/s. Dan isir billi l-massa tkun mmuntata fuq pendlu.

    L-unità tal-mili għandha tkun installata b’mod orizzontali fuq oġġett solidu. L-impatt tal-massa għandu jkun fuq iċ-ċentru tal-parti maħruġa ’l barra ta’ l-unità tal-mili.

    7.3.   Interpretazzjoni tat-test

    L-unità tal-mili għandha tkun taqbel mat-test ta’ likiġ estern u t-test ta’ likiġ ta’ sedil f’temperatura ambjentali.

    7.4.   Ittestjar mill-ġdid

    Jekk l-unità tal-mili tfalli t-test, żewġ kampjuni ta’ l-istess komponent għandhom jitqiegħdu għat-test ta’ impatt. Jekk iż-żewġ kampjuni jgħaddu mit-test, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn kampjun wieħed jew it-tnejn ifalli l-ittestjar mill-ġdid, il-komponent ma għandux ikun approvat.

    Rimarki:

    It-test ta’ pressjoni żejda għandu jsir fuq kull valv ta’ direzzjoni waħda.

    It-test ta’ reżistenza għandu jsir b’żennuna maħsuba speċifikatament għall-unità tal-mili li tkun qed tiġi ttestjata. Għandhom ikunu applikati 6 000 ċiklu skond il-proċedura li ġejja:

    waħħal iż-żennuna mal-konnekter u iftaħ is-sistema ta’ l-unità tal-mili;

    ħalli f’qagħda miftuħa għal mill-anqas 3 sekondi;

    agħlaq l-unità tal-mili u neħħi ż-żennuna.

    Figura 1

    Erja ta’ konnessjoni ta’ unità tal-mili Bayonet

    Image

    Figura 2

    Erja ta’ konnessjoni ta’ unità tal-mili Dish

    Image

    Figura 3

    Erja ta’ konnessjoni ta’ vettura ħafifa ta’ l-unità tal-mili Ewro

    Image

    Figura 4

    Erja ta’ konnessjoni ta’ l-unità tal-mili ACME

    Image

    Figura 5

    Erja ta’ konnesjoni ta’ vettura heavy duty ta’ unità tal-mili Ewro

    Image

    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 10

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ KONTENITURI TA’ LPG

    It-tifsira tas-simboli u l-frażijiet użati f’dan l-anness

    Ph

    =

    pressjoni ta’ test idrawliku f’kPa;

    Pr

    =

    pressjoni ta’ xpakkatura ta’ kontenitur imkejla fit-test ta’ xpakkatura, f’kPa;

    Re

    =

    rendiment minimu ta’ stress f’N/mm2 garantit mill-istandard materjali;

    Rm

    =

    qawwa ta’ tensjoni minima f’N/mm2 garantita mill-istandard materjali

    Rmt

    =

    qawwa ta’ tensjoni attwali, f’N/mm2;

    a

    =

    ħxuna minima kkalkulata tal-ħajt tal-qafas ċilindriku, f’mm;

    b

    =

    ħxuna minima kkalkulata ta’ trufijiet tondi, f’mm;

    D

    =

    dijametru nominali minn barra tal-kontenitur, f’mm;

    R

    =

    radju ta’ ġewwa tat-tarf tond tal-kontenitur ċilindriku standard, f’mm;

    r

    =

    għaksa ta’ ġewwa tat-tard tond tal-kontenitur ċilindriku standard, f’mm;

    H

    =

    l-għoli tal-parti tonda tat-tarf tal-kontenitur, f’mm;

    h

    =

    l-għoli ta’ parti cilindrika ta’ tarf tond, f’mm;

    L

    =

    it-tul tal-qafas tal-kontenitur reżistenti għal stress, f’mm;

    A

    =

    valur ta’ elongazzjoni (perċentwali) ta’ materjal bażiku;

    V0

    =

    volum inizjali tal-kontenitur fil-waqt li fih il-pressjoni tkun miżjuda fit-test ta’ xpakkatura, f’dm3;

    V

    =

    volum finali tal-kontenitur malli jixpakka, f’dm3;

    g

    =

    gravità, f’m/s2;

    c

    =

    fattur ta’ l-għamla;

    Z

    =

    fattur ta’ tnaqqis ta’ stress.

    1.   REKWIŻITI TEKNIĊI

    1.1.   Ċilindri koperti f’dan l-anness huma dawn li ġejjin:

    Kontenituri tal-metall ta’ LPG-1

    Kontenituri komposti kollha ta’ LPG-4

    1.2.   Dimensjonijiet

    Għad-dimensjonijiet kollha mingħajr indikazzjoni ta’ tolleranzi, għandhom japplikaw tolleranzi ġenerali ta’ EN 22768-1.

    1.3.   Materjali

    1.3.1.   Il-materjal użat għall-manifattura tal-qafas tal-kontenitur li tirreżisti stress għandu jkun azzar kif speċifikat f’Euronorm EN 10120 (iżda jistgħu jintużaw materjali oħra kemm-il darba l-kontenitur ikollu l-istess karatteristiċi ta’ sikurezza li għandhom ikunu ċċertifikati mill-awtoritajiet li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip).

    1.3.2.   Il-materjal prinċipali jirreferi għall-materjal fl-istat qabel ma tkun saret kull trasformazzjoni speċifika fir-rigward tal-proċess tal-manifattura.

    1.3.3.   Il-komponenti kollha tal-bòdi tal-kontenitur u l-partijiet kollha wweldjati miegħu għandhom ikunu magħmulin minn materjali kompatibbli ma’ xulxin.

    1.3.4.   Il-materjali tal-fili għandhom ikunu kompatibbli mal-materjal prinċipali biex jifformaw weldjaturi bi proprjetajiet ekwivalenti għal dawk speċifikati għall-materjal prinċipali (EN 288-39).

    1.3.5.   Il-manifattur tal-kontenitur għandu jikseb u jipprovdi:

    (a)

    għal kontenituri tal-metall: ċertifikati ta’ l-analiżi kimika tal-forma;

    (b)

    għal kontenituri komposti kollha: ċertifikati ta’ l-analiżi kimika tar-reżistenza relatata ma’ testijiet magħmulin skond ir-rekwiżiti ta’ l-Appendiċi 6;

    (c)

    proprjetajiet mekkaniċi tal-materjal fir-rigward ta’ azzari jew materjali oħra applikati fil-bini tal-partijiet soġġetti għal pressjoni.

    1.3.6.   L-awtorità li tispezzjona għandu jkollha l-opportunità li tagħmel analiżijiet indipendenti. Dawn l-analiżijiet għandhom isiru jew fuq kampjuni meħudin mill-materjali kif mogħtija lill-manifattur tal-kontenituri jew fuq il-kontenituri lesti.

    1.3.7.   Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità li tispezzjona r-riżultati tat-testijiet u l-analiżi metallurġiċi u mekkaniċi tal-materjali prinċipali u ta’ fili magħmulin fuq weldjaturi, u għandu jipprovdiha b’deskrizzjoni tal-metodi u l-proċessi ta’ wweldjar li jkunu jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-weldjaturi magħmulin matul il-produzzjoni.

    1.4.   Temperaturi u pressjonijiet ta’ disinn

    1.4.1.   Temperatura ta’ disinn

    It-temparatura ta’ funzjonament tad-disinn tal-kontenitur għandha tkun minn –20 °C sa 65 °C. Għal temperaturi estremi ta’ funzjonament li jaqbżu t-temperaturi msemmija hawn fuq japplikaw kondizzjonijiet speċjali ta’ test li għandu jkun hemm qbil dwarhom ma’ l-awtorità kompetenti.

    1.4.2.   Pressjoni ta’ disinn

    Il-pressjoni tal-funzjonament ta’ disinn tal-kontenitur għandha tkun: 3 000 kPa.

    1.5.   Il-proċeduri ta’ trattament bis-sħana, fuq kontenituri tal-metall biss, għandha tkun skond ir-rekwiżiti li ġejjin:

    1.5.1.   It-trattament bis-sħana għandu jsir fuq il-partijiet jew fuq il-kontenitur komplut.

    1.5.2.   Dawk il-partijiet ta’ kontenitur li jkunu ġew iddeformati b’aktar minn 5 fil-mija għandhom joqogħdu għat-trattament tas-sħana li ġej: normalizzat.

    Kontenituri b’ħajt oħxon ≥ 5 mm għandhom jitqiegħdu għat-trattament tas-sħana li ġej:

    1.5.3.1.   materjal laminat u normalizzat: neħħi jew innormalizza l-istress;

    1.5.3.2.   materjal ta’ xorta differenti: innormalizza.

    1.5.4.   Il-manifattur għandu jqiegħed il-proċedura għat-trattament tas-sħana użat.

    1.5.5.   Trattament tas-sħana lokalizzat ta’ kontenitur komplut mhux permess.

    1.6.   Kalkulazzjoni tal-partijiet taħt pressjoni

    Kalkulazzjoni tal-partijiet taħt pressjoni għal kontenituri tal-metall.

    Il-ħxuna tal-ħajt tal-qafas ċilindriku tal-kontenituri ma għandhiex tkun anqas minn dik ikkalkulata bil-formula:

    1.6.1.1.1.   Kontenituri mingħajr weldjaturi lonġitudinali:

    Formula

    1.6.1.1.2.   Kontenituri b’weldjaturi lonġitudinali:

    Formula

    (i)

    z = 0.85 fejn il-manifattur jieħu radjograffs ta’ kull intersezzjoni ta’ weldjatura u 100 m tal-weldjatura lonġitudinali maġenbhom u 50 mm (25 mm kull naħa ta’ l-intersezzjoni) tal-weldjatura ċirkonferenzjali maġembhom.

    Dan it-test għandu jsir għal kull magna fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ xift tax-xogħol minn produzzjoni kontinwa.

    (ii)

    z = 1 fejn il-postijiet ta’ kull intersezzjoni ta’ weldjatura u 100 mm tal-weldjatura lonġitudinali maġenbhom u 50 mm (25 kull naħa ta’ l-intersezzjoni) tal-weldjatura ċirkonferenzjali maġenbhom jitteħdulhom radjograffs.

    Dan it-test għandu jsir għal 10 fil-mija tal-produzzjoni ta’ kontenituri: il-kontenituri li jkunu ser jiġu ttestjati jintgħażlu b’mod każwali. Jekk dawn it-testijiet radjografiċi jiżvelaw difetti mhux aċċettabbli, kif definit fil-paragrafu 2.4.1.4., għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex tkun eżaminata l-linja tal-produzzjoni kollha konċernata u jitneħħew id-difetti.

    Dimensjonijiet u kalkulazzjonijiet ta’ trufijiet (ara l-figuri fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness).

    1.6.1.2.1.   It-trufijiet tal-kontenitur għandhom ikunu magħmulin minn biċċa waħda, għandhom jintlewew mal-pressjoni u għandhu jkollhom forma jew torisferika jew ellittika (ara l-eżempji fl-Appendiċi 5).

    1.6.1.2.2.   It-trufijiet tal-kontenitur għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    Trufijiet torisferiċi

    Limiti simultanji:

    0,003 D ≤ b ≤ 0,08 D

    r ≥ 0,1 D

    R ≤ D

    H ≥ 0,18 D

    r ≥ 2 b

    h ≥ 4 b

    h ≤ 0,15 D

    (mhux applikabbli għal kontenituri kif jidher mill-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness, Figura 2a)

    Trufijiet ellittiċi

    Limiti simultanji:

    0,003 D ≤ b ≤ 0,08 D

    H ≥ 0,18 D

    h ≥ 4 b

    h ≤ 0,15 D

    (mhux applikabbli għal kontenituri kif jidher mill-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness, Figura 2a)

    1.6.1.2.3.   Il-ħxuna ta’ dawn it-trufijiet f’forma ta’ tubu kollha flimkien ma għandhiex tkun anqas mill-figura kkalkulata permezz tal-formula li ġejja:

    Formula

    Il-fattur ta’ l-għamla C li għandu jintuża għal trufijiet sħaħ jidher fit-tabella u fil-graffs li hemm fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-anness.

    Il-ħxuna tal-ħajt tat-tarf ċilindriku tat-trufijiet tista’ ma tkunx anqas jew differenti aktar minn 15 fil-mija mill-iżgħar xħuna tal-ħajt tal-qafas.

    1.6.1.3.   Il-ħxuna nominali tal-ħajt tal-parti ċilindrika u tat-tarf f’forma ta’ tubu tista’ ma tkunx, taħt ebda ċirkustanza, anqas minn:

    Formula

    b’massimu ta’ 1,5 mm.

    1.6.1.4.   Il-qafas tal-kontenitur jista’ jkun magħmul minn parti waħda, tnejn jew tlieta. Meta l-qafas ikun magħmul minn żewġ jew tlett partijiet, il-weldjaturi lonġitudinali għandhom jinbidlu/iduru b’mhux anqas minn 10 darbiet il-ħxuna tal-ħajt tal-kontenitur (10 · a). It-trufijiet għandhom ikunu magħmulin minn biċċa waħda u konvessi.

    1.6.2.   Kalkulazzjoni tal-partijiet taħt pressjoni għal kontenituri komposti kollha

    Il-kwantijiet ta’ stress fil-kontenitur għandhom ikunu kkalkulati għal kull tip ta’ kontenitur. Il-pressjonijiet użati għal dawn il-kalkulazzjonijiet għandhom ikunu l-pressjoni tad-disinn u l-pressjoni tat-test ta’ xpakkatura. Il-kalkulazzjonijiet għandhom jużaw teknika ta’ analiżi adattata biex jistabbilixxu distribuzzjoni ta’ stress mal-kontenitur kollu.

    1.7.   Kostruzzjoni u sengħa

    Rekwiżiti ġenerali

    1.7.1.1.   Il-manifattur għandu juri, billi jkollu sistema xierqa ta’ kontroll tal-kwalità, li huwa għandu u jżomm il-faċilitajiet u l-proċessi ta’ manifattura biex jiżgura li kontenituri prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness.

    1.7.1.2.   Il-manifattur għandu jiżgura permezz ta’ superviżjoni adegwata li l-materjali prinċipali u l-partijiet ippressati użati biex jinħadmu l-kontenituri jkunu ħielsa minn difetti li aktarx jipperikolaw l-użu fiż-żgur tal-kontenituri.

    Partijiet soġġetti għal pressjoni

    1.7.2.1.   Il-manifattur għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċessi użati ta’ wweldjar u jindika l-ispezzjonijiet li jsiru matul il-produzzjoni.

    1.7.2.2.   Rekwiżiti tekniċi ta’ wweldjar

    Il-weldjaturi tarf ma’ tarf għandhom isiru bi proċess ta’ wweldjar awtomatiku.

    Il-weldjaturi tarf ma’ tarf fuq il-qafas reżistenti għall-istress jistgħu ma jkunux jinsabu f’żona fejn ikun hemm tibdil ta’ profil.

    Weldjaturi ta’ angoli jistgħu ma jkunux imposti fuq il-weldjaturi tarf ma’ tarf u għandhom ikunu mill-anqas 10 mm bogħod minnhom.

    Weldjaturi li jgħaqqdu partijiet flimkien u li jifformaw il-qafas tal-kontenitur għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin (ara l-figuri mogħtija bħala eżempji fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness):

    Weldjatura lonġitudinali: din il-weldjatura ssir f’forma ta’ weldjatura tarf ma’ tarf fis-sezzjoni sħiħa tal-materjal tal-ħajt;

    Weldjatura ċirkonferenzjali:

    Din il-weldjatura ssir fil-forma ta’ weldjatura tarf ma’ tarf fis-sezzjoni sħiħa tal-materjal tal-ħajt. Weldjatura minċott titqies li hija tip speċjali ta’ weldjatura tarf ma’ tarf;

    Weldjaturi tal-pjanċa b’valv bil-ponot jew bi ċrieki għandhom isiru skond l-Appendiċi 1, Figura 3.

    Weldjatura li torbot l-għonq jew l-appoġġi tal-kontenitur għandha tkun jew tarf ma’ tarf jew weldjatura ta’ angoli.

    Appoġġi ta’ muntaġġ iwweldjati għandhom ikunu wweldjati bil-mod ċirkonferenzjali. Il-weldjaturi għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu vibrazzjoni, użu ta’ brejks u forzi barranin ta’ mill-anqas 30 g fid-direzzjonijiet kollha.

    F’dan il-każ ta’ weldjaturi tarf ma’ tarf, l-allinjament ħażin ta’ l-uċuħ flimkien jista’ ma jaqbiżx wieħed minn ħamsa tal-ħxuna tal-ħitan (1/5 a).

    1.7.2.3.   Spezzjoni ta’ weldjaturi

    Il-manifattur għandu jiżgura li l-weldjaturi juru penetrazzjoni kontinwa mingħajr ebda devjazzjoni fil-kument tal-weldjatura, u li jkunu ħielsa minn difetti li aktarx jipperikolaw l-użu fiż-żgur tal-kontenitur.

    Għal kontenituri f’żewġ partijiet, għandu jsir test radjografiku fuq il-weldjaturi ċirkonferenzjali tarf ma’ tarf fuq 100 mm, ħlief għall-weldjaturi konformi mal-weldjatura minċott f’paġna 1 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Dan isir fuq kontenitur wieħed magħżul fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu tax-xift minn produzzjoni kontinwa u, f’każ li l-produzzjoni tkun interrotta għal perjodu ta’ aktar minn 12-il siegħa, l-ewwel kontenitur iwweldjat għandu wkoll ikun radjografat.

    1.7.2.4.   Għamla ovali

    L-għamla ovali tal-qafas ċilindriku tal-kontenitur għandha tkun limitata biex id-differenza bejn id-dijametru massimu u mininu ta’ barra ta’ l-istess sezzjoni trasversali ma tkunx aktar minn 1 fil-mija tal-medja ta’ dawk id-dijametri.

    Armaturi

    1.7.3.1.   L-appoġġi għandhom jinħadmu u jitwaħħlu mal-bòdi tal-kontenitur b’mod li ma joħolqux konċentrazzjonijiet perikolużi ta’ stress jew li jwasslu biex jinġema’ l-ilma.

    1.7.3.2.   Il-bażi tal-kontenitur għandu jkun b’saħħtu biżżejjed u magħmul minn metall kompatibbli mat-tip ta’ azzar użat għall-kontenitur. Il-forma tal-bażi għandha tagħti lill-kontenitur stabbiltà biżżejjed.

    It-tarf ta’ fuq tal-bażi għandu jkun iwweldjat mal-kontenitur b’mod li ma jkunx jista’ jiġma’ ilma jew li jħalli ilma jidħol bejn il-bażi u l-kontenitur.

    1.7.3.3.   Marka ta’ referenza għandha titwaħħal fuq il-kontenituri biex tiżgura l-installazzjoni tajba tagħhom.

    1.7.3.4.   Fil-post fejn jitqiegħdu, pjanċi ta’ identifikazzjoni għandhom jitwaħħlu fuq il-qafas ta’ rezistenza għall-istress u ma għandhomx ikunu jistgħu jitneħħew. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni tal-korrużjoni.

    1.7.3.5.   Il-kontenitur għandu jkun ipprovdut, biex ikun immuntat, qafas issikkat tal-gass jew tip ta’ mezz ta’ protezzjoni għall-aċċessorji tal-kontenitur.

    1.7.3.6.   Kull materjal ieħor, iżda, jista’ jintuża għall-manifattura ta’ l-appoġġi, bil-kundizzjoni li s-saħħa tiegħu tkun żgurata u li jitneħħa kull riskju li t-tarf tal-kontenitur jikkorroda.

    Protezzjoni min-nar

    1.7.4.1.   Kontenitur rappreżentattiv tat-tip ta’ kontenitur, l-aċċessorji kollha mwaħħlin miegħu u kull iżolament jew materjal ta’ protezzjoni miżjud, għandhom ikunu koperti minn test “bonfire” kif speċifikat fil-paragrafu 2.6. ta’ dan l-anness.

    2.   TESTIJIET

    It-Tabelli 1 u 2 hawn taħt jagħtu prospett tat-testijiet li għandhom isiru fuq kontenituri ta’ LPG, fuq prototipi, kif ukoll matul il-proċess ta’ produzzjoni skond ix-xorta tagħhom. It-testijiet kollha għandhom isiru f’ambjent ta’ temperatura ta’ 20 ± 5 °C, sakemm ma jingħadx mod ieħor.

    Tabella 1

    Prospett tat-testijiet li għandhom isiru fuq kontenituri tal-metall

    Test li għandu jsir

    Produzzjoni

    Testijiet ta’ lottijiet

    Għadd ta’ kontenituri li għandhom ikunu ttestjati għal approvazzjoni tat-tip

    Deskrizzjoni tat-tip

    Test tat-tensjoni

    1 għal kull lott

    2 (1)

    Ara l-para. 2.1.2.2.

    Test tal-liwja

    1 għal kull lott

    2 (1)

    Ara l-para. 2.1.2.3.

    Test ta’ l-ixpakkatura

     

    2

    Ara l-para. 2.2.

    Test Idrawliku

    kull kontenitur

    100 %

    Ara l-para. 2.3.

    Test “bonfire”

     

    1

    Ara l-para. 2.6.

    Eżaminazzjoni radjografika

    1 għal kull lott

    100 %

    Ara l-para. 2.4.1.

    Eżaminazzjoni makroskopika

    1 għal kull lott

    2 (1)

    Ara l-para. 2.4.2.

    Spezzjoni tal-weldjaturi

    1 għal kull lott

    100 %

    Ara l-para. 1.7.2.3.

    Spezzjoni viżiva tal-partijiet tal-kontenitur

    1 għal kull lott

    100 %

     

    Nota 1: Għandhom jitqiegħdu 6 kontenituri għal approvazzjoni tat-tip.

    Nota 2: Fuq wieħed minn dawn il-prototipi għandhom ikunu determinati l-volum tal-kontenitur u l-ħxuna tal-ħajt ta’ kull parti tal-kontenitur.

    Table 2

    Prospett ta’ testijiet li għandhom isiru fuq kontenituri komposti kollha

    Test li għandu jsir

    Testijiet ta’ lottijiet

    tal-produzzjoni

    Għadd ta’ kontenituri li għandhom ikunu ttestjati għal approvazzjoni ta’tip

    Deskrizzjoni tat-test

    Test ta’ l-ixpakkatura

    1 għal kull lott

    3

    Ara l-para. 2.2.

    Test idrawliku

    Kull kontenitur

    Il-kontenituri kollha

    Ara l-para. 2.3.

    Test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali

    1 għal kull 5 lottijiet

    3

    Ara l-para. 2.3.6.1.

    Test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura għolja

     

    1

    Ara l-para. 2.3.6.2.

    Test ta’ likiġ estern

     

    1

    Ara l-para. 2.3.6.3.

    Test ta’ tnixxija

     

    1

    Ara l-para. 2.3.6.4.

    Test ċikliku ta’ l-LPG

     

    1

    Ara l-para. 2.3.6.5.

    Test ta’ rallentament ta’ temperatura għolja

     

    1

    Ara l-para. 2.3.6.6.

    Test “bonfire”

     

    1

    Ara l-para. 2.6.

    Test ta' l-impatt

     

    1

    Ara l-para. 2.7.

    Test ta’ nżul

     

    1

    Ara l-para. 2.8.

    Test tat-torque koordinatur

     

    1

    Ara l-para. 2.9.

    Test ta’ ambjent aċiduż

     

    1

    Ara l-para. 2.10.

    Test ta’ radjazzjoni ultravjola

     

    1

    Ara l-para. 2.11.

    2.1.   Testijiet mekkaniċi

    Rekwiżiti ġenerali

    Frekwenza tat-testijiet mekkaniċi

    2.1.1.1.1.   Il-frekwenza tat-testijiet għal kontenituri tal-metall għandha tkun: kontenitur wieħed minn kull lott matul il-produzzjoni u għal ittestjar tat-tip, ara t-Tabella 1.

    Biċċiet tal-prova li ma jkunux ċatti għandhom ikunu ċċattjati bi proċess kiesaħ.

    F’biċċiet tal-prova li jkollhom weldjatura, il-weldjatura għandha tinħadem biex il-fdal jintroqom.

    Kontenituri tal-metall għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet kif deskritt fit-Tabella 1.

    Biċċiet tal-prova minn kontenituri b’weldjatura ċirkonferenzjali waħda biss (żewġ sezzjonijiet) għandhom jittieħdu mill-postijiet murija fl-Appendiċi 2, Figura 1.

    Biċċiet tal-prova minn kontenituri b’weldjaturi lonġitudinalu u ċirkonferenzjali (tliet sezzjonijiet jew aktar) għandhom jittieħdu mill-postijiet murija fl-Appendiċi 2, Figura 2.

    2.1.1.1.2.   Il-frekwenza tat-testijiet għal kontenituri komposti kollha għandha tkun:

    (a)

    Matul il-produzzjoni: kontenitur wieħed minn kull lott

    (b)

    Għal ittestjar tat-tip, ara t-Tabella 2

    2.1.1.2.   It-testijiet mekkaniċi kollha biex ikunu ċċekkjati l-proprjetajiet kollha tal-metall prinċipali u l-weldjaturi ta’ l-iqfsa reżistenti għall-istress tal-kontenitur isiru fuq biċċiet tal-prova meħudin minn kontenituri lesti.

    Tipi ta’ testijiet u evalwazzjoni ta’ riżultati ta’ test

    Kull kontenitur kampjun huwa ssoġġettat għat-testijiet li ġejjin:

    2.1.2.1.1.   Kontenituri b’weldjaturi lonġitudinali u ċirkonferenzjali (tliet sezzjonijiet) fuq partijiet ta’ test meħudin mill-postijiet murija fil-Figura 1 ta’ l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness:

    (a)

    Test ta’ tensjoni wieħed fuq materjal prinċipali; il-biċċa tal-prova għandha tittieħed fid-direzzjoni lonġitudinali (jekk dan ma jkunx possibbli, tista’ tittieħed f’direzzjoni ċirkonferenzjali);

    (b)

    Test ta’ tensjoni wieħed fuq materjal prinċipali tal-qiegħ;

    (c)

    Test ta’ tensjoni perpendikulari għall-weldjatura lonġitudinali;

    (d)

    Test ta’ tensjoni wieħed perpendikulari għall-weldjatura ċirkonferenzjali;

    (e)

    Test tal-liwja fuq il-weldjatura lonġitudinali, bil-wiċċ ta’ ġewwa f’tensjoni;

    (f)

    Test tal-liwja wieħed fuq il-weldjatura lonġitudinali, bil-wiċċ ta’ barra f’tensjoni;

    (g)

    Test tal-liwja wieħed fuq il-weldjatura ċirkonferenzjali, bil-wiċċ ta’ ġewwa f’tensjoni;

    (h)

    Test ta’ liwja wieħed fuq il-weldjatura ċirkonferenzjali, bil-wiċċ ta’ barra f’tensjoni; kif ukoll

    (i)

    Test makroskopiku wieħed ta’ sezzjoni wweldjata;

    (ml, m2) Minimu ta’ żewġ testijiet makroskopiċi ta’ valv koordinatur/sezzjonijiet ta’ pjanċi fil-każ tal-valvi mmuntati fil-ħajt tal-ġenb imsemmijin fil-paragrafu 2.4.2. hawn taħt.

    2.1.2.1.2.   Kontenituri b’weldjaturi ċirkonferenzjali biss (żewġ sezzjonijiet) fuq partijiet ta’ test meħudin mill-postijiet murija fil-Figuri 2a u 2b ta’ l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness:

    It-testijiet kif speċifikati fil-paragrafu 2.1.2.1.1. hawn fuq, ħlief għal (c), (e) u (f) li ma japplikawx. Il-biċċa tal-prova ta’ tensjoni fuq materjal prinċipali għandha tittieħed minn (a) jew (b) kif imsemmi fil-paragrafu 2.1.2.1.1. hawn fuq.

    2.1.2.1.3.   Biċċiet tal-prova li ma jkunux ċatti biżżejjed għandhom ikunu ċċattjati bi presssjoni kiesħa.

    2.1.2.1.4.   Fil-biċċiet kollha tal-prova li jkollhom weldjatura, il-weldjatura għandha tinħadem biex il-fdal jintroqom.

    Test tat-tensjoni

    Test tat-tensjoni fuq materjal prinċipali

    2.1.2.2.1.1.   It-test tat-tensjoni għandhu jsir skond Euronorms EN 876, EN 895 u EN 10002-1.

    2.1.2.2.1.2.   Il-valuri determinati għal rendiment ta’ stress, qawwa ta’ tensjoni u elongazzjoni wara waqfien għandhom ikunu konformi mal-karatteristiċi tal-metall kif meħtieġ mill-paragrafu 1.3. ta’ dan l-anness.

    Test tat-tensjoni fuq weldjaturi

    2.1.2.2.2.1.   Dan it-test tat-tensjoni perpendikulari għall-weldjatura għandu jsir fuq parti ta’ test b’sezzjoni trasversali mnaqqsa 25 mm wiesgħa għal tul li jieħu sa 15-il mm ’l hinn mit-trufijiet tal-weldjatura, kif muri fil-Figura 2 ta’ l-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

    ’L hinn minn din il-parti ċentrali, il-wisa' tal-biċċa tal-prova għandha tiżdied progressivament.

    2.1.2.2.2.2.   Il-valur tal-qawwa ta’ tensjoni miksub għandu jissodisfa l-livelli minimi meħtieġa milll-EN 10120.

    Test tal-liwjar

    2.1.2.3.1.   It-test tal-liwja jsir skond l-istandards ISO 7438:2000 u ISO 7799:2000 u Euronorm EN 910 għal partijiet iwweldjati. It-testijiet tal-liwja għandhom isiru fuq il-wiċċ ta’ ġewwa f’tensjoni u fuq il-wiċċ ta’ barra f’tensjoni.

    2.1.2.3.2.   Ma għandhomx jidhru xquq fil-biċċa tal-prova meta tkun milwija madwar mandrin sakemm it-trufijiet ta’ ġewwa jkunu mifrudin f’distanza mhux akbar mid-dijametru tal-mandrin + 3a (ara l-Figura 1 fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness).

    2.1.2.3.3.   Il-proporzjon (n) bejn id-dijametru tal-mandrin u l-ħxuna tal-biċċa tal-prova ma għandhomx jaqbżu l-valuri mogħtija fit-tabella li ġejja:

    Qawwa ta’ tensjoni attwali Rt in (N/mm2)

    Valur (n)

    sa 440 inklużi

    2

    ’il fuq minn 440 sa 520 inklużi

    3

    ’il fuq minn 520

    4

    Ittestjar mill-ġdid tat-testijiet tat-tensjoni u tal-liwja

    2.1.2.4.1.   Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test tat-tensjoni u tal-liwja. It-tieni test għandu jkun magħmul minn żewġ biċċiet tal-prova meħudin mill-istess kontenitur.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.2.   Test ta’ l-ixpakkatura taħt pressjoni idrawlika

    Kundizzjonijiet tat-test

    Kontenituri li jkunu soġġetti għal dan it-test għandu jkollhom fuqhom l-iskrizzjonijiet li jkun maħsub li jitwaħħlu fuq is-sezzjoni tal-kontenitur soġġett għal pressjoni.

    2.2.1.1.   It-test ta’ l-ixpakkatura taħt pressjoni idrawlika għandu jsir b’tagħmir li bih il-pressjoni tkun tista’ tiżdied b’rata ugwali, sakemm il-kontenitur jinfaqa’ u l-bidla fil-pressjoni tul iż-żmien tkun irreġistrata. Ir-rata tal-fluss massimu matul it-test ma għandhiex taqbeż 3 fil-mija tal-kapaċità tal-kontenitur kull minuta.

    Interpretazzjoni tat-test

    Il-kriterji adottati għall-interpretazzjoni tat-test ta’ l-ixpakkatura huma dawn li ġejjin:

    2.2.2.1.1.   L-espansjoni volumetrika tal-kontenitur tal-metall; tkun ugwali: għal volum ta’ ilma użat bejn il-waqt li fih it-temperatura tibda togħla u l-waqt ta’ l-ixpakkatura meta;

    2.2.2.1.2.   Eżami tat-tiċrita u l-għamla tat-trufijiet;

    2.2.2.1.3.   Pressjoni ta’ l-ixpakkatura.

    Test ta’ aċċettazzjoni ta’ kundizzjonijiet

    2.2.3.1.   Il-pressjoni ta’ l-ixpakkatura mkejla (Pr) ma għandha taħt ebda cirkostanza tkun anqas minn 2,25 × 3 000 = 6 750 kPa.

    2.2.3.2.   Il-bidla speċifika fil-volum tal-kontenitur tal-metall waqt xpakkatura ma għandhiex tkun anqas minn:

    20 fil-mija jekk it-tul tal-kontenitur tal-metall ikun akbar mid-dijamentru;

    17 fil-mija jekk it-tul tal-kontenitur tal-metall ikun daqs jew anqas mid-dijametru.

    8 fil-mija fil-każ ta’ kontenitur speċjali tal-metall kif muri fl-Appendiċi 5, paġna 1, Figuri A, B u Ċ.

    It-test ta’ l-ixpakkatura ma għandux jikkawża frammentazzjoni tal-kontenitur.

    2.2.3.3.1.   Il-frattura l-kbira ma għandhiex turi fraġilità, i.e. it-trufijiet tal-ksur ma għandhomx ikunu radjali imma għandhom ikunu f’angolu ma’ pjan dijametriku u juru tnaqqis ta’ l-erja mal-ħxuna kollha tagħhom.

    2.2.3.3.2.   Għal kontenituri tal-metall il-frattura ma għandhiex turi difett inerenti fil-metall. Il-weldjatura għandha tkun b’saħħitha mill-anqas daqs il-metall oriġinali iżda preferibbilment aktar b’saħħitha.

    Għal kontenituri komposti kollha, il-frattura ma għandhiex turi difetti fl-istruttura.

    2.2.3.4.   Ittestjar mill-ġdid għat-test ta’ l-ixpakkatura

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ l-ixpakkatura. It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.3.   Test idrawliku.

    2.3.1.   Il-kontenituri rappreżentattivi tat-tip ta’ kontenitur li jkunu tqiegħdu għal approvazzjoni (mingħajr aċċessorji iżda bl-iżbokok magħluqin) għandhom ikunu jifilħu pressjoni idrawlika interna ta’ 3 000 kPa mingħajr likiġ jew mingħajr ma jitgħawġu b’mod permanenti, skond ir-rekwiżiti li ġejjin:

    2.3.2.   Il-pressjoni ta’ l-ilma għandha tiżdied b’rata ugwali sakemm il-pressjoni tat-test ta’ 3 000 kPa tintlaħaq.

    2.3.3.   Il-kontenitur għandu jibqa’ taħt il-pressjoni tat-test għal żmien biżżejjed biex ikun posssibli jiġi stabbilit li l-pressjoni ma tkunx qed tinżel u li l-kontenitur ikun jista’ jiġi garantit li ma jkollux likiġ.

    2.3.4.   Wara t-test il-kontenitur ma għandu juri ebda sinjal ta’ deformazzjoni permanenti.

    2.3.5.   Kull kontenitur ittestjat li ma jgħaddix mit-test għandu jkun rifjutat.

    Testijiet idrawliċi addizzjonali li għandhom isiru fuq kontenituri komposti kollha

    Test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali

    2.3.6.1.1.   Il-proċedura tat-test

    Il-kontenitur lest għandu jkun ċiklat bi pressjoni sa massimu ta’ 20 000 ċiklu, skond il-proċedura li ġejja:

    (a)

    imla l-kontenitur li jkun ser jiġi ttestjat bi fluwidu mhux korrużiv bħal żejt, ilma inibit jew glikol;

    (b)

    iċċikla l-pressjoni fil-kontenitur bejn mhux aktar minn 300 kPa u mhux anqas minn 3 000 kPa f’rata li ma taqbiżx 10 ċikli kull minuta.

    Dan iċ-ċiklu għandu jsir mill-anqas 10 000 darba u jissokta sa 20 000 darba sakemm ma jittaqqabx qabel ma jieqaf;

    (c)

    l-għadd ta’ ċikli ta’ falliment għandu jkun rapportat, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni ta’ fejn ikun beda l-falliment.

    2.3.6.1.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Qabel ma’ jilħaq 10 000 ċiklu, il-kontenitur ma għandux ifalli jew jillikja.

    Wara li jkun temm 10 000 ċikli, il-kontenitur jista’ jillikja qabel il-waqfa.

    2.3.6.1.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    Test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura għolja

    2.3.6.2.1.   Il-proċedura tat-test

    Kontenituri lesti għandhom ikunu ttestjati b’mod ċikliku, mingħajr ma juru sinjali ta’ frattura, likiġ jew taħlil ta’ fibri, kif ġej:

    (a)

    Imla l-kontenitur li jkun ser jiġi ttestjat bi fluwidu mhux korrużiv bħal żejt, ilma inibit jew glikol;

    (b)

    Ikkundizzjona għal 48 siegħa f’0 kPa, 65 °C u f’umdità ta’ 95 fil-mija jew aktar.

    (c)

    Ippressa idrostatikament għal 3 600 ċiklu li ma jaqbżux 10 ċiklu kull minuta, bejn mhux aktar minn 300 kPa u mhux anqas minn 3 000 kPa f’65 °C u f’umdità ta’ 95 fil-mija;

    Wara ċ-ċiklu ta’ pressjoni ta’ temperatura għolja, kontenituri għandhom jitqiegħdu għat-test ta’ likiġ estern u mbagħad ippressati b’mod idrostatiku sakemm ifallu skond il-proċedura tat-test ta’ l-ixpakkatura.

    2.3.6.2.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-kontenitur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-test ta’ likiġ kif definit fil-paragrafu 2.3.6.3.

    Il-kontenitur għandu jilħaq pressjoni minima ta’ xpakkatura ta’ 85 fil-mija tal-pressjoni ta’ xpakkatura.

    2.3.6.2.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura għolja.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma jitqisx.

    Fil-każ li test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    Test ta’ likiġ estern

    2.3.6.3.1.   Il-proċedura tat-test

    Waqt li jkun taħt pressjoni ta’ 3 000 kPa, il-kontenitur għandu jitgħaddas f’ilma bis-sapun biex jinstab jekk ikunx hemm likiġ (test tal-bżieżaq).

    2.3.6.3.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-kontenitur ma għandux juri li jkollu likiġ.

    2.3.6.3.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ likiġ estern.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies. Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    Test ta’ tnixxija

    2.3.6.4.1.   Il-proċedura tat-test

    It-testijiet kollha għandhom isiru f’40 °C fuq kontenitur bi fjuwil ta’ propan likwidu ta’ 80 fil-mija tal-kapaċità tiegħu ta’ ilma.

    It-test għandu jsir mill-anqas 8 ġimgħat sakemm l-istat kostanti ta’ tnixxija ta’ l-istruttura jkun osservat mill-anqas għal 500 siegħa.

    Mbagħad, għandha titkejjel ir-rata ta’ telf ta’ piż tal-kontenitur.

    Il-graff tal-bidla tal-massa għal għadd ta’ jiem għandha tkun irreġistrata.

    2.3.6.4.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Ir-rata ta’ telf tal-massa għandha tkun anqas minn 0,15 g/fis-siegħa.

    2.3.6.4.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ tnixxija.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies. Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    Test ċikliku ta’ l-LPG

    2.3.6.5.1.   Il-proċedura tat-test

    Kontenitur li jkun għadda b’suċċess it-test ta’ tnixxija għandu jitqiegħed għal test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.6.1. ta’ dan l-anness.

    Il-kontenitur għandu jkun sezzjonat u l-konnessjoni bejn l-inforra u t-tarf koordinatur għandha tkun spezzjonata.

    2.3.6.5.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-kontenitur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali.

    L-ispezzjoni tal-konnessjoni bejn l-inforra u t-tarf koordinatur tal-kontenitur ma għandhiex turi sinjali ta’ taħsir, bħal tixqiq ta’ strapazz jew disċarġ elettrostatiku.

    2.3.6.5.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ċikliku ta’ l-LPG.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    Test ta’ rallentament f’temperatura għolja

    2.3.6.6.1.   Ġenerali

    Dan it-test għandu jsir biss fuq il-kontenituri komposti kollha b’matriċi tar-raża li jkollhom temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (TG) taħt it-temperatura ta’ disinn +50 °C.

    2.3.6.6.2.   Il-proċedura tat-test

    Kontentur wieħed lest għandu jkun ittestjat kif ġej:

    (a)

    Il-kontenutur għandu jkun ippressat għal 3 000 kPa u miżmum f’temperatura definita skond it-tabella abbażi tat-tul tal-perjodu tat-test:

    Tabella 3:

    Temperatura tat-test fir-rigward tat-tul tat-test ta’ rallentament f’temperatura għolja

    T (°C)

    Ħin ta’ espożizzjoni (h)

    100

    200

    95

    350

    90

    600

    85

    1 000

    80

    1 800

    75

    3 200

    70

    5 900

    65

    11 000

    60

    21 000

    (b)

    Il-kontenitur għandu jitqiegħed għal test ta’ likiġ estern.

    2.3.6.6.3.   Interpretazzjoni tat-test

    Iż-żieda massima fil-volum permessa hija ta’ 5 fil-mija. Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test ta’ likiġ estern kif definit fil-paragrafu 2.4.3. ta’ dan l-anness u tat-test ta’ xpakkatura kif definit fil-paragrafu 2.2. ta’ dan l-anness.

    2.3.6.6.4.   Ittestjar mill-ġdid

    It-testjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ rallentament f’temperatura għolja.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.4.   Eżami mhux distruttiv

    Eżaminazzjoni radjografika

    2.4.1.1.   Weldjaturi għandhom ikunu radjografati skond l-ispeċifikazzjoni ISO ta’ R 1106, bl-użu tal-klassifikazzjoni B.

    2.4.1.2.   Meta jintuża indikatur tat-tip tal-wajer, l-iżgħar dijametru tal-wajer viżibbli jista’ ma jaqbiżx il-valur ta’ 0,10 mm.

    Meta jintuża indikatur tat-tip imtarraġ u mtaqqab, id-dijametru ta’ l-iżgħar toqba viżibbli jista’ ma jaqbiżx 0,25 mm.

    2.4.1.3.   Valutazzjoni tar-radjograffs tal-weldjaturi għandha tkun imsejsa fuq il-filmati oriġinali skond il-prattika rakkomandata fl-istandard ISO 2504, paragrafu 6.

    Id-difetti li ġejjin m’humiex aċċettabbli:

    Xquq, weldjaturi inadegwati jew penetrazzjoni inadegwata tal-weldjatura.

    2.4.1.4.1.   Għall-ħxuna ta’ ≥ 4 mm tal-ħajt tal-kontenitur, l-inklużjonijiet fil-lista ta’ hawn taħt jitqiesu bħala aċċettabbli:

    Kull inklużjoni ta’ gass tal-kejl ta’ mhux aktar minn a/4 mm;

    Kull inklużjoni ta’ gass tal-kejl ta’ aktar minn a/4 mm iżda ta’ mhux aktar minn a/3 mm, li huwa aktar minn 25 mm ’il hinn minn inklużjoni oħra ta’ gass tal-kejl ta’ aktar minn a/4 mm u tal-kejl ta’ mhux aktar minn a/3 mm;

    Kull inklużjoni elongata jew kull grupp ta’ inklużjonijiet tondi f’ringiela fejn it-tul rappreżentat (għal weldjatura ta’ tul ta’ 12a) ma jkunx aktar minn 6 mm;

    Inklużjonijiet ta’ gass għal kull weldjatura ta’ tul ta’ 100 mm, fejn l-erja totali tal-figuri kollha ma tkunx aktar minn 2a mm2.

    2.4.1.4.2.   Għall-ħxuna ta’< 4 mm tal-ħajt tal-kontenitur, l-inklużjonijiet fil-lista ta’ hawn taħt jitqiesu bħala aċċettabbli:

    Kull inklużjoni ta’ gass tal-kejl ta’ mhux aktar minn a/2 mm;

    Kull inklużjoni ta’ gass tal-kejl ta’ aktar minn a/2 mm iżda ta’ mhux aktar minn a/1.5 mm, li huwa aktar minn 25 mm ’il hinn minn inklużjoni oħra ta’ gass tal-kejl ta’ aktar minn a/2 mm u tal-kejl ta’ mhux aktar minn a/1.5 mm;

    Kull inklużjoni elongata jew kull grupp ta’ inklużjonijiet tondi f’ringiela fejn it-tul rappreżentat (għal weldjatura ta’ tul ta’ 12a) ma jkunx aktar minn 6 mm;

    Inklużjonijiet ta’ gass għal kull weldjatura ta’ tul ta’ 100 mm, fejn l-erja totali tal-figuri kollha ma tkunx aktar minn 2a mm2.

    2.4.2.   Eżaminazzjoni makroskopika

    L-eżaminazzjoni makroskopika ta' sezzjoni trasversali sħiħa ta' weldjatura, għandha turi fużjoni sħiħa fuq il-wiċċ ittrattat bi kwalunkwe aċidu minn preparazzjoni makro u ma għandha turi ebda difett ta' assemblaġġ jew inklużjoni sinjifikanti jew xi difetti oħra.

    Fil-każ ta' dubju, għandha ssir eżaminazzjoni mikroskopika tal-parti sospettata.

    2.5.   Eżaminazzjoni fuq in-naħa ta’ barra tal-weldjatura għal kontenituri tal-metall

    2.5.1.   Din l-eżaminazzjoni ssir meta l-weldjatura tkun tlestiet.

    Il-wiċċ iwweldjat eżaminat għandu jkun imdawwal sew, u ma għandux ikollu griż, trab, fdal ta' qoxra jew kisi ta' protezzjoni ta' kwalunkwe tip.

    2.5.2.   Il-fużjoni tal-metall iwweldjat mal-metall prinċipali għandu jkun lixx u ħieles minn attakki kimiċi. Ma għandux ikun hemm xquq, taljiet jew irqajja porużi fil-wiċċ iwweldjat u fil-wiċċ ta' maġenb il-ħajt. Il-wiċċ iwweldjat għandu jkun regolari u lixx. Meta tiġi wżata weldjatura tar-ras, il-ħxuna eċċessiva ma għandhiex tkun aktar minn 1/4 tal-wisa' tal-weldjatura.

    2.6.   Test “bonfire”

    2.6.1.   Ġenerali

    It-test “bonfire” huwa maħsub biex juri li kontenitur komplut bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar, speċifikata fid-disinn, l-istess sistema ma jħallix li jkun hemm l-ixpakkatura tal-kontenitur, meta dan ikun ittestjat taħt il-kundizzjonijiet speċifikati tan-nar. Il-manifattur għandu jiddeskrivi l-imġiba tas-sistema kompluta ta’ protezzjoni min-nar inkluż l-inżul maħsub għal pressjoni atmosferika. Ir-rekwiżiti ta’ dan it-test għandhom jiqiesu li jkunu sodisfatti għal kull kontenitur li jkollu l-karatteristiċi li ġejjin komuni mal-kontenitur prinċipali:

    (a)

    l-istess sid ta’ approvazzjoni tat-tip,

    (b)

    l-istess għamla (ċilindrika, għamla speċjali),

    (c)

    l-istess materjal,

    (d)

    l-istess xħuna tal-ħajt jew akbar,

    (e)

    l-istess dijamentru jew iżgħar (kontenitur ċilindriku),

    (f)

    l-istess għoli jew anqas għoli (għamla speċjali ta’ kontenitur),

    (g)

    l-istess wiċċ estern jew iżgħar,

    (h)

    l-istess konfigurazzjoni ta’ aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur (2).

    2.6.2.   Formazzjoni ta’ kontenitur

    (a)

    Il-kontenitur għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni maħsuba għalih mill-manifattur, bil-qiegħ tal-kontenitur madwar 100 mm ’il fuq mis-sors tan-nar.

    (b)

    Għandu jintuża lqugħ biex fjammi ma jitħallewx iħallu erożjoni fuq il-plagg tal-fjuż (PRD) jekk ikun hemm. L-ilqugħ ma għandux ikun imiss direttament mal-plagg tal-fjuż (PRD).

    (c)

    Kull nuqqas matul it-test ta’ valv, armatura jew tqegħid ta’ tubi li ma jkunux jagħmlu parti mis-sistema ta’ protezzjoni maħsuba għad-disinn għandu jinvalida r-riżultat.

    (d)

    Kontenituri ta’ tul ta’ anqas minn 1,65 m: iċ-ċentru tal-kontenitur għandu jitqiegħed fuq iċ-ċentru tas-sors tan-nar.

    Kontenituri ta’ tul ugwali għal 1,65 m jew aktar: jekk il-kontenitur ikun imwaħħal b’dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni fuq naħa waħda, is-sors tan-nar ikollu jibda min-naħa opposta tal-kontenitur. Jekk il-kontenitur ikun imwaħħal b’dispożittivi ta’ skariku ta’ pressjoni minn żewġ naħat, jew f’aktar minn post wieħed tul il-kontenitur kollu, iċ-ċentru tas-sors tan-nar għandu jkun fin-nofs bejn id-dispożittivi ta’ skariku ta’ pressjoni li jkunu separati bl-akbar distanza orizzontali.

    2.6.3.   Sors tan-nar

    Sors uniformi tan-nar ta’ tul ta’ 1,65 m għandu jipprovdi erożjoni diretta minn fjammi fuq il-wiċċ tal-kontenitur mad-dijametru kollu tiegħu.

    Kull fjuwil jista’ jintuża għas-sors tan-nar bil-kundizzjoni li dan jipprovdi sħana uniformi biżżejjed biex iżżomm it-temperaturi speċifikati tat-test sakemm il-kontenitur tinħariġlu l-arja. L-arranġament tan-nar għandu jkun reġistrat b’dettalji biżżejjed li jiżguraw li r-rata ta’ sħana prodotta għall-kontenitur tkun produċibbli mill-ġdid. Kull nuqqas jew inkonsistenza tas-sors tan-nar għandhom jinvalidaw ir-riżultat.

    2.6.4.   Kejl ta’ temperatura u pressjoni

    Matul it-test “bonfire” għandhom jitkejlu l-oġġetti li ġejjin:

    (a)

    It-temperatura tan-nar eżattament taħt il-kontenitur, tul il-qiegħ tal-kontenitur, mill-anqas f’żewġ postijiet, mhux aktar minn 0,75 m bogħod minn xulxin;

    (b)

    It-temperatura tal-ħajt fil-qiegħ tal-kontenitur;

    (c)

    It-temperatura tal-ħajt sa 25 mm mid-dispożittiv ta’ skariku ta’ pressjoni;

    (d)

    It-temperatura tal-ħajt fuqnett tal-kontenitur, fin-nofs tas-sors tan-nar;

    (e)

    il-pressjoni ġewwa l-kontenitur.

    Għandu jintuża lqugħ metalliku biex ma titħallhiex tkun hemm erożjoni diretta minn fjammi fuq it-termokoppji. Alternattivament, jistgħu jiddaħħlu termokoppji fi blokok, ta’ kejl ta’ anqas minn 25 mm2. Matul it-test it-temperaturi tat-termokoppji u l-pressjoni tal-kontenitur għandhom ikunu rreġistrati f’intervalli ta’ żewġ sekondi jew anqas.

    2.6.5.   Rekwiżiti ġenerali tat-test

    (a)

    Il-kontenitur għandu jimtela sa 80 fil-mija f’volum ta’ LPG (fjuwil kummerċjali) u ttestjat fil-pożizzjoni orizzontali fi pressjoni ta’ utilizzazzjoni;

    (b)

    Mill-ewwel wara li jkun qabad, in-nar għandu jipproduċi erożjoni minn fjammi fuq il-wiċċ tal-kontenitur, għal tul ta’ 1,65 m mis-sors tan-nar tal-kontenitur;

    (c)

    Sa 5 minuti wara li jkun qabad, mill-anqas termokoppja waħda għandha tindika t-temperatura tan-nar eżattament taħt il-kontenitur ta’ mill-anqas 590 °C. Din it-temperatura għandha tinżamm għal kemm ikun fadal żmien għat-test, jiġifieri sakemm ma jkunx hemm aktar temperatura żejda fil-kontenitur;

    (d)

    Is-severità tal-kundizzjonijiet tat-test ma għandhiex tkun imtaffija minn kundizzjonijiet ambjentali (eż. xita, riħ moderat/qawwi, eċċ.).

    2.6.6.   Riżultati tat-test:

    (a)

    Xpakkatura tal-kontenitur għandha tinvalida r-riżultat tat-test.

    (b)

    Pressjoni ta’ aktar minn 3 700 kPa, jiġifieri 136 fil-mija tal-pressjoni ffissata ta’ l-PRV (2 700 kPa), matul it-test għandha tinvalida r-riżultat tat-test.

    Pressjoni bejn 3 000 u 3 700 kPa għandha tinvalida r-riżultat tat-test fil-każ biss jekk ikunu nnutati deformazzjonijiet tal-plastik.

    (c)

    Fil-każ fejn l-imġiba tas-sistema ta’ protezzjoni ma tkunx konformi ma’ l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur u din twassal għal kundizzjoni mtaffija ta’ test, ir-riżultat għandu jkun invalidat.

    (d)

    Għal kontenitur kompost kollu rilaxx ta’ LPG mill-wiċċ ikun aċċettat fil-każ ta’ rilaxx kontrollat. Rilaxx ta’ gass LPG f’temp ta’ 2 minuti wara li jkun beda t-test jew kapaċità ta’ rilaxx ta’ aktar minn 30 litru kull minuta għandhom jinvalidaw ir-riżultat tat-test.

    (e)

    Ir-riżultati għandhom ikunu ppreżentati f’sommarju tat-test u għandhom jinkludu, bħala minimu, id-data li ġejja għal kull kontenitur:

    Deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni tal-kontenitur.

    Ritratt ta’ l-istruttura u l-PRD tal-kontenitur.

    Metodu applikat inkluż l-intervall ta’ żmien bejn il-qisien.

    Iż-żmien li jkun għadda minn meta jkun tqabbad in-nar sa ma jibdew jinħargu l-LPG u l-pressjoni attwali.

    Il-ħin li jgħaddi biex tintlaħaq pressjoni atmosferika.

    dijagrammi ta’ pressjoni u temperatura.

    2.7.   It-Test ta' l-impatt

    2.7.1.   Ġenerali

    Skond kif jagħżel il-manifattur, it-testijiet kollha ta’ l-impatt jistgħu jsiru fuq kontenitur wieħed jew kull test jista’ jsir fuq kontenitur differenti.

    Il-proċedura tat-test

    Għal dan it-test, il-medium tal-fluwidu għandu jkun taħlita ta’ ilma/glikol jew likwidu ieħor li jkollu punt baxx ta’ ffriżar li ma jibdilx il-proprjetajiet tal-materjal tal-kontenitur.

    Kontenitur mimli bil-medium ta’ fluwidu għal piż li jkun daqs il-mili ta’ 80 fil-mija ta’ LPG b’massa ta’ referenza ta’ 0,568 kg/l, ikun ipprojettat, parallel mat-tul tal-fuż (assi-x skond il-Figura 1) tal-vettura li għaliha jkun ġie maħsub li jitwaħħal f’veloċità, V ta’ 50 km/s-siegħa, kontra feles solidu, imwaħħal b’mod orizzontali, perpendikulari għall-moviment tal-kontenitur.

    Il-feles għandu jkun installat b’mod li ċ-ċentru tal-gravità (ċ.g.) jolqot iċ-ċentru tal-feles.

    Il-feles għandu jkollu angolu α ta’ 90 grad u l-punt ta’ l-impatt għandu jagħti għat-tond b’radju massimu ta’ 2,5 mm. It-tul tal-feles L, għandu jkun mill-anqas daqs il-wisa’ tal-kontenitur fir-rigward tal-moviment tiegħu matul it-test. L-għoli H tal-feles għandu jkun mill-anqas 600 millimetru

    Figura 1

    Deskrizzjoni tat-test tal-proċedura ta’ l-impatt:

    Image

    Fil-każ fejn kontenitur jista’ jkun installat f’aktar minn pożizzjoni waħda fil-vettura, kull pożizzjoni għandha tkun ittestjata.

    Wara dan it-test, il-kontenitur għandu jitqiegħed għal test ta’ likiġ estern kif definit fil-paragrafu 2.3.6.3. ta’ dan l-anness.

    2.7.3.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-kontenitur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-test ta’ likiġ kif definit fil-paragrafu 2.3.6.3. ta’ dan l-anness.

    2.7.4.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ l-impatt.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.8.   Test ta’ nżul

    2.8.1.   Il-proċedura tat-test

    Kontenitur wieħed lest għandu jkun ittestjat għal inżul f’temperatura ambjentali mingħajr ma jkun hemm pressjoni interna jew valvi mwaħħlin. Il-wiċċ li fuqu jitniżżlu l-kontenituri għandu jkun konkrit lixx, orizzontali u kkuttunat jew pavimentat.

    l-għoli ta’ l-inżul (Hd) għandu jkun 2 m (imkejlin sa l-aktar parti baxxa tal-kontenitur).

    L-istess kontenitur vojt għandu jitniżżel:

    f’pożizzjoni orizzontali,

    vertikali fuq kull naħa,

    f’angolu ta’ 45°.

    Wara t-test ta’ nżul, il-kontenituri għandhom jitqiegħdu għal test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.6.1. ta’ dan l-anness.

    2.8.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-kontenituri għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-test ċikliku ta’ pressjoni ta’ temperatura ambjentali skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.6.1. ta’ dan l-anness.

    2.8.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ nżul.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.9.   Test tal-pern tat-torque

    2.9.1.   Il-proċedura tat-test

    Il-bòdi tal-kontenitur għandu jkun ikkontrollat kontra r-rotazzjoni, u torque ta’ 2 darbiet tal-valv jew torque ta’ installazzjoni PRD kif speċifikat mill-manifattur għandhom ikunu applikati għal kull pern fit-tarf tal-kontenitur, l-ewwel fid-direzzjoni biex tkun issikkata konnessjoni bil-kamin, u mbagħad fid-direzzjoni biex tinħall, u fl-aħħar fid-direzzjoni ta’ l-issikkar.

    Il-kontenitur għandu mbagħad jitqiegħed għal test ta’ likiġ estern skond ir-rekwiżiti murija fil-paragrafu 2.3.6.3 ta’ dan l-anness.

    2.9.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-kontenitur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-test ta’ likiġ estern kif muri fil-paragrafu 2.3.6.3. ta’ dan l-anness.

    2.9.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test tal-pern tat-torque.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.10.   Test ta’ ambjent aċiduż

    2.10.1.   Il-proċedura tat-test

    Kontenitur lest għandu jkun espost għal 100 siegħa għal soluzzjoni aċidu sulfuriku ta’ 30 fil-mija (aċidu tal-batterija ta’ gravità speċifika ta’ 1,219) waqt li jkun ippressat għal 3 000 kPa. Matul it-test, minimu ta’ 20 fil-mija ta’ l-erja totali tal-kontenitur għandha tkun koperta bis-soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku.

    Wara l-kontenitur għandu jitqiegħed għat-test ta’ xpakkatura kif definit ful-paragrafu 2.2. ta’ dan l-anness.

    2.10.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Il-pressjoni xpakkata mkejla għandha tkun mill-anqas 85 fil-mija tal-pressjoni xpakkata tal-kontenitur.

    2.10.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ta’ ambjent aċiduż.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.

    2.11.   Test ultravjola (UV)

    2.11.1.   Il-proċedura tat-test

    Meta l-kontenitur ikun espost direttament għax-xemx (ukoll wara l-ħġieġ), ir-radjazzjoni-UV tista’ tnaqqas il-grad tal-materjali polimetriċi. Għalhekk, il-manifattur għandu jagħti prova li s-saff tal-materjal ta’ barra jkun jista’ jiflaħ ir-radjazzjoni-UV- tul l-eżistenza tiegħu ta’ 20 sena.

    (a)

    Jekk is-saff ta’ barra jaqdi funzjoni mekkanika (ġarr ta’ tagħbija), il-kontenitur għandu jkun ittestjat għal xpakkatura skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2. ta’ dan l-anness, wara li jkun ġie espost għal rappreżentattiva ta’ radjazzjoni-UV;

    (b)

    Jekk is-saff ta’ barra jaqdi funzjoni ta’ protezzjoni, il-manifattur ikollu jġib prova li l-kisi jibqa’ sħiħ għal 20 sena, biex jipproteġi s-saffi strutturali ta’ taħt minn rappreżentattiva ta’ radjazzjoni-UV.

    2.11.2.   Interpretazzjoni tat-test

    Meta s-saff ta’ barra jaqdi funzjoni mekkanika, il-kontenitur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-test ta’ xpakkatura kif definit fil-paragrafu 2.2. ta’ dan l-anness.

    2.11.3.   Ittestjar mill-ġdid

    Ittestjar mill-ġdid ikun permess għat-test ultravjola.

    It-tieni test għandu jsir fuq żewġ kontenituri li jkunu nħadmu wara l-ewwel kontenitur fl-istess lott.

    Jekk ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ikunu sodisfaċenti, l-ewwel test ma għandux jitqies.

    Fil-każ fejn test wieħed mill-ġdid jew it-tnejn jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-lott għandu jkun rifjutat.


    (1)  Dawn il-biċċiet tal-prova jistgħu jittieħdu minn kontenitur wieħed

    (2)  Aċċessorji addizzjonali, tibdiliet u estensjonijiet ta’ l-aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur huma possibbli mingħajr ittestjar mill-ġdid, jekk ikunu notifikati lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva l-kontenitur u li jitqiesu li aktarx ma jkollhomx effett ħażin sewwa. Id-dipartiment amministrattiv jista’ jesiġi li jsir rapport ta’ test ieħor mis-servizz tekniku responsabbli. Il-kontenitur u l-konfigurazzjonijiet tiegħu ta’ aċċessorji jidhru fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 2B.

    Appendiċi 1

    Figura 1

    Tipi ta’ weldjaturi tarf ma’ tarf lonġitudinali

    Image

    Figura 2

    Weldjatura tarf ma’ tarf ċirkonferenzjali

    Image

    Figura 3

    Eżempji ta’ pjanċi ppuntati wweldjati

    Image

    Figura 4

    Eżempji ta’ ċrieki wweldjati ma’ flanġ

    Image

    Appendiċi 2

    Tabella 1

    Kontenituri b’weldjaturi lonġitudinali u ċirkonferenzjali; il-post ta’ biċċiet tal-prova

    Image

    Figura 2a

    Kontenituri b’weldjaturi ċirkonferenzjali biss u valvi ta’ mblukkar immuntati fuq ġenblocks; il-post ta’ biċċiet tal-prova

    Image

    Figura 2b

    Kontenituri b’weldjaturi ċirkonferenzjali biss u pern ta’ valv/pjanċa mwaħħla fit-tarf.

    Image

    Appendiċi 3

    Figura 1

    Illustrazzjoni tat-test tal-liwja

    Image

    Figura 2

    Biċċa tal-prova għat-test tat-tensjoni perpendikulari mal-weldjatura

    Image

    Appendiċi 4

    Image

    Nota: Għal trufijiet torisferiċi

    Formula

    Relazzjoni bejn H/D u l-fattur ta’ l-għamla C

    Image

    Valuri tal-fattur ta’ l-għamla C għal H/D bejn 0,20 u 0,25

    Relazzjoni bejn H/D u l-fattur ta’ l-għażla C valuri

    Image

    Valuri tal-fattur ta’ l-għamla C għal H/D bejn 0,25 u 0,50

    Appendiċi 5

    EŻEMPJI TA’ REĊIPJENTI SPEĊJALI

    Image Image

    Appendiċi 6

    METODI TA’ TESTIJIET MATERJALI

    Reżistenza kimika

    Il-materjali użati f’kontenitur kompost kollu għandhom ikunu ttestjati skond l-istandard ISO 175 għal 72 siegħa f’temperatura ambjentali.

    Il-wiri tar-reżistenza kimika bl-użu ta’data mill-letteratura huwa wkoll permess.

    Il-kompatibilità mal-medja li ġejjin għandha tkun iċċekkjata:

    (a)

    il-fluwidu tal-brejkijiet;

    (b)

    il-materjal li jnaddaf it-twieqi;

    (c)

    il-likwidu ta’ tiksiħ;

    (d)

    il-petrol bla ċomb;

    (e)

    is-soluzzjoni ta’ ilma dejonizzat, klorur tas-sodju (2,5 % ta’ massa ±0,1 %), (klorur tal-kalċju (2,5 % ta’ massa ±0,1 %) u aċidu sulfuriku biżżejjed biex tinkiseb soluzzjoni ta’ pH 4.0 ± 0.2.

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni tat-test:

    (a)

    Elongazzjoni:

    L-elongazzjoni ta’ materjal termoplastiku, wara l-irrestjar, għandha tkun mill-anqas 85 fil-mija ta’ elongazzjoni inizjali. L-elongazzjoni ta’ elastomeru, wara l-ittestjar, għandha tkun mill-anqas akbar minn 100 fil-mija.

    (b)

    Għal komponenti strutturali (eż., fibri):

    Il-qawwa residwa għal komponent strutturali wara l-ittestjar għandha tkun mill-anqas 80 fil-mija ta-qawwa tat-tensjni oriġinali.

    (c)

    Komponenti mhux strutturali (eż., kisi):

    Ma jitħalliex ikun hemm xquq viżivi.

    2.   Struttura komposta

    (a)

    Fibri inkorporati f’matriċi

    Proprjetajiet tat-tensjoni:

    ASTM 3039

    komposti tal-fibra-raża

    ASTM D2343

    Ħġieġ, Aramid (prop.tens.ħjut tas-suf, ħġieġ)

    ASTM D4018.81

    Karbonju (prop.tens.filament kontinwu) b’rimarka speċjali għall-matriċi

    Proprjetajiet tal-qtugħ:

    ASTM D2344

    (Qawwa tal-qtugħ interlaminari ta’ fibra parallela komposta b’metodu ta’ raġġ qasir)

    (b)

    Fibri xotti fuq forma isotensoid

    Proprjetajiet tat-tensjoni:

    ASTM D4018.81

    Karbonju (filament kontinwu), Fibri oħra.

    3.   Kisi ta’ protezzjoni

    Ir-radjazzjzoni UV tnaqqas il-grad tal-materjal polimetriku meta dan ikun espost direttament għax-xemx. Skond l-installazzjoni, il-manifattur irid jagħti prova ta’ “ħajja żgura” għal kisi.

    4.   Komponenti termoplastiċi

    It-temperatura li trattab Vicat ta’ komponent termoplastiku għandha tkun ’il fuq minn 70 °C. Għal komponenti strutturali, it-temperatura li trattab Vicat għandha tkun mill-anqas 75 °C.

    5.   Komponenti termosett

    It-temperatura li trattab Vicat ta’ component termo-sett għandha tkun ’il fuq minn 70 °C.

    6.   Komponenti elastomeriċi

    It-temperatura ta’ tranżizzjoni ta’ ħġieġ (Tg) ta’ komponent elastomeriku għandha tkun anqas minn –40 °C. It-temperatura ta’ tranżizzjoni ta’ ħġieġ għandha tkun ittestjata skond ISO 6721 “Plastik — Determinazzjoni ta’ proprjetajiet mekkaniċi dinamiċi”. Il-bidu qawwi ta’ Tg joħroġ mill-modulu ta’ ħażna tad-dijagramma versus it-temperatura billi tkun iddeterminata t-temperatura, fejn iż-żewġ tanġenti li jkunu qed jirrappreżentaw l-inżulijiet tad-dijagramma, qabel u wara t-telf drammatika ta’ l-ebusija, jaqsmu ’l xulxin.


    ANNESS 11

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ DISPOŻITTIVI TA’ INJEZZJONI TA’ GASS, JEW BIĊĊIET LI JĦALLTU L-GASS, JEW INJETTTATURI U L-INJEZZJONI KONBUSTIBBLI

    Dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass jew injettatur

    1.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.10. ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.): Klassi 1.

    1.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni: 3 000 kPa.

    1.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    1.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.2.1., Dispożizzjonijiet dwar il-klassi ta’ iżolament.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet għal meta l-enerġija tintefa.

    Paragrafu 6.15.4.1., medium ta’ skambju ta’ sħana (rekwiżiti ta’ kompatibilità u temperatura).

    1.6.   Proċeduri tat-test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    Dispożittiv ta’ injezzjoni ta’ gass jew biċċa li tħallat il-gass

    2.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.10. ta’ dan ir-Regolament.

    2.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para 2.):

    Il-Klassi 2

    :

    għall-parti bi pressjoni regolata massima matul il-funzjonament ta’ 450 kPa.

    Il-Klassi 2A

    :

    għall-parti bi pressjoni regolata massima matul il-funzjonament ta’ 120 kPa.

    2.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni:

    Partijiet tal-Klassi 2

    450 kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2A

    120 kPa.

    2.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C, meta l-pompa tal-fjuwil tkun immuntata barra mill-kontenitur.

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    2.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.2.1., Dispożizzjonijiet dwar il-klassi ta’ iżolament.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet għal meta l-enerġija tintefa.

    Paragrafu 6.15.4.1., medium ta’ skambju ta’ sħana (rekwiżiti ta’ kompatibilità u temperatura).

    2.6.   Proċeduri tat-test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Injezzjoni kombustibbli

    3.1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.18. ta’ dan ir-Regolament.

    3.2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Injezzjonijiet kombustibbli jistgħu jkunu tal-Klassi 1, 2 jew 2A.

    3.3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni:

    Partijiet tal-Klassi 1

    3 000  kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2

    450 kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2A

    120 kPa.

    3.4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    3.5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Proċeduri tat-test applikabbli:

    3.6.1.   Għal injezzjonijiet kombustibbli tal-Klassi 1:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    3.6.2.   Għal injezzjonijiet kombustibbli tal-Klassi 2 u/jew 2A:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 12

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ L-UNITÀ TA’ DOŻA TA’ GASS META MA TKUNX IMQABBLA MAD-DISPOŻITTIV(I) TA’ INJEZZJONI TA’ GASS

    1.   Definizzjoni: ara l-paragrafu 2.11. ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Il-Klassi 2

    :

    għall-parti bi pressjoni regolata massima matul il-funzjonament ta’ 450 kPa.

    Il-Klassi 2A

    :

    għall-parti bi pressjoni regolata massima matul il-funzjonament ta’ 120 kPa.

    3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni:

    Partijiet tal-Klassi 2

    450 kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2A

    120 kPa.

    4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.3.1., Dispożizzjonijiet dwar valvi mħadda bl-enerġija elettrika.

    Paragrafu 6.15.4., Medium ta’ skambju ta’ sħana (rekwiżiti ta’ kompatibilità u temperatura).

    Paragrafu 6.15.5., Sigurtà ta’ bajpas ta’ pressjoni żejda.

    6.   Proċeduri tat-test applikabbli:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Rimarki:

    Il-partijiet ta’ l-unità ta’ doża ta’ gass (Klassi 2 or 2A) ma għandhomx ikunu jillikjaw bl-iżbokk (bl-iżbokok) ta’ dik il-parti magħluq(in).

    Għat-test ta’ pressjoni żejda, l-iżbokok kollha, inklużi dawk tal-kompartiment ta’ tkessiħ, għandhom jingħalqu.


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 13

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TAS-SONDA TA’ PRESSJONI U/JEW TA’ TEMPERATURA

    1.   Definizzjoni:

    Sonda ta’ pressjoni: ara l-paragrafu 2.13. ta’ dan ir-Regolament.

    Sonda ta’ temperatura: ara l-paragrafu 2.13. ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Klassifikazzjoni tal-komponent (skond il-Figura 1, para. 2.):

    Sondi ta’ pressjoni u ta’ temperatura jistgħu jkunu tal-Klassi 1, 2 or 2A.

    3.   Pressjoni ta’ klassifikazzjoni

    Partijiet tal-Klassi 1:

    3 000  kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2:

    450 kPa.

    Partijiet tal-Klassi 2A:

    120 kPa.

    4.   Temperaturi ta’ disinn:

    –20 °C sa 120 °C

    Għal temperaturi li jaqbżu l-valuri msemmija hawn fuq, japplikaw kundizzjonijiet speċjali ta’ testijiet.

    5.   Regoli ġenerali ta’ disinn:

    Paragrafu 6.15.2., Dispożizzjonijiet dwar l-iżolament elettriku.

    Paragrafu 6.15.4.1., Medium ta’ skambju ta’ sħana (rekwiżiti ta’ kompatibilità u temperatura).

    Paragrafu 6.15.6.2., Prevenzjoni ta’ fluss ta’ gass.

    Proċeduri tat-test applikabbli:

    6.1.   Għal partijiet tal-Klassi 1:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)

    Reżistenza għal sħana xotta

    Anness 15, para. 13 (*)

    Ożonu matur

    Anness 15, para. 14 (*)

    Rallentament

    Anness 15, para. 15 (*)

    Ċiklu ta’ temperatura

    Anness 15, para. 16 (*)

    6.2.   Għal partijiet tal-Klassi 2 jew 2A:

    Test ta’ pressjoni żejda

    Anness 15, para. 4

    Likiġ estern

    Anness 15, para. 5

    Temperatura għolja

    Anness 15, para. 6

    Temperatura baxxa

    Anness 15, para. 7

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    Anness 15, para. 11 (*)

    Reżistenza għall-korrużjoni

    Anness 15, para. 12 (**)


    (*)  Għal partijiet mhux metalliċi biss.

    (**)  Għal partijiet metalliċi biss.


    ANNESS 14

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ L-UNITÀ TA’ KONTROLL ELETTRONIKU

    1.   L-unità ta’ kontroll elettroniku tista’ tkun kull dispożittiv li jikkontrolla d-domanda mill-magna għall-LPG u jistabbilixxi l-qtugħ tal-valv(i) ikkontrollat(i) remotament, il-valvi ta’ interċettazzjoni u l-pompa tal-fjuwil tas-sistema LPG f’każ ta’ ksur tal-pajp tal-provvista tal-fjuwil jew/u f’każ li l-magna tibda tieqaf taħdem;

    2.   Id-dewmien fit-tifi tal-valvi ta’ qtugħ ta’ servizz wara li l-magna tibda tieqaf taħdem jista’ ma jkunx aktar minn 5 sekondi.

    3.   L-unità ta’ kontroll elettroniku għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-kompatibilità elettromanjetika rilevanti (EMC) skond ir-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 jew ma’ ekwivalenti.

    4.   Nuqqas ta’ elettriku fis-sistema tal-vettura jista’ ma jwassalx għal ftuħ mingħajr kontroll ta’ kull valv.

    5.   Il-produzzjoni ta’ l-unità ta’ kontroll elettroniku ma għandhiex tkun inattiva meta l-enerġija elettrika tintefa jew titneħħa.


    ANNESS 15

    PROĊEDURI TAT-TESTIJIET

    1.   Klassifikazzjoni

    1.1.   Komponenti ta’ LPG għall-użu f’vetturi għandhom ikunu kklassifikati skond il-pressjoni massima ta’ funzjonament u funzjoni, skond il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.   Il-klassifikazzjoni tal-komponenti tiddetermina t-testijiet li għandhom isiru għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti jew partijiet tal-komponenti.

    2.   Proċeduri tat-testijiet applikabbli

    Fit-Tabella 1 jidhru l-proċeduri tat-testijiet applikabbli dipendenti mill-klassifikazzjoni.

    Tabella 1

    Test

    Taqsima 1

    Taqsima 2(A)

    Taqsima 3

    Paragrafu

    Pressjoni żejda

    x

    x

    x

    4.

    Likiġ estern

    x

    x

    x

    5.

    Temperatura għolja

    x

    x

    x

    6.

    Temperatura baxxa

    x

    x

    x

    7.

    Likiġ ta’ sedil

    x

     

    x

    8.

    Testijiet ta’ reżistenza/funzjonali Functional tests

    x

     

    x

    9.

    Test ta’ funzjonament

     

     

    x

    10.

    Kompatibilità ta’ l-LPG

    x

    x

    x

    11.

    Reżistenza għall-korrużjoni

    x

    x

    x

    12.

    Reżistenza għal sħana xotta

    x

     

    x

    13.

    Ożonu matur

    x

     

    x

    14.

    Rallentament

    x

     

    x

    15.

    Ċiklu ta’ temperatura

    x

     

    x

    16.

    Kompatibilità ma’ fluwidu ta’ skambju ta’ sħana

     

    x

     

     

    3.   Rekwiżiti ġenerali

    3.1.   Testijiet ta’ likiġ għandhom jitmexxew b’gass ippressat bħall-arja jew in-nitroġenu.

    3.2.   Jista’ jintuża l-ilma jew fluwidu ieħor biex tinkiseb il-pressjoni meħtieġa għat-test ta’ qawwa idrostatika.

    3.3.   Il-valuri kollha tat-test għandhom jindikaw it-tip ta’ medium użat, jekk japplika.

    3.4.   Il-perjodu ta’ test għal testijiet ta’ qawwa ta’ likiġ u qawwa idrostatika ma għandux ikun anqas minn minuta.

    3.5.   It-testijiet kollha għandhom isiru f’temperatura ambjentali ta’ 20 ±5 °C, jekk ma jingħadx mod ieħor.

    4.   Test ta’ pressjoni żejda taħt kundizzjonijiet idrawliċi

    Komponent li jkollu fih l-LPG għandu jkun jiflaħ mingħajr ebda sinjal viżibbli ta’ tifqigħ jew distorsjoni permanenti pressjoni ta’ test idrawliku li huwa determinat mit-Tabella 1 (ta’ 2,25 darba tal-pressjoni massima ta’ klassifikazzjoni) għal minimu ta’ minuta waħda bl-iżbokk tal-parti ta’ pressjoni għolja pplaggjat.

    Il-kampjuni, li qabel kienu ssuġġettati għal test ta’ tul ta’ żmien tal-paragrafu 9. għandhom ikunu kkonnettjati ma’ sors ta’ pressjoni idrostatika. Valv pożittiv ta’ interċettazzjoni u kejl ta’ pressjoni, li jkollhom firxa ta’ pressjoni ta’ mhux anqas minn 1,5 darba u mhux aktar minn 2 darbiet tal-pressjoni ta’ test, għandhom ikunu installati fil-pajpijiet ta’ provvista ta’ pressjoni idrostatika.

    It-Tabella 2 turi l-pressjoni ta’ klassifikazzjoni u l-pressjonijiet li għandhom jintużaw fit-test ta’ pressjoni għolja skond il-klassifikazzjoni:

    Tabella 2

    Klassifikazzjon ita’ komponent

    Pressjoni ta’ klassifikazzjoni

    [kPa]

    Pressjoni ta’ test idrawliku għal test ta’ pressjoni żejda

    [kPa]

    Taqsima 1, 3

    3 000

    6 750

    Taqsima 2A

    120

    270

    Taqsima 2

    450

    1 015

    5.   Test ta’ likiġ estern

    5.1.   Komponent għandu jkun ħieles minn likiġ permezz ta’ siġilli ta’ stemma jew bòdi jew ġonot oħra, u ma għandux juri sinjali ta’ porożità fit-tidwib meta jkun ittestjat kif deskritt fil-paragrafu 5.3. f’kull pressjoni ajrustatika bejn 0 u fil-pressjoni murija fit-Tabella 3. Il-preskrizzjonijiet ta’ hawn fuq jitqiesu sodisfatti jekk jitħarsu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.4.

    5.2.   It-test għandu jsir fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    f’tempearura ambjentali

    (ii)

    fit-temperatura minima ta’ funzjonament

    (iii)

    fit-temperatura massima ta’ funzjonament

    It-temperaturi minimi u massimi ta’ funzjonament jidhru fl-annessi.

    5.3.   Matul dan it-test it-tagħmir skond test (EUT) ikun ikkonnettjat ma’ sors ta’ pressjoni ajrustatika (ta’ 1,5 darba tal-pressjoni massima, u fil-każ ta’ component tal-Klassi 3, 2,25 darba tal-pressjoni massima ta’ klassifikazzjoni). Valv pożittiv ta’ interċettazzjoni u kejl ta’ pressjoni li jkollhom firxa ta’ pressjoni ta’ mhux anqas minn 1,5 darba u mhux aktar minn 2 darbiet il-pressjoni ta’ test, għandhom ikunu installati fil-pajpijiet ta’ provvista ta’ pressjoni. Il-kejl ta’ pressjoni għandu jkun installat bejn il-valv pożittiv ta’ interċettazzjoni u l-kampjun li jkun qed jiġi ttestjat. Waqt li jkun taħt il-pressjoni applikata ta’ test, il-kampjun għandu jkun mgħaddas fl-ilma biex jinstab jekk ikunx hemm likiġ, jew b’metodu ta’ test ekwivalenti ieħor (kejl ta’ fluss jew inżul ta’ pressjoni).

    Tabella 3

    Il-pressjonijiet ta’ test ta’ klassifikazzjoni u likiġ skond il-klassifikazzjoni

    Klassifikazzjoni ta’ komponent

    Pressjoni ta’ klassifikazzjoni

    [kPa]

    Pressjoni tat-test għal test ta’ likiġ

    [kPa]

    Taqsima1

    3 000

    4 500

    Taqsima 2A

    120

    180

    Taqsima 2

    450

    675

    Taqsima 3

    3 000

    6 750

    5.4.   Il-likiġ estern għandu jkun aktar baxx mir-rekwiżiti msemmija fl-annessi jew, jekk ma jissemmewx rekwiżiti, il-likiġ estern għandu jkun anqas minn 15 cm3/s-siegħa bl-iżbokk ipplaggjat, meta titqiegħed għal pressjoni ta’ gass ugwali għall-pressjoni ta’ test ta’ likiġ.

    6.   Test ta’ pressjoni għolja

    Komponent li jkollu fih l-LPG ma għandux jillikja aktar minn 15 cm3/s-siegħa bl-iżbokk ipplaggjat meta jitqiegħed għal pressjoni ta’ gass f’temperatura massima ta’ funzjonament, kif indikat fl-annessi, ugwali għall-pressjoni ta’ test ta’ likiġ (Tabella 3, paragrafu 5.3.). Il-komponent għandu jkun ikkundizzjonat għal mill-anqas 8 sigħat f’din it-temperatura.

    7.   Test ta’ temperatura baxxa

    Komponent li jkollu l-LPG ma għandux jillikja għal aktar minn 15 cm3/is-siegħa bl-iżblokk ipplaggjat meta jitqiegħed għal pressjoni ta’ gass, fit-temperatura minima ta’ funzjonament (–20 °C), ugwali għall-pressjoni ta’ test ta’ likiġ (Tabella 3, paragrafu 5.3.). Il-komponent għandu jkun ikkundizzjonat għal mill-anqas 8 sigħat f’din it-temperatura.

    8.   Test ta’ likiġ ta’ sedil

    It-testijiet li ġejjin għal likiġ ta’ sedil għandhom jitmexxew fuq kampjuni ta’ valv ta’ servizz jew ta’ unità ta’ mili li qabel kienu ssuġġettati għat-test ta’ likiġ estern tal-paragrafu 5. hawn fuq.

    8.1.1.   Testijiet ta’ likiġ ta’ sedil jitmexxew bid-daħla tal-valv kampjun ikkunnettjat ma’ sors ta’ pressjoni ajrustatika, bil-valv fil-pożizzjoni magħluqa u bl-iżbokk miftuħ. Valv pożittiv ta’ interċettazzjoni u kejl ta’ pressjoni li jkollhom firxa ta’ pressjoni ta’ mhux anqas minn 1,5 darba u mhux aktar minn 2 darbiet il-pressjoni ta’ test għandhom ikunu installati fis-sistema ta’ provvista ta’ pressjoni. Il-kejl ta’ pressjoni għandu jkun installat bejn il-valv pożittiv ta’ interċettazzjoni u l-kampjun li jkun qed jiġi ttestjat. Waqt li jkunu taħt il-pressjoni applikata ta’ test, għandhom isiru osservazzjonijiet dwar likiġ bl-iżbokk miftuħ mgħaddas fl-ilma, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

    8.1.2.   Konformità mal-paragrafi 8.2. sa 8.8. hawn taħt għandha tkun determinata billi jkun ikkunnettjat tul ta’ tubu ma’ l-iżbokk tal-valv. It-tarf miftuħ ta’ dan it-tubu żbokk għandu jitqiegħed f’ċilindru gradwat u maqlub rasu ’l isfel li jkun kalibrat f’ċentimetri kubi. Iċ-ċilindru maqlub rasu ’l isfel għandu jingħalaq b’siġill ta’ l-ilma. L-apparat għandu jkun aġġustat biex:

    (1)

    it-tarf tat-tubu żbokk jitqiegħed bejn wieħed u ieħor 13-il mm ’il fuq mil-livell ta’ l-ilma ġewwa ċ-ċilindru gradwat maqlub rasu ’l isfel, u

    (2)

    l-ilma ġewwa u barra ċ-ċilindru gradwat ikun fl-istess livell. Wara li jkunu saru dawn l-aġġustamenti, il-livell ta’ l-ilma ġewwa ċ-ċilindru gradwat għandu jkun irreġistrat. Bil-valv fil-pożizzjoni magħluqa meħuda bħala riżultat ta’ funzjonament normali, għandhom ikunu applikati arja jew nitroġenu bil-pressjoni speċifikata ta’ test lid-daħla tal-valv għal perjodu tat-test ta’ mhux anqas minn 2 minuti. Matul dan il-ħin il-pożizzjoni vertikali taċ-ċilindru gradwat għandha tkun aġġustata, jekk ikun meħtieġ, biex jinżamm l-istess livell ta’ ilma ġewwa fih u barra minnu.

    Fi tmiem il-perjodu tat-test u bl-ilma ġewwa u barra ċ-ċilindru gradwat fl-istess livell, il-livell ta’ l-ilma ġewwa ċ-ċilindru gradwat jerġa’ jkun irreġistrat. Mill-bidla fil-volum ġewwa ċ-ċilindru gradwat, ir-rata ta’ likiġ għandha tkun ikkalkulata skond il-formula li ġejja:

    Formula

    fejn:

    V1

    =

    rata ta’ likiġ, ċentimetri kubi ta’ arja jew nitroġenu fis-siegħa.

    Vt

    =

    żieda fil-volum ġewwa ċilindru gradwat matul test.

    t

    =

    ħin tat-test, minuti.

    P

    =

    pressjoni barometrika matul it-test, f’kPa.

    T

    =

    temperatura ambjentali matul it-test, f’K.

    8.1.3.   Minflok il-metodu deskritt hawn taħt, likiġ jista’ jitkejjel b’miter ta’ fluss installat fuq in-naħa tad-daħla tal-valv taħt test. Il-miter ta’ fluss għandu jkun kapaċi juri sewwa, għall-fluwidu tat-test użat, ir-rati ta’ fluss ta’ likiġ massimu permess.

    8.2.   Is-sedil ta’ valv ta’ interċettazzjoni, meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa, għandu jkun ħieles minn likiġ f’kull pressjoni ajrustatika bejn 0 sa 3 000 kPa.

    8.3.   Valv ta’ direzzjoni waħda li jkun ipprovdut b’sedil reżiljenti, meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa, ma għandux jillikja meta jkun issuġġettat għal kull pressjoni ajrustatika bejn 50 u 3 000 kPa.

    8.4.   Valv ta’ direzzjoni waħda pprovdut b’sedil ta’ metall ma’ metal, meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa, ma għandux jillikja f’rata li taqbeż 0,50 dm3/is-siegħa meta jkun issuġġettat għal pressjoni ta’ daħla sal-pressjoni ta’ test skond it-Tabella 3 fil-paragrafu 5.3.

    8.5.   Is-sedil tal-parti ta’ fuq tal-valv ta’ direzzjoni waħda użat fl-immuntar ta’ unità tal-mili, meta tkun fil-pożizzjoni magħluqa, għandu jkun ħieles minn likiġ f’kull pressjoni ajrustatika bejn 50 u 3 000 kPa.

    8.6.   Is-sedil ta’ akkoppjament ta’ servizz, meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa, għandu jkun ħieles minn likiġ f’kull pressjoni ajrustatika bejn 0 to 3 000 kPa.

    8.7.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni tat-tubu tal-gass ma għandux ikollu likiġ intern sa 3 000 kPa.

    8.8.   Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni (valv ta’ pressjoni) ma għandux ikollu likiġ intern sa 2 600 kPa.

    9.   Test ta’ reżistenza

    9.1.   Unità tal-mili jew valv ta’ servizz għandhom ikunu jistgħu jkunu konformi mar-rekwiżiti tat-test ta’ likiġ applikabbli tal-paragrafi 5. u 8. hawn fuq, wara li jkunu ssuġġettati għal għadd ta’ ċikli ta’ ftuħ u għeluq kif imsemmi fl-annessi.

    9.2.   Valv ta’ interċettazzjoni għandu jkun ittestjat mal-valv ta’ żbokk ipplaggjat. Il-bòdi tal-valv ikun mimli b’n-eżanu, u d-daħla tal-valv tkun issuġġettata għal pressjoni ta’ 3 000 kPa.

    9.3.   Test ta’ reżistenza għandu jitmexxa b’rata mhux mgħaġġla aktar minn 10 darbiet kull minuta. Għal valv ta’ interċettazzjoni, it-torque ta’ għeluq għandu jkun konsistenti mad-daqs tar-rota ta’ l-id, ir-renċ jew mezzi oħra li jintużaw biex jitħaddem il-valv.

    9.4.   It-testijiet xierqa għal likiġ estern u ta’ sedil, kif deskritt skond it-test ta’ likiġ estern fil-paragrafu 5. u test ta’ likiġ ta’ sedil fil-paragrafu 8., għandhom jitmexxew mill-ewwel wara t-test ta’ reżistenza.

    Reżistenza għal valv ta’ waqfien ta’ 80 fil-mija

    9.5.1.   Valv ta’ waqfien ta’ 6 000 fil-mija għandu jkun jista’ jiflaħ ċiklu sħiħ ta’ mili sal-grad massimu ta’ mili.

    10.   Testijiet ta’ funzjonament

    Test ta’ funzjonament tal-valv ta’ skariku ta’ pressjoni (ta’ tubu tal-gass)

    10.1.1.   Fil-każ ta’ valvi ta’ skariku ta’ pressjoni, tliet kampjuni ta’ kull daqs, disinn u fasla għandhom jintużaw għal testijiet ta’ pressjoni ta’ minn bidu sa ħruġ u ta’ ssiġillar mill-ġdid. Dan l-istess sett ta’ tliet valvi għandu jintuża għal testijiet ta’ kapaċità ta’ fluss għal osservazzjonijiet oħra indikati fil-paragrafi li ġejjin.

    Għandhom isiru mhux anqas minn żewġ osservazzjonijiet waħda wara l-oħra dwar pressjoni ta’ minn bidu sa ħruġ u ta’ ssiġillar mill-ġdid fuq kull wieħed mill-valvijiet tat-testijiet skond test Nru 1 u 3 tal-paragrafi 10.1.2. u 10.1.4. hawn taħt.

    Pressjonijiet minn bidu sa ħruġ u ta’ ssiġillar mill-ġdid ta’ valvi ta’ skariku ta’ pressjoni — test Nru 1

    10.1.2.1.   Qabel ma tkun issuġġettata għal test ta’ kapaċità ta’ fluss, il-pressjoni minn bidu sa ħruġ ta’ kull wieħed mill-kampjuni ta’ valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ daqs, disinn u fasla speċifiċi għandha tkun bejn ±3 fil-mija tal-medja tal-pressjonijiet, iżda l-pressjoni minn bidu sa ħruġ ta’ kull wieħed mit-tliet valvi ma għandhiex tkun anqas minn 95 fil-mija u mhux aktar minn 105 fil-mija tal-pressjoni stabbilita mmarkata fuq il-valv.

    10.1.2.2.   Il-pressjoni ta’ ssiġillar mill-ġdid ta’ valv ta’ skariku ta’ pressjoni, qabel ma tkun issuġġettata għal test ta’ kapaċità ta’ fluss ma għandhiex tkun anqas minn 50 fil-mija tal-pressjoni minn bidu sa ħruġ kif osservata inizjalment.

    10.1.2.3.   Skariku ta’ pressjoni għandu jkun ikkunnettjat ma’ sors ta’ provvista ta’ arja jew ta’ provvista oħra ajrustatika li jkunu jistgħu jinżammu fi pressjoni ta’ mill-anqas 500 kPa bħala pressjoni effettiva ’il fuq mill-pressjoni stabbilita mmarkata tal-valv li jkun qed jiġi ttestjat. Valv pożittiv ta’ interċettazzjoni u kejl ta’ pressjoni li jkollhom firxa ta’ pressjoni ta’ mhux anqas minn darba u mhux aktar minn 2 darbiet tal-pressjoni ta’ test, għandhom ikunu installati fil-pajpijiet ta’ provvista. Il-kejl ta’ pressjoni għandu jkun installat fil-pajpijiet bejn il-valv li jkun qed jiġi ttestjat u l-valv pożittiv ta’ interċettazzjoni. Pressjoni minn bidu sa ħruġ u ta’ ssiġllar mill-ġdid għandhom ikunu osservati permezz ta’ siġill ta’ l-ilma ta’ mhux aktar minn 100 mm fond.

    10.1.2.4.   Wara li tkun irreġistrata l-pressjoni minn bidu sa ħruġ tal-valv, il-pressjoni għandha tiżdied biżżejjed ’il fuq mill-pressjoni minn bidu sa ħruġ biex ikun żgurat li l-valv jinqala’. Il-valv ta’ interċettazzjoni għandu mbagħad jingħalaq b’mod issikkat u s-siġill ta’ l-ilma, kif ukoll il-kajl ta’ pressjoni, għandhom ikunu osservati sewwa. Il-pressjoni li fiha ma jibqax ikun hemm bżieżaq fl-ilma għandha tkun irreġistrata bħala l-pressjoni ta’ ssiġillar mill-ġdid tal-valv.

    Kapaċità ta’ fluss ta’ valvi ta’ skariku ta’ pressjoni — test Nru 2

    10.1.3.1.   Il-kapaċità ta’ fluss ta’ kull wieħed mit-tliet kampjuni ta’ valv ta’ skariku ta’ pressjoni ta’ daqs’ disinn u fasla speċifiċi għandhom ikun ta’ firxa ta’ 10 fil-mija ta’ l-ogħla kapaċità osservata.

    10.1.3.2.   Matul it-testijiet ta’ kapaċità ta’ fluss fuq kull valv, ma għandux ikun hemm sinjali ta’ vibrazzjonijiet jew kundizzjonijiet mhux normali ta’ funzjonament.

    10.1.3.3.   Il-pressjoni ta’ skariku ta’ kull valv ma għandhiex tkun anqas minn 65 fil-mija tal-pressjoni minn bidu sa ħruġ kif reġistrata inizjalment.

    10.1.3.4.   Test ta’ kapaċità ta’ fluss fuq valv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jitmexxa bi pressjoni ta’ rata ta’ fluss ta’ 120 fil-mija tal-pressjoni massima stabbilita.

    10.1.3.5.   Test ta’ kapaċità ta’ fluss fuq valv ta’ skariku ta’ pressjoni għandu jitmexxa billi jintuża miter ta’ fluss ta’ ftuħ iddisinjat u kkalibrat sewwa tat-tip ta’ flanġ ikkonnettjat ma’ sors ta’ provvista ta’ arja ta’ kapaċità u pressjoni adegwati. Modifiki tal-miter ta’ fluss minn dawk deskritti hawn, u medium ta’ fluss ajrustatiku li ma jkunx ta’ l-arja, jistgħu jintużaw bil-kundizzjoni li r-riżultati aħħarin ikunu l-istess.

    10.1.3.6.   Il-miter ta’ fluss għandu jkun irranġat b’pajpijiet twal biżżejjed kemm qabel kif ukoll wara l-ftuħ, jew b’arranġamenti oħra inklużi xfafar li jiddrittaw, biex ikun żgurat li ma jkunx hemm disturb fil-post tal-ftuħ għall-proporzjonijiet ta’ ftuħ għal dijametri li jkollhom jintużaw.

    Għandhom ikunu pprovduti flanġijiet li bejnhom il-pjanċa ta’ ftuħ tkun tinsab u tkun marbuta, li jkollhom linji ta’ tluq ta’ pressjoni kkonnettjati ma’ manometru. Dan l-istrument jindika d-differenzjali ta’ pressjoni tul il-pjanċa ta’ ftuħ u l-qari jintuża fiċ-ċirkolazzjoni tal-fluss. Kejl kalibrat ta’ pressjoni għandu jkun installat f’dik il-parti tal-pajp tal-miter ’l isfel mill-pjanċa ta’ ftuħ. Dan il-kejl jindika l-pressjoni tal-fluss u l-qari jintuża wkoll fiċ-ċirkolazzjoni tal-fluss.

    10.1.3.7.   Strument li juri t-temperatura għandu jkun ikkonnettjat mal-pajp tal-miter ’l isfel mill-pjanċa ta’ ftuħ biex juri t-temperatura ta’ l-arja li tkun dieħla fil-valv ta’ sikurezza. Il-qari ta’ dan l-istrument għandu jkun integrat fil-kalkulazzjoni biex ikun hemm korrezzjoni tat-temperatura ta’ fluss ta’ arja għal temperatura bażi ta’ 15 °C. Għandu jkun hemm barometru disponibbli biex juri l-pressjoni atmosferika tal-mument.

    Il-qari tal-barometru għandu jiżdied mal-pressjoni ta’ kejl ta’ fluss ta’ arja indikata. Din il-pressjoni assoluta għandha bl-istess mod tkun integrata fil-kalkulazzjoni tal-fluss. Il-pressjoni ta’ l-arja lill-miter ta’ fluss għandha tkun ikkontrollata b’valv adatt installat fil-pajpijiet ta’ provvista ta’ arja quddiem il-miter ta’ fluss. Il-valv ta’ skariku ta’ pressjoni li jkun qed jiġi ttestjat għandu jkun ikkunnettjat mat-tarf tal-ħruġ tal-miter ta’ fluss.

    10.1.3.8.   Wara li jkunu saru t-tħejjijiet kollha għal testijiet ta’ kapaċità ta’ fluss, il-valv fil-linja ta’ provvista ta’ arja għandu jinfetaħ bil-mod u l-pressjoni għall-valv li jkun qed jiġi ttestjat għandha tiżdied għall-pressjoni adatta ta’ rata ta’ fluss. Matul dan l-intervall, il-pressjoni li fiha l-valv jagħmel “paqq” u jinfetaħ għandha tkun irreġistrata bħala l-pressjoni tal-ftuħ b’dak il-ħoss.

    10.1.3.9.   Il-pressjoni ta’ rata ta’ fluss determinata minn qabel għandha tinżamm kostanti għal intervall qasir sakemm il-qari ta’ l-istrumenti jsiru stabbli. Qari tal-kelj ta’ pressjoni ta’ fluss, tal-manometru ta’ differenzjali ta’ pressjoni u ta’ l-indikatur tat-temperatura ta’ l-arja għaddejja għandhom ikunu rreġistrati fl-istess ħin. Il-pressjoni mbagħad għandha titnaqqas sakemm ma jkunx hemm aktar ħruġ mill-valv.

    Il-pressjoni li fiha jiġri dan għandha tkun irreġistrata bħala l-pressjoni ta’ skariku tal-valv.

    10.1.3.10.   Mid-data rreġistrata u mill-koeffiċjenti magħruf ta’ ftuħ tal-miter ta’ fluss, il-kapaċità ta’ fluss ta’ arja tal-valv ta’ skariku ta’ pressjoni li tkun ġiet ittestjata għandha tkun ikkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja

    Formula

    fejn:

    Q

    =

    Kapaċità ta’ fluss ta’ valv ta’ skariku ta’ pressjoni — f’m3/min. ta’ arja f’100 kPa assoluti u 15 °C.

    Fb

    =

    Fattur bażiku ta’ ftuħ ta’ miter ta’ fluss f’100 kPa assoluti u 15 °C.

    Ft

    =

    Fattur ta’ temperatura ta’ arja għaddejja biex tibdel temperatura rrekordjata għal bażi ta’ 15 °C.

    h

    =

    Pressjoni divrenzjali tul il-ftuħ tal-miter f’kPa.

    p

    =

    Pressjoni ta’ arja għaddejja għal valv ta’ skariku ta’ pressjoni — f’kPa assoluti (pressjoni ta’ kejl reġistrata u pressjoni barometrika reġistrata).

    60

    =

    Denominatur biex l-ekwazzjoni tinbidel minn m3/hour għal m3/min.

    10.1.3.11.   Il-kapaċità medja ta’ fluss tat-tliet valvi ta’ skariku ta’ pressjoni maqtugħa għad-dritt sa l-eqreb ħames unitajiet għandha titqies bħala l-kapaċità tal-fluss tal-valv ta’ dak id-daqs, disinn u fasla speċifiċi.

    Verifika mill-ġdid ta’ pressjonijiet minn bidu sa ħruġ u ta’ ssiġillar mill-ġdid ta’ valvi ta’ skariku ta’ pressjoni — test Nru 3

    10.1.4.1.   Wara t-testijiet ta’ kapaċità ta’ fluss, il-pressjoni ta’ minn bidu sa ħruġ ta’ valv ta’ skariku ta’ pressjoni ma għandhiex tkun anqas minn 85 fil-mija, u l-pressjoni ta’ ssiġillar mill-ġdid ma għandhiex tkun anqas minn 80 fil-mija tal-pressjonijiet inizjali ta’ minn bidu sa ħruġ u ta’ ssiġillar irreġistrati skond it-test Nru 1 tal-paragrafu 10.1.2.

    10.1.4.2.   Dawn it-testijiet għandhom jitmexxew madwar siegħa wara t-test ta’ kapaċità ta’ fluss, u li l-proċedura tat-test għandha tkun l-istess bħal dik deskritta fit-test Nru 1 tal-paragrafu 10.1.2.

    Valv ta’ fluss ta’ eċċess ta’ test ta’ funzjonament

    10.2.1.   Valv ta’ fluss ta’ eċċess għandu jiffunzjona għal mhux aktar minn 10 fil-mija ’l fuq jew għal anqas minn 20 fil-mija taħt il-kapaċità kklassifikata ta’ flus ta’ għeluq kif speċifikata mill-manifattur, u għandu jagħlaq awtomatikament f’differenzjali ta’ pressjoni tul il-valv ta’ mhux aktar minn 100 kPa matul it-test ta’ funzjonament kif deskritt hawn taħt.

    10.2.2.   Tliet kampjuni ta’ kull daqs u tip ta’ valv għandhom ikunu ssuġġettati għal dawn it-testijiet. Valv maħsub biss għal użu biss b’likwidu għandu jkun ittestjat bl-ilma, inkella t-testijiet għandhom isiru kemm bl-arja kif ukoll bl-ilma. Ħlief bil-mod kif indikat fil-paragrafu 10.2.3., testijiet separati għandhom isiru b’kull kampjun installat f’pożizzjoni vertikali, orizzontali u bil-maqlub. It-testijiet bl-arja għandhom isiru mingħajr pajpijiet jew restrizzjoni oħra kkonnettjati ma’ l-iżbokk tal-kampjun tat-testijiet.

    10.2.3.   Valv maħsub biex ikun installat f’pożizzjoni waħda biss jista’ jkun ittestjat biss f’dik il-pożizzjoni.

    10.2.4.   It-test bl-arja għandu jitmexxa billi jintuża miter ta’ flus ta’ ftuħ iddisinjat u kkalibrat sewwa tat-tip ta’ flanġ, ikkonnettjat ma’ sors ta’ provvista ta’ arja ta’ kapaċità u pressjoni adegwata.

    10.2.5.   Il-kampjun tat-test għandu jkun ikkunnettjat ma’ l-iżbokk tal-miter ta’ fluss. Manometru jew qari kalibrat ta’ kejl ta’ pressjoni b’żidiet ta’ mhux aktar minn 3 kPa għandhom ikunu installati fuq in-naħa ta’ fuq tal-kampjun tat-test biex jindika l-pressjoni ta’ għeluq.

    10.2.6.   It-test jitmexxa billi jiżdied bil-mod il-fluss ta’ arja permezz tal-miter ta’ fluss sakemm il-valv ta’ kontroll jingħalaq. Malli jingħalaq, id-differenzjal tal-pressjoni tul il-ftuħ u l-pressjoni ta’ għeluq indikata mill-kejl għandhom ikunu rreġistrati. Imbagħad għandha tkun ikkalkulata r-rata ta’ fluss ma’ l-għeluq.

    10.2.7.   Jistgħu jintużaw tipi oħra ta’ miters ta’ fluss u ta’ gass, minbarra l-arja.

    10.2.8.   It-test bl-ilma għandu jitmexxa billi jintuża miter ta’ fluss likwidu (jew ekwivalenti) installat f’sistema ta’ pajpijiet li jkollha pressjoni biżżejjed biex tipprovdi l-fluss meħtieġ. Is-sistema għandha tinkludi pjeżometru ta’ daħla jew pajp mill-anqas akbar daqs pajp mill-valv li jkun ser jiġi ttestjat, b’valv ta’ kontroll ta’ fluss ikkonnettjat bejn il-miter ta’ fluss u l-pjeżometru. Manka jew valv idrostatitku ta’ skariku, jew it-tnejn, jistgħu jintużaw biex jitnaqqas l-effett tax-xokk tal-pressjoni meta l-valv ta’ fluss ta’ eċċess jingħalaq.

    10.2.9.   Il-kampjun għandu jkun ikkunnettjat mat-tarf ta’ l-iżbokk tal-pjeżometru. Manometru jew kejl kalibrat ta’ pressjoni tat-tip ritardat, li jħalli jittieħed qari fil-firxa ta’ 0 sa 1 440 kPa għandu jkun ikkunnettjat ma’ tluq ta’ pressjoni fuq in-naħa ta’ fuq tal-kampjun tat-test biex jindika l-pressjoni ta’ għeluq. Il-konnessjoni għandha ssir billi jintuża tul ta’ manka tal-lastku bejn il-kejl ta’ pressjoni u t-tluq ta’ pressjoni, b’valv installat fid-daħla tal-kejl biex l-arja titħalla tibblidja mis-sistema.

    10.2.10.   Qabel ma jsir it-test, il-valv ta’ kontroll ta’ fluss għandu jinfetaħ ftit, bil-pajp ta’ l-ibblidjar fil-kejl ta’ pressjoni miftuħ, biex titneħħa l-arja mis-sistema. Il-pajp ta’ l-ibblidjar għandu mbagħad jingħalaq u t-test jitmexxa billi jiżdied bil-mod il-fluss sakemm il-valv ta’ kontroll jingħalaq. Matul it-test il-kejl ta’ pressjoni għandu jitqiegħed fl-istess livell bħall-kampjun tat-test. Malli jkun hemm l-għeluq, ir-rata ta’ fluss u l-pressjoni ta’ għeluq għandhom ikunu rreġistrati. Meta l-valv ta’ fluss ta’ eċċess ikun fil-pożizzjoni ta’ qtugħ, ir-rata ta’ fluss tal-likiġ jew bajpas għandha tkun irreġistrata.

    10.2.11.   Valv ta’ fluss ta’ eċċess użat fl-immuntar ta’ unità għandu jingħalaq awtomatikament f’differenzjal ta’ pressjoni ta’ mhux aktar minn 138 kPa meta jkun ittestjat kif deskritt hawn taħt.

    10.2.12.   Tliet kampjuni ta’ kull daqs ta’ valv għandhom ikunu ssuġġettati għal dawn it-testijiet. It-testijiet għandhom isiru bl-arja, u għandhom isiru testijiet separati b’kull kampjun immuntat b’mod vertikali u orizzontali. It-testijiet għandhom jitmexxew kif deskritt fil-paragrafi 10.2.4. sa 10.2.7., b’akkoppjamnet ta’ manka ta’ unità tal-mili kkunnettjata mal-kampjun tat-test u bil-valv ta’ fuq ta’ direzzjoni waħda miżmum fil-pożizzjoni miftuħa.

    Test ta’ veloċità qawwija

    10.3.1.   L-ittestjar tal-funzjoni sewwa tad-dispożittiv li jillimita l-grad tal-mili tal-kontenitur għandu jsir bil-mili tal-veloċità ta’ 20, 50 u 80 l/min jew għar-rata massima ta’ fluss bi pressjoni għal fuq ta’ 700 kPa abs.

    Test ta’ entratura għal-limitatur tal-mili

    Id-dispożittiv li jillimita l-grad tal-mili tal-kontenitur għandu jkun jista’ jiflaħ 6 000 ċiklu sħiħ ta’ mili sal-grad massimu ta’ mili.

    10.4.1.   Ambitu

    Kull dispożittiv li jillimita l-grad tal-mili tal-kontenitur u li jkun jiffunzjona b’varjabbli, wara li jkun ġie ssuġġettat għat-testijiet li jivverifikaw li:

    jillimita l-grad ta’ mili tal-kontenitur sa 80 fil-mija jew anqas tal-kapaċità tiegħu;

    ma jħallix — fil-pożizzjoni ta’ qtugħ — kull mili tal-kontenitur b’rata li taqbeż 0,5 litru/kull minuta,

    għandu jkun suġġett għal waħda mill-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 10.5.5. jew 10.5.6. hawn taħt biex ikun żgurat li d-dispożittiv ikun mibni b’mod li jkun jiflaħ stress ta’ vibrazzjoni dinamika mistennija u biex ikun żgurat li ma jkunx hemm degradazzjonijiet ta’ prestazzjoni jew nuqqas ta’ funzjonament b’mod sodisfaċenti mill-ambjent ta’ vibrazzjoni ta’ servizz.

    Il-proċedura tat-test ta’ vibrazzjoni

    10.5.1.   Teknika ta’ tagħmir u mmuntar

    L-oġġett tat-test għandu jitwaħħal mat-tagħmir ta’ vibrazzjoni permezz tal-mezzi normali tiegħu ta’ mmuntar, jew direttament ma’ l-istimulant ta’ vibrazzjoni jew tabella ta’ tranżizzjoni jew permezz ta’ attrezzatura solida li tkun tista’ tittrasmetti l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ vibrazzjoni. Tagħmir użat biex ikejjel u/jew jirreġistra l-livell ta’ aċċelerzzjoni jew il-livell ta’ amplitudni u l-frekwenza għandu jkollu preċiżjoni ta’ mill-anqas 10 fil-mija tal-valur imkejjel.

    10.5.2.   Għażla tal-proċedura

    Skond kif tagħżel l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, it-testijiet għandhom isiru jew skond il-proċedura A deskritta fil-paragrafu 10.5.5. jew skond il-proċedura B deskritta fil-paragrafu 10.5.6.

    10.5.3.   Ġenerali

    It-testijiet li ġejjin għandhom isiru tul it-tliet assi ortogonali ta’ l-oġġett tat-test.

    Proċedura A

    10.5.4.1.   Tiftix għal reżonanza

    Frekwenzi riżonanti tal-limitatur tal-mili għandhom ikunu determinati billi jkun hemm varjazzjoni bil-mod fil-frekwenza ta’ vibrazzjoni applikata permezz tal-firxa speċifikata f’livelli ta’ test imnaqqsa iżda b’amplitudni biżżejjed li tistimula l-oġġett. Tiftix għal reżonanza sinusojdali jista’ jsir billi jintuża l-livell tat-test u l-ħin ċikliku speċifikat għat-test ċikliku, basta li l-ħin ta’ tiftix għar-reżonanza jkun inkluż fit-test ċikliku meħtieġ skond il-paragrafu 10.5.5.3.

    10.5.4.2.   Test ta’ waqfien ta’ reżonanza

    L-oġġett tat-test għandu jkun ivvibrat għal 30 minuta tul kull fuż f’sekwenzi ta’ reżonanza l-aktar qlil kif stabbiliti fil-10.5.5.1. Il-livell tat-test għandu jkun 1,5 g (14,7 m/sek2). Jekk jinstabu aktar minn erba’ sekwenzi ta’ reżonanza sinifikanti għal xi wieħed mill-fużijiet, l-erba’ frekwenzi reżonanti l-aktar qlil għandhom jintgħażlu għal dan it-test. Jekk matul it-test ikun hemm bidla fil-frekwenza ta’ reżonanza, għandu jkun irreġistrat il-waqt meta ssir u l-frekwenza għandha tkun aġġustata mill-ewwel biex il-kundizzjoni tar-reżonanza tinżamm fl-aqwa tagħha. Il-frekwenza ta’ reżonanża aħħarija għandha tkun irreġistrata. Il-ħin kollu tat-test ta’ waqfien għandu jkun inkluż fit-test ċikliku meħtieġ skond il-paragrafu 10.5.5.3.

    10.5.4.3.   Test ċikliku sinusojdali

    L-oġġett tat-test għandu jkun ivvibrat b’mod sinusoidali għal tliet sigħat tul il-fużijiet ortogonali tiegħu skond:

    livell ta’ aċċelerazzjoni ta’ 1,5 g (14,7 m/sek2),

    firxa ta’ frekwenza ta’ 5 to 200 Hz,

    ħin skandat ta’ 12-il minuta.

    Il-frekwenza ta’ vibrazzjoni applikata għandha tkun skandata tul il-firxa speċifikata b’mod logaritmiku.

    L-iskansjoni speċifikata hija dik ta’ skansjoni tiela flimkien ma skansjoni nieżla.

    Proċedura B

    10.5.5.1.   It-test għandu jsir fuq bank sinusojdali jivvibra, b’aċċelerazzjoni kostanti ta’ 1,5 g u fi frekwenzi li jvarjaw bejn 5 u 200 Hz. It-test għandu jdum għal ħames sigħat għal kull fus speċifikat fil-paragrafu 10.5.4. Il-band ta’ frekwenza 5-200 Hz għandha tkun koperta f’kull wieħed miż-żewġ sensi fi 15-il minuta.

    10.5.5.2.   Alternattivament, fil-każ li t-test ma jitmexxiex billi jintuża bank ta’ aċċelerazzjoni kostanti, il-band ta’ frekwenza minn 5 sa 200 Hz għandha terġa tinqasam fi 11-il band semi-ottavi, kull waħda minnhom koperta b’amplitudni kostanti, biex b’hekk l-aċċelerazzjoni teoretika tkun inkluża bejn 1 u 2 g (g = 9,8 m/sek2).

    Amplitudnijiet ta’ vibrazzjoni għal kull band huma dawn li ġejjin:

    Amplitudni f’mm (l-ogħla valur)

    Frekwenza f’Hz (għal aċċelerazzjoni = 1 g)

    Frekwenza f’Hz (għal aċċelerazzjoni = 2 g)

    10

    5

    7

    5

    7

    10

    2,50

    10

    14

    1,25

    14

    20

    0,60

    20

    29

    0,30

    29

    41

    0,15

    41

    57

    0,08

    57

    79

    0,04

    79

    111

    0,02

    111

    157

    0,01

    157

    222

    Kull band għandha tkun koperta fiż-żewġ direzzjonijiet f’2 minuti, 30 minuta totalment għal kull band.

    10.5.6.   Speċifikazzjoni

    Wara li jkun issuġġettat għal waħda mill-proċeduri tat-test ta’ vibrazzjoni deskritti hawn fuq, id-dispożittiv ma għandux juri nuqqasijiet mekkaniċi u jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti tat-test ta’ vibrazzjoni biss fil-każ li l-valuri tal-parametri karatteristiċi tiegħu:

    grad ta’ mili fil-pożizzjoni ta’ qtugħ,

    rata ta’ mili permessa fil-pożizzjoni ta’ qtugħ,

    ma jaqbżux il-limiti preskritti u ma jkunux aktar minn 10 fil-mija tal-valuri ta’ qabel il-proċedura tat-test ta’ vibrazzjzoni.

    11.   Testijiet ta’ kompatibilità ta’ l-LPG għal materjali sintetiċi

    11.1.   Parti sintetika f’kuntatt ma’ likwidu LPG ma għandhiex turi bidla eċċessiva fil-volum jew telf ta’ piż.

    Reżistenza għal n-pentanu skond ISO 1817 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    medium: n-pentanu

    (ii)

    temperatura: 23 °C (tolleranza skond ISO 1817)

    (iii)

    perjodu ta’ immersjoni: 72 siegħa.

    11.2.   Rekwiżiti:

    20 fil-mija ta’ bidla massima fil-volum

    Wara ħażna fl-arja f’temperatura ta’ 40 °C għal perjodu ta’ 48 siegħa l-massa mqabbla mal-valur oriġinali tista’ ma tonqosx aktar minn 5 fil-mija.

    12.   Reżistenza għal korrużjoni

    Komponent tal-metall li jkollu fih l-LPG għandu jkun konformi mat-testijiet ta’ likiġ imsemmijin f’4, 5, 6 u 7 u wara li jkun tqiegħed għal 144 siegħa għal test ta’ sprej ta’ melħ skond ISO 9227, bil-konnessjonijiet kollha magħluqa.

    jew test mhux obbligatorju:

    Komponent tal-metall li jkollu fih l-LPG għandu jkun konformi mat-testijiet ta’ likiġ imsemmijin f’4, 5, 6 u 7 u u wara li jkun tqiegħed għal test ta’ sprej ta’ melħ skond IEC 68-2-52 Kb: Test Opak ta’ Sprej tal-Melħ.

    Il-proċedura tat-test:

    Qabel ma jsir it-test il-komponent għandu jitnaddaf skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Il-konnessjonijiet għandhom jingħalqu. Il-komponent ma għandux jitħaddem matul it-test.

    Wara l-komponent għandu jitqiegħed għal 2 sigħat għal sprej b’soluzzjoni ta’ melħ, li jkollha 5 fil-mija NaCl (massa fil-mija) b’anqas minn 0,3 fil-mija tniġġis u 95 fil-mija ilma distillat jew demineralizzat, f’temperatura ta’ 20 °C. Wara l-isprej il-komponent jinħażen f’temperatura ta’ 40 °C u f’umdità relattiva ta’ 90-95 fil-mija għal 168 siegħa. Din is-sekwenza għandha terġa’ ssir għal 4 darbiet.

    Wara t-test il-komponent għandu jitnaddaf u jitnixxef għal siegħa waħda f’55 °C. Il-komponent għandu issa jkun ikkundizzjonat għal kundizzjonijiet ta’ referenza tul 4 sigħat, qabel ma jitqiegħed għal aktar ittestjar.

    12.2.   Komponent tar-ram jew tar-ram isfar li jkollu fih l-LPG għandu jkun konformi mat-testijiet ta’ likiġ imsemmijin f’4, 5, 6 u 7 u wara li jkun tqiegħed għal 24 siegħa f’immersjoni ta’ Ammonja skond ISO 6957 bil-konnessjonijiet kollha magħluqa.

    13.   Reżistenza għal sħana xotta

    It-test għandu jsir skond ISO 188. Il-biċċa tal-prova għandha tkun esposta għall-arja f’temperatura ugwali għat-temperatura massima ta’ funzjonament għal 168 siegħa.

    Il-bidla permissibbli fil-qawwa tat-tensjoni ma għandhiex taqbeż +25 fil-mija.

    Il-bidla permissibbli f’elongazzjoni aħħarija ma għandhiex taqbeż il-valuri li ġejjin:

    Żieda massima ta’ 10 fil-mija

    Tnaqqis massimu ta’ 30 fil-mija.

    14.   Ożonu matur

    14.1.   It-test għandu jkun skond ISO 1431/1.

    Il-biċċa tal-prova, li għandha tkun stressata għal elongazzjoni ta’ 20 fil-mija għandha tkun esposta għall-arja arjato f’40 °C b’konċentrazzjoni ta’ ożonu ta’ 50 parti kull mitt miljun matul 72 siegħa.

    14.2.   Ma jitħalliex ikun hemm tixqiq tal-biċċa tal-prova.

    15.   Rallentament

    Parti mhux metallika li jkun fiha l-likwidu LPG għandha tkun konformi mat-testijiet ta’ likiġ imsemmija fil-paragrafi 5., 6. u 7. wara li tkun tqiegħdet għal pressjoni idrawlika ta’ 2.25 darbiet tal-pressjoni massima ta’ funzjonament f’temperatura ta’ 120 °C matul mill-anqas 96 siegħa. Jista jintuża ilma jew fluwidu idrawliku ieħor adattat bħala medium tat-test.

    16.   Test ċikliku tat-temperatura

    Parti mhux metallika li jkun fiha l-likwidu LPG għandha tkun konformi mat-testijiet ta’ likiġ imsemmija fil-paragrafi 5., 6. u 7. wara li tkun tqiegħdet għal ċiklu ta’ temperatura ta’ 96 siegħa mit-temperatura minima ta’ funzjonament sat-temperatura massima ta’ funzjonament b’ħin ta’ ċiklu ta’ 120 minuta, taħt pressjoni massima ta’ utilizzazzjoni.

    17.   Kompatibilità ma’ fluwidi ta’ skambju ta’ sħana ta’ partijiet mhux metalliċi

    17.1.   Kampjuni ta’ test għandhom jitgħaddsu taħt medium ta’ skambju ta’ sħana għal 168 siegħa f’90 °C; imbagħad għandhom jitnixxfu għal 48 siegħa f’temperatura ta’ 40 °C. Il-kompożizzjoni tal-medium ta’ skambju ta’ sħana użata għat-test huwa ilma/fluwidu ta’ etilene-glikol ta’ 50 %/50 %.

    17.2.   It-test jitqies li jkun sodisfaċenti jekk il-bidla fil-volum tkun anqas minn 20 fil-mija, il-bidla fil-massa tkun anqas minn 5 fil-mija, il-bidla fil-qawwa tat-tensjoni tkun anqas minn –25 fil-mija u l-bidla fl-elongazzjoni f’waqfa tkun madwar –30 fil-mija u +10 fil-mija.


    ANNESS 16

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MARKA TA’ IDENTIFIKAZZJONI LPG GĦAL KATEGORIJA TA’ VETTURI M2 U M3

    Image

    Is-sinjal jikkonsisti fi stiker li jkun jiflaħ għat-temp.

    Il-kuluri u d-dimensjonijiet ta’ l-istiker għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    Kuluri:

     

    Kuntest:

    aħdar

    Burdura:

    bajda jew tirrifletti abjad

    Ittri:

    bojod jew jirriflettu abjad

    Qisien

     

    Il-wisa’ tal-burdura:

    4-6 mm

    L-għoli tal-karattri:

    ≥ 25 mm

    Il-ħxuna tal-karattri:

    ≥ 4 mm

    Il-wisa’ ta’ l-istiker:

    110-150 mm

    L-għoli ta’ l-istiker:

    80-110 mm

    L-ittri “LPG” għandhom jitqiegħdu fin-nofs ta’ l-istiker.


    ANNESS 17

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MARKA TA’ IDENTIFIKAZZJONI GĦAL AKKOPPJAMENT TA’ SERVIZZ

    Image

    Is-sinjal jikkonsisti fi stiker li għandu jkun jiflaħ għat-temp.

    Il-kulur u d-dimensjonijiet ta’ l-istiker għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    Kuluri:

     

    Kuntest:

    aħmar

    Ittri:

    bojod jew jirriflettu abjad

    Qisien

     

    L-għoli tal-karattri:

    ≥ 5 mm

    Il-ħxuna tal-karattri:

    ≥ 1 mm

    Il-wisa’ tal-karattri:

    70-90 mm

    L-għoli ta’ l-istiker:

    20-30 mm

    It-test “GĦAL FINIJIET TA’ SERVIZZ BISS” għandu jitqiegħed fin-nofs ta’ l-istiker.


    Top