EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R2076

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2076 tat-24 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-kjarifika tar-rekwiżiti għall-kobdoti għal cruise relief, l-aġġornamenti tar-rekwiżiti għal-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-ekwipaġġ tat-titjira, u t-titjib fir-rigward tal-avjazzjoni ġenerali

C/2024/5098

ĠU L, 2024/2076, 25.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2076/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2076/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2076

25.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2076

tat-24 ta’ Lulju 2024

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-kjarifika tar-rekwiżiti għall-kobdoti għal cruise relief, l-aġġornamenti tar-rekwiżiti għal-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-ekwipaġġ tat-titjira, u t-titjib fir-rigward tal-avjazzjoni ġenerali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 27 u 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bdoti li huma involuti fit-tħaddim tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (b)(i) u (ii), tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3) li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 140(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 irid jiġi adattat għar-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ inġenju tal-ajru mħaddem b’magna kumplessa li ġiet inkluża fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,   (4), li tħassar bir-Regolament (UE) 2018/1139. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Fir-rigward ta’ ajruplani b’magna waħda, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jiġi emendat biex jirrifletti l-iżviluppi tekniċi l-aktar reċenti u biex jiġu kkunsidrati d-disinji futuri, bħal dawk tal-magni elettriċi u tal-magni ibridi, li jikkonsistu kemm f’komponenti tal-magna termali kif ukoll elettriċi.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jiġu kkjarifikati u aġġornati d-dispożizzjonijiet tiegħu, abbażi tal-kwistjonijiet mressqa quddiem l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea mill-korpi konsultattivi tagħha, li ġew żvelati matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni, jew li ġew identifikati bħala problematiċi speċifikament għall-avjazzjoni ġenerali jew għaċ-ċertifikazzjoni ajrumedika.

(6)

Meta jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-validazzjoni mill-ġdid tal-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali xierqa biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti applikabbli attwali għal dawk futuri.

(7)

Id-dispożizzjonijiet għall-kobdoti għal cruise relief kemm fir-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġu riveduti biex jiġi żgurat taħriġ adegwat ta’ dawn il-bdoti u biex jiġu stabbiliti proċeduri operattivi xierqa għat-trasferiment tal-awtorità bejn il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.

(8)

Id-dispożizzjonijiet għall-bdoti li jkunu laħqu l-età ta’ 60 sena u li jkunu involuti f’operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS, helicopter emergency medical services) bi bdot wieħed kemm fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll fir-Regolament (UE) Nru 965/2012, jenħtieġ li jiġu riveduti biex tiġi ffaċilitata kopertura ogħla tal-operazzjonijiet tal-HEMS u b’hekk jinħoloq bilanċ bejn il-ħtieġa għal titjib fid-disponibbiltà tas-servizzi mediċi u r-riskji ta’ operazzjonijiet bi bdoti li jkollhom aktar minn 60 sena.

(9)

Peress li r-riċerka medika tirrikjedi protokolli stretti, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 relatati ma’ ċirkostanzi mediċi speċjali jenħtieġ li jiġu riveduti biex jiġi żgurat li jkunu adegwati għall-użu, ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sigurtà tat-titjiriet u tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti tar-riċerka medika.

(10)

Id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-persuni japplikaw għal bidla fl-awtorità kompetenti tagħhom jenħtieġ li jiġu riveduti biex ikunu applikabbli wkoll għad-detenturi taċ-ċertifikati mediċi li tkun għadha ma nħarġitilhomx liċenzja.

(11)

Peress li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tirrakkomanda l-valutazzjoni tal-fatturi ta’ riskju għas-saħħa u l-konsulenza preventiva, jenħtieġ li r-rekwiżiti mediċi jiġu riveduti biex jippermettu l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u speċjalment il-fatturi ta’ riskju kardjovaskulari.

(12)

Id-dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni ajrumedika jenħtieġ li jiġu riveduti biex jiġi żgurat li jikkunsidraw kif xieraq l-effetti deġenerattivi tat-tixjiħ fuq is-sistemi tal-ġisem.

(13)

L-emendi tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikati mediċi, għall-eżaminaturi ajrumediċi u għaċ-ċentri ajrumediċi, kif ukoll l-emendi relatati mal-limitazzjonijiet tal-età għall-bdoti involuti fil-HEMS, jenħtieġ li japplikaw b’differiment, biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jingħataw iż-żmien meħtieġ ħalli jħejju ruħhom għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-bidliet regolatorji.

(14)

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz tar-regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom lill-Kummissjoni flimkien mal-Opinjoni Nru 05/2023, f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (3) jitħassar;

(b)

jiddaħħlu l-punti (3a) u (3b) li ġejjin:

“(3a)

‘Ajruplan kumpless’ tfisser ajruplan li jissodisfa waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(i)

b’massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 5 700 kg;

(ii)

iċċertifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ aktar minn 19-il sit tal-passiġġieri;

(iii)

iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ żewġ bdoti;

(iv)

mgħammar b’magna turbo-ġett jew magni turbo-ġett jew aktar minn magna waħda turboprop;

(3b)

‘Ħelikopter kumpless’ tfisser ħelikopter li jissodisfa waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(i)

b’massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 3 175 kg;

(ii)

iċċertifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ aktar minn disa’ sits tal-passiġġieri;

(iii)

iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ żewġ bdoti;”;

(c)

jiddaħħlu l-punti (8c) u (8d) li ġejjin:

“(8c)

‘Ajruplan SEP’ tfisser ajruplan b’magna waħda u bi bdot wieħed li għalih ma tkun meħtieġa l-ebda klassifikazzjoni tat-tip u li l-unità ta’ propulsjoni ċentrali unika tiegħu tkun operata b’kontroll tal-forza propulsiva unika u titħaddem b’wieħed mit-tipi ta’ magni li ġejjin:

(a)

magna bil-pistuni;

(b)

sistema ta’ magna elettrika li, jekk dan ikun speċifikat wara l-proċess ta’ ċertifikazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, tista’ tikkonsisti f’aktar minn magna elettrika waħda;

(c)

sistema ta’ magna ibrida li tikkonsisti f’magni bil-pistuni u f’magni elettriċi, jekk dan ikun speċifikat wara l-proċess ta’ ċertifikazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(8d)

‘Ħelikopter SEP’ tfisser ħelikopter b’magna waħda u bi bdot wieħed li jaħdem b’magna bil-pistuni;”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/72 (*1), il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (b)(i) u (ii), tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, (ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/723/oj).”;"

(3)

jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Miżuri tranżizzjonali għall-protokolli ta’ valutazzjoni medika applikati f’konformità mal-punt ARA.MED.330 tal-Anness VI (il-Parti-ARA) u ċ-ċertifikati mediċi maħruġa abbażi tagħhom

1.   L-awtoritajiet kompetenti involuti fi protokolli ta’ valutazzjoni medika, jew li jixtiequ jingħaqdu ma’ protokoll ta’ valutazzjoni medika eżistenti, f’konformità mal-punt ARA.MED.330 tal-Anness VI (il-Parti-ARA) applikabbli qabel it-13 ta’ Frar 2025 jistgħu jkomplu japplikaw il-protokoll rilevanti, jew jingħaqdu miegħu sa tmiem il-validità tiegħu, meta l-validità tkun ġiet iddeterminata qabel it-13 ta’ Awwissu 2024.

2.   Id-detenturi taċ-ċertifikati mediċi maħruġa f’konformità mal-protokolli ta’ valutazzjoni medika msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji ta’ bdot tagħhom abbażi taċ-ċertifikati mediċi tagħhom, dment li l-protokoll ta’ valutazzjoni medika rilevanti jibqa’ japplika f’konformità mal-paragrafu 1.”

;

(4)

fl-Artikolu 4(7), il-punt (b), il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

L-ajruplani SEP u l-ħelikopters SEP, ilkoll b’massa massima waqt it-tlugħ li ma taqbiżx l-2 000 kg;”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu 4h li ġej:

“Artikolu 4h

Miżuri tranżizzjonali għad-detenturi ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji

Id-detenturi ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji li tkun inħarġet qabel it-13 ta’ Awwissu 2024 b’data ta’ skadenza approvata f’konformità mal-punt FCL.815 tal-Anness I għandhom, biex ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom wara dik id-data, jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

ikollhom il-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji tagħhom maħruġa mill-ġdid mill-awtorità kompetenti mingħajr data ta’ skadenza;

(b)

jikkonformaw mal-punt FCL.815(d) tal-Anness I, sakemm, fis-sentejn preċedenti, ma jkunux ivvalidaw mill-ġdid il-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji tagħhom f’konformità mal-punt FCL.815(e) tal-Anness I applikabbli sat-12 ta’ Awwissu 2024.”;

(6)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(7)

L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(8)

L-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(9)

L-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(10)

L-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III (il-Parti-ORO) huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness V (il-Parti-SPA) huwa emendat f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-emendi li ġejjin għandhom japplikaw mit-13 ta’ Frar 2025:

(1)

il-punt (7) tal-Anness I;

(2)

l-Anness II;

(3)

il-punti (6) sa (18), (22) u (23) tal-Anness III;

(4)

il-punti (2) sa (9) tal-Anness IV;

(5)

l-Anness VII.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-24 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1178/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/216/oj).


ANNESS I

Emendi tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt FCL.015, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Id-detentur ta’ liċenzja li tkun inħarġet f’konformità ma’ dan l-Anness (il-Parti-FCL) jista’ japplika mal-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor għal bidla tal-awtorità kompetenti relatata mal-liċenzji kollha miżmuma, kif speċifikat fil-punt (d). Id-detenturi ta’ ċertifikat mediku maħruġ f’konformità mal-Anness IV (il-Parti-MED) li għad ma għandhomx liċenzja ta’ bdot għandhom ikunu intitolati li jagħmlu din l-applikazzjoni għal bidla tal-awtorità kompetenti relatata mar-rekords mediċi kollha miżmuma mill-awtorità kompetenti.”;

(2)

fil-punt FCL.020, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Bdot student ma għandux itir waħdu sakemm ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikun awtorizzat li jagħmel dan u jkun taħt superviżjoni minn għalliem tat-titjir;

(2)

qabel ma jirċievi l-awtorizzazzjoni speċifikata fil-punt (1), ikun kiseb il-kompetenza li jopera b’mod sikur l-inġenju tal-ajru rilevanti matul it-titjira waħdu maħsuba.”;

(3)

il-punt FCL.025 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b), il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Jekk l-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif (LAPL, light aircraft pilot licence), liċenzja ta’ bdot privat (PPL, private pilot licence), jew klassifikazzjoni bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR, basic instrument rating) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku wara erba’ darbiet, jew ma jkunux għaddew mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandhom jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoretiku.

(5)

Qabel ma jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoretiku, l-applikanti għandhom jieħdu taħriġ ulterjuri f’DTO jew f’ATO. Il-firxa u l-ambitu tat-taħriġ meħtieġ għandhom jiġu stabbiliti mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikanti.”;

(b)

fil-punt (c)(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali, liċenzja ta’ bdot b’aktar minn ekwipaġġ wieħed jew klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IR, instrument rating), għal perjodu ta’ 36 xahar;”;

(4)

fil-punt FCL.035(b), jiżdied il-punt (6) li ġej:

“(6)

Meta l-Appendiċi 1 jinkludi kreditu għas-suġġett Komunikazzjonijiet, għandu japplika dan kollu li ġej:

(i)

dan il-kreditu għandu jingħata biss għal taħriġ u eżami għal dak is-suġġett jekk l-applikanti, matul l-eżamijiet tal-għarfien teoretiku preċedenti f’konformità mal-punt ARA.FCL.300 tal-Anness VI, ikunu kkompletaw jew is-suġġett tal-Komunikazzjonijiet jew inkella ż-żewġ suġġetti tal-Komunikazzjonijiet VFR u tal-Komunikazzjonijiet IFR;

(ii)

l-applikanti li jkunu kkompletaw is-suġġett tal-Komunikazzjonijiet VFR biss jew inkella s-suġġett tal-Komunikazzjonijiet IFR biss għandhom jikkompletaw it-tagħlim fl-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-Komunikazzjonijiet, li t-tul taż-żmien tagħhom jista’ jitnaqqas abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikanti mill-ATO. Għall-applikanti li jkunu kkompletaw is-suġġett tal-Komunikazzjonijiet VFR, l-aspetti purament relatati mal-Komunikazzjoni VFR jistgħu jitnaqqsu. Għall-applikanti li jkunu kkompletaw is-suġġett tal-Komunikazzjonijiet IFR, l-aspetti purament relatati mal-komunikazzjoni IFR jistgħu jitnaqqsu. Fi kwalunkwe każ, l-applikanti għandhom jikkompletaw l-eżami tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-Komunikazzjonijiet.”;

(5)

fil-punt FCL.045, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Bdot student għandu jġorr, fuq it-titjiriet cross-country kollha li jagħmel waħdu, evidenza tal-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-punt fl-FCL.020(a)(1).”;

(6)

fil-punt FCL.060(b), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

bħala kobdot għal cruise relief sakemm ikunu ikkompleta, fid-90 jum ta’ qabel, wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

mill-inqas tliet setturi bħala kobdot għal cruise relief fit-tip rilevanti;

(ii)

taħriġ li l-kontenut tiegħu jiġi ddeterminat mill-operatur u li jinkludi mill-inqas tliet setturi bħala kobdot għal cruise relief f’FSTD li jirrappreżenta t-tip rilevanti;

(iii)

taħriġ rikorrenti f’konformità mas-Subparti FC (ORO.FC) tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(iv)

kontroll tal-profiċjenza għall-kobdoti għal cruise relief f’konformità mal-Appendiċi 9.”;

(7)

fil-punt FCL.065, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Età bejn is-60 u l-64 sena. Ajruplani u ħelikopters. Id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot li jkun għalaq 60 sena ma għandux jaġixxi bħala bdot ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru għajr jekk ikun membru ta’ ekwipaġġ b’aktar minn bdot wieħed. B’deroga, dawn id-detenturi għandhom ikunu intitolati li jaġixxu bħala bdoti ta’ inġenju tal-ajru involut f’operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter bi bdot wieħed f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012, dment li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli speċifikati għal dak l-għan f’dak ir-Regolament u fl-Anness IV (il-Parti-MED) ta’ dan ir-Regolament.”;

(8)

il-punt FCL.115 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.115   LAPL – Kors ta’ taħriġ

(a)

L-applikanti għal LAPL għandhom jikkompletaw kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Dak il-kors ta’ taħriġ għandu jinkludi:

(1)

għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir li jkunu xierqa għall-privileġġi tal-LAPL li tkun saret applikazzjoni għaliha;

(2)

barra minn hekk, għal-LAPL(H), l-elementi obbligatorji tat-taħriġ għat-tip rilevanti ta’ ħelikopter kif definit fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

It-tagħlim fl-għarfien teoretiku u t-tagħlim fit-titjir jistgħu jiġu kkompletati f’DTO jew f’ATO differenti minn dik li fiha l-applikanti jkunu bdew it-taħriġ tagħhom.

(c)

Għat-taħriġ għall-privileġġ tal-ajruplani SEP tal-klassi tal-baħar, għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi tat-Taqsima B (Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplani), il-punt 7 (Klassifikazzjonijiet tal-klassi — baħar) tal-Appendiċi 9.

(d)

L-applikanti għal LAPL jistgħu jirċievu krediti għal taħriġ tal-PPL preċedenti li jkunu wettqu f’konformità mas-Subparti C fl-istess kategorija tal-inġenji tal-ajru, abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikant mill-ATO jew mid-DTO li tkun responsabbli għall-kors ta’ taħriġ tal-LAPL. Fi kwalunkwe każ, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza stipulati fil-punti FCL.110.A(a) jew FCL.110.H(a), kif applikabbli.”;

(9)

fil-punt FCL.105.A, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ajruplani huma li jaġixxi bħala PIC fuq l-ajruplani SEP tal-art (SEP (tal-art)), l-ajruplani SEP tal-baħar (SEP (tal-baħar)) jew TMG b’massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta’ 2 000 kg jew inqas, li jġorru massimu ta’ tliet passiġġieri, b’tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn erba’ persuni abbord l-inġenju tal-ajru.”;

(10)

fil-punt FCL.110.A, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Ikkreditar. L-applikanti b’esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a) bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ammont ta’ kreditu għandu jiġi deċiż mid-DTO jew mill-ATO fejn il-bdot iwettaq il-kors ta’ taħriġ, abbażi ta’ valutazzjoni tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(i)

ma għandux jaqbeż il-ħin ta’ titjir totali bħala PIC;

(ii)

ma għandux jaqbeż il-50 % tas-sigħat meħtieġa fil-punt (a);

(iii)

ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-punt (a)(2);

(2)

tista’ tiġi kkunsidrata l-esperjenza preċedenti bħala PIC f’inġenju tal-ajru li hija soġġetta għal deċiżjoni ta’ Stat Membru meħuda f’konformità mal-Artikolu 2(8), il-punti (a) jew (c), tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dment li l-inġenju tal-ajru jkun jaqbel mad-definizzjoni tal-kategorija tal-inġenju tal-ajru rispettiva skont dan l-Anness (il-Parti-FCL).”;

(11)

fil-punt FCL.135.A, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-applikanti għal LAPL(A) għandhom jingħataw privileġġi għall-klassi tal-ajruplani jew it-TMGs li fihom ikun sar it-test tal-ħiliet. Sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal klassi oħra, id-detenturi ta’ LAPL(A) għandhom jikkompletaw, f’dik il-klassi l-oħra, dan kollu li ġej:

(1)

3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi dawn li ġejjin:

(i)

10 telgħat u nżulijiet b’żewġ bdoti;

(ii)

10 telgħat u nżulijiet taħt superviżjoni tal-bdot waħdu;

(2)

test tal-ħiliet li juri livell adegwat tal-ħila prattika fil-klassi l-ġdida. Matul dak it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoretiku għall-klassi l-oħra fis-suġġetti li ġejjin:

(i)

Il-proċeduri operattivi;

(ii)

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet;

(iii)

L-għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

Sabiex jestendi l-privileġġi għal varjant ieħor fi klassi, il-bdot għandu jwettaq it-taħriġ dwar id-differenzi jew jagħmel familjarizzazzjoni. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot jew f’rekord ekwivalenti u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem. Meta l-privileġġi għal klassi tal-ajruplan SEP jiġu estiżi għal varjant b’tip ieħor ta’ magna msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (8c), it-taħriġ dwar id-differenzi għandu jikkonsisti f’tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti u tagħlim fl-għarfien teoretiku li għandu jinkludi, fir-rigward ta’ dak it-tip l-ieħor ta’ magna u sistemi tal-inġenji tal-ajru relatati, mill-inqas is-suġġetti kollha li ġejjin:

(1)

Il-proċeduri operattivi;

(2)

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet;

(3)

L-għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.”;

(12)

il-punt FCL.140.A huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

ikunu wettqu mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot waħdi taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi:

(i)

12-il telgħa u nżul;

(ii)

taħriġ ta’ aġġornament tal-ħin ta’ titjir totali ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem u għas-sodisfazzjon tiegħu li għandu jagħżel dawk l-eżerċizzji f’titjir li jippermettu lill-applikant jaġġorna l-kompetenza tiegħu biex jopera b’mod sikur l-inġenju tal-ajru u japplika proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;”;

(b)

jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:

“(c)

Id-detenturi ta’ LAPL(A) bi privileġġi għall-ajruplani SEP li, f’konformità mal-punt FCL.135.A(b), ikunu estendew il-privileġġi tagħhom għal varjant b’tip differenti ta’ magna msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (8c), jekk ma jkunux taru b’dak il-varjant fis-sentejn preċedenti, għandhom jikkompletaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin f’dak il-varjant, qabel ma jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom f’dak il-varjant:

(1)

taħriġ ulterjuri dwar id-differenzi f’konformità mal-punt FCL.135.A(b);

(2)

kontroll tal-profiċjenza;

(3)

taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt FCL.140.A(a)(1)(ii).

(d)

It-titjiriet b’żewġ bdoti, it-titjiriet taħt superviżjoni msemmija fil-frażi introduttorja tal-punt (a)(1), it-taħriġ ta’ aġġornament imsemmi fil-punt (a)(1)(ii) u l-punt (c)(3) u l-kontroll tal-profiċjenza msemmi fil-punt (a)(2) u l-punt (c)(2) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord jew rekord ekwivalenti tal-bdot u għandhom jiġu ffirmati mill-għalliem jew l-eżaminatur, kif applikabbli.”;

(13)

fil-punt FCL.110.H, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Ikkreditar. L-applikanti b’esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a) bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ammont ta’ kreditu għandu jiġi deċiż mid-DTO jew mill-ATO fejn il-bdot iwettaq il-kors ta’ taħriġ, abbażi ta’ valutazzjoni tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(i)

ma għandux jaqbeż il-ħin ta’ titjir totali bħala PIC;

(ii)

ma għandux jaqbeż il-50 % tas-sigħat meħtieġa fil-punt (a);

(iii)

ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-punt (a)(2);

(2)

tista’ tiġi kkunsidrata l-esperjenza preċedenti bħala PIC f’inġenji tal-ajru li hija soġġetta għal deċiżjoni ta’ Stat Membru meħuda f’konformità mal-Artikolu 2(8), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dment li l-inġenju tal-ajru jkun jaqbel mad-definizzjoni tal-kategorija tal-ħelikopters skont dan l-Anness (il-Parti-FCL).”;

(14)

fil-punt FCL.135.H, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-applikanti għal LAPL(H) għandhom jingħataw privileġġi għat-tip speċifiku ta’ ħelikopter li fih ikun sar it-test tal-ħiliet. Sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal tip ieħor ta’ ħelikopter, id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jikkompletaw, f’dak it-tip l-ieħor, dan kollu li ġej:

(1)

sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inkluż:

(i)

15-il telgħa, avviċinament u nżul b’żewġ bdoti;

(ii)

15-il telgħa, avviċinament u nżul bi bdot waħdu taħt superviżjoni;

(2)

test tal-ħiliet li juri livell adegwat tal-ħila prattika fit-tip il-ġdid. Matul dak it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoretiku għat-tip l-ieħor fis-suġġetti li ġejjin:

(i)

Il-proċeduri operattivi,

(ii)

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

(iii)

L-għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

Qabel ma d-detentur ta’ LAPL(H) ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja f’varjant ieħor ta’ ħelikopter minn dak użat għat-test tal-ħiliet, il-bdot għandu jwettaq it-taħriġ dwar id-differenzi jew jagħmel familjarizzazzjoni, kif stabbilit fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot jew f’rekord ekwivalenti u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem.”;

(15)

il-punt FCL.140.H huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.140.H   LAPL(H) – Rekwiżiti ta’ attività reċenti

(a)

Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss jekk fl-aħħar 12-il xahar ikunu ħadu, fit-tip rilevanti, wieħed mill-passi li ġejjin:

(1)

ikkompletaw dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)

mill-inqas 6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir fuq ħelikopters ta’ dak it-tip bħala PIC, jew titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot waħdu taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi sitt telgħat, avviċinamenti u nżulijiet;

(ii)

taħriġ ta’ aġġornament tal-ħin ta’ titjir totali ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem u għas-sodisfazzjon tiegħu li għandu jagħżel dawk l-eżerċizzji f’titjir li jippermettu lill-applikant jaġġorna l-kompetenza tiegħu biex jopera b’mod sikur l-inġenju tal-ajru u japplika proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;

(2)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur dwar it-tip speċifiku qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom. Dak il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(H).

(b)

L-applikanti jistgħu jagħżlu li jikkompletaw it-taħriġ ta’ aġġornament imsemmi fil-punt (a)(1)(ii) fl-inġenju tal-ajru jew f’FSTD li jirrappreżenta t-tip rilevanti, jew f’kombinament tat-tnejn.

(c)

It-titjiriet b’żewġ bdoti, it-titjiriet taħt superviżjoni msemmija fil-punt (a)(1)(i), it-taħriġ ta’ aġġornament imsemmi fil-punt (a)(1)(ii) u l-kontroll tal-profiċjenza msemmi fil-punt (a)(2) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord jew rekord ekwivalenti tal-bdot u għandhom jiġu ffirmati mill-għalliem jew l-eżaminatur, kif applikabbli.”;

(16)

fil-punt FCL.205.A(b), il-punti (2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-liċenzji speċifikati fil-punt (1);

(3)

għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontrolli għall-klassifikazzjonijiet jew għaċ-ċertifikati assoċjati mal-liċenzja tal-għalliem jew tal-eżaminatur, kif applikabbli.”;

(17)

fil-punt FCL.210.A, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-applikanti għal PPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’ajruplani jew TMGs, li minnhom 5 sigħat jistgħu jkunu ġew ikkompletati f’FSTD, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

(1)

25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti;

(2)

10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir tal-bdot waħdu taħt superviżjoni, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country tal-bdot waħdu b’mill-inqas titjira cross-country waħda ta’ mill-inqas 270 km (150 NM), li matulha għandu jsir inżul b’waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

L-applikanti jistgħu jikkompletaw il-ħin ta’ titjir ta’ kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni ta’ billejl f’konformità mal-punt FCL.810(a)(1)(ii) bħala parti mill-45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, dment li, qabel ma jibdew it-taħriġ tal-klassifikazzjoni ta’ billejl, ikunu lestew taħriġ bażiku fit-titjir bl-istrumenti.

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkunu wettqu taħriġ għal-LAPL(A). L-applikanti għal PPL(A) għandhom jirċievu krediti għat-taħriġ għal-LAPL(A) preċedenti li jkunu wettqu u għandha tinħarġilhom PPL(A), dment li t-taħriġ għal-LAPL(A) u t-taħriġ għall-PPL(A) li jkunu kkompletaw b’kollox ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza fil-punt (a). Madankollu, f’każ bħal dan għandu japplika dan kollu li ġej:

(1)

jekk l-applikanti diġà jkollhom LAPL(A), għandu japplika dan kollu li ġej, dment li l-applikanti jkunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta’ ħin ta’ titjir totali fl-ajruplani jew fit-TMGs:

(i)

ir-rekwiżit fis-sentenza introduttorja tal-punt (a) jitnaqqas għal 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(ii)

ir-rekwiżit fil-punt (a)(1) jitnaqqas għal 21 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti;

(2)

l-applikanti għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas dawn kollha li ġejjin ma’ għalliem li jkun ikkwalifikat biex jgħallem għal PPL(A):

(i)

5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti;

(ii)

il-ħin ta’ titjir tal-bdot waħdu kif speċifikat fil-punt (a)(2).”;

(18)

fil-punt FCL.205.H(b), il-punti (2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-liċenzji speċifikati fil-punt (1);

(3)

għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontrolli għall-klassifikazzjonijiet jew għaċ-ċertifikati assoċjati mal-liċenzja tal-għalliem jew tal-eżaminatur, kif applikabbli.”;

(19)

il-punt FCL.210.H huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:

“L-applikanti għal PPL(H) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopters, li minnhom 5 sighat jistgħu jkunu ġew ikkompletati f’FSTD , inkluż mill-inqas:”;

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkunu wettqu taħriġ LAPL(H). L-applikanti għal PPL(H) għandhom jirċievu krediti għat-taħriġ preċedenti LAPL(H) preċedenti li jkunu wettqu u għandha tinħarġilhom PPL(H), dment li t-taħriġ LAPL(H) u t-taħriġ PPL(A) li jkunu kkompletaw b’kollox ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza fil-punt (a).”;

(20)

fil-punt FCL.205.As(b), il-punti (2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-liċenzja speċifikata fil-punt (1);

(3)

għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontrolli għall-klassifikazzjonijiet jew għaċ-ċertifikati assoċjati mal-liċenzja tal-għalliem jew tal-eżaminatur, kif applikabbli.”;

(21)

il-punt FCL.325.A huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.325.A   CPL(A) – Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li għandhom MPL

(a)

L-applikanti għal CPL(A) li jkollhom MPL għandhom ikunu kkompletaw fl-ajruplani:

(1)

70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

bħala PIC;

(ii)

għamlu mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u l-ħin ta’ titjir addizzjonali bħala PIC taħt superviżjoni (PICUS).

Minn dawk is-70 siegħa, 20 siegħa għandhom ikunu ta’ ħin ta’ titjir cross-country VFR bħala PIC, jew ħin ta’ titjir cross-country magħmul minn mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u 10 sigħat bħala PICUS. Dan għandu jinkludi titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha l-inżul b’waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti għandu jittajjar bħala PIC;

(2)

l-elementi tal-kors modulari CPL(A) kif speċifikat fil-Kapitolu E, il-punt 10(a) u l-punt 11, tal-Appendiċi 3;

(3)

it-test tal-ħiliet CPL(A), f’konformità mal-punt FCL.320.

(b)

Meta tinħarġilhom CPL f’konformità mal-punt (a), l-applikanti għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt FCL.405.A(c) sabiex il-privileġġi tal-IR(A) tagħhom jiġu estiżi għal operazzjonijiet bi bdot wieħed f’ajruplani;

(2)

ikollhom il-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tat-tip tagħhom ristretti biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ kobdot biss. Dik ir-restrizzjoni għandha titneħħa meta l-applikanti jikkompletaw kontroll tal-profiċjenza għat-tip rilevanti f’konformità mal-Appendiċi 9 fir-rwol tal-PIC.”;

(22)

fil-punt FCL.405.A, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Id-detenturi ta’ MPL għandhom, mal-applikazzjoni:

(1)

jinħarġulhom privileġġi addizzjonali tad-detentur ta’ PPL(A), dment li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-PPL(A) speċifikati fis-Subparti C;

(2)

l-MPL tagħhom tiġi sostitwita b’CPL(A), dment li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt FCL.325.A.”;

(23)

fil-punt FCL.510.A(c), jiżdied il-punt (3) li ġej:

“(3)

Id-detenturi ta’ klassifikazzjoni tat-tip ristrett maħruġa f’konformità mal-punt FCL.720.A(c) għandhom jirċievu krediti għall-ħin ta’ titjir tagħhom li jkun ġie kkompletat waqt li jkunu qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip sa massimu ta’ 250 siegħa.”;

(24)

il-punt FCL.710 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-bdoti għandhom jikkompletaw taħriġ dwar id-differenzi jew familjarizzazzjoni sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal varjant ieħor ta’ inġenju tal-ajru fi klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, jew, fil-każ tal-punt FCL.710(d)(1) ta’ dan l-Anness, sabiex iżommu dawk il-privileġġi. Fil-każ ta’ varjanti fi klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, it-taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni għandhom jinkludu l-elementi rilevanti ddefiniti fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, fejn applikabbli. Meta l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ajruplan SEP jiġu estiżi għal varjant b’tip ieħor ta’ magna msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (8c), ta’ dan ir-Regolament, it-taħriġ dwar id-differenzi għandu jikkonsisti f’tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti u tagħlim fl-għarfien teoretiku li għandu jinkludi, fir-rigward ta’ dak it-tip l-ieħor ta’ magna u sistemi tal-inġenji tal-ajru relatati, mill-inqas is-suġġetti kollha li ġejjin:

(1)

L-għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru;

(2)

Il-proċeduri operattivi;

(3)

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet.”;

(b)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

Minkejja r-rekwiżit fil-punt (b), it-taħriġ dwar id-differenzi għall-inġenju tal-ajru li ġej jista’ jitwettaq minn għalliem ikkwalifikat kif xieraq sakemm ma jkunx previst mod ieħor fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012:

(1)

ajruplani li jeħtieġu klassifikazzjoni tal-klassi:

(i)

TMGs;

(ii)

Ajruplani SEP;

(iii)

Ajruplani MEP;

(iv)

Ajruplani SET, ħlief għal ajruplani SET kumplessi jew ta’ prestazzjoni għolja;

(2)

ħelikopters b’magna waħda b’massa massima waqt it-tlugħ li ma taqbiżx it-3 175 kg.

(d)

Il-bdoti li, wara li jkunu estendew il-privileġġi tagħhom għal varjant ieħor fi ħdan klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip f’konformità ma’ dan il-punt, ma jkunux taru dak il-varjant fis-sentejn preċedenti għandhom, qabel ma jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom f’dak il-varjant, jikkompletaw kwalunkwe weħed minn dawn li ġejjin f’dak il-varjant:

(1)

taħriġ ulterjuri dwar id-differenzi f’konformità mal-punti (a) u (b) jew, jekk applikabbli, (c);

(2)

kontroll tal-profiċjenza;

(3)

fil-każ ta’ varjant fi ħdan il-klassifikazzjoni tal-klassi tas-SEP b’tip ta’ magna partikolari msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (8c), taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt FCL.740.A(b)(1)(ii)(C).”;

(c)

jiddaħħal il-punt (da) li ġej:

“(da)

Il-punt FCL.710(d) ma għandux japplika fil-każ ta’ varjanti fi ħdan il-klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG u varjanti fi ħdan il-klassifikazzjoni tal-klassi tas-SEP li għandhom l-istess tip ta’ magna msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (8c), ta’ dan ir-Regolament.”;

(25)

il-punt FCL.725 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Kors ta’ taħriġ. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jikkompleta kors ta’ taħriġ f’ATO. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ajruplan SEP mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG jew klassifikazzjoni tat-tip b’magna waħda għall-ħelikopters imsemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament jista’ jikkompleta l-kors ta’ taħriġ f’DTO. Il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jinkludi l-elementi obbligatorji tat-taħriġ għat-tip rilevanti kif definit fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Operazzjonijiet bi bdot wieħed u b’aktar minn bdot wieħed f’inġenju tal-ajru bi bdot wieħed – klassifikazzjonijiet tat-tip

(1)

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal inġenju tal-ajru bi bdot wieħed jinkludu l-privileġġi li jtajru l-inġenju tal-ajru f’operazzjonijiet bi bdot wieħed u f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed. Madankollu, dawn id-detenturi għandhom jeżerċitaw dawk il-privileġġi għal forma partikolari ta’ operazzjoni biss jekk ikunu jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin:

(i)

ikunu kkompletaw b’suċċess it-taħriġ fit-titjir għall-forma rilevanti ta’ operazzjoni fit-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti f’konformità mal-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. Dak it-taħriġ fit-titjir għal forma partikolari ta’ operazzjoni għandu jew jiġi inkluż fil-kors ta’ taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip inizjali f’ATO jew, wara l-ħruġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip, jiġi kkompletat fil-forma ta’ taħriġ addizzjonali f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(A)

ATO;

(B)

organizzazzjoni li hija soġġetta għall-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u li hija intitolata li tipprovdi dan it-taħriġ fuq il-bażi ta’ approvazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni;

(ii)

ikunu kkompletaw test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza:

(A)

għal operazzjonijiet bi bdot wieħed b’wieħed minn dawn il modi li ġejjin:

(1)

f’operazzjonijiet bi bdot wieħed;

(2)

f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed b’elementi addizzjonali għal operazzjonijiet bi bdot wieħed kif speċifikat fl-Appendiċi 9;

(B)

għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed.

(iii)

barra minn hekk, fil-każ ta’ operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’inġenju tal-ajru bi bdot wieħed:

(A)

ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma speċifikati:

(1)

fil-punt FCL.720.A(b)(4) jew il-punt FCL.720.H(a)(2), kif applikabbli;

(2)

fil-punt FCL.720.A(b)(5), għall-ajruplani bi bdot wieħed, qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725(d)(1)(i);

(B)

jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom biss f’organizzazzjoni li hija soġġetta għall-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(2)

Meta l-applikanti għall-ħruġ inizjali ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal inġenju tal-ajru bi bdot wieħed jikkompletaw it-taħriġ fit-titjir u t-test tal-ħiliet f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed biss, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tinħareġ b’restrizzjoni għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed. Dik ir-restrizzjoni għandha titneħħa meta l-applikanti jikkompletaw, f’konformità mal-Appendiċi 9, taħriġ addizzjonali u kontroll tal-profiċjenza li jinkludu l-elementi meħtieġa għal operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Fil-każijiet l-oħra kollha, il-forma tal-operazzjoni ma għandhiex tiddaħħal fuq il-liċenzja.”;

(c)

jiddaħħlu l-punti (da) u (db) li ġejjin:

“(da)

Operazzjonijiet bi bdot wieħed u b’aktar minn bdot wieħed — klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ ajruplan

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi għal ajruplan bi bdot wieħed jinkludu l-privileġġi li jtajru l-ajruplan f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li dawn id-detenturi:

(1)

ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati:

(i)

fil-punt FCL.720.A(b)(4);

(ii)

fil-punt FCL.720.A(b)(5), qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725(da)(2);

(2)

ikunu kkompletaw it-taħriġ fit-titjir u jkunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fil-klassi tal-ajruplan rilevanti f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 5(g), tal-Appendiċi 9 f’organizzazzjoni li hija speċifikata fil-punt FCL.725(d)(1)(i); u

(3)

jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom biss f’organizzazzjoni li hija soġġetta għall- Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-privileġġi addizzjonali għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi klassi ta’ ajruplan bi bdot wieħed ma għandhomx jiddaħħlu fuq il-liċenzja.

(db)

Jekk test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru bi bdot wieħed jitwettaq f’wieħed minn dawn li ġejjin, il-forma jew il-forom ta’ operazzjoni li fihom jitwettaq dak it-test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza, għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-applikanti u jiġu ffirmati mill-eżaminatur:

(1)

operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

(2)

operazzjonijiet bi bdot wieħed u b’aktar minn bdot wieħed.”;

(26)

fil-punt FCL.740(b)(1), il-punti (ii) u (iii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(ii)

f’DTO jew f’ATO, jekk il-klassifikazzjoni li skadiet kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ajruplan SEP mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG jew klassifikazzjoni tat-tip b’magna waħda għall-ħelikopters imsemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII;

(iii)

f’DTO, f’ATO jew ma’ għalliem, jekk il-klassifikazzjoni skadiet mhux aktar minn tliet snin ilu u l-klassifikazzjoni kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ajruplan SEP mhux ta’ prestazzjoni għolja jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG;”;

(27)

il-punt FCL.720.A huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), iż-żewġ paragrafi bejn l-intestatura “(a) Ajruplani b’pilota wieħed” u l-intestatura “(1) Ajruplani b’aktar minn magna wahda u b’pilota wiehed” jitħassru;

(b)

fil-punt (b)(5), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

ikunu kkompletaw, fit-3 snin preċedenti, it-taħriġ u l-kontrolli f’konformità mal-punti ORO.FC.220 jew ORO.FC.230 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;”;

(c)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Minkejja l-punt FCL.720.A(b), l-applikanti li jikkonformaw mat-Taqsima B, il-punt 6(i), tal-Appendiċi 9 għandha tinħarġilhom klassifikazzjoni tat-tip bi privileġġi ristretti għal ajruplan b’aktar minn bdot wieħed li jippermetti lid-detenturi ta’ din il-klassifikazzjoni jaġixxu bħala kobdoti għal cruise relief ’l fuq mil-Livell 200 tat-Titjira, dment li żewġ membri oħra tal-ekwipaġġ ikollhom klassifikazzjoni tat-tip f’konformità mal-punt FCL.720.A(b).

Biex titneħħa r-restrizzjoni, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(1)

jgħaddu minn valutazzjoni f’ATO li għandha tiddetermina l-ħtiġijiet ta’ taħriġ tagħhom biex titneħħa r-restrizzjoni;

(2)

abbażi tal-valutazzjoni speċifikata fil-punt (1), jikkompletaw, f’dik l-ATO, it-taħriġ li għandu jippermettilhom jilħqu l-livell ta’ profiċjenza biex joperaw l-inġenju tal-ajru b’mod sikur;

(3)

wara l-ikkompletar tat-taħriġ speċifikat fil-punt (2), jikkompletaw test tal-ħiliet f’konformità mal-Appendiċi 9;

(4)

wara l-ikkompletar tat-test tal-ħiliet speċifikat fil-punt (3), jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jikkonformaw mal-punt ORO.FC.220(e) tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, diment li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-esperjenza speċifikati fil-punt FCL.730.A ta’ dan l-Anness;

(ii)

jikkompletaw taħriġ fit-titjir fl-inġenju tal-ajru li jinkludi manuvri ta’ tlugħ, inżul u tidwir.”;

(28)

fil-punt FCL.725.A, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ ajruplani kumplessi mhux ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed u ajruplani b’aktar minn bdot wieħed, il-korsijiet ta’ taħriġ għandhom jinkludu għarfien teoretiku dwar il-UPRT u tagħlim fit-titjir relatat mal-ispeċifiċitajiet tal-klassi jew tat-tip rilevanti. Għat-tagħlim fit-titjir, FSTDs jistgħu jintużaw f’konformità mal-punt 18 tat-Taqsima A tal-Appendiċi 9.”;

(29)

fil-punt FCL.730.A(a), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell CG, C jew interim C matul il-kors:

(i)

fil-każ ta’ kobdoti għal cruise relief, 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir;

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 250 settur tar-rotot;

(2)

jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell DG jew D matul il-kors:

(i)

fil-każ ta’ kobdoti għal cruise relief, 750 siegħa ta’ ħin ta’ titjir;

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 100 settur tar-rotot.”;

(30)

il-punt FCL.740.A(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (1) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ ajruplani SEP u klassifikazzjonijiet tal-klassi tat-TMG. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ ajruplani SEP jew tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi tat-TMG, l-applikanti għandhom:”;

(ii)

il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

fit-12-il xahar li jippreċedu d-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni, jikkompletaw 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir fil-klassi rilevanti, inklużi dawn li ġejjin:

(A)

6 sigħat bħala PIC;

(B)

12-il telgħa u 12-il inżul;

(C)

taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin ta’ titjir totali ma’ għalliem tat-titjir (FI) jew għalliem tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI) u għas-sodisfazzjon tiegħu li għandu jagħżel dawk l-eżerċizzji tat-titjir li jippermettu lill-applikant jaġġorna l-kompetenza tiegħu fl-operat sikur tal-inġenju tal-ajru u japplika proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza. L-applikanti għandhom ikunu eżentati minn dan it-taħriġ ta’ aġġornament jekk ikunu għaddew minn xi wieħed minn dawn li ġejjin, fi kwalunkwe klassi jew tip ta’ ajruplan:

(1)

kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

(2)

test tal-ħiliet;

(3)

valutazzjoni prattika tal-EBT;

(4)

valutazzjoni tal-kompetenza.”;

(b)

il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplani SEP tal-art kif ukoll klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG, huma jistgħu jikkompletaw ir-rekwiżiti tal-punt (1) fi kwalunkwe klassi jew kombinament ta’ dawk il-klassijiet, u jiksbu validazzjoni mill-ġdid taż-żewġ klassifikazzjonijiet.”;

(c)

il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplani SEP tal-art kif ukoll klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplan SEP tal-baħar, huma jistgħu jikkompletaw ir-rekwiżiti tal-punt (1)(ii) fi kwalunkwe klassi jew kombinament ta’ dawk il-klassijiet, u jiksbu s-sodisfazzjon ta’ dawk ir-rekwiżiti għaż-żewġ klassifikazzjonijiet. Mill-inqas siegħa tal-ħin tal-PIC meħtieġ u sitta mit-12-il telgħa meħtieġa u 12-il inżul għandhom jiġu kkompletati f’kull klassi.”;

(31)

fil-punt FCL.745.A(a), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti ma’ għalliem tat-titjir għall-ajruplani FI(A) ikkwalifikat f’konformità mal-punt FCL.915(e), u li jikkonsisti f’UPRT ta’ livell avvanzat f’ajruplan kwalifikat għall-iskop tat-taħriġ. Il-ħin tat-titjir li ma jinkludix UPRT avvanzat iżda jservi biex wieħed imur jew jirritorna miż-żona ta’ taħriġ tal-UPRT ma għandux jgħodd għal dawk it-3 sigħat”;

(32)

il-punt FCL.740.H huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.740.H   Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip – ħelikopters

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-ħelikopters, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ waħda minn dawn li ġejjin, kif applikabbli:

(1)

huma għandhom jieħdu l-passi li ġejjin:

(i)

fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip, jikkompletaw mill-inqas sagħtejn bħala bdot fit-tip ta’ ħelikopter rilevanti;

(ii)

fit-3 xhur li jippreċedu immedjatament id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip, jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza:

(A)

li jitwettaq f’konformità mal-Appendiċi 9 fit-tip rilevanti ta’ ħelikopter jew FSTD li jirrappreżenta dak it-tip;

(B)

li t-tul ta’ żmien tiegħu jista’ jingħadd għall-ħin tat-titjir speċifikat fil-punt (i);

(2)

għall-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ħelikopters b’magna waħda sa massa massima waqt it-tlugħ ta’ 3 175 kg, dawn għandhom jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jikkonformaw mal-punt (a)(1);

(ii)

jikkompletaw, fit-tip rilevanti ta’ ħelikopter, it-tnejn li ġejjin:

(A)

fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip, mill-inqas 6 sigħat bħala PIC;

(B)

fit-3 tliet xhur li jippreċedu immedjatament id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni, taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin ta’ titjir totali ma’ għalliem u għas-sodisfazzjon tiegħu li għandu jagħżel dawk l-eżerċizzji tat-titjir li jippermettu lill-applikant jaġġorna l-kompetenza tiegħu biex jopera b’mod sikur l-inġenju tal-ajru u japplika proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza. L-applikanti jistgħu jagħżlu li jikkompletaw it-taħriġ ta’ aġġornament fl-inġenju tal-ajru jew f’FSTD li jirrappreżenta t-tip rilevanti, jew f’kombinament tat-tnejn.

(b)

Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni tat-tip waħda għall-ħelikopters SEP, huma jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip rilevanti kollha billi jgħaddu mill-kontroll tal-profiċjenza f’konformità mal-punt (a)(1)(ii) jew jikkompletaw it-taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt (a)(2)(ii)(B) f’wieħed biss mit-tipi rilevanti miżmuma, dment li dawn ikunu kkompletaw wieħed mill-ħinijiet tat-titjir li ġejjin bħala PIC f’kull wieħed mit-tipi rilevanti l-oħra matul il-perjodu ta’ validità:

(1)

jekk ikunu kkompletaw kontroll tal-profiċjenza f’konformità mal-punt (a)(1)(ii), mill-inqas sagħtejn;

(2)

jekk ikunu kkompletaw taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt (a)(2)(ii)(B), mill-inqas 6 sigħat.

Il-kontroll tal-profiċjenza jew it-taħriġ ta’ aġġornament, kif applikabbli, għandu jitwettaq kull darba fuq tip differenti. Il-perjodu ta’ validità l-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip kollha li ġew ivvalidati mill-ġdid f’konformità ma’ dan il-punt għandu jibda flimkien mal-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip li għaliha jitwettaq il-kontroll tal-profiċjenza jew it-taħriġ ta’ aġġornament.

(c)

Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni tat-tip waħda għall-ħelikopters SET b’massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta’ mhux aktar minn 3 175 kg, huma jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip rilevanti kollha billi jgħaddu mill-kontroll tal-profiċjenza f’konformità mal-punt (a)(1)(ii) jew jikkompletaw it-taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt (a)(2)(ii)(B) f’wieħed biss mit-tipi rilevanti miżmuma, dment li dawn ikunu kkompletaw dan kollu li ġej:

(1)

300 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;

(2)

15-il siegħa fuq kull wieħed mit-tipi miżmuma;

(3)

wieħed mill-ħinijiet tat-titjir li ġejjin bħala PIC f’kull wieħed mit-tipi l-oħra rilevanti matul il-perjodu ta’ validità:

(i)

jekk ikunu kkompletaw kontroll tal-profiċjenza f’konformità mal-punt (a)(1)(ii), mill-inqas sagħtejn;

(ii)

jekk ikunu kkompletaw taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt (a)(2)(ii)(B), mill-inqas 6 sigħat.

Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jitwettaq kull darba fuq tip differenti. Il-perjodu ta’ validità l-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip kollha vvalidati mill-ġdid f’konformità ma’ dan il-punt għandu jibda flimkien mal-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip li għaliha jiġi kkompletat il-kontroll tal-profiċjenza jew it-taħriġ ta’ aġġornament.

(d)

L-applikanti li jikkompletaw b’suċċess test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip addizzjonali jew kontroll tal-profiċjenza għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip għandhom jiksbu validazzjoni mill-ġdid għall-klassifikazzjonijiet tat-tip rilevanti diġà miżmuma fil-gruppi komuni, kif speċifikat fil-punti (b) u (c).

Il-perjodu ta’ validità l-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip kollha vvalidati mill-ġdid f’konformità ma’ dan il-punt għandu jibda flimkien mal-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip li għaliha jiġi kkompletat it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza.

(e)

Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H), għal min ikollu, tista’ tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip.

(f)

L-applikanti li jonqsu milli jgħaddu mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza ta’ klassifikazzjoni tat-tip ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni qabel ma jkunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza. Fil-każ tal-punti (b) u (c), l-applikanti ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fl-ebda wieħed mit-tipi.”;

(33)

fil-punt FCL.810(a), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplani SEP (tal-art) kif ukoll tat-TMG, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (1) fi kwalunkwe klassi jew fiż-żewġ klassijiet.”;

(34)

il-punt FCL.815 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Sabiex jeżerċita l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, id-detentur tal-klassifikazzjoni għandu, matul l-aħħar sentejn, ikun ikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikkompleta mill-inqas sitt inżulijiet, fuq wiċċ magħżul bħala li jirrikjedi klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji;

(2)

għadda minn kontroll tal-profiċjenza li jkun jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt (c). L-ikkompletar tal-kontroll tal-profiċjenza għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġi ffirmat mill-eżaminatur responsabbli.”;

(b)

il-punti (e) u (f) jitħassru.

(35)

il-punt FCL.820(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“L-obbligu li jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir stabbilit fil-punt (a) għandu japplika biss għal testijiet tat-titjir imwettqa fuq:”;

(b)

fil-punt (2), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

l-istandards ta’ CS-23 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti, ħlief għal ajruplani b’massa massima waqt it-tlugħ ta’ 2 000 kg jew inqas.”;

(36)

fil-punt FCL.835(a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Il-privileġġi ta’ detentur ta’ BIR huma li jwettaq titjiriet skont l-IFR fuq ajruplani bi bdot wieħed li għalihom għandu kwalifikazzjonijiet tal-klassi, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i)

ajruplani ta’ prestazzjoni għolja;

(ii)

varjanti tal-ajruplani jekk id-data dwar l-adegwatezza operattiva tkun iddeterminat li IR hija meħtieġa.”;

(37)

il-punt FCL.915(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’din li ġej:

 

“Rekwiżiti addizzjonali għal għalliema li jipprovdu tagħlim fit-titjir f’inġenju tal-ajru.”;

(b)

fil-punt (3), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-kategorija ta’ għalliem rilevanti fuq dik il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru;”;

(c)

il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

għandhom ikunu intitolati li jaġixxu bħala PIC fl-inġenju tal-ajru matul dan it-tagħlim fit-titjir; u”;

(d)

jiżdied il-punt (5) li ġej:

“(5)

meta jipprovdu tagħlim fit-titjir f’varjant tal-klassi ta’ ajruplani SEP b’tip partikolari ta’ magna msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (8c), ta’ dan ir-Regolament, ikunu kkonformaw ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikkompletaw mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti f’dak il-varjant;

(ii)

għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-kategorija ta’ għalliem rilevanti f’dak il-varjant.”;

(38)

fil-punt FCL.930, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jkun ikkompleta kors ta’ għarfien teoretiku u ta’ tagħlim fit-titjir f’ATO.”;

(39)

il-punt FCL.945 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.945   Obbligi għall-għalliema

Mal-ikkompletar tat-titjira tat-taħriġ għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ajruplani SEP jew tat-TMG f’konformità mal-punt FCL.740.A(b)(1)(ii)(C) jew għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopters b’magna waħda f’konformità mal-punt FCL.740.H(a)(2)(ii)(B), u biss fil-każ li jiġu ssodisfati l-kriterji l-oħra kollha ta’ validazzjoni mill-ġdid meħtieġa mill-punt FCL.740.A(b)(1)(ii) jew il-punt FCL.740.H(a)(2)(ii), kif applikabbli, l-għalliem għandu japprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant.”;

(40)

il-punt FCL.915.FI(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (2) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“ikollu mill-inqas PPL(A), jew ikollu MPL bi privileġġi ta’ PPL addizzjonali f’konformità mal-punt FCL.405.A(b)(1), u jkun ikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

ħlief għal FI(A) li jipprovdi taħriġ għal-LAPL(A) biss, ikun għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma jiġi kkompletat kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoretiku tas-CPL u li f’dak il-każ ma għandux ikun validu għal xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(A)

il-ħruġ ta’ CPL;

(B)

ir-riċeviment ta’ krediti għall-għarfien teoretiku tas-CPL f’konformità mal-punt FCL.035 u l-Appendiċi 1;”;

(b)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

ikkompleta mill-inqas 30 siegħa fil-klassi jew fit-tip ta’ ajruplan użat għall-kors ta’ taħriġ tal-FI(A), li minnhom mill-inqas 5 sigħat għandhom ikunu ġew ikkompletati matul is-6 xhur li jippreċedu l-valutazzjoni tat-titjir qabel id-dħul stipulata fil-punt FCL.930.FI(a);”;

(41)

fil-punt FCL.930.FI, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI għandhom, f’ATO, ikunu għaddew minn valutazzjoni speċifika tat-titjir qabel id-dħul ma’ FI kwalifikat f’konformita mal-punt FCL.905.FI(j) fis-6 xhur li jippreċedu l-bidu tal-kors, biex jivvalutaw il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors. Dik il-valutazzjoni tat-titjir qabel id-dħul għandha tkun ibbażata fuq il-kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip kif stabbilit fl-Appendiċi 9.”;

(42)

il-punt FCL.940.FI huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a)(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

ikunu kkompletaw taħriġ ta’ aġġornament tal-għalliema bħala FI f’ATO jew fl-awtorità kompetenti;”;

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)   Tiġdid

Jekk iċ-ċertifikat ta’ FI jkun skada, l-applikanti għandhom, f’perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni għat-tiġdid, jikkompletaw taħriġ ta’ aġġornament tal-għalliema bħala FI f’ATO jew f’awtorità kompetenti u jikkompletaw valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.935.”;

(43)

fil-punt FCL.905.TRI(a)(2), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

ikun wettaq is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-parti rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI f’konformità mal-punt FCL.930.TRI(ab)(3) għas-sodisfazzjon tal-kap tat-taħriġ ta’ ATO;”;

(44)

il-punt FCL.910.TRI huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

LIFUS, dment li l-kors ta’ taħriġ ta’ TRI jkun inkluda t-taħriġ rilevanti speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(ab)(4)

(2)

taħriġ dwar l-inżul, dment li l-kors ta’ taħriġ ta’ TRI jkun inkluda t-taħriġ rilevanti speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(ab)(4); jew”;

(b)

fil-punt (b), il-paragrafu li jsegwi l-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti, dment li jkunu jikkonformaw mal-punt FCL.710 f’dawk il-varjanti l-oħra u, fejn applikabbli, mal-elementi stabbiliti fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal dawk il-varjanti.”;

(c)

fil-punt (c)(1), il-paragrafu li jsegwi l-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti, dment li jkunu jikkonformaw mal-punt FCL.710 f’dawk il-varjanti l-oħra u, fejn applikabbli, mal-elementi stabbiliti fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal dawk il-varjanti.”;

(45)

il-punt FCL.930.TRI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ TRI għandu jitwettaq:

(1)

fil-każ ta’ MPA, f’FFS jew kombinament ta’ FSTD(s) u FFS;

(2)

fil-każ ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal SPA u ħelikopters, f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

f’FFS disponibbli u aċċessibbli, jew f’kombinament ta’ dawn l-FFS u l-FSTD(s);

(ii)

f’kombinament ta’ FSTD(s) u l-inġenju tal-ajru, jekk ma jkunx hemm FFS disponibbli jew aċċessibbli;

(iii)

l-inġenju tal-ajru jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli jew aċċessibbli.”;

(b)

jiddaħħlu l-punti (aa) u (ab) li ġejjin:

“(aa)

B’deroga mill-punt (a), il-kors ta’ taħriġ ta’ TRI:

(1)

għal ħelikopters mhux kumplessi jistgħu jitwettqu f’kombinament ta’ FSTD(s) u l-inġenju tal-ajru anke jekk FFS ikun disponibbli u aċċessibbli;

(2)

għall-inġenju tal-ajru msemmi fit-Taqsima A, il-punt 1e, tal-Appendiċi 9 jista’ jitwettaq f’konformità mal-punti FCL.930.TRI(a)(2)(i), (ii) jew (iii), irrispettivament mid-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-FFS jew tal-FSTD.

(ab)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ TRI għandu jinkludi:

(1)

25 siegħa ta’ tagħlim u apprendiment;

(2)

10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ lezzjonijiet u l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi jew f’simulatur;

(3)

5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru xieraq jew FSTD li jkun jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru għal inġenju tal-ajru bi bdot wieħed u 10 sigħat għal inġenji tal-ajru b’aktar minn bdot wieħed jew FSTD li jkun jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru;

(4)

jekk jintalbu privileġġi għat-twettiq ta’ LIFUS jew taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul , it-taħriġ li ġej, kif applikabbli:

(i)

f’FSTD u relatat mal-privileġġi rilevanti, taħriġ speċifiku addizzjonali li, fil-każ ta’ privileġġi għat-twettiq ta’ taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul, għandu jinkludi taħriġ għal proċeduri ta’ emerġenza relatati mal-inġenju tal-ajru;

(ii)

konsolidazzjoni tat-taħriġ speċifiku f’konformità mal-punt (4)(i), fejn l-applikant għandu, fl-inġenju tal-ajru, jipprovdi LIFUS jew taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul, kif applikabbli, taħt is-superviżjoni ta’ TRI li jkun innominat għal dak l-għan mill-ATO.”;

(46)

fil-punt FCL.905.CRI(a), il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

klassifikazzjoni tal-ġbid jew dik ajrubatika għall-kategorija tal-ajruplani, dment li s-CRI jkollu l-klassifikazzjoni rilevanti u jkun wera l-kapaċità li jipprovdi tagħlim għal dik il-klassifikazzjoni lil FI kwalifikat f’konformità mal-punt FCL.905.FI(j);”;

(47)

fil-punt FCL.905.IRI(b), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Fil-każ ta’ IRI diġà kwalifikat biex jgħallem dwar il-korsijiet integrati tal-ATP(A) jew is-CPL(A)/IR, ir-rekwiżit tal-punt FCL.905.IRI(b)(2) jista’ jiġi sostitwit bl-ikkompletar tal-kors previst fil-punt FCL.905.FI(k)(3).”;

(48)

fil-punt FCL.930.IRI, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

It-tagħlim fit-titjir għandu jingħata minn FI kwalifikat f’konformità mal-punt FCL.905.FI(j).”;

(49)

fil-punt FCL.910.SFI, it-tieni paragrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-data dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, biex il-privileġġi tal-SFIs jiġu estiżi għal FSTDs oħra li jkunu jirrappreżentaw tipi oħra tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru, l-SFIs għandu jkollhom:”;

(50)

fil-punt FCL.930.SFI, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Applikant għal ċertifikat ta’ SFI li:

(1)

ikollu ċertifikat ta’ TRI għat-tip rilevanti għandu jiġi kkreditat bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a);

(2)

għandu jew kellu ċertifikat ta’ għalliem għandu jiġi kkreditat bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit tal-punt (a)(3).”;

(51)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 1.3 u 1.4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.3.

Għall-ħruġ ta’ PPL, id-detentur ta’ LAPL fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tagħlim u tal-eżami tal-għarfien teoretiku. Dak il-kreditu għandu japplika wkoll għall-applikanti għal PPL li jkunu diġà kkompletaw b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku għal-LAPL fl-istess kategorija tal-inġenju tal-ajru, sakemm dan ikun fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt FCL.025(c).

1.4.

B’deroga mill-punt 1.2, għall-ħruġ ta’ LAPL(A), id-detentur ta’ SPL maħruġa f’konformità mal-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 bi privileġġi li jtajjar TMGs għandu juri livell adegwat ta’ għarfien teoretiku għall-klassi tal-ajruplani SEP tal-art f’konformità mal-punt FCL.135.A(a)(2).”;

(b)

il-punt 2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2.

L-applikanti għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku kif stabbilit f’dan l-Anness (il-Parti-FCL) għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa:

 

021 — Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru: il-qafas tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi, kif ukoll l-impjant elettriku, l-impjant tal-enerġija u t-tagħmir ta’ emerġenza;

 

022 — Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru: strumentazzjoni;

 

032/034 — Ajruplani jew ħelikopters ta’ prestazzjoni, kif applikabbli;

 

070 — Proċeduri operattivi;

 

081/082 — Prinċipji tat-titjir għall-ajruplani jew għall-ħelikopters, kif applikabbli.”;

(c)

il-punt 2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.4.

L-applikanti għal CPL li jkunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku rilevanti għal IR fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet.”;

(d)

il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2

L-applikanti għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku kif definit f’dan l-Anness (il-Parti-FCL) għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa:

 

021 — Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru: il-qafas tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi, kif ukoll l-impjant elettriku, l-impjant tal-enerġija u t-tagħmir ta’ emerġenza;

 

022 — Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru: strumentazzjoni;

 

032/034 — Ajruplani jew ħelikopters ta’ prestazzjoni, kif applikabbli;

 

070 — Proċeduri operattivi;

 

081/082 — Prinċipji tat-titjir għall-ajruplani jew għall-ħelikopters, kif applikabbli.”;

(52)

fl-Appendiċi 4, it-Taqsima B, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-punti fit-Taqsima 2(c) u (e)(iv), it-Taqsima 3(g), u t-Taqsimiet 5 u 6 kollha jistgħu jitwettqu f’FNPT II jew FFS. L-eżaminatur jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx il-punti fit-Taqsima 6(d).”;

(b)

it-tabella hija emendata kif ġej:

(i)

it-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:

ir-ringiela (g) hija sostitwita b’dan li ġej:

“g

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB, VOR, jew intraċċar bejn il-waypoints), identifikazzjoni tal-faċilitajiet (titjira bl-istrumenti).”;

tiżdied ir-ringiela (h) li ġejja:

“h

L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv (titjira viżiva)”;

(ii)

fit-Taqsima 6, ir-ringiela (d) hija sostitwita b’dan li ġej:

“d

Tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (jekk magħżul mill-eżaminatur)”;

(53)

L-Appendiċi 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Appendiċi 8

Ikkreditar trażevrsali tal-parti IR ta’ klassi jew kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip jew valutazzjoni prattika tal-EBT

 

(b)

fit-Taqsima A, it-tabella, l-ewwel u t-tieni ringiela huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jekk jitwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni prattika tal-EBT inkluża IR, u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu jkun validu fir-rigward tal-parti IR fil-kontroll tal-profiċjenza għal:

Klassifikazzjoni tat-tip MPA; klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*), u

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*), u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME ħlief għal klassifikazzjonijiet tat-tip kumpless ta’ prestazzjoni għolja, krediti biss għat-Taqsima 3B tal-kontroll tal-profiċjenza fil-punt B.5 tal-Appendiċi 9 (*)”;

(54)

L-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Appendiċi 9

Taħriġ, test tal-ħiliet u kontroll tal-profiċjenza għall-MPL, u għall-ATPL, u għall-klassifikazzjonijiet tat-tip u tal-klassi, u kontrolli tal-profiċjenza għall-BIR u l-IR

 

(b)

it-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-applikanti għal test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew it-tagħlim fl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li jrid jintuża fit-test.”;

(2)

jiddaħħlu l-punti 1a sa 1f li ġejjin:

“1a.

It-taħriġ fl-FFS, f’konformità mal-punti 1b u 1c ta’ din it-Taqsima, għandu jiġi kkomplementat b’taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul f’inġenju tal-ajru bi bdot wieħed li jkun operat f’operazzjonijiet bi bdot wieħed jew b’aktar minn bdot wieħed, jew f’inġenju tal-ajru b’aktar minn bdot wieħed, kif applikabbli, f’konformità mal-punt 17 ta’ din it-Taqsima, dment li t-taħriġ ma jiġix ikkompletat f’konformità mal-punt FCL.730.A jew ma jkunx jikkostitwixxi taħriġ għall-kobdoti għal cruise relief f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 6(i), ta’ dan l-Appendiċi.

1b.

It-taħriġ għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi MPA u PL għandu jitwettaq f’FFS, jew f’kombinament ta’ FSTD(s) u FFS. It-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tat-tip MPA u PL u għall-ħruġ ta’ ATPL u MPL għandu jitwettaq f’FFS, jekk ikun disponibbli.

1c.

It-taħriġ, it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip għal SPA u ħelikopters għandhom jitwettqu f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

f’FFS disponibbli u aċċessibbli, jew f’kombinament ta’ dawn l-FFS u l-FSTD(s);

(b)

f’kombinament ta’ FSTD(s) u l-inġenju tal-ajru, jekk ma jkunx hemm FFS disponibbli jew aċċessibbli;

(c)

l-inġenju tal-ajru, jekk ma jkunx hemm FSTD disponibbli jew aċċessibbli.

1d.

B’deroga mill-punt 1c, it-taħriġ, it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip għal SPA mhux kumplessi u għal ħelikopters mhux kumplessi jistgħu jitwettqu f’kombinament ta’ FSTD(s) u l-inġenju tal-ajru anke jekk FFS ikun disponibbli u aċċessibbli.

1e.

B’deroga mill-punt 1c, it-taħriġ, it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jistgħu jitwettqu f’konformità mal-punti 1c(a), (b) jew (c), irrispettivament mid-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-FFS jew tal-FSTD:

(a)

ajruplani bi bdot wieħed mhux kumplessi u mhux ta’ prestazzjoni għolja;

(b)

TMGs;

(c)

ħelikopters mhux kumplessi li għalihom il-konfigurazzjoni massima ċċertifikata tas-sits ma tkunx taqbeż il-ħames sits.

1f.

Jekk jintużaw FSTDs waqt it-taħriġ, l-ittestjar jew il-kontroll, l-adegwatezza tal-FSTDs użati għandha tiġi verifikata billi tiġi mqabbla mat-“Tabella tal-funzjonijiet u t-testijiet suġġettivi” applikabbli u mat-“Tabella tat-testijiet ta’ validazzjoni tal-FSTD” li jinsabu fid-dokument ta’ referenza primarja applikabbli għall-apparat użat. Ir-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha indikati fuq iċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-apparat għandhom jiġu kkunsidrati.”;

(3)

l-intestatura qabel il-punt 13 hija sostitwita b’dan li ġej:

“REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TAĦRIĠ, GĦAT-TEST TAL-ĦILIET U L-KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA GĦALL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP GĦAL INĠENJU TAL-AJRU B’AKTAR MINN BDOT WIEĦED, GĦAL INĠENJU TAL-AJRU BI BDOT WIEĦED META OPERAT F’OPERAZZJONIJIET B’AKTAR MINN BDOT WIEĦED, GĦALL-MPL U GĦALL-ATPL”;

(4)

il-punt 17 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip tagħhom ikun inkluda inqas minn sagħtejn ta’ taħriġ fit-titjir fl-inġenju tal-ajru, l-applikanti għandhom, qabel jew wara t-test tal-ħiliet, jikkompletaw it-taħriġ fit-titjir fl-inġenju tal-ajru.”;

(ii)

fit-tieni paragrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dan it-taħriġ approvat fit-titjir għandu jinkludi manuvri ta’ tlugħ u nżul u għandu jitwettaq minn għalliem kwalifikat taħt ir-responsabbiltà ta’:”;

(c)

it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (g), (h), (i) u (j) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

Biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725(d) jew (da), il-bdoti li diġà huma intitolati li joperaw il-klassi jew it-tip rilevanti ta’ ajruplan f’operazzjonijiet bi bdot wieħed għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

jikkompletaw kors ta’ integrazzjoni li jkun fih manuvri u proċeduri inkluż l-MCC kif ukoll l-eżerċizzji tat-Taqsima 7 bl-użu tal-ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji (TEM), CRM u fatturi umani f’organizzazzjoni li hija speċifikata fil-punt FCL.725(d)(1)(i);

(2)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza f’operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed.

(h)

Biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tat-tip f’operazzjonijiet bi bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725(d), il-bdoti li diġà huma intitolati li joperaw it-tip rilevanti ta’ ajruplan f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed għandhom jitħarrġu f’organizzazzjoni li hija speċifikata fil-punt FCL.725(d)(1)(i) u jiġu kkontrollati għall-manuvri u l-proċeduri addizzjonali li ġejjin f’operazzjonijiet bi bdot wieħed:

(i)

għall-ajruplani SE, 1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B;

(ii)

għall-ajruplani ME, 1.6, it-Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B.

(i)

Il-bdoti li huma intitolati li jeżerċitaw il-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip kemm f’operazzjonijiet bi bdot wieħed kif ukoll f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’konformità mal-punti (g) u (h) jistgħu jżommu l-privileġġi għaż-żewġ forom ta’ operazzjoni billi jikkompletaw waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

żewġ kontrolli tal-profiċjenza, wieħed f’operazzjonijiet bi bdot wieħed u wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

(ii)

kontroll tal-profiċjenza f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed minbarra l-eżerċizzji msemmija fil-punti (h)(i) jew (h)(ii), kif applikabbli, f’operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tal-klassi għandhom dejjem jinkludu l-eżerċizzji msemmija fil-punti (h)(i) jew (h)(ii), kif applikabbli, f’operazzjonijiet bi bdot wieħed.

(j)

Biex titneħħa restrizzjoni għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed minn klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplan bi bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725(d)(2), il-bdoti għandhom jikkonformaw mal-punt (h).”;

(ii)

fil-punt (l), l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Biex jiġu stabbiliti jew jinżammu l-privileġġi tal-PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH ma tkunx prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-privileġġi tal-PBN jitwettaq f’inġenju tal-ajru jew f’FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru, li ma jkunx mgħammar għall-manuvri RNP APCH, il-kontroll tal-profiċjenza ma jistax jinkludi eżerċizzji ta’ RNP APCH. F’każijiet bħal dawn, il-privileġġi tal-PBN tal-bdot ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun ikkompleta kontroll tal-profiċjenza inkluż eżerċizzju ta’ RNP APCH għall-klassi jew għat-tip rilevanti.”;

(2)

il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

Biex titneħħa restrizzjoni għall-operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725 (d)(2) minn klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, il-bdoti għandhom jikkompletaw il-manuvri/proċeduri f’2.5, 3.8.3.4, 4.4, 5.5 u mill-inqas manuvra/proċedura waħda mit-Taqsima 3.4 f’operazzjoni bi bdot wieħed.”;

(ii)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-tip ristretta maħruġa f’konformità mal-punt FCL.720.A(c) u d-detenturi tagħha, għandhom jikkompletaw taħriġ, testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza f’konformità ma’ dan l-Appendiċi. Madankollu, sakemm ma jagħmlux test tal-ħiliet f’konformità mal-punt FCL.720.A(c)(3), huma għandhom, matul test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza, iwettqu mill-inqas il-manuvri tal-inżul fir-rwol tal-monitoraġġ tal-bdot iżda ma għandhomx ikunu meħtieġa jwettqu dan li ġej:

(i)

il-manuvri ta’ tlugħ;

(ii)

il-manuvri ta’ nżul fir-rwol tat-titjir tal-bdot.”;

(iii)

fil-punt (j), l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Sabiex jiġu stabbiliti jew jinżammu l-privileġġi tal-PBN, approċċ minnhom għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH ma tkunx prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-privileġġi tal-PBN jitwettaq f’inġenju tal-ajru jew f’FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru, li ma jkunx mgħammar għall-manuvri RNP APCH, il-kontroll tal-profiċjenza ma jistax jinkludi eżerċizzji ta’ RNP APCH. F’każijiet bħal dawn, il-privileġġi tal-PBN tal-bdot ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun ikkompleta kontroll tal-profiċjenza inkluż eżerċizzju ta’ RNP APCH għall-klassi jew għat-tip rilevanti.”;

(d)

it-Taqsima C hija emendata kif ġej:

(1)

it-tabella wara l-punt 12 hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela għall-eżerċizzju hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.6.1

Għal ħelikopters b’magna waħda (SEH):

inżul awtorotattiv; jew

l-irkupru tal-enerġija, dment li l-applikanti, fis-sena preċedenti, ikunu kkompletaw taħriġ li kien jinkludi nżul awtorotattiv u li t-taħriġ ikun iddaħħal u ġie ffirmat fil-ġurnal ta’ abbord tal-applikanti mill-għalliem.

Għall-ħelikopters b’aktar minn magna waħda (MEH): irkupru tal-enerġija.

P

---->

 

M”;

 

(ii)

ir-ringieli għall-eżerċizzji 5.4.1 u 5.4.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.4.1

Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira. Nota: Skont l-AFM, il-proċeduri ta’ RNP APCH jistgħu jkunu jeħtieġu l-użu ta’ bdot awtomatiku jew ta’ direttur tat-titjira. Il-proċedura li trid tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jittieħed kont ta’ dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju agħżel ILS għal 5.4.1 f’każ ta’ din il-limitazzjoni AFM).

P *

---->*

 

M *

(sakemm ma jiġix ikkompletat l-Eżerċizzju 5.4.2)

 

5.4.2

Manwalment, b’direttur tat-titjira

P *

---->*

 

M *

(sakemm ma jiġix ikkompletat l-Eżerċizzju 5.4.1)”;

 

(2)

il-punt 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13.

Biex jeżerċitaw il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-tip f’konformità mal-punt FCL.725(d), l-applikanti għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter bi bdot wieħed għandhom:

(a)

jikkompletaw it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza f’operazzjonijiet bi bdot wieħed għal operazzjonijiet bi bdot wieħed;

(b)

jikkompletaw it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

(c)

kemm għal operazzjonijiet bi bdot wieħed kif ukoll għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, jikkompletaw it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u, barra minn hekk, il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin f’operazzjonijiet bi bdot wieħed:

(1)

għal ħelikopters b’magna waħda: 2.1 tlugħ u 2.6 u 2.6.1 tbaxxija awtorotattiva u nżul awtorotattiv;

(2)

għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda: 2.1 tlugħ u 2.4 u 2.4.1 ħsara fil-magna ftit qabel u ftit wara li jintlaħaq it-TDP;

(3)

għall-privileġġi tal-IR, minbarra l-punt (1) jew (2), kif applikabbli, approċċ wieħed tat-Taqsima 5, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-Appendiċi 8;

(d)

sabiex titneħħa restrizzjoni għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed minn klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter bi bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.725(d)(2), jiġi kkompletat kontroll tal-profiċjenza li jkun jinkludi l-manuvri u l-proċeduri msemmija fil-punti (c)(1) jew (c)(2), kif applikabbli.”.


ANNESS II

Emendi tal-Anness IV (il-Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt MED.A.010, tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara d-definizzjoni ta’ “Sigur fir-rikonoxximent tal-kuluri”:

“—

‘operazzjoni ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS)’ tfisser ‘titjira tal-HEMS’ kif definita fil-punt 61 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;”;

(2)

fil-punt MED.A.040(c), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2 għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid u mġedda minn AeMC jew minn AME. B’mod speċifiku, iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għall-applikanti li jkunu laħqu l-età ta’ 60 sena u li jkunu involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid u mġedda primarjament minn AeMC jew, fgħad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, minn AME b’esperjenza maħtura mill-awtorità kompetenti.”;

(3)

fil-punt MED.B.005, jiżdied it-tielet paragrafu li ġej:

 

“Fl-eżami tagħhom, l-AMEs għandhom jagħtu konsiderazzjoni xierqa lill-effetti deġenerattivi tat-tixjiħ fuq is-sistemi tal-ġisem.”;

(4)

il-punt MED.B.010 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punti (3) u (4) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, għandha tiġi kkompletata valutazzjoni kardjovaskulari estiża fl-ewwel validazzjoni mill-ġdid jew eżami ta’ tiġdid wara l-età ta’ 65 sena u kull 4 snin minn hemm ’il quddiem. Għall-applikanti involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed, għandha tiġi kkompletata valutazzjoni kardjovaskulari estiża fl-ewwel validazzjoni mill-ġdid jew eżami ta’ tiġdid wara l-età ta’ 60 sena u tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-fattur tar-riskju kardjovaskulari minn hemm ’il quddiem.

(4)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, għandha tkun meħtieġa stima tal-lipidi tas-serum, inklużi l-frazzjonijiet tal-kolesterol, fl-eżami inizjali, u fl-ewwel eżami wara li tkun intlaħqet l-età ta’ 40 sena.”;

(b)

fil-punt (b), jiżdied il-punt (5) li ġej:

“(5)

Valutazzjoni tal-fattur tar-riskju kardjovaskulari għandha tifforma parti mill-eżamijiet għaċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2 fl-ewwel eżami wara li tintlaħaq l-età ta’ 40 sena u f’intervalli regolari minn hemm ’il quddiem.”;

(5)

il-punt MED.B.015 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom iwettqu testijiet funzjonali pulmonari fl-eżami inizjali u meta jkunu indikati klinikament.”;

(b)

jiddaħħal il-punt (ba) li ġej:

“(ba)

Għad-detenturi taċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed, it-testijiet funzjonali pulmonari u l-iskrinjar tal-apnea ostruttiva tal-irqad (OSA, obstructive sleep apnoea) għandhom jiġu kkompletati fl-ewwel validazzjoni mill-ġdid jew eżami ta’ tiġdid wara l-età ta’ 60 sena.”;

(c)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandhom iwettqu testijiet morfoloġiċi u funzjonali tal-pulmun meta jkunu indikati klinikament jew epidemjoloġikament.”;

(6)

fil-punt MED.B.070(a)(1), jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii)

meta d-detenturi jkunu involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed, għandu jiġi kkompletat eżami komprensiv tal-għajnejn fl-ewwel validazzjoni mill-ġdid jew eżami ta’ tiġdid wara l-età ta’ 60 sena u kull sena minn hemm’ il quddiem.”;

(7)

fil-punt MED.B.075 (b), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

L-applikanti għandhom ikunu soġġetti għat-test Ishihara għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat mediku. Għad-detenturi taċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed, għandha tiġi kkompletata valutazzjoni tal-vista tal-kulur fl-ewwel validazzjoni mill-ġdid jew eżami ta’ tiġdid wara l-età ta’ 60 sena u kull sena minn hemm ’il quddiem. L-applikanti li jgħaddu minn dak it-test jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei.”;

(8)

il-punt MED.B.080(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (1), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, u għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 meta tkun trid tiżdied klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti jew klassifikazzjoni bażika tat-titjir bl-istrumenti fil-liċenzja, is-smigħ għandu jiġi ttestjat b’awdjometrija b’tonalità pura fl-eżami inizjali, imbagħad kull 5 snin sakemm id-detentur tal-liċenzja jilħaq l-età ta’ 40 sena, u mbagħad kull sentejn sakemm id-detentur tal-liċenzja jilħaq l-età ta’ 60 sena u kull sena minn hemm ’il quddiem.”;

(b)

jiżdied il-punt (3) li ġej:

“(3)

Għad-detenturi taċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed, għandu jiġi kkompletat eżami komprensiv tal-widnejn, tal-imnieħer u tal-gerżuma fl-ewwel validazzjonimill-ġdid jew eżami ta’ tiġdid wara l-età ta’ 60 sena.”;

(9)

fil-punt MED.D.020, jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

“(aa)

Biex tintwera l-konformità mal-punti MED.D.010(b) u MED.D.015(c), kors ta’ taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni li jkun ġie kkompletat minn applikant barra mit-territorji li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago jista’ jiġi aċċettat mill-awtorità kompetenti, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat u vverifikat is-sillabu tal-kors f’konformità mal-punt ARA.MED.200(c)(1) tal-Anness VI;

(ii)

l-applikant ikun ikkompleta modulu ta’ taħriġ speċifiku dwar ir-rekwiżiti ajrumediċi dettaljati f’dan l-Anness (il-Parti-MED) kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti.”.


ANNESS III

Emendi tal-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt ARA.GEN.305, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Għall-persuni li għandhom liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi volum xieraq ta’ spezzjonijiet u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel.”;

(2)

fil-punt ARA.GEN.360, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba tad-detentur ta’ ċertifikat mediku għal bidla fl-awtorità kompetenti, kif speċifikat fir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a), għandha tapplika l-proċedura speċifikata fil-punti (a) sa (d).”;

(3)

fil-punt ARA.FCL.200, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Approvazzjoni tal-liċenzja mill-għalliema. Qabel ma tawtorizza speċifikament lil ċerti għalliema biex jivvalidaw mill-ġdid klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ajruplan SEP, klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG jew klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b’magna waħda sa massa massima ta’ tlugħ ta’ 3 175 kg, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.”;

(4)

fil-punt ARA.FCL.300(b), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

L-eżami fil-komunikazzjonijiet jista’ jiġi pprovdut separatament minn dawk f’suġġetti oħra.”;

(5)

il-punt ARA.FSTD.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“AR.FSTD.120   Kontinwazzjoni ta’ kwalifika tal-FSTD

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja kontinwament l-organizzazzjoni li topera l-FSTD, bħala parti mill-programm ta’ sorveljanza, biex tivverifika li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

is-sett sħiħ ta’ testijiet fil-master QTG jerġa’ jsir progressivament fuq perjodu ta’ 12-il xahar;

(2)

ir-riżultati ta’ evalwazzjonijiet rikorrenti jibqgħu konformi mal-bażi tal-kwalifika u huma ddatati u miżmuma;

(3)

sistema ta’ kontroll tal-konfigurazzjoni tkun fis-seħħ biex tiżgura l-integrità kontinwa tal-hardware u s-software tal-FSTD kwalifikat.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-evalwazzjonijiet rikorrenti tal-FSTD f’konformità mal-proċeduri ddettaljati fil-punt ARA.FSTD.100. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu:

(1)

kull sena, fil-każ ta’ simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT). Il-bidu ta’ kull perjodu rikorrenti ta’ 12-il xahar huwa t-tmiem tax-xahar tal-kwalifika inizjali dment li ma jkunx hemm qbil dwar data oħra bejn l-awtorità kompetenti u l-organizzazzjoni li topera l-FSTD. Kull evalwazzjoni rikorrenti tal-FSTD għandha titwettaq f’perjodu ta’ 60 jum qabel u 30 jum wara l-bidu ta’ kull perjodu rikorrenti ta’ 12-il xahar;

(2)

kull 3 snin, fil-każ ta’ BITD.

(c)

L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ evalwazzjoni rikorrenti ta’ FSTD speċifikat fil-punt ARA.FSTD.120(b)(1) għal massimu ta’ 36 xahar, dment li jkunu japplikaw dawn kollha li ġejjin:

(1)

matul is-36 xahar preċedenti, l-organizzazzjoni li topera dak l-FSTD tkun tikkonforma mal-kriterji speċifikati fil-punti ARA.GEN.305(c)(1) sa (c)(4);

(2)

l-FSTD ikun ġie soġġett għal evalwazzjoni inizjali u mill-inqas evalwazzjoni rikorrenti waħda li jkunu stabbilew il-konformità kontinwa tiegħu mal-bażi tal-kwalifika;

(3)

l-awtorità kompetenti twettaq awditu tal-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni, kif speċifikat fil-punti ORA.GEN.200(a)(3) u (a)(6) tal-Anness VII, kull 12-il xahar;

(4)

l-organizzazzjoni tkun żviluppat proċeduri biex twettaq il-kompiti speċifikati fil-punt ORA.FSTD.225(b) tal-Anness VII.””;

(6)

il-punt ARA.MED.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.MED.120   Assessuri mediċi

L-awtorità kompetenti għandha taħtar assessur mediku wieħed jew aktar biex iwettqu l-kompiti ajrumediċi deskritti f’dan ir-Regolament. L-assessur mediku għandu jkun liċenzjat u kwalifikat fil-mediċina u għandu jkollu dan li ġej:

(a)

esperjenza ta’ xogħol postgradwat fil-mediċina klinika;

(b)

għarfien speċifiku u esperjenza fil-mediċina tal-avjazzjoni u l-prattika ajrumedika;

(c)

taħriġ speċifiku fiċ-ċertifikazzjoni ajrumedika.”;

(7)

il-punt ARA.MED.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.MED.125   Riferiment lill-awtorità tal-liċenzji

Meta AeMC jew eżaminatur ajrumediku (AME, aero-medical examiner) ikun irrefera d-deċiżjoni dwar l-idoneità ta’ applikant lill-assessur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

l-assessur mediku jew il-persunal mediku maħtur mill-assessur mediku għandu jevalwa d-dokumentazzjoni medika rilevanti u jitlob aktar dokumentazzjoni, eżamijiet u testijiet mediċi fejn ikun meħtieġ;

(b)

l-assessur mediku għandu jiddetermina l-idoneità tal-applikant għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku b’limitazzjoni waħda jew aktar jekk ikun meħtieġ;

(c)

l-assessur mediku għandu jinforma lill-AeMC jew lill-AME bid-deċiżjoni;

(d)

f’każ li l-applikant jiġi vvalutat bħala idoneu, l-assessur mediku għandu joħroġ, jekk ikun xieraq, iċ-ċertifikat mediku jew jiddelega l-ħruġ lill-AeMC jew lill-AME li jkun irrefera lill-applikant rispettiv.”;

(8)

jiddaħħlu l-punti ARA.MED.126 u ARA.MED.128 li ġejjin:

“ARA.MED.126   Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka taċ-ċertifikati mediċi

(a)

L-awtorità tal-liċenzji għandha tistabbilixxi proċedura biex tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċertifikat mediku.

(b)

L-awtorità tal-liċenzji għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċertifikat mediku jekk ikun hemm evidenza li:

(1)

iċ-ċertifikat mediku jkun iffalsifikat jew miksub permezz ta’ dikjarazzjoni falza jew evidenza falza;

(2)

iċ-ċertifikat mediku jkun qed jintuża bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-punt MED.A.020 tal-Anness IV;

(3)

id-detentur ta’ ċertifikat mediku ma jkunx għadu konformi mal-Anness IV (il-Parti-MED);

(c)

L-awtorità tal-liċenzji tista’ wkoll tissospendi jew tirrevoka ċertifikat mediku fuq talba bil-miktub tad-detentur taċ-ċertifikat mediku.

(d)

F’każ ta’ limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat mediku, l-awtorità tal-liċenzji għandha tinforma lill-AME jew lill-AeMC emittenti dwar ir-raġuni għal-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka.

(e)

F’każ ta’ sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat mediku, l-awtorità tal-liċenzji għandha tiżgura li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt MED.A.046 tal-Anness IV (il-Parti-MED).

(f)

L-awtorità tal-liċenzji għandha tistabbilixxi proċedura biex jerġa’ jiddaħħal ċertifikat mediku.

ARA.MED.128   Proċedura ta’ konsultazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura ta’ konsultazzjoni għall-AeMCs u l-AMEs f’konformità mal-Anness IV (il-Parti-MED).”;

(9)

il-punt ARA.MED.130 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassar il-punt (2);

(2)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Numru ta’ ċertifikat mediku li jkun jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat fejn tkun inħarġet il-liċenzja ta’ bdot jew saret applikazzjoni għaliha, segwit b’kodiċi ta’ numri u/jew ittri Għarab u bl-alfabett Latin (III)”;

(3)

il-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

Data tat-twelid tad-detentur: (jj/xx/ssss) (IVa)”;

(4)

il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(9)

Data ta’ skadenza taċ-ċertifikat mediku (IX) għal:

(i)

il-Klassi 1,

(ii)

operazzjonijiet kummerċjali li jġorru l-passiġġieri bi bdot wieħed tal-Klassi 1,

(iii)

il-Klassi 2,

(iv)

LAPL”;

(5)

il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(11)

Data tal-aħħar u l-elettrokardjogramma li jmiss”;

(6)

il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(12)

Data tal-aħħar awdjogramma u li jmiss”;

(7)

jiddaħħal il-punt (12a) li ġej:

“(12a)

Id-data tal-aħħar eżami oftalmoloġiku u li jmiss”;

(8)

jiżdied il-punt (15) bil-kontenut li ġej:

“(15)

Informazzjoni oħra”;

(b)

il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

Il-karta jew materjal ieħor użat għandu jevita jew juri mill-ewwel kwalunkwe tibdil jew tħassir. Kwalunkwe żieda jew tħassir fuq il-formola għandhom ikunu awtorizzatat b’mod ċar mill-awtorità tal-liċenzji.

(c)

Lingwa: Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jinkitbu bil-lingwa/i nazzjonali u bl-Ingliż u b’lingwi oħra li l-awtorità kompetenti tqis xierqa.”;

(10)

il-punti ARA.MED.135, ARA.MED.145 u ARA.MED.150 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ARA.MED.135   Forom ajrumediċi

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-AMEs bil-format għad-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-formola tal-applikazzjoni għal ċertifikat mediku;

(b)

il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti tal-klassi 1 u l-klassi 2;

(c)

il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti ta’ liċenzja ta’ bdot għal inġenji tal-ajru ħfief (LAPL).;

ARA.MED.145   Notifika tal-GMP lill-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti, fejn applikabbli, għandha tistabbilixxi proċess ta’ notifikazzjoni għall-prattikanti mediċi ġenerali (GMPs, general medical practitioners) sabiex ikun żgurat li l-GMP ikun konxju tar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

ARA.MED.150   Żamma tar-rekords

(a)

Minbarra r-rekords meħtieġa fil-punt ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha taż-żamma tar-rekords, dettalji tal-eżamijiet ajrumediċi, u valutazzjonijiet ippreżentati mill-AMEs, l-AeMCs jew il-GMPs.

(b)

Ir-rekords ajrumediċi kollha tal-applikanti/detenturi tal-liċenzji għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara d-data ta’ skadenza tal-aħħar ċertifikat mediku tagħhom.

(c)

Għall-fini tal-valutazzjonijiet ajrumediċi u l-istandardizzazzjoni, ir-rekords ajrumediċi għandhom ikunu disponibbli wara kunsens bil-miktub tal-applikant/tad-detentur tal-liċenzja għall-entitajiet li ġejjin:

(1)

AeMC, AME jew GMP għall-finijiet tal-ikkompletar ta’ valutazzjoni ajrumedika;

(2)

bord ta’ rieżami mediku li jista’ jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti għar-rieżami sekondarju ta’ każijiet dubjużi;

(3)

speċjalisti mediċi rilevanti għall-finijiet tal-ikkompletar ta’ valutazzjoni ajrumedika;

(4)

l-assessur mediku tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ sorveljanza kooperattiva;

(5)

l-applikant/id-detentur tal-liċenzja kkonċernat, fuq it-talba bil-miktub tiegħu;

(6)

l-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni, b’mod li tiżgura li l-kunfidenzjalità medika tiġi rispettata f’kull ħin.

(d)

L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel ir-rekords ajrumediċi disponibbli għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (c) f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista ta’:

(1)

l-AeMCs u l-AMEs li tkun iċċertifikat;

(2)

l-AMEs iċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju tagħha u li lilhom tkun ipprovdiet struzzjonijiet f’konformità mal-punt MED.D.001(f)(3) tal-Anness IV (il-Parti-MED);

(3)

il-GMPs li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom f’konformità mal-punt MED.A.040 tal-Anness IV (il-Parti-MED), fejn applikabbli;

(4)

l-OHMPs li jkunu nnotifikaw lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu valutazzjonijiet ajrumediċi tal-ekwipaġġ tal-kabina f’konformità mal-punti MED.C.005(c) u MED.D.040 tal-Anness IV (il-Parti-MED), fejn applikabbli.

Il-lista għandha tiddikjara l-privileġġi tal-persuni u l-organizzazzjonijiet speċifikati fil-punti (1) sa (4) tal-ewwel paragrafu u għandha tiġi ppubblikata u tinżamm aġġornata mill-awtorità kompetenti.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha tanalizza d-data dwar is-saħħa tal-bdoti li għandhom aktar minn 60 sena, speċjalment ta’ dawk involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed, u tirrapporta din id-data dwar is-saħħa b’mod anonimu u aggregat lill-EASA fuq bażi annwali.”;

(11)

il-punt ARA.MED.200 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.MED.200   Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ ċertifikat tal-AME

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt ARA.GEN.315, għandu japplika dan kollu li ġej:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li qabel il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid, it-tiġdid jew l-estensjoni tal-privileġġi ta’ ċertifikat tal-AME, l-applikanti juru l-kompetenza ajrumedika tagħhom f’konformoità mal-punti MED.D.030(a)(6) u (b)(5) tal-Anness IV;

(b)

l-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tiżgura li, qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat tal-AME, ikollha l-evidenza li l-prattika tal-AME tkun mgħammra u li hemm fis-seħħ il-proċessi xierqa biex jitwettqu eżamijiet ajrumediċi fl-ambitu taċ-ċertifikat tal-AME li tkun saret applikazzjoni għalih. Fil-każ ta’ bosta postijiet ta’ prattika tal-AME, kollha kemm huma għandhom jiġu speċifikati fuq iċ-ċertifikat tal-AME;

(c)

għall-applikanti msemmija fil-punt MED.D.020(aa) tal-Anness IV, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta kors ta’ taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni mwettaq minn applikant barra mit-territorji li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, dment li l-awtorità kompetenti tkun għamlet dan kollu li ġej:

(1)

ikun ġie vvalutat u vverifikat li s-sillabu tal-kors huwa ekwivalenti għall-korsijiet ta’ taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni disponibbli fl-Istati Membri;

(2)

ikun ġie pprovdut lill-applikant modulu ta’ taħriġ speċifiku dwar ir-rekwiżiti ajrumediċi dettaljati fl-Anness IV (il-Parti-MED);

(d)

meta jkun ġie ssodisfat tali l-AME tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tibdel iċ-ċertifikat tal-AME għal perjodu li ma jkunx jaqbeż it-3 snin, billi tuża l-formola stabbilita fl-Appendiċi VII.”;

(12)

it-titolu tal-punt ARA.MED.240 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ARA.MED.240   Prattikanti mediċi ġenerali (GMPs) li jeżerċitaw il-privileġġi f’konformità mal-punt MED.A.040 tal-Anness IV (il-Parti-MED)”;

(13)

il-punt ARA.MED.245 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.MED.245   Sorveljanza kontinwa tal-AMEs u l-GMPs

Meta tiżviluppa l-programm ta’ sorveljanza kontinwa msemmi fil-punt ARA.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra:

(1)

l-għadd ta’ AMEs u GMPs li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti teżerċita s-sorveljanza;

(2)

l-għadd ta’ AMEs iċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti teżerċita s-sorveljanza;

(3)

valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-attività tal-AMEs u tal-GMPs.”;

(14)

jiddaħħal il-punt ARA.MED.246 li ġej:

“ARA.MED.246   Kooperazzjoni ta’ sorveljanza tal-AMEs u tal-AeMCs

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt ARA.GEN.300(e):

(a)

meta AME jew AeMC iwettqu l-attività tagħhom f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti li tkun iċċertifikat l-AME jew l-AeMC għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-punt ARA.GEN.200(c) u l-punti ARA.GEN.300(d) u (e) mal-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i l-oħra fejn l-AME jew l-AeMC iwettqu l-attività tagħhom. Il-proċedura għandha tiġi miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti involuti;

(b)

fil-każ imsemmi fil-punt (a), l-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i l-oħra fejn l-AME jew l-AeMC iwettqu l-attività tagħhom għandha tikkondividi l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sorveljanza tal-AME jew tal-AeMC mal-awtorità kompetenti li tiċċertifika l-AME jew l-AeMC.”;

(15)

il-punt ARA.MED.250 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-AME fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

l-AME ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli;”;

(iii)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (6)

(iv)

jiddaħħal il-punt (8) li ġej:

“(8)

kwalunkwe kuntest operazzjonali tal-AME li jista’ jkollu impatt negattiv dirett jew indirett fuq is-sikurezza tat-titjira”;

(b)

fil-punt (b), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat tal-AME għandu jiġi kkunsidrat invalidu f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin u l-awtorità kompetenti għandha tirrevokah minnufih:”;

(c)

jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċess fis-seħħ għall-irkupru taċ-ċertifikati tal-AME rrevokati, għandha taġġorna l-lista tal-AMEs, u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kif xieraq.”;

(16)

il-punt ARA.MED.255 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.MED.255   Miżuri ta’ infurzar

Jekk, matul is-sorveljanza jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità ta’ AeMC, AME jew GMP, l-awtorità kompetenti għandu jkollha proċess biex tirrieżamina ċ-ċertifikati mediċi maħruġa minn dak l-AeMC, l-AME jew il-GMP u tista’ tinvalidahom, fejn meħtieġ, biex tiżgura s-sikurezza tat-titjira.

Għal ċertifikati mediċi maħruġa lil applikanti li għandhom awtorità tal-liċenzji differenti mill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-AME, dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma u tiskambja l-informazzjoni rilevanti mal-assessur mediku tal-awtorità tal-liċenzji tad-detentur taċ-ċertifikat mediku affettwat.”;

(17)

il-punti ARA.MED.315 u ARA.MED.325 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ARA.MED.315   Rieżami tar-rapporti tal-eżamijiet

L-awtorità tal-liċenzji għandu jkollha proċess fis-seħħ biex l-assessur mediku jieħu l-passi li ġejjin:

(a)

jirrieżamina r-rapporti tal-eżami u tal-valutazzjoni li jkun irċieva mill-AeMCs, l-AMEs u l-GMPs, u jinfurmahom dwar kwalunkwe inkonsistenza jew żball waqt il-proċess tal-valutazzjoni;

(aa)

jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa għal kwalunkwe inkonsistenza identifikata jew żball identifikat;

(b)

jassisti lill-AMEs u lill-AeMCs fit-talba tagħhom rigward id-deċiżjoni tagħhom dwar l-istat mediku f’każijiet dubjużi u kumplessi.

AR.MED.325 Proċedura ta’ rieżami sekondarja

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura għar-rieżami ta’ każijiet dubjużi u kumplessi u każijiet fejn applikant jitlob rieżami f’konformità mar-rekwiżiti mediċi applikabbli u l-konklużjoni medika akkreditata kif definit fil-punt MED.A.010 tal-Anness IV (il-Parti-MED).”;

(18)

jitħassar il-punt ARA.MED.330;

(19)

fil-punt (a)(2) tal-Appendiċi I, il-punt (XIII) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(XIII)

kummenti: jiġifieri approvazzjonijiet speċjali marbutin ma’ restrizzjonijiet u approvazzjonijiet għall-privileġġi, inklużi approvazzjonijiet tal-profiċjenza fil-lingwa, u kummenti dwar il-validazzjoni awtomatika tal-liċenzja; u”;

(20)

L-Appendiċi III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paġna 1 tal-mudell taċ-ċertifikat, in-noti f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(*)

‘Unjoni Ewropea’ trid titħassar għal Stati Membri mhux tal-UE jew l-EASA.

il-Formola 143 tal-EASA il-Ħarġa 3 – il-paġna 1/2”;

(b)

fil-paġna 2 tal-mudell taċ-ċertifikat, in-nota f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“il-Formola 143 tal-EASA il-Ħarġa 3 – il-paġna 2/2”;

(21)

L-Appendiċi IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paġna 1 tal-mudell taċ-ċertifikat, in-noti f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(*)

‘Unjoni Ewropea’ trid titħassar għal Stati Membri mhux tal-UE jew l-EASA.

il-Formola 145 tal-EASA – il-Ħarġa 2 – il-paġna 1/2”;

(b)

fil-paġna 2 tal-mudell taċ-ċertifikat, in-nota f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“il-Formola 145 tal-EASA – il-Ħarġa 2 – il-paġna 2/2”;

(22)

L-Appendiċi V huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi V tal-ANNESS VI il-PART-ARA

ĊERTIFIKAT GĦAĊ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI (AeMCs)

Unjoni Ewropea  (1)

Awtorità Kompetenti

ĊERTIFIKAT TAĊ-ĊENTRU AJRUMEDIKU

REFERENZA:

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 u r-Regolament (UE) 2015/340 (2) u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[awtorità kompetenti] b’dan tiċċertifika

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI]

[INDIRIZZ TAL-ORGANIZZAZZJONI]

bħala Ċentru ajrumediku ċċertifikat skont il-Parti-ORA, bil-privileġġi u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ attivitajiet kif elenkati fit-termini ta’ approvazzjoni hawn mehmuża.

KUNDIZZJONIJIET:

1.

Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għal dak speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tal-approvazzjoni tal-manwal tal-organizzazzjoni approvata;

2.

Dan iċ-ċertifikat jeħtieġ konformità mal-proċeduri speċifikati fid-dokumentazzjoni tal-organizzazzjoni kif meħtieġ mill-Parti-ORA.

3.

Dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-ORA, sakemm ma jkunx ġie ċedut, sostitwit, sospiż jew revokat.

Data tal-ħruġ: jj/xx/ssss

Firma: [Awtorità Kompetenti]

il-Formola 146 tal-EASA, il-Ħarġa 2

ĊERTIFIKAT TAĊ-ĊENTRU AJRUMEDIKU

Hemża (3) man-numru taċ-ċertifikat tal-AeMC:

PRIVILEĠĠI U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

[Isem l-organizzazzjoni] kisbet il-privileġġ(i) li twettaq eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati mediċi u rapporti mediċi kif iddikjarat fit-tabella ta’ hawn taħt u li toħroġ dawn iċ-ċertifikati mediċi u r-rapporti mediċi għal:

 

Inizjali/rivalidazzjoni/tiġdid

Data tal-ħruġ

Klassi 1

 

 

Klassi 2/LAPL/Ekwipaġġ tal-Kabina

 

 

Klassi 3 (4)

 

 


Data: jj/xx/ssss

Firma: [Awtorità Kompetenti]

”;

(23)

L-Appendiċi VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi VII tal-ANNESS VI il-PART-ARA

ĊERTIFIKAT GĦAL EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI (AMEs)

L-Unjoni Ewropea  (5)

Awtoritajiet Kompetenti

ĊERTIFIKAT TA’ EŻAMINATUR AJRUMEDIKU

NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT:

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 u r-Regolament (UE) 2015/340 (6) u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[awtorità kompetenti] b’dan tiċċertifika

[ISEM L-EŻAMINATUR AJRUMEDIKU]

[INDIRIZZ(I) TAL-PRATTIKA TAL-EŻAMINATUR AJRUMEDIKU]

bħala eżaminatur ajrumediku

KUNDIZZJONIJIET:

1.

Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għall-privileġġi speċifikati fid-dokument mehmuż ma’ dan iċ-ċertifikat ta’ AME;

2.

Dan iċ-ċertifikat jeħtieġ konformità mar-regoli u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni speċifikati fil-Parti-MED/Parti ATCO.MED (6).

3.

Dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu minn [jj/xx/ssss] sa [jj/xx/ssss (7)] soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-MED/Parti ATCO.MED (6) sakemm ma jkunx ġie ċedut, sostitwit, sospiż jew revokat.

 

Data tal-ħruġ: jj/xx/ssss

 

Firma: [Awtorità Kompetenti]

il-Formola 148 tal-EASA, il-Ħarġa 2

ĊERTIFIKAT TA’ EŻAMINATUR AJRUMEDIKU

Hemża (8) man-numru taċ-ċertifikat ta’ AME:

PRIVILEĠĠI U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

[Isem u titolu akkademiku tal-eżaminatur ajrumediku] kiseb il-privileġġ(i) li jwettaq eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati mediċi u rapporti mediċi kif iddikjarat fit-tabella ta’ hawn taħt u li joħroġ dawn iċ-ċertifikati mediċi u rapporti mediċi għal:

Klassi 1 validazzjoni mill-ġdid/tiġdid

[valida sa] / [Mhux applikabbli]

Klassi 2/LAPL/Inizjali/validazzjoni mill-ġdid/tiġdid tal-ekwipaġġ tal-kabina

[validu sa]

Klassi 3 (9) validazzjoni mill-ġdid/tiġdid

[valida sa] / [Mhux applikabbli]


Data tal-ħruġ: jj/xx/ssss

Firma: [Awtorità Kompetenti]

”;

(1)   “Unjoni Ewropea” trid titħassar għal Stati Membri mhux tal-UE jew l-EASA.

(2)  Ir-referenza għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew għar-Regolament (UE) 2015/340 għandha tiġi modifikata skont il-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat.

(3)  Dan id-dokument mehmuż jista’ jinħareġ bħala parti miċ-ċertifikat tal-AeMC jew bħala dokument separat.

(4)  Klassi 3 għandha tiżdied biss għall-AeMCs approvati biex iwettqu eżamijiet ajrumediċi tal-klassi 3.

(5)   “Unjoni Ewropea” trid titħassar għal Stati Membri mhux tal-UE

(6)  Referenza għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew għar-Regolament (UE) 2015/340 kif ukoll għall-Parti-MED u l-Parti ATCO.MED għandha tiġi modifikata skont il-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat.

(7)  Format tad-data tal-iskadenza: jum/xahar/sena

(8)  Dan id-dokument mehmuż jista’ jinħareġ bħala parti miċ-ċertifikat ta’ AME jew bħala dokument separat.

(9)  Klassi 3 għandha tiżdied biss għall-AMEs approvati biex iwettqu eżamijiet ajrumediċi tal-klassi 3.


ANNESS IV

Emendi tal-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt ORA.FSTD.225 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(1)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jibqa’ validu soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(2)

il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

l-awtorità kompetenti li tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kif definit fil-punt ORA.GEN.140 biex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti ta’ implimentazzjoni u delegati adottati abbażi tiegħu;”;

(b)

il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

Jekk l-awtorità kompetenti tkun estendiet il-perjodu ta’ evalwazzjoni rikorrenti għal FSTD f’konformità mal-punt ARA.FSTD.120(c) tal-Anness VI (Parti-ARA), l-organizzazzjoni għandha tassenja persuna jew grupp ta’ persuni b’esperjenza adegwata li għandhom jagħmlu dan kollu li ġej fi żmien perjodu ta’ 60 jum qabel u 30 jum wara l-bidu ta’ kull perjodu rikorrenti ta’ 12-il xahar f’konformità mal-punt ARA.FSTD.120(b)(1) tal-Anness VI:

(1)

jirrieżaminaw ir-ripetizzjonijiet regolari tat-testijiet kompluti fil-master QTG;

(2)

iwettqu l-funzjonijiet rilevanti u t-testijiet soġġettivi;

(3)

jibagħtu rapport tar-riżultati lill-awtorità kompetenti.

(c)

Kwalifika tal-BITD għandha tibqa’ valida soġġetta għal evalwazzjoni regolari għall-konformità mal-bażi tal-kwalifika applikabbli mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ARA.FSTD.120 tal-Anness VI.”;

(2)

il-punt ORA.AeMC.105 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ORA.AeMC.105   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta’ approvazzjoni bħala ċentru ajrumediku (AeMC) biex:

(a)

jipprovdu għarfien espert ajrumediku u taħriġ prattiku għall-AMEs;

(b)

joħorġu ċertifikati mediċi u rapporti mediċi tal-ekwipaġġ tal-kabina, inklużi ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1, jew ċertifikati mediċi tal-klassi 3 f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 (*1), jew it-tnejn, kif applikabbli.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/340/oj).”;"

(3)

fil-punt ORA.AeMC.115, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

minbarra d-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni meħtieġa fil-punt ORA.GEN.115, ipprovdi dettalji tal-attivitajiet li huma kkuntrattati lil sptarijiet jew istituti mediċi deżinjati għall-fini ta’ eżamijiet mediċi speċjalizzati.”;

(4)

jiddaħħal il-punt ORA.AeMC.120 li ġej:

“ORA.AeMC.120   Ċertifikat tal-AeMC

Organizzazzjoni li jkollha ċertifikat tal-AeMC ma għandu jkollha, fl-ebda ħin, aktar minn ċertifikat wieħed tal-AeMC maħruġ bl-istess kamp ta’ applikazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti ta’ implimentazzjoni u delegati adottati abbażi tiegħu.”;

(5)

il-punt ORA.AeMC.135 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ORA.AeMC.135   Validità kontinwa

Iċ-ċertifikat tal-AeMC għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Għandu jibqa’ validu sakemm id-detentur u l-eżaminaturi ajrumediċi tal-organizzazzjoni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jikkonformaw mal-punt MED.D.030 tal-Anness IV (il-Parti-MED) ta’ dan ir-Regolament jew mal-punt ATCO.MED.C.025 tal-Anness IV (il-Parti-ATCO.MED) tar-Regolament (UE) 2015/340, kif applikabbli;

(b)

jiżguraw l-esperjenza kontinwa tagħhom billi jwettqu għadd adegwat ta’ eżamijiet mediċi tal-klassi 1, jew eżamijiet mediċi tal-klassi 3 f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/340, jew eżamijiet ajrumediċi militari ekwivalenti, kif xieraq, kull sena.”;

(6)

jiddaħħal il-punt ORA.AeMC.160 li ġej:

“ORA.AeMC.160   Rappurtar

L-AeMC għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti r-rapporti statistiċi dwar il-valutazzjonijiet ajrumediċi tal-applikanti, inklużi rapporti tal-iskrinjar tad-drogi u tal-alkoħol imwettaq skont il-punt MED.B.055(b) tal-Anness IV (Parti-MED) u kwalunkwe fattur jew xejra ta’ riskju għas-saħħa identifikati matul il-valutazzjonijiet ajrumediċi.”;

(7)

il-punt ORA.AeMC.200 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għaċ-ċertifikazzjoni medika f’konformità mal-Parti-MED;”;

(b)

jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

“(aa)

li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-AMEs u esperti mediċi oħra tal-AeMC; u”;

(8)

jiddaħħal il-punt ORA.AeMC.205 li ġej:

“ORA.AeMC.205   Attivitajiet kuntrattati

Minkejja l-punt ORA.GEN.205, għandu japplika dan kollu li ġej:

(a)

l-eżamijiet ajrumediċi minimi meħtieġa għandhom jitwettqu fi ħdan l-organizzazzjoni tal-AeMC, f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-privileġġi definiti fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-AeMC;

(b)

eżamijiet u investigazzjonijiet mediċi addizzjonali jistgħu jitwettqu minn esperti jew organizzazzjonijiet individwali kkuntrattati. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tikkuntratta kwalunkwe parti mill-attività tagħha, is-servizz jew il-prodott ikkuntrattat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.”;

(9)

il-punt ORA.AeMC.210 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ORA.AeMC.210   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

L-AeMC għandu jkollu dan li ġej fil-persunal tiegħu:

(1)

eżaminatur ajrumediku (AME) innominat bħala kap tal-AeMC, bi privileġġi li joħroġ ċertifikati mediċi tal-klassi 1, jew ċertifikati mediċi tal-klassi 3 skont ir-Regolament (UE) 2015/340, kif applikabbli, f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni definit fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-AeMC u esperjenza suffiċjenti fil-mediċina tal-avjazzjoni biex jeżerċita dmirijietu;

(2)

mill-inqas AME kwalifikata addizzjonali wieħed/waħda bi privileġġi li joħorġu ċertifikati mediċi tal-klassi 1, jew ċertifikati mediċi tal-klassi 3 f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/340, kif applikabbli, f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni definit fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża mal-privileġġi taċ-ċertifikat tal-AeMC, u persunal tekniku ieħor;

(3)

esperti mediċi disponibbli.

(b)

Il-Kap tal-AeMC għandu jkun responsabbli għal:

(1)

il-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tar-riżultati tal-eżamijiet;

(2)

l-iffirmar ta’ rapporti, ċertifikati, u ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1 u ċertifikati mediċi tal-klassi 3 f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/340.”.


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/340/oj).”;”


ANNESS V

Emendi tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

Fl-Anness VIII, il-punt DTO.GEN.135 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“DTO.GEN.135   Terminazzjoni tal-intitolament għall-għoti ta’ taħriġ

(a)

DTO ma għandhiex tibqa’ tkun intitolata tipprovdi xi taħriġ jew it-taħriġ kollu speċifikat fid-dikjarazzjoni tagħha abbażi ta’ dik id-dikjarazzjoni, meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

id-DTO tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bil-waqfien ta’ xi attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.116(b);

(2)

id-DTO ma tkunx ipprovdiet it-taħriġ għal iktar minn 36 xahar wara xulxin.

(b)

DTO għandha tirritorna ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni f’konformità mal-punt DTO.GEN.230(c) lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien:

(1)

f’każ ta’ waqfien tal-attivitajiet ta’ taħriġ f’konformità mal-punt (a);

(2)

f’każ ta’ revoka skont il-punt ARA.GEN.350(da)(3) tal-Anness VI (il-Parti-ARA).”.


ANNESS VI

Emendi tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012

Fil-punt ORO.FC.A.201(b)(2) tal-Anness III, il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

taħriġ u kontrolli rikorrenti skont il-punt ORO.FC.230, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(A)

il-kontroll ma għandux jinkludi manuvri ta’ tlugħ;

(B)

il-kontroll għandu jinkludi manuvri ta’ nżul mill-inqas fir-rwol ta’ monitoraġġ tal-bdot;”.


ANNESS VII

Emendi tal-Anness V (il-Parti-SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012

Fil-punt SPA.HEMS.130 tal-Anness V, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu għalqu s-60 sena u li jwettqu operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.065(a) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

(1)

Għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu għalqu s-60 sena u li jwettqu operazzjonijiet tal-HEMS bi bdot wieħed f’konformità mal-punt FCL.065(a) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-operatur għandu jqis fl-evalwazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa f’konformità ma’ ORO.GEN.200 iż-żieda fir-riskju ta’ inkapaċità minħabba fatturi kardjovaskulari u ċerebrovaskulari marbuta ma’ ċirkostanzi operazzjonali.

(2)

It-taħriġ u l-kontrolli għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira msemmija fil-punt (1) għandhom jitwettqu minn persunal li jkun irċieva taħriġ xieraq biex jgħinhom jidentifikaw tnaqqis konjittiv ħafif u jitolbu valutazzjoni medika tal-membru tal-ekwipaġġ fejn meħtieġ.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2076/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top