EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1290

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1290 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex in-nitroġenu ġġenerat mill-arja ambjentali jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu

C/2024/1235

ĠU L, 2024/1290, 6.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1290/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1290/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1290

6.5.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1290

tad-29 ta’ Frar 2024

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex in-nitroġenu ġġenerat mill-arja ambjentali jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ April 2022, l-Aġenzija Ewopea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) irċeviet applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat mill-arja ambjentali bħala sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li ġiet sottomessa lilha f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2014 (2). L-applikazzjoni ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti tal-Ġermanja.

(2)

L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ssottomettiet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija fl-14 ta’ Ottubru 2022. Wara s-sottomissjoni tar-rapport tal-valutazzjoni, saru diskussjonijiet f’laqgħat tekniċi organizzati mill-Aġenzija.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl-Anness I ta’ sustanzi attivi. F’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 88/2014 meħud flimkien mal-Artikolu 75(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjonijiet tal-Aġenzija fl-1 ta’ Marzu 2023 (3), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija kkonkludiet li n-nitroġenu ġġenerat mill-arja ambjentali ma jagħtix lok għal tħassib skont it-tifsira tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u li għalhekk jista’ jiġi inkluż fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dment li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għandhom jinkludu evidenza li l-esponiment tal-utent u tal-pubbliku ġenerali għal atmosfera ipossika jiġi evitat u, fejn xieraq, jittieħdu l-miżuri meħtieġa.

(5)

Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, jixraq li n-nitroġenu ġġenerat mill-arja ambjentali jiġi inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, soġġett għall-konformità mal-kundizzjoni stabbilita mill-Aġenzija. Billi n-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kategorija 2 “Sustanzi inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006” tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 528/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/2022-04-15

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2014 tal-31 ta’ Jannar 2014 li jispeċifika proċedura għall-emenda tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/88/oj).

(3)  Biocidal Products Committee Opinion on the application for inclusion into Annex I, Category 2 of the active substance nitrogen generated from ambient air; ECHA/BPC/372/2023; adottata fl-1 ta’ Marzu 2023.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/2014-04-10).


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-Kategorija 2 tal-Lista tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 25(a), tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru EC

Isem/grupp

Restrizzjoni

Kumment

“—

Nitroġenu ġġenerat mill-arja ambjentali

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għandhom jinkludu evidenza li jiġi evitat l-esponiment tal-utent u tal-pubbliku ġenerali għal atmosfera ipossika u, fejn xieraq, jittieħdu l-miżuri meħtieġa.

—”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1290/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top