This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1664
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1664 of 12 June 2024 fixing the adjustment rate for direct payments pursuant to Regulation (EU) 2021/2116 of the European Parliament and of the Council in respect of the calendar year 2024
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1664 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li jiffissa r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2024
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1664 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li jiffissa r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2024
C/2024/3826
ĠU L, 2024/1664, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1664/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1664 |
13.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1664
tat-12 ta’ Ġunju 2024
li jiffissa r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2024
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li, meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont is-sublimitu korrispondenti għal sena baġitarja partikolari jkunu jindikaw li se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli, trid tiġi ddeterminata rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament u għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, trid tiġi stabbilita riżerva għall-agrikoltura tal-Unjoni fil-bidu ta’ kull sena fil-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). F’konformità mal-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, meta l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed biex tiġi ffinanzjata r-riżerva sal-ammont meħtieġ, id-dixxiplina finanzjarja tista’ tintuża f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament bħala l-aħħar alternattiva biex tiġi ffinanzjata r-riżerva. |
(3) |
Il-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u għan-nefqa relatata mas-suq iddeterminati fl-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni għall-2025 jindikaw li attwalment m’hemmx bżonn dixxiplina finanzjarja. Madankollu, hemm inċertezza kbira fir-rigward tal-ħtiġijiet futuri għall-appoġġ mir-riżerva għall-agrikoltura fid-dawl tal-konsegwenzi għas-settur agroalimentari tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, u l-frekwenzi tal-eventi klimatiċi avversi li jaffettwaw il-biedja. Barra minn hekk, il-livell għoli attwali ta’ instabbiltà fis-settur agrikolu madwar l-Ewropa jista’ jħalli impatt fuq il-ħtiġijiet baġitarji stmati għas-sena finanzjarja 2025. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 17(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116, ir-rata ta’ aġġustament trid tiġi ffissata sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja li għaliha tapplika r-rata ta’ aġġustament. F’konformità mal-Artikolu 17(2) ta’ dak ir-Regolament, ir-rata ta’ aġġustament tista’ tiġi adattata abbażi ta’ informazzjoni ġdida sal-1 ta’ Diċembru tal-istess sena kalendarja. Madankollu, ir-rata tista’ tiġi adattata għal informazzjoni ġdida biss jekk ir-rata tkun ġiet iffissata sat-30 ta’ Ġunju. |
(5) |
Fid-dawl tal-inċertezzi relatati mal-previżjonijiet baġitarji u biex tibqa’ l-possibbiltà li r-rata ta’ aġġustament tiġi adattata sal-1 ta’ Diċembru 2024 ħalli jkunu żgurati l-osservanza tal-limiti massimi annwali u l-finanzjament addizzjonali għar-riżerva tal-agrikoltura, jekk ikun hemm bżonn xi wieħed mit-tnejn, jitqies xieraq li tiġi ffissata rata ta’ aġġustament ta’ 0% għas-sena kalendarja 2024. |
(6) |
L-Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li r-rata ta’ aġġustament trid tapplika, għas-sena kalendarja korrispondenti, għall-pagamenti li jaqbżu l-EUR 2 000 li jridu jingħataw lill-bdiewa għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament u għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament. |
(7) |
Bħala regola ġenerali, il-bdiewa li jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja partikolari (N) iridu jirċievu l-pagament fi żmien fiss tal-pagamenti tul is-sena finanzjarja (N+1). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, sa ċerti limiti, iħallsu l-pagamenti lill-bdiewa wara dak il-perjodu tal-pagamenti. Dawk il-pagamenti tard jistgħu jsiru f’sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena kalendarja partikolari, ir-rata ta’ aġġustament jenħtieġ li ma tiġix applikata għall-pagamenti li għalihom ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna fi snin kalendarji li mhumiex is-sena kalendarja li tapplika għaliha d-dixxiplina finanzjarja. Għaldaqstant, biex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, jixraq jiġi previst li r-rata ta’ aġġustament tiġi applikata biss għall-pagamenti li għalihom ikunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fis-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja, irrispettivament minn meta jsir il-pagament lill-bdiewa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-fini biex tiġi stabbilita r-rata ta’ aġġustament f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-pagamenti li jridu jingħataw lill-bdiewa għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament u għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, u li jaqbżu l-EUR 2 000 għal applikazzjoni għall-għajnuna ppreżentata fir-rigward tas-sena kalendarja 2024, għandhom jitnaqqsu b’rata ta’ aġġustament ta’ 0%.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1664/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)