This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1288
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1288 of 6 May 2024 granting Cabo Verde a temporary derogation from the rules on preferential origin laid down in Delegated Regulation (EU) 2015/2446, in respect of prepared or preserved fillets of tuna and tuna loins (raw, cooked and frozen), prepared or preserved mackerel fillets and prepared or preserved frigate tuna or frigate mackerel fillets
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1288 tas-6 ta’ Mejju 2024 li jagħti lil Cabo Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ fletti jew lojns tat-tonn ippreparati jew ippreservati (nejjin, imsajrin u ffriżati), fletti tal-kavall ippreparati jew ippreservati u fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1288 tas-6 ta’ Mejju 2024 li jagħti lil Cabo Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ fletti jew lojns tat-tonn ippreparati jew ippreservati (nejjin, imsajrin u ffriżati), fletti tal-kavall ippreparati jew ippreservati u fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati
C/2024/2839
ĠU L, 2024/1288, 7.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1288/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 32015R2446 | artikolu 41 punt (b) | 01/01/2024 | 31/12/2025 | |
Derogation | 32015R2446 | artikolu 45 | 01/01/2024 | 31/12/2025 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1288 |
7.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1288
tas-6 ta’ Mejju 2024
li jagħti lil Cabo Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ fletti jew lojns tat-tonn ippreparati jew ippreservati (nejjin, imsajrin u ffriżati), fletti tal-kavall ippreparati jew ippreservati u fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(6) u l-Artikolu 66(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Cabo Verde huwa pajjiż li jibbenefika mill-arranġament speċjali tal-inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba previst fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), imsejjaħ is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (SĠP+). Ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għall-finijiet tas-SĠP, minbarra r-regoli proċedurali, huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3). |
(2) |
Permezz ta’ ittra bid-data tal-14 ta’ Lulju 2023, Cabo Verde ppreżenta talba għal estensjoni tad-derogi temporanji mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, li kienu ngħataw mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/561 (4), (UE) 2019/620 (5) u (UE) 2021/966 (6). It-talba kienet tikkonċerna volum annwali ta’ 5 000 tunnellata ta’ fletti u lojns tat-tonn ippreparati jew ippreservati (nejjin, imsajrin u ffriżati), 3 000 tunnellata ta’ fletti tal-kavall ippreparati jew ippreservati u 1 000 tunnellata ta’ fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati. Skont id-deroga mitluba, dawn il-prodotti jitqiesu li joriġinaw minn Cabo Verde anki jekk ikunu ġew prodotti minn ħut mhux oriġinarju. |
(3) |
Cabo Verde sostna t-talba tiegħu għal estensjoni ta’ dawk id-derogi billi bbaża fuq l-argumenti ppreżentati f’talbiet preċedenti, li kollha kemm huma għadhom rilevanti, jiġifieri kwantitajiet baxxi ta’ tonn u kavall maqbuda fl-ilmijiet territorjali tiegħu, opportunitajiet tas-sajd skarsi barra mill-ilmijiet territorjali tiegħu u perjodu limitat tal-istaġun tas-sajd, li jnaqqas l-opportunitajiet li jinqabad ħut oriġinarju. Element importanti ieħor huwa li Cabo Verde żviluppa l-infrastruttura portwarja tiegħu. Minħabba f’hekk, issa jistgħu jiġu ttrattati kwantitajiet ikbar ta’ ħut u għalhekk, l-industrija tas-sajd issa għandha l-opportunità li tikber. Sfortunatament, Cabo Verde ma għandux flotta industrijali li tkun kapaċi sservi l-industrija tas-sajd tiegħu, u lanqas qed jinvesti biżżejjed fil-flotta. Il-kapaċitajiet limitati attwali tal-qbid ta’ ħut oriġinarju ma jippermettix lill-industrija tas-sajd tipproduċi sal-kapaċità massima tagħha. Fl-aħħar nett, it-talba enfasizzat id-diffikultajiet li jħabbat wiċċu magħhom Cabo Verde minħabba d-dewmien tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika tal-Punent. Cabo Verde qajjem argument li fih jenfasizza l-ħtieġa tiegħu għal deroga mir-regoli SĠP dwar l-oriġini preferenzjali sabiex jikkumpensa għall-fatt li għadu mhux possibbli li wieħed jiddependi fuq il-kwoti tal-oriġini jew ir-regoli tal-akkumulazzjoni skont il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika li għadu mhux applikat proviżorjament. |
(4) |
Id-deroga prevista fl-Artikolu 64(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-“Kodiċi Doganali tal-Unjoni”) hija ta’ natura temporanja u soġġetta għal konformità mtejba mar-regoli dwar l-oriġini tal-prodotti kkonċernati u mar-rekwiżit dwar il-kooperazzjoni amministrattiva. Sabiex ikun jista’ jiġġestixxi din id-deroga mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali, jenħtieġ li l-pajjiż rikjedenti jikkonforma mar-rekwiżiti fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-użu tad-deroga u l-ġestjoni tal-kwantitajiet li għalihom tkun mogħtija d-deroga. |
(5) |
Madankollu, l-azzjonijiet ta’ monitoraġġ li wettqet il-Kummissjoni matul dawn l-aħħar snin rigward il-konformità ta’ Cabo Verde mar-regoli dwar l-oriġini preferenzjali, il-proċeduri relatati u l-kooperazzjoni amministrattiva mal-Unjoni wrew ċerti nuqqasijiet, b’mod partikolari mar-rekwiżiti rigward il-kooperazzjoni amministrattiva tiegħu mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fil-verifika tal-provi tal-oriġini fis-settur tas-sajd. |
(6) |
Huwa d-dmir tal-Kummissjoni Ewropea li tieħu ħsieb li l-għoti ta’ derogi temporanji xorta waħda jwassal lil Cabo Verde biex jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jikkonforma mal-verifika tal-provi tal-oriġini u jirrimedja n-nuqqasijiet fil-kooperazzjoni amministrattiva. Deroga mhijiex l-aktar strument ġustifikat biex jipprovdi soluzzjoni fit-tul għall-problemi strutturali fl-industrija tas-sajd ta’ Cabo Verde. |
(7) |
Minħabba d-iffikutajiet ekonomiċi rikorrenti u minħabba n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi, jenħtieġ li Cabo Verde xorta waħda jingħata, għalkemm b’kundizzjonijiet stretti, deroga temporanja mir-rekwiżit li jinsab fir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali li l-prodotti jitqiesu li joriġinaw mill-pajjiż benefiċjarju biss meta jinkorporaw materjali li jinkisbu għalkollox f’dak il-pajjiż. Skont il-volumi li ntużaw bis-sħiħ matul id-deroga preċedenti tal-2020–2023, jenħtieġ li d-deroga tingħata għal volum annwali ta’ 3 000 tunnellata ta’ fletti u lojns tat-tonn ippreparati jew ippreservati (nejjin, imsajrin u ffriżati), 2 700 tunnellata ta’ fletti tal-kavall ippreparati jew ippreservati u 600 tunnellata ta’ fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati. Jenħtieġ li d-durata tad-deroga tkun limitata għal perjodu ta’ sentejn sabiex Cabo Verde jkun jista’ jagħmel ħiltu biex ilesti l-aġġustamenti strutturali meħtieġa fis-settur tas-sajd ħalli jikkonforma mar-regoli tal-oriġini għall-prodotti kkonċernati.. Madankollu, jenħtieġ li d-deroga tingħata bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali ta’ Cabo Verde jieħdu l-passi meħtieġa biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti soġġetti għad-deroga, u li dawn jikkomunikaw lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu dikjarazzjonijiet tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet. |
(8) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li Cabo Verde jibbenefika minn deroga mir-regoli tal-oriġini għat-tonn u l-kavalli bil-kundizzjoni li jirrapporta regolarment lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-oriġini għall-prodotti kkonċernati u mal-proċeduri relatati u li jipprovdi kooperazzjoni amministrattiva xierqa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali skont is-SĠP imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (Regolament SĠP). Jenħtieġ li dawk ir-rapporti jiġu ppreżentati skont skeda taż-żmien preċiża. Jenħtieġ li kull dewmien biex jintlaħqu l-iskadenza stabbilita jkun iwassal għas-sospensjoni tad-deroga li għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde wara tfakkira u stedina biex jippreżentaw ir-rapporti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Jenħtieġ li l-elementi li għandhom jiġu inklużi f’dawk ir-rapporti jiġu elenkati f’Anness ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tad-deroga hija soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. |
(9) |
Jenħtieġ li l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ikunu ġestiti f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7) li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. |
(10) |
Jenħtieġ li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu u jiġu applikati b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2024, sabiex titqies is-sitwazzjoni diffiċli ta’ Cabo Verde u biex dan il-pajjiż ikun jista’ japplika d-deroga minn dik id-data. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 41(b) u l-Artikolu 45 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-prodotti msemmijin fl-Annessi I u II li jiġu prodotti f’Cabo Verde minn ħut mhux oriġinarju għandhom jitqiesu li joriġinaw minn Cabo Verde f’konformità mal-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Din id-deroga għandha tapplika għall-prodotti li jkunu ġew esportati minn Cabo Verde u ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025.
2. Id-deroga għandha tapplika għall-prodotti sal-kwantità annwali elenkata fl-Anness I (tonn) u fl-Anness II (kavall u tumbrell) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-applikazzjoni tad-deroga hija soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji.
Artikolu 4
Id-deroga qed tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
L-awtoritajiet doganali ta’ Cabo Verde għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1. |
(2) |
Ir-referenza li ġejja għandha tiddaħħal fid-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula mill-esportaturi rreġistrati: “Deroga — ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1288”. |
(3) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini skont l-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 u l-kopji ta’ dawn il-provi. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni għal tliet perjodi, jiġifieri 6 xhur, 12-il xahar u 20 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta’ kull perjodu. Għalhekk, l-ewwel rapport għandu jiġi kkomunikat bejn l-1 ta’ Lulju u l-1 ta’ Settembru 2024. It-tieni rapport għandu jiġi kkomunikat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu 2025. It-tielet rapport għandu jiġi kkomunikat bejn l-1 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Ottubru 2025. Il-perjodu li fadal ta’ bejn l-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2025 għandu jkun soġġett għal rapport addizzjonali li għandu jintbagħat fi żmien xahrejn wara tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1). |
(4) |
Flimkien mar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport b’informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri li jkunu ħadu sabiex:
L-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi rrappurtata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde hija elenkata fl-Anness III. |
Artikolu 5
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom, li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u (4), fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fih, il-Kummissjoni għandha tibgħat tfakkira lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde li fiha titlobhom jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jirrispondux għal dik it-talba sal-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni tista’ tissospendi d-deroga prevista f’dan ir-Regolament. Kull tali sospensjoni ma għandhiex ittawwal il-perjodu taż-żmien previst f’dan ir-Regolament u fl-Anness I u l-Anness II tiegħu. Dik is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/978/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/561 tat-8 ta’ April 2019 li jagħti lil Cabo Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ fletti tat-tonn ippreparati jew ippreservati (ĠU L 98, 9.4.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/561/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/620 tas-17 ta’ April 2019 li jagħti lil Cabo Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u ta’ fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati (ĠU L 108, 23.4.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/620/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/966 tal-11 ta’ Ġunju 2021 li jagħti lil Cabo Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ fletti tat-tonn ippreparati jew ippreservati, fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati (ĠU L 214, 17.6.2021, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/966/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
ANNESS I
Nru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Perjodi |
Kwantità annwali (piż nett f’tunnellati) |
09.1602 |
1604142100 1604142690 1604142800 1604207050 1604207055 1604143190 1604143690 1604143800 1604207099 0304870090 1604144120 1604144629 1604144820 1604207045 0304870020 1604144130 1604144830 |
10 |
Fletti u lojns tal-plamtu ppreparati jew ippreservati (Katsuwonus pelamis) |
Minn 1.1.2024 sa 31.12.2024 |
3 000 |
Minn 1.1.2025 sa 31.12.2025 |
3 000 |
||||
Fletti jew lojns tat-tonn isfar ippreparati jew ippreservati (Thunnus albacares) |
|||||
Fletti jew lojns tat-tonn obeż ippreparati jew ippreservati (Thunnus obesus) |
|||||
Alonga ppreparata (Thunnus alalunga) |
ANNESS II
Nru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Perjodi |
Kwantità annwali (piż nett f’tunnellati) |
09.1647 |
1604151100 ex 1604 19 97 |
10 |
Fletti tal-kavall ippreparati jew ippreservati (Scomber scombrus, Scomber japonicus, Scomber colias) |
Minn 1.1.2024 sa 31.12.2024 |
2 700 |
Minn 1.1.2025 sa 31.12.2025 |
2 700 |
||||
09.1648 |
ex 1604 19 97 1604209000 |
10 |
Fletti tat-tumbrell ippreparati jew ippreservati (Auxis thazard, Auxis rochei) |
Minn 1.1.2024 sa 31.12.2024 |
600 |
Minn 1.1.2025 sa 31.12.2025 |
600 |
ANNESS III
Miżuri li għandhom jiġu rrapportati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde skont l-Artikolu 4(4)
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 4(4) għandu jkun fih deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li ħadu l-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde biex jiżguraw dan li ġej:
(a) |
li jitwettqu verifiki tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għal kull talba li ssir sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 108 u 109 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2015/2447; |
(b) |
li l-verifiki tal-istatus tal-oriġini tal-prodott tas-sajd fil-baħar u ta’ prodotti oħra li jittieħdu mill-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 44(h) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ikunu jinkludu verifika tal-post tal-qbid u, meta jittieħdu minn barra l-baħar territorjali kif imsemmi fl-Artikolu 44(h) ta’ dak ir-Regolament, verifika fuq il-kundizzjonijiet tas-sjieda tal-bastiment; |
(c) |
li l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 108(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jitwettqu fuq l-esportaturi f’intervalli ddeterminati abbażi ta’ kriterji tal-analiżi tar-riskju xierqa f’konformità mal-Artikolu 108(2) ta’ dak ir-Regolament; |
(d) |
li l-esportaturi u l-uffiċjali tal-gvern f’Cabo Verde jiġu mgħarrfa sew rigward ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għall-finijiet tas-SĠP u l-proċeduri relatati permezz ta’ istruzzjonijiet, taħriġ, seminars u/jew informazzjoni bbażata fuq il-web xierqa. |
Għal kull talba għal verifika tal-oriġini li tasal mingħand l-awtoritajiet doganali, ir-rapport għandu, fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-punt (a), jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
— |
ir-referenza u d-data tat-talba għal verifika tal-oriġini; |
— |
l-Istat Membru li għamel it-talba (“l-Istat Membru rikjedenti”); |
— |
id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde rċevew it-talba; |
— |
il-prodotti kkonċernati (il-kodiċi SA u d-deskrizzjoni tal-prodotti); |
— |
id-data li fiha ntbagħtet it-tweġiba lill-Istat Membru rikjedenti; |
— |
ir-raġuni għal kwalunkwe dewmien biex tintbagħat tweġiba għat-talba, kif xieraq; |
— |
il-valutazzjoni tat-talba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde (jiġifieri jekk l-oriġini ddikkjarata fid-dikjarazzjoni tal-oriġini ġietx ikkonfermata). |
Ir-rapport għandu, fir-rigward il-miżuri msemmija fil-punt (c), jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
— |
in-numru ta’ kontrolli li twettqu; |
— |
il-kriterji tal-analiżi tar-riskju użati mill-awtoritajiet kompetenti biex jivvalutaw ir-riskju u biex jiddeterminaw l-intervalli bejn il-kontrolli regolari li jsiru fuq l-esportaturi; |
— |
il-metodoloġija segwita waqt il-kontrolli; |
— |
jekk l-awtoritajiet kompetenti kinux jirrikjedu li l-esportaturi jipprovdu l-kopji jew lista tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini li għamlu, f’konformità mal-Artikolu 108(2) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2015/2447, bil-ħsieb li jwettqu kontrolli regolari fuq l-esportaturi, f’konformità mal-Artikolu 108(1)(b) ta’ dak ir-Regolament; |
— |
jekk il-kontrolli wrewx li l-esportaturi f’Cabo Verde humiex mgħarrfa sew rigward il-proċeduri applikabbli u r-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għall-finijiet tas-SĠP; |
— |
jekk itteħdux miżuri korrettivi u/jew jekk ġewx applikati penali f’każijiet fejn l-esportatur ħareġ dikjarazzjoni ħażina dwar l-oriġni. |
Ir-rapport għandu, fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-punt (d), jinkludi l-istruzzjonijiet, id-dokumenti u l-materjali tat-taħriġ li ntużaw biex l-esportaturi u l-uffiċjali tal-gvern f’Cabo Verde jiġu infurmati rigward ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għall-finijiet tas-SĠP u tal-proċeduri relatati.
Ir-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) għandu jaġġorna l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti preċedenti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1288/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)