Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41994D0001

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-26 ta' April 1994 dwar miżuri ta' aġġostament bl-iskop li jitneħħew l-ostakoli u r-restrizzjonijiet fit-traffiku fil-punti tal-qsim tat-toroq fil-fruntieri interni (SCH/Kom-ex (94)1 rev. 2)

    ĠU L 239, 22.9.2000, p. 157–162 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/10/2006; Imħassar b' 32006R0562

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/1(4)/oj

    41994D0001



    Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0157 - 0162


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

    tas-26 ta' April 1994

    dwar miżuri ta' aġġostament bl-iskop li jitneħħew l-ostakoli u r-restrizzjonijiet fit-traffiku fil-punti tal-qsim tat-toroq fil-fruntieri interni

    (SCH/Kom-ex (94)1 rev. 2)

    IL-KUMMITAT EŻEKUTTIV

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-konvenżjoni li timplimenta l-ftehiem ta' Schengen,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Konvenżjoni hawn fuq imsemmija,Hawnhekk jirrikonoxxi u japprova d-dokument dwar it-tneħħija għal kollox tal-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni (SCH/I-Front (94)1 rev. 3) li hemm riferenza għalihom fil-,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Il-miżuri ta' l-aġġustament huma bl-iskop li jitneħħew l-ostakoli u r-restrizzjonijiet fit-traffiku fil-punti tal-qsim tat-toroq fil-fruntieri interni għandhom jiġu mplimentati skond id-dokument hawn mehmuż. L-implimentazzjoni ta' dawn l-miżuri ta' aġġustament tidħol fil-kompetenza nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti.

    Bonn, 26 ta' April, 1994.

    Il-President

    Bernd Schmidbauer

    --------------------------------------------------

    MIŻURI TA' AĠĠUSTAMENT BL-ISKOP LI JITNEĦĦEW L-OSTAKOLI W R-RESTRIZZJONIJIET FIT-TRAFFIKU FIL-PUNTI TAL-QSIM TAL-FRUNTIERI INTERNI

    Biex titkompla t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni bejn l-istati ta' Schengen tinvolvi wkoll it-tneħħija ta' l-ostakoli li jagħmlu ristrizzjoni fuq l-ivjaġġar, partikolarment dawk kostitwiti bl-istallazzjonijiet li qabel kienu neċċessarji għal kontrolli.

    Għalhekk Il-partijiet Kontraenti bi' ħsiebhom li jibdew immedjatament ineħħu dawn l-ostakoli progressivament mill-ewwel kif jirċievu xi ndikazzjonijiet positivi dwar il-prospetti li tibda topera s-sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen

    L-Ewwel fażi għandha tikonsisti f'miżuri li huma partikolarment neċċessarji biex jiggarantixxu li l-fruntieri interni jistgħu jinqasmu malajr u li jiġu mplimentati relattivament malajr mingħajr ma' jagħmlu spejjeż eżaġerati.

    Għal dan il-għan il-miżuri li ġejjin, partikolarment, għandhom jittieħdu:

    - il-ftuħ ta' toroq għat-traffiku w trejqat li qabel kienu magħluqa għal-kontrolli fuq il-fruntieri, partikolarment f'punti tal-qsim tat-toroq minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-fruntieri,

    - it-tneħħija ta' barrakki mħażen tad-dwana minn trejqat ċentrali sabiex ma jfixklux il-vetturi li jsuqu b'veloċita qawwija,

    - it-tneħħija tal-bjut li jisaporġu ‘l barra fit-triq fil-punti tal-qsim tal-fruntieri sabiex itejbu l-viżibiltà u jnaqqsu d-dwejjaq l-inkonvenjent kawżati mil-bdil tal-pressjoni ta' l-arja,

    - it-tneħħija tal-limiti ta' veloċità; l-uniku kriterju għall-introduzzjoni ta' kwalunkwe limiti ta' veloċità hija s-sigurta fit-toroq,

    - l-aġġustamenti tekniċi sabiex jippermettu l-vetturi jduru dawra tond fuq it-toroq minn fejn jgħaddu l-vetturi u toroq bħalhom f'każ ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni reġgħu tpoggew temporanjament fuq raġunijiet ta' politika pubblika jew sigurtà nazzjonali u l-vetturi ma jitħallewx jidħlu.

    L-implimentazzjoni ta' dawn l-programmi għandha tkun r-responsabilità nazzjonali ta' kull Parti Kontraenti u, jekk neċċessarju jew jekk jaqbel mil-lat legali jew prattiku b'konsultazzjoni ta' xulxin jew ftehim.

    Ħafna daqs kemm huwa possibbli mill-miżuri li hemm riferenza għalihom f'ewwel Fażi għandhom jiġu kompluti saż-żmien li l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tidħol fis-seħħ, jew minn ta' l-inqas dawk li jistgħu jiġu mplimentati malajr mingħajr l-ebda preparazzjonijiet twal, (per eżempju t-tneħħija ta' barriers fit-toroq).

    Il-preparazzjonijiet għall-aġġustament tal-miżuri li jifdal fl-ewwel Fażi għandhom jiġu magħmula skond it-tabella li ġejja:

    1. Waqt il-perijodu mill-1 ta' Lulju sal-15 ta' Settembru, 1994, reviżjoni tas-sitwazzjoni għandha tiġi magħmula u lista magħmula tal-passi li għandhom jittieħdu f'kull punt ta' qsim ta' fruntiera interna bl-iskop li jiġu mplimentati l-miżuri ta' aġġustament.

    Għandu jiġi mfakkar li l-installazzjonijiet għal-kooperazzjoni tal-pulizija għandhom jinżammu proviżorjament f'ċerti punti ta' qsim tal-fruntieri li jfisser, per eżempju, li l-limiti ta' veloċita għandhom jinżammu għat-toroq ta' aċċess għas-servizji konċernati.

    2. Il-perijodu mill-15 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru 1994 hija l-Fażi għal konsultazzjoni bejn l-Istati ġirien. Waqt dan il-perijodu, għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-attivitajiet meħtieġa biex ipoġġu fil-prattika l-aġġustamenti tal-miżuri ta' kull punt ta' qsim tal-fruntieri.

    3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-arranġamenti neċċessarji sabiex idaħħlu fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Ftehim ta' Schengen huma kompluti finalizzati sal-31 ta' Diċembru, 1994.

    Fl-aħħar ta' kull tlett fażijiet preparatorji, il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrapportaw lil Grupp Ċentrali fuq il-progress li sar biex titkompla l-orarju tax-xogħol, waqt li jipprovdu overviews dettaljati.

    --------------------------------------------------

    SCH/I-Quddiem (94)1 rev. 3

    TAL-KONRTROLLI FUQ PERSUNI FIL-FRUNTIERI INTERNI

    Wara snin ta' preparazzjoni ntensiva, kważi l-miżuri ta' kompens varjati stabbiliti mill-Konvenzjoni ta' Schengen tad-19 ta' Ġunju, 1990 ġew implimentati għal kollox, u x-xogħol li għad baqa' x'isir f'dan il-qasam, per eżempju fuq is-Sistema ta' l-informazzjoni ta' Schengen, qiegħed korrentement għaddej b'pass regolari.

    Madanakollu, ċerti arranġamenti li kienu maħsuba biex jiksbu l-oġġettiv li dawn il-miżuri kellhom suppost jippermettu, per eżempju t-tneħħija tal-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni għadhom ma qagħdux Biex jiġi evitat aktar dewmien għat-tneħħija ta' tali kontrolli fuq il-fruntieri komuni anke wara li l-miżuri ta' kumpens ġew implimentati jiddependu mill-kondizzjonijet neċċessarji sabiex jitwettqu. Għal din il-raġuni huwa mportanti mhux biss li jiddispensaw bil-formalitajiet li jakkompanjaw tali kontrolli iżda li jneħħu l-ostakoli għaċ-moviment liberu fil-fruntieri interni li kienu qabel neċċessarji għall-iskop li jsiru l-kuntrolli.

    Sabiex jiġi żgurat li din l-operazzjoni tiproċedi b'mod dixxiplinat, għandu ikun hemm program ta' azzjoni konkreta biex jiġu mplimentati l-varji stadji.

    1. It-tneħħija tal-kontrolli fuq persuni u l-ħtieġa biex jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar tal-qsim tal-fruntieri fil-fruntieri ta' l-art, portijiet u ajruporti

    1.1. It-tneħħija tal-kontrolli fuq persuni

    Taħt l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, il-fruntieri interni jistgħu jiġu maqsuma f'kull punt mingħajr ma jsiru l-kontrolli fuq persuni.

    Konsegwetement, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddispensaw bil-kontrolli fuq il-fruntieri interni minbarra fil-każi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni.

    Mill-banda l-oħra, dan ikollu l-effett li jeżentaw il-vjaġġaturi kollha, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, mill-kontrolli tal-pulizija meta jinqasmu l-fruntieri. Barra min dan, ma jkunux aktar obbligati li jużaw punti ta' qsim tal-fruntieri awtorizzati.

    It-tneħħija tal-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni hija bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen. L-anqas ma taffettwa l-eżerċizzju ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti, fuq it-territorju nazzjonali tagġħa, inkluzi ż-żoni tal-fruntieri, tal-poteri tagħhom taħt il-liġi nazzjonali bl-iskop tal-kontroll ta' konformità għall-obbligazzjoni biex jippossedu, iġġorru u jippreżentaw karti u dokumenti ta' l-ivjaġġar.

    Kontrolli alternattivi fuq il-fruntieri huma nkompattibli mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenju ta' Schengen fuq it-tneħħija tal-kontrolli. Hawn, Madanakollu, għandhom ifissru kontrolli sistematiċi fuq persuni li jittieħdu bl-iskop biex jaqsmu l-fruntieri,fl-intern ta' pajjiż f'żona adjaċenti mal-fruntieri jew f'żoni definiti tal-fruntieri. Dan ma jiksirx id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2).

    Persuni li jidħlu mill-ajruport u l-portijiet huma eżenti mill-kontrolli biss jekk jaqsmu fruntiera komuni, per eżempju, f'każ ta' vjaġġar bl-ajru jew bil-baħar ġewwa ż-żona ta' Schengen. Sakemm Mindu il-passiġġieri huma diretti jidħlu Schengen u mhux barra minn Schengen, il-kontrolli ma jistgħux fil-prattika jiġu mneħħija għal-ivjaġġar bl-ajru u bil-baħar sakemm l-ajruporti u l-portijiet ikollhom iż-żoni separati meħtieġa handling.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu passi xierqa biex jinfurmaw:

    - il-pubbliku,

    - l-awtoritajiet responsabbli għal-protezjoni tal-fruntieri,

    - il-pulizija, u

    - l-operaturi il-ħaddiema ta' l-ajruport u tal-port u l-kurriera,

    tal-karatteristiċi varji tas-sitwazzjoni ġdida fil-fruntieri interni rigward it-tneħħija tal-kontrolli.

    1.2. It-tneħħija tal-ħtieġa biex jiġu presentati dokumenti ta' l-ivjaġġar waqt il-qsim tal-fruntieri interni

    It-tneħħija tal-kuntrolli fuq il-fruntieri timxi id f'id mat-tneħħija tal-ħtieġa biex jiġu prodotti jew presentati dokument validu li jippermetti lil possessur li jaqsam il-fruntieri.

    Dan ma jmurx kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq li wieħed iżomm, iġorr, u jippreżenta karti ta' l-identità u tar- residenza li huma applikabli fuq it-territorju nazzjonali.

    Id-delegazzjonijiet kellhom jikommunikaw id-disposizzjonijet nazzjonali relevanti qabel l-aħħar ta' April 1994 u jipprovdu dettalji tad-dokumenti dwar l-identità użata fil-pajjiżi tagħhom u għal kontrolli stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali tagħhom.

    2. Miżuri ta' l-aġġustament bl-iskop li jeliminaw u r-restrizzjonijiet taċ-ċaqliq fil-punti ta' qsim tat-toroq

    It-tneħħija tal-kontrolli fuq persuni huwa l-instrument prinċipali għal ksib tal-moviment liberu fil-fruntieri. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, madankollu, huwa neċċessarju li jitneħħew l-infrastrutturi li l-eżistenza tagħhom s'issa kienet ġustifikata bil-bżonn li jagħmlu kontrolli u li jillimitaw l-moviment liberu.

    2.1. Osservazzjonijiet Ġenerali

    (a) Punti ta' qsim tal-fruntieri interni – l-ikbar u l-aktar importanti għalhekk – jikkonsistu f'numbru kbir ta' bini u faċilitajiet li jifurmaw kumpless.

    Fil-Fażi inizjali, l-attivitajiet li jkunu ttieħdu mill-Partijiet Kontraenti bl-iskop li jikkomplimentaw t-tneħħija tal-kontrolli mill-miżuri li jakkompanjawhom għandhom jikkonsistu biss fil-passi bl-iskop li jiggarantixxu li ma hemm l-ebda ostakoli biex jinqasmu l-fruntieri.

    Il-kwistjoni biex iżarmaw bini ieħor jew li jużawhom għall-użu differenti, kollezzjoni tar-restrizzjonijiet użati qabel u xogħlijiet importanti bħar-rettifika ta' l-arranġamenti, għandhom jipprovaw jaslu għal soluzzjoni waqt it-tieni stadju.

    (b) Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati ta' Schengen ikkonkludew fteħim bilaterali ma' l-Istati li jiddeterminaw li l-kontrolli fuq it-traffiku ta' qsim tal-fruntieri jista' jieħu l-forma tal-kontrolli konġunti magħmula fuq it-territorju ta' l-Istat l-wieħed jew l-ieħor. Għaldaqstant, il-Ftehim ta' l-implimentazzjoni stabbilew għal-kontrolli li għandhom jiġu meħuda flimkien mal-punti kollha ta' qsim f'għamla virtwali. Konsegwentement, adattamenti għal dan l-iskop ta' l-implimentazzjoni tas-sistema ta' Schengen kienet hemm minn qabel il-ftehim bejn iż-żewġ Stati n-kwistjoni. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jaslu għal tali ftehim malajr u jinfurmaw il-Kumitat Eżekuttiv kif suppost.

    2.2. Modifikazzjonijiet infrastrutturali ta' natura teknika

    L-ewwel nett, il-miżuri li ġejjin partikolarment għandhom jiġu preparati:

    - f'numru ta' punti ta' qsim, speċjalment fuq it-toroq mnejn jgħaddu l-vetturi, saru dispożizzjonijiet għal trejqat tat-traffiku għal-vetturi iżda dawn huma magħluqa b'rampi ta' sigurità jew ilqugħ kontra l-ħbit. dawn it-trejqat jistgħu jiġu miftuħa għat-traffiku w miżuri għal dan l-iskop għandhom jittieħdu mill-aktar fis possibbli,

    - L-Għerixen tal-kuntroll mibnija fit-trejqat tan-nofs, partikolarment fuq it-toroq minn fejn jgħaddu l-vetturi, huma viċini ħafna tat-trejqa tat-traffiku u jikkonstitwixxu periklu għas-sigurtà tal-vetturi li jsuqu b'veloċità kbira. Għandhom għalhekk jiġu mġarrfa,

    - jekk il-vetturi jiġu mħollija jsuqu b'veloċità ikbar, il-bjut li jisporġu fuq it-triq fil-punti ta' qsim tal-fruntieri għandhom jiġu mġarrfa sabiex itejbu l-viżibiltà u jnaqqsu l-inkonvenjent kawżat mill-kurrenti ta' l-arja.

    2.3. Tneħħija tar-restrizzjonijiet tat-traffiku

    La darba x-xogħlijiet ġew kompluti, għandu jkun possibbli li jneħħu l-limiti tal-veloċità li huma korrentement fis-seħħ. L-introduzzjoni tal-limiti tal-veloċità għandha tiġi determinata unikament mill-ħtiġiet tas-sigurtà stradali.

    2.4. L-arranġamenti għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontroll fuq il-fruntieri interni

    Jekk ikun hemm bżonn li jiġu ntrodotti kontrolli fuq il-fruntieri interni temporanjament skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni, unitajiet ta' l-iskwadra mobbli tal-pulizija tal-fruntieri jistgħu jinponu ir-restrizzjonijiet tal-veloċità neċċessarji biex jagħmlu kontrolli permezz ta' sinjali ad hoc. Dan ineħħi l-bżonn li jitwaħħlu sinjali permanenti għal dan l-iskop.

    Madanakollu, sabiex jinfurzaw id-deċiżjoni biex jirrifjutaw id-dħul, hemm bżonn issir dispożizzjoni biex tiġi nstallata biċċa mekkaniżmu li permezz tagħha t-traffiku ikun jista' jirriversja jmur lura. Għalhekk hemm bżonn li jittieħdu passi biex jiżguraw li l-komponenti li jistgħu jiġu mċaqalqa, u li jistgħu jinfetħu immedjatament, jekk ikun hemm bżonn ikunu stallatti fil-barriers tas-sigurtà li jinsabu fin-nofs tat-toroq li minnhom jgħaddu l-vetturi u toroq simili.

    2.5. Programmi ta' azzjoni

    Bil-ħsieb ta' l-implimentazzjoni prattika tal-Konvenzjoni ta' Schengen, il-Partijiet Kontraenti għandhom jlestu abbozz tal-programmi dettaljati għall-ewwel fażi ta' l-adattament infrastrutturali fil-punti ta' qsim tal-fruntieri u jissottomettuhom lil Kumitat Eżekuttiv.

    Il-miżuri li ġejjin għandhom partikolarment jittieħdu meta jmiss bl-iskop li jġibu l-Konvenzjoni fis-seħħ:

    - road lanes speċjalment dawk fil-punti ta' qsim fit-toroq minn fejn jgħaddu l-vetturi li sa' issa kienu magħluqa bl-iskop li jsiru kontrolli fuq il-fruntieri, għandhom jinfetħu għat-traffiku,

    - L-għarixen tal-kuntroll li jinsabu fit-trejqat tan-nofs għandhom jitwaqqgħu sabiex ma jfixklux il-vetturi li jgħaddu minn ħdejhom b'veloċita kbira,

    - il-bjut li jisporġu fuq it-triq tal-punti ta' qsim tal-frunieri għandhom jitneħħew sabiex itejbu l-viżibiltà u jnaqqsu l-inkonvenjent ikkawżat mill-kurrenti ta' l-arja,

    - il limiti tal-veloċità għandhom jitneħħew, u l-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet ġodda għandhom jiġu stabbiliti unikament għal konsiderazzjonijiet tas-sigurta' fit-triq,

    - Il-modifikazzjonijiet tekkniċi għandhom isiru biex jippermettu l-vetturi jagħmlu U-turn fit-toroq li minnhom jgħaddu l-vetturi u toroq simili fil-każ li l-kontrolli fuq il-fruntieri interni huma temporanjament introdotti mill-ġdid fuq l-ordni pubblika jew abbażi tas-sigurtà nazzjonali.

    Dawn il-programmi huma r-responsabbilità ta' kull Parti Kontraenti u għandhom jiġu mplimentati flimkien jew bi' ftehim reċiproku, safejn u sakemm iċ-ċirkostanzi jew l-konsiderazzjonijiet legali jagħmlu dan neċċessarju jew ta' min jirrikmandah. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirraportaw lis-Segretarjat Ġenerali fuq il-miżuri li ħadu.

    3. L-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-kontrolli qabel l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta'Schengen

    L-istrateġija bażata fuq il-Konvenzjoni ta' Schengen hija tat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni li għandhom jiġu preċeduti bl-introduzjoni tal-miżuri ta' kumpens.

    Wieħed mill-prinċipji tal-miżuri ta' kompens, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, għad għandha tiġi kompluta, li jfisser li l-kontrolli fuq persuni għandhom fil-prinċipju jinżammu fil-fruntieri interni.

    Fl-opinjoni tal-Partijiet Kontraenti, il-kontrolli fuq il-fruntieri interni jistgħu, fejn xieraq, jitwaqqfu bi' ftehim bilaterali f'ċerti każi, bħala ġest simboliku u għal-perijodu ta' prova, bil-patt li s-sigurtà ma tmurx serjament minn taħt (pilot project).

    Jekk il-Partijiet Kontraenti jikkontemplaw t-tneħħija tal-kontrolli qabel ma l-miżuri ta' kumpens ikunu ttieħdu għandhom jinfurmaw lil-Kumitat Eżekuttiv b'dan.

    4. Konsultazzjoni fil-każ li l-kontrolli oħrajn alternattivi fuq il-fruntieri jittieħdu

    L-artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni jistabbilixxi li l-Parti Kontraenti li tiddeċidi li tagħmel il-kontrolli fuq il-fruntieri nazzjonali għal-perijodu limitat fuq l-ordni pubblika jew ab bażi tas-sigurtà nazzjonali għandha tikkonsultaw il-Partijiet Kontraenti l-oħra bil-quddiem.

    Skond is-sustanza u l-iskop tad-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija, din il-ħtieġa tapplika ukoll fil-każ tal-kontrolli oħrajn alternativi fuq il-fruntieri li jiġu magħmula fl-intern ta' pajjiż f'żona adjaċenti mal fruntiera jew f'żoni tal-fruntieri mfissra (ara punt1.1.).

    Jekk il-Parti Kontraenti qegħda tippjana li tieħu tali miżura, għandha tipproċedi bħal fil-każ tal-kontrolli magħmula għal-perijodu temporanju direttament fil-fruntieri interni u tinforma lis-soċji l-oħra kif jixraq.

    --------------------------------------------------

    Top