This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1435
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1435 of 24 May 2024 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2023/988 of the European Parliament and of the Council as regards establishing the template for a recall notice
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1435 tal-24 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-istabbiliment tal-mudell għal avviż ta’ sejħa lura
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1435 tal-24 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-istabbiliment tal-mudell għal avviż ta’ sejħa lura
C/2024/3383
ĠU L, 2024/1435, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1435/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/05/2024
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32024R1435R(01) |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1435 |
27.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1435
tal-24 ta’ Mejju 2024
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-istabbiliment tal-mudell għal avviż ta’ sejħa lura
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2023/988, jekk l-informazzjoni dwar is-sejħa lura ta’ prodott għal raġunijiet ta’ sikurezza tingħata lill-konsumaturi bil-miktub, jenħtieġ li din issir f’għamla ta’ avviż ta’ sejħa lura. Skont l-Artikolu 35(4) ta’ dak ir-Regolament, meta mhux il-konsumaturi affettwati kollha jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, l-operaturi ekonomiċi u l-fornituri tas-swieq online, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom ixerrdu avviż ċar u viżibbli ta’ sejħa lura. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jirreaġixxu għas-sejħiet lura ta’ prodotti għal raġunijiet ta’ sikurezza, l-avviż ta’ sejħa lura jenħtieġ li jkun ċar, trasparenti, u jiddeskrivi b’mod ċar il-periklu inkwistjoni. Ir-Regolament (UE) 2023/988 jistabbilixxi l-informazzjoni obbligatorja li avviż ta’ sejħa lura jenħtieġ li jkun fih. |
(3) |
Sabiex jiġi ffaċilitat u promoss approċċ konsistenti u prattiki uniformi madwar l-UE fir-rigward tal-avviżi ta’ sejħa lura, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell għall-avviżi ta’ sejħa lura ta’ prodotti għal raġunijiet ta’ sikurezza. Mudell uniku u standardizzat għas-sejħiet lura ta’ prodotti għal raġunijiet ta’ sikurezza jenħtieġ li jagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi li jidentifikaw u jifhmu l-avviżi ta’ sejħa lura, u jenħtieġ li jiżgura konformità aktar faċli u uniformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2023/988 għall-operaturi ekonomiċi u l-fornituri tas-swieq online. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2023/988 jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-mudell għal avviż ta’ sejħa lura filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, u li tagħmlu disponibbli f’format li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi joħolqu faċilment avviż ta’ sejħa lura. L-aktar soluzzjoni teknikament xierqa biex dan il-mudell isir disponibbli tkun li l-Kummissjoni tippubblikah fuq is-sit web tagħha. |
(5) |
L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2023/988 jirrikjedi li l-avviż ta’ sejħa lura jenħtieġ li jkun f’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Dan jimplika pereżempju li meta avviż ta’ sejħa lura jiġi kondiviż online, dan iqis l-istandards u l-aħjar prattiki għall-aċċessibbiltà għall-web. B’mod partikolari, jekk informazzjoni importanti dwar il-prodott imsejjaħ lura jew l-identifikazzjoni tal-prodotti kkonċernati mis-sejħa lura tkun qiegħda fi stampa, huwa essenzjali li tali informazzjoni tiġi spjegata sabiex tkun tista’ tinqara mill-magni. |
(6) |
Sabiex l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-proċessi interni tagħhom fir-rigward ta’ avviż ta’ sejħa lura, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-istess data bħar-Regolament (UE) 2023/988, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għal avviż ta’ sejħa lura f’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2023/988.
Il-mudell huwa stabbilit fl-Anness.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan il-mudell fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1435/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)