Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1041

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1041 tat-28 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku

    C/2023/7930

    ĠU L, 2024/1041, 8.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1041/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1041/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1041

    8.4.2024

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1041

    tat-28 ta’ Novembru 2023

    li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2022/869 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati l-11-il kuritur ta’ prijorità strateġiku tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, il-grilji offshore, l-idroġenu u l-elettrolizzaturi, u t-tliet oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija għall-Unjoni kollha għall-grilji tal-elettriku intelliġenti, il-grilji tal-gass intelliġenti u n-networks tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju u qafas għall-identifikazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess reċiproku (PMIs) żviluppati mill-Unjoni flimkien ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-elettriku, tal-idroġenu u tan-networks tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2022/869, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/869 sat-30 ta’ Novembru 2023.

    (3)

    Il-proġetti eliġibbli proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni kollha ġew ivvalutati skont il-kriterju ta’ sostenibbiltà obbligatorju għall-kategoriji kollha tal-proġetti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/869. Il-proġetti proposti li wrew kontribuzzjonijiet sinifikanti għas-sostenibbiltà biss ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/869 li kkonfermaw li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-proġetti kandidati fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(5).

    (5)

    L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs/PMIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f’laqgħat tekniċi.

    (6)

    Wara l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fil-21 ta’ Settembru 2023 rigward l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta’ valutazzjoni u l-analiżi tal-kost-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fil-25 ta’ Ottubru 2023. Skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2022/869, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati minn dawk l-Istati Membri li l-proġetti jolqtu t-territorju tagħhom.

    (7)

    Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi r-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, il-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-fornituri, il-popolazzjonijiet lokali u l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent ġew mistiedna għad-diskussjonijiet tekniċi fil-gruppi reġjonali u ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni.

    (8)

    Il-PCIs jenħtieġ li jiġu elenkati skont il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea strateġika fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2022/869. Il-PMIs, li ma humiex meħtieġa jimplimentaw il-kurituri u l-oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament TEN-E, jenħtieġ li jiġu elenkati separatament skont il-kategorija tal-infrastruttura li jappartjenu għaliha u r-reġjun fejn jinsabu.

    (9)

    Jenħtieġ li l-PCIs/PMIs jiġu elenkati jew bħala PCIs/PMIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta’ diversi PCIs u PMIs minħabba li huma interdipendenti jew (potenzjalment) f’kompetizzjoni ma’ xulxin.

    (10)

    F’konformità mad-deroga prevista mill-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2022/869 fil-każ ta’ Ċipru u Malta fir-rigward ta’ interkonnessjoni waħda għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-Kummissjoni rċeviet id-dokumentazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 24, il-paragrafi (1) u (2). Il-proġetti rispettivi ġew ippreżentati matul il-laqgħat tekniċi tal-grupp reġjonali u ġiet ippubblikata d-dokumentazzjoni rilevanti, bis-sigrieti kummerċjali esklużi. Interkonnessjoni waħda għal Malta u interkonnessjoni waħda għal Ċipru, meħtieġa għall-interkonnessjoni ta’ dawk l-Istati Membri man-network tal-gass trans-Ewropew, jenħtieġ għalhekk li jżommu l-istatus tagħhom ta’ proġetti ta’ interess komuni.

    (11)

    Il-lista tal-Unjoni tinkludi proġetti fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, li jinkludu l-prefattibbiltà, il-fattibilità, l-għoti tal-permessi u l-kostruzzjoni. Għall-PCIs/PMIs fi stadju ta’ żvilupp bikri, jistgħu jkunu meħtieġa studji biex juru l-vijabbiltà teknika u ekonomika kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu identifikati, ivvalutati u evitati u mtaffija b’mod adegwat, l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu identifikati u kkunsidrati l-miżuri rilevanti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-iżvilupp tal-proġetti.

    (12)

    L-inklużjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni hija mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali rilevanti u għall-proċedura tal-permessi.

    (13)

    L-ewwel lista tal-Unjoni ta’ PCIs u PMIs jenħtieġ li tiġi adottata kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament hija adottata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jibqa’ fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ tar-regolament delegat li jippromulga t-tieni lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45.


    ANNESS

    L-Anness VII tar-Regolament (UE) 2022/869 li jissostitwixxi l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    “ANNESS VII

    IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI U PROĠETTI TA’ INTERESS REĊIPROKU (“LISTA TAL-UNJONI”),

    imsemmija fl-Artikolu 3(4)

    A.   Prinċipji applikati fit-tfassil tal-lista tal-Unjoni

    (1)   Raggruppamenti ta’ PCIs u PMIs

    Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Huma stabbiliti t-tipi li ġejjin ta’ raggruppamenti ta’ PCIs/PMI:

    raggruppament ta’ PCIs/PMIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż il-PCIs/PMIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament ġie fformat biex jidentifika l-PCIs/PMIs li huma kollha meħtieġa biex jiġu indirizzati l-istess ostakli transfruntieri, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F’dan il-każ, il-PCIs/PMIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha;

    raggruppament ta’ PCIs/PMIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli transfruntieri. F’dan il-każ, mhux il-PCIs/PMIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs/PMIs jew il-PCIs/PMIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs/PMIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs/PMIs, inkluż f’dak li jikkonċerna l-kapaċità tal-ħtiġijiet; u

    raggruppament ta’ PCIs/PMIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs/PMIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jindirizza l-istess ostakli. Madankollu, il-kobor tal-ostakli huwa aktar ċert milli fil-każ ta’ raggruppament ta’ PCIs/PMIs li potenzjalment jikkompetu ma’ xulxin, u għalhekk ġie ddeterminat li għandu jiġi implimentat PCI/PMI wieħed biss. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina liema PCI/PMI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta’ PCIs/PMIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni ta’ PCIs/PMIs;

    kuritur ġeneriku jirrifletti ċerti ħtiġijiet sinifikanti ta’ infrastruttura li ġew identifikati li ma setgħux jiġu indirizzati b’mod adegwat mill-proġetti sottomessi.

    Il-PCIs/PMIs kollha huma soġġetti għad-drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2022/869.

    (2)   Trattament tas-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-kompressuri

    Is-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala partijiet ta’ PCIs/PMIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni jew ħdejn il-pipelines, skont il-każ. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni jew mill-pipelines, skont il-każ. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/869.

    (3)   Partijiet mhux eliġibbli tal-PCIs/PMIs

    Xi PCIs/PMIs jinkludu investiment mhux eliġibbli jew aktar minn wieħed fil-kompożizzjoni tagħhom. Dawn l-investimenti, elenkati hawn taħt, ma għandhomx jitqiesu bħala parti mil-lista tal-Unjoni.

    It-Taqsima Guitiriz – Zamora (parti mill-PCI 9.1.3)

    It-Taqsima Saint Martin de Crau – Cruzy (parti mill-PCI 9.1.5)

    It-Taqsima Freiburg – Offenbach (parti mill-PCI 9.2.1)

    It-Taqsima taż-żona ta’ Limburg u l-konnessjoni tagħha mal-network ċentrali (backbone) tat-Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant tan-NL (parti mill-PCI 9.6)

    Bastiment (parti mill-PCI 9.13.1)

    It-Taqsima Poggio Renatico – Gries Pass (parti mill-PCI 10.1.1)

    It-Taqsima Karperi – Komotimi (parti mill-PCI 10.3.1)

    It-Taqsima Kiruna – Lulea (parti mill-PCI 11.1)

    Erba’ sezzjonijiet interni tal-pipeline Finlandiż Kyröskoski; Loviisa, minn Kotka u Porvoo minn Tolkinnen (ir-referenzi ġeografiċi huma approssimattivi u mogħtija biss bħala indikazzjonijiet) (parti mill-PCI 11.2)

    Pipeline fil-LT li jgħaqqad ma’ Klaipeda (parti mill-PCI 11.2)

    It-Taqsima Magdeburg – Potsdam (ir-referenzi ġeografiċi huma approssimattivi u mogħtija biss bħala indikazzjonijiet) (parti mill-PCI 11.2)

    Ġestjoni tal-fluss tax-xogħol mingħajr karti, voicebot u chatbot, awtomatizzazzjoni tal-ġestjoni tal-forza tax-xogħol, irkantijiet konġunti SK-UA u assi għall-għar tat-turiżmu (parti mill-PCI 12.3)

    (4)   Proġetti li biddlu n-numru tal-PCI tagħhom meta mqabbel mal-lista preċedenti tal-Unjoni

    Il-proġetti li huma parti mil-lista preċedenti tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 imħassar ibiddlu n-numru tal-PCI tagħhom minħabba l-għoti ta’ ordni ġdida jew minħabba kurituri ta’ prijorità miżjuda ġodda fir-Regolament (UE) 2022/869. Dan huwa relatat ma’ xi proġetti li huma parti mill-kategoriji li ġejjin: l-elettriku, il-grilji tal-elettriku intelliġenti u n-networks tas-CO2. F’dan il-każ, jissemma n-numru tal-PCI preċedenti, għal finijiet ta’ informazzjoni biss, taħt l-isem tal-proġett.

    B.   Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku

    (1)   Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    1.1

    L-interkonnessjoni Portugall – Spanja bejn Beariz – Fontefría (ES), Fontefria (ES) – Ponte de Lima (PT) u Ponte de Lima – Vila Nova de Famalicão (PT), inklużi substazzjonijiet f’Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT) (Nru 2.17 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.2

    L-interkonnessjoni bejn Gatica (ES) u Cubnezais (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Biscay Gulf”] (Nru 2.7 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.3

    L-interkonnessjoni bejn La Martyre (FR) u l-Great Island jew Knockraha (IE) [fil-preżent magħrufa bħala l-“Iterkonnettur Ċeltiku”] (Nru 1.6 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.4

    Ir-raggruppament ta’ linji interni fil-Ġermanja, inklużi l-PCIs li ġejjin:

    1.4.1

    Linja interna minn Emden-East sa Osterath biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn ir-Rheinland [fil-preżent magħrufa bħala “A-Nord”] (Nru 2.31.1 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.4.2

    Linja interna minn Heide/West sa Polsum biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn iż-Żona tar-Ruhr [fil-preżent magħrufa bħala “Korridor B”] (Nru 2.31.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.4.3

    Linja interna minn Wilhelmshaven sa Uentrop biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn iż-Żona tar-Ruhr [fil-preżent magħrufa bħala “Korridor B”] (Nru 2.31.3 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.5

    Linja interna fil-Ġermanja bejn Brunsbüttel/Wilster u Großgartach/Grafenrheinfeld biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [fil-preżent magħrufa bħala “Suedlink”] (Nru 2.10 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.6

    Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tal-Punent [fil-preżent magħrufa bħala “Ultranet”] (Nru 2.9 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.7

    1.7.1

    L-interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Pyrenean crossing 1”] (Nru 2.27.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.7.2

    L-interkonnessjoni bejn ir-reġjun ta’ Aragón (ES) u Marsillon (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Pyrenean crossing 2”] (Nru 2.27.1 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.8

    L-interkonnessjoni bejn Lonny (FR) u Gramme (BE) (Nru 2.32 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.9

    Il-linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f’Lillo (BE) [fil-preżent magħrufin bħala “BRABO II + III”] (Nru 2.23 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.10

    L-interkonnessjoni bejn l-Italja kontinentali — Korsika (FR) u Sardinja (IT) [fil-preżent magħrufa bħala “SACOI 3”] (Nru 2.4 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.11

    Il-Proġett ta’ Estensjoni tal-Ħżin ta’ Kaunertal (AT) (Nru 2.18 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.12

    Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata u bil-Purifikazzjoni tal-ilma NAVALEO (ES) (Nru 2.28.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.13

    Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata ta’ Silvermines (IE) (Nru 2.29 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.14

    Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata RIEDL (DE) (Nru 2.30 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.15

    Il-Ħżin tal-Enerġija Idrawlika Riversibbli Ppumpjata LOS GUAJARES (ES)

    1.16

    Il-Ħżin tal-Enerġija bl-Arja Kkompressata tal-Idroġenu taċ-Ċentru tal-Idroġenu Ekoloġiku tad-Danimarka (DK) (Nru 1.21 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.17

    Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata WSK PULS (DE)

    1.18

    Il-Ħżin tal-Enerġija Idrawlika Riversibbli Ppumpjata AGUYO II (ES)

    Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    1.19

    L-interkonnessjoni bejn in-nodu ta’ Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TN) [fil-preżent magħrufa bħala “ELMED”] (Nru 2.33 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    1.20

    L-interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Zeebrugge (BE) u Kemsley, Kent (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Cronos”]

    1.21

    L-interkonnessjoni bejn iż-żoni ta’ Emden (DE) u Corringham, Essex (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Tarchon”]

    (2)   L-interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    2.1

    Ir-raggruppament tal-Awstrija – Ġermanja, inklużi l-PCIs li ġejjin:

    2.1.1

    L-interkonnessjoni bejn Isar/Altheim/Ottenhofen (DE) — St.Peter (AT) (Nru 3.1.1 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.1.2

    Linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT) (Nru 3.1.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.1.3

    Linja interna bejn Westtirol — Zell/Ziller (AT) (Nru 3.1.4 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.1.4

    L-interkonnettur bejn Pleinting (DE) – St.Peter (AT)

    2.2

    Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isar [fil-preżent magħrufa bħala “SuedOstLink”] (Nru.3.12 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.3

    Ir-raggruppament ta’ linji interni fiċ-Ċekja, inkluż dan li ġej:

    2.3.1

    Linja interna bejn Vernerov u Vitkoz (Nru 3.11.1 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.3.2

    Linja interna bejn Prestice u Kocor (Nru 3.11.3 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.3.3

    Linja interna bejn Kocin u Mirovka (Nru 3.11.4 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.4

    L-interkonnettur bejn Würmlach (AT) — Somplago (IT) (Nru 3.4 fir-raba’ lista ta’ PCIs)

    2.5

    Ir-raggruppament Ungerija – Rumanija inklużi l-PCIs li ġejjin:

    2.5.1

    L-interkonnettur bejn Józsa (HU) u Oradea (RO)

    2.5.2

    Linja interna bejn Urechesti (RO) u Targu Jiu (RO)

    2.5.3

    Linja interna bejn Targu Jiu (RO) u Paroseni (RO)

    2.5.4

    Linja interna bejn Paroseni (RO) u Baru Mare (RO)

    2.5.5

    Linja interna bejn Baru Mare (RO) u Hasdat (RO)

    2.6

    Ir-raggruppament ta’ Iżrael – Ċipru – Greċja fil-preżent magħruf bħala “EuroAsia Interconnector”, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    2.6.1

    L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY) (Nru 3.10.1 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.6.2

    L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL) (Nru 3.10.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.7

    L-interkonnettur bejn Otrokovice (CZ) — Ladce (SK)

    2.8

    L-interkonnettur bejn Lienz (AT) — ir-reġjun tal-Veneto (IT) (Nru 3.2.1 fit-tieni lista ta’ PCIs)

    2.9

    Il-ħżin tal-enerġija idrawlika ppumpjata bl-ilma f’Amfilochia (EL) (Nru 3.24 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    2.10

    Is-Sistema ta’ Hżin tal-Enerġija tal-Batteriji ta’ Ptolemaida (EL)

    2.11

    Modernizzazzjoni tal-Hżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata f’Čierny Vesh (SK) [fil-preżent magħrufa bħala “SE Integrator”]

    Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    2.12

    L-interkonnettur bejn Subotica (RS) u Sándorfalva (HU)

    2.13

    L-interkonnessjoni bejn Wadi El Natroon (EG) u Mesogeia/St Stefanos (EL) [fil-preżent magħrufa bħala “GREGY Interconnector”]

    (3)   Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    3.1

    Il-linja interna bejn Stanisławów u Ostrołęka (PL) (Nru 4.5.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.2

    Il-ħżin tal-enerġija idrawlika ppumpjata bl-ilma fl-Estonja (Nru 4.6 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3

    L-integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-networks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.3.1

    L-interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV) (Nru 4.8.3 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.2

    Linja interna bejn Viru u Tsirguliina (EE) (Nru 4.8.4 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.3

    Linja interna bejn Paide u Sindi (EE) (Nru 4.8.7 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.4

    Linja interna bejn Vilnius u Neris (LT) (Nru 4.8.8 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.5

    Aktar aspetti ta’ infrastruttura relatati mal-implimentazzjoni tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-Istati Baltiċi man-network Ewropew kontinentali (Nru 4.8.9 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.6

    Interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja [fil-preżent magħrufa bħala “Harmony Link”] (Nru 4.8.10 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.7

    Is-substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Mūša (LT) (Nru 4.8.13 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.8

    Linja interna bejn Bitenai u KHAE (LT) (Nru 4.8.14 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.9

    Is-substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Darbėnai (LT) (Nru 4.8.15 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.10

    Linja interna bejn Darbenai u Bitenai (LT) (Nru 4.8.16 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.11

    Linja interna bejn Dunowo u Żydowo Kierzkowo (PL) (Nru 4.8.18 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.12

    Linja interna bejn Piła Krzewina u Żydowo Kierzkowo (PL) (Nru 4.8.19 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.13

    Linja interna bejn Morzyczyn-Dunowo-Słupsk-Żarnowiec (PL) (Nru 4.8.21 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.14

    Linja interna bejn Żarnowiec-Gdańsk/Gdańsk Przyjaźń-Gdańsk Błonia (PL) (Nru 4.8.22 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.3.15

    Kondensaturi tas-sinkronizzazzjoni, li jipprovdu inerzja, stabbiltà tal-vultaġġ, stabbiltà tal-frekwenza u enerġija f’ċirkwit kort fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja (Nru.4.8.23 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.4

    It-tielet interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Iżvezja [fil-preżent magħrufa bħala “Aurora line”], inklużi l-PCIs li ġejjin:

    3.4.1

    Interkonnessjoni bejn it-Tramuntana tal-Finlandja u t-Tramuntana tal-Iżvezja (Nru 4.10.1 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.4.2

    Linja interna bejn Keminmaa u Pyhänselkä (FI) (Nru 4.10.2 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    3.5

    Ir-raba’ interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Iżvezja [fil-preżent magħrufa bħala

    “Aurora line 2”]

    3.6

    Interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Estonja [fil-preżent magħrufa bħala “Estlink 3”]

    (4)   Il-grilji offshore fil-Baħar tat-Tramuntana (NSOG)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    4.1

    Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, in-Netherlands u l-Ġermanja) [fil-preżent magħruf bħala “North Sea Wind Power Hub”] (Nru 1.19 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    4.2

    L-interkonnettur ibridu offshore bejn il-Belġju u d-Danimarka [fil-preżent magħruf bħala “Triton Link”]

    4.3

    Substazzjon u konnessjoni ta’ vultaġġ għoli offshore ma’ Menuel (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Offshore Wind connection Centre Manche 1”]

    4.4

    Substazzjon u konnessjoni ta’ vultaġġ għoli offshore ma’ Tourbe (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Offshore Wind connection Centre Manche 2”]

    Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    4.5

    Interkonnettur b’diversi użi bejn il-Grilja Modulari Offshore 2 (BE) u Leisten (UK) [fil-preżent magħruf bħala “Nautilus”] (Nru 1.15 fir-raba’ lista ta’ PCIs)

    4.6

    L-interkonnessjoni HVDC li sservi diversi għanijiet bejn il-Gran Brittanja u n-Netherlands [fil-preżent magħrufa bħala “LionLink”]

    (5)   Il-grilji offshore tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija (BEMIP offshore)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    5.1

    L-interkonnettur ibridu offshore fil-Latvja u fl-Estonja [fil-preżent magħruf bħala “Elwind”]

    5.2

    L-interkonnettur Ibridu Offshore tal-Gżira tal-Enerġija Bornholm (BEI) bejn id-Danimarka u l-Ġermanja

    (6)   Grilji offshore fin-Nofsinhar u l-Punent (SW offshore)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    6.1

    Konnessjoni Eolika Offshore Occitanie (FR)

    6.2

    Konnessjoni Eolika Offshore PACA (FR)

    (7)   Grilji offshore fin-Nofsinhar u l-Lvant (SE offshore)

    Ma ġie mressaq l-ebda proġett għal dan il-kuritur.

    (8)   Grilji offshore fl-Atlantiku

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    8.1

    Konnessjoni Eolika Offshore tan-Nofsinhar tal-Bretanja (FR)

    8.2

    Konnessjoni Eeolika Offshore fin-Nofsinhar tal-Atlantiku (FR)

    (9)   Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    9.1

    Il-Kuritur Portugall – Spanja – Franza – Ġermanja:

    9.1.1

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Portugall

    9.1.2

    L-interkonnettur tal-idroġenu Portugall – Spanja

    9.1.3

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Spanja

    9.1.4

    L-interkonnettur tal-Idroġenu Spanja – Franza [fil-preżent magħruf bħala BarMar]

    9.1.5

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza konnessa mal-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala HyFen]

    9.1.6

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja konnessa ma’ Franza [fil-preżent magħrufa bħala H2Hercules South]

    9.2

    Il-widien tal-idroġenu transfruntieri bejn Franza u l-Ġermanja:

    9.2.1

    Il-wied tal-idroġenu fil-Ġermanja mal-fruntiera Franċiża [fil-preżent magħruf bħala RHYn]

    9.2.2

    Il-wied tal-idroġenu fi Franza mal-fruntiera Ġermaniża [fil-preżent magħruf bħala Mosahyc]

    9.3

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza sal-fruntiera tal-Belġju [fil-preżent magħrufa bħala l-kuritur tal-H2 Franko-Belġjan]

    9.4

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala H2ercules West]

    9.5

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Belġju [fil-preżent magħrufa bħala Belgian Hydrogen Backbone]

    9.6

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fin-Netherlands [fil-preżent magħrufa bħala National Hydrogen Backbone]

    9.7

    L-interkonnetturi tal-idroġenu National Hydrogen Backbone (NL) – Ġermanja:

    9.7.1

    L-interkonnettur tal-idroġenu min-network ċentrali tat-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant sa Oude (NL) — H2ercules North (DE)

    9.7.2

    L-interkonnettur tal-idroġenu min-network ċentrali tat-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant sa Vlieghuis (NL) – Vlieghuis – Ochtrup (DE)

    9.7.3

    L-interkonnettur tal-idroġenu min-Netherlands għall-Ġermanja (fil-preżent magħruf bħala Delta Rhine Corridor H2)

    9.8

    Il-pipeline tal-idroġenu offshore tal-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala AquaDuctus]

    9.9

    L-interkonnettur tal-idroġenu Danimarka – Ġermanja:

    9.9.1

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala HyperLink III]

    9.9.2

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fid-Danimarka [fil-preżent magħrufa bħala DK Hydrogen Pipeline West]

    9.10

    Il-faċilitajiet ta’ akkoljenza tal-ammonijaka fil-Belġju:

    9.10.1

    Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka ta’ Antwerp

    9.10.2

    Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka ta’ Amplifhy Antwerp

    9.10.3

    Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka tal-iżvilupp ta’ Zeebrugge New Molecules

    9.11

    Il-faċilitajiet ta’ akkoljenza tal-ammonijaka fil-Ġermanja:

    9.11.1

    It-terminal tal-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka Brunsbüttel

    9.11.2

    Il-faċilità tal-akkoljenza tal-ammonijaka Wilhelmshaven (BP)

    9.11.3

    Il-faċilità tal-akkoljenza tal-ammonijaka Wilhelmshaven (Uniper)

    9.12

    Il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fin-Netherlands:

    9.12.1

    Il-faċilità ta’ akkoljenza ta’ Rotterdam LH2

    9.12.2

    Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka Amplifhy Rotterdam

    9.12.3

    Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka ACE Rotterdam

    9.13

    Il-faċilità ta’ akkoljenza tal-ammonijaka Dunkerque (FR)

    9.14

    L-elettrolizzatur H2Sines.RDAM (PT)

    9.15

    Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fi Spanja:

    9.15.1

    L-elettrolizzatur tan-network tal-idroġenu ta’ Tarragona

    9.15.2

    L-elettrolizzatur fuq skala kbira ta’ Bilbao

    9.15.3

    L-elettrolizzatur fuq skala kbira ta’ Cartagena

    9.15.4

    L-elettrolizzatur Valle andaluz del hidrógeno verde

    9.15.5

    L-elettrolizzatur tal-wied tal-Asturias H2

    9.16

    Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fi Franza:

    9.16.1

    L-elettrolizzatur CarlHYng

    9.16.2

    L-elettrolizzatur Emil’Hy

    9.16.3

    L-elettrolizzatur HyGreen

    9.16.4

    L-elettrolizzatur H2 V Valenciennes

    9.16.5

    L-elettrolizzatur H2Thionville

    9.17

    Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fin-Netherlands:

    9.17.1

    L-elettrolizzatur Encolyser

    9.17.2

    L-elettrolizzatur ta’ H2-Fifty

    9.17.3

    L-elettrolizzatur SeaH2Land

    9.18

    Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fil-Ġermanja:

    9.18.1

    L-elettrolizzatur GreenWilhelmshaven

    9.18.2

    L-elettrolizzatur CHC Wilhelmshaven

    9.19

    L-elettrolizzatur Jytske Banke (DK)

    9.20

    Il-Ħżin tal-Idroġenu Daniża (DK)

    9.21

    Il-Ħżin tal-H2 ta’ Hystock Opslag (NL)

    9.22

    Il-Ħżin tal-idroġenu fil-Ġermanja:

    9.22.1

    Il-ħżin tal-idroġenu Salthy Harsefeld

    9.22.2

    Il-ħżin tal-H2 Gronau-Epe

    9.23

    Il-ħżin GeoH2 (FR)

    9.24

    Il-ħżin tal-idroġenu fi Spanja:

    9.24.1

    Il-ħżin tal-H2 North – 1

    9.24.2

    Il-ħżin tal-H2 North – 2

    Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    9.25

    Il-pipeline tal-idroġenu offshore Norveġja – Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala CHE Pipeline]

    (10)   L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    10.1

    Il-kuritur tal-idroġenu Italja – Awstrija – Ġermanja:

    10.1.1

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Italja [fil-preżent magħrufa bħala Italian H2 Backbone]

    10.1.2

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Awstrija [fil-preżent magħrufa bħala H2 Readiness of the TAG pipeline system]

    10.1.3

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Awstrija [fil-preżent magħrufa bħala H2 Backbone WAG and Penta West]

    10.1.4

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala HyPipe Bavaria – The Hydrogen Hub

    10.2

    L-interkonnettur tal-idroġenu bejn iċ-Ċekja u l-Ġermanja:

    10.2.1

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fiċ-Ċekja lejn il-Ġermanja

    10.2.2

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala FLOW East — Making Hydrogen Happen]

    10.3

    L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Greċja u l-Bulgarija:

    10.3.1

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Greċja lejn il-fruntiera Bulgara

    10.3.2

    L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Bulgarija lejn il-fruntiera tal-Greċja

    10.4

    Il-kuritur ġeneriku li għandu l-għan li jittrażmetti l-idroġenu mill-Ukrajna lejn is-Slovakkja, iċ-Ċekja, l-Awstrija u l-Ġermanja

    (11)   Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen)

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:

    Nru

    Definizzjoni

    11.1

    L-interkonnettur tal-idroġenu bejn l-Iżvezja u l-Finlandja [fil-preżent magħruf bħala r-Rotta Nordika tal-Idroġenu – il-Bajja tal-Botnja]

    11.2

    L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala l-Kuritur Nordiku-Baltiku tal-Idroġenu]

    11.3

    L-interkonnettur tal-idroġenu bejn l-Iżvezja, il-Finlandja u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala l-Kollettur tal-Idroġenu tal-Baħar Baltiku]

    (12)   Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fil-qasam tematiku:

    Nru

    Definizzjoni

    12.1

    ACON — Again COnnected Networks (CZ, SK), biex titrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċeki u Slovakki billi tittejjeb l-effiċjenza tan-networks ta’ distribuzzjoni (Nru 10.4 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    12.2

    CARMEN (BG, RO), biex jissaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera TSO-TSO u l-kondiviżjoni tad-data, tittejjeb il-kooperazzjoni bejn TSO-DSO, isir investiment fl-espansjoni tal-grilja u tiżdied il-kapaċità għall-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli ġodda u jittejbu l-istabbiltà, is-sigurtà u l-flessibbiltà tal-grilja (Nru 10.10 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    12.3

    Danube InGrid (HU, SK), biex jiġu integrati b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha tas-suq konnessi man-networks tal-elettriku fl-Ungerija u fis-Slovakkja (Nru 10.7 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    12.4

    Gabreta Smart Grids (CZ, DE), biex tiżdied il-kapaċità tal-hosting tal-grilja, ikunu possibbli l-monitoraġġ u kontroll mill-bogħod tal-grilji tal-MV u jittejbu l-osservabbiltà tal-grilja u l-ippjanar tan-network (Nru 10.11 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    12.5

    GreenSwitch (AT, HR, SI), biex tiżdied il-kapaċità ta’ hosting għal sorsi rinnovabbli distribwiti u l-integrazzjoni effiċjenti ta’ tagħbijiet ġodda, tittejjeb l-osservabbiltà tan-network ta’ distribuzzjoni u tiżdied il-kapaċità transfruntiera (Nru 10.12 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    (13)   Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Network transfruntier tad-diossidu tal-karbonju

    Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fil-qasam tematiku:

    Nru

    Definizzjoni

    13.1

    CO2 TransPorts se jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-ġbir, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira tas-CO2 miż-żoni tal-port ta’ Rotterdam, ta’ Antwerp u tal-Baħar tat-Tramuntana (Nru 12.3 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    13.2

    Aramis – proġett transfruntier tat-trasport u l-ħażna tas-CO2, it-teħid mill-emittenti fiż-żona interna tal-port ta’ Rotterdam, it-trasport tal-pajpijiet lejn il-ħżin fuq il-blata kontinentali Netherlandiża (Nru 12.7 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    13.3

    ECO2CEE – proġett transfruntier ta’ trasport u ħażna tas-CO2 b’aċċess miftuħ b’siti ta’ ħżin previsti fid-Danimarka, fin-Norveġja, fin-Netherlands u fir-Renju Unit (estensjoni ta’ Nru 12.9 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    13.4

    Bifrost – proġett ta’ trasport u ħżin b’ħażna offshore fid-DK minn emittenti mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mill-Polonja

    13.5

    Callisto – l-iżvilupp ta’ ċentri multimodali tas-CO2 fil-Mediterran li jaħżnu l-emissjonijiet tas-CO2 minn Franza u mill-Italja

    13.6

    Il-Konsorzju Baltiku CCS – it-trasport transfruntier tas-CO2 permezz tal-ferrovija bejn il-Latvja u l-Litwanja b’terminal tal-LCO2 multimodali bbażat f’Klaipeda

    13.7

    Il-Kuritur Delta Rhine – proġett għat-trasport tas-CO2 permezz ta’ pipelines minn emittenti fiż-żona tar-Ruhr fil-Ġermanja u fiż-żona ta’ Rotterdam fin-Netherlands għall-ħżin offshore lil hinn mill-kosta Netherlandiża

    13.8

    EU2NSEA – network transfruntier tas-CO2 żviluppat bejn il-Belġju, il-Ġermanja u n-Norveġja biex jiġbor ukoll is-CO2 minn DK, FR, LV, NL, PL u SE, bil-ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża

    13.9

    GT CCS Croatia – il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura tat-trasport bil-pipelines fil-Kroazja u fl-Ungerija, bi ħżin taħt l-art fl-HR

    13.10

    Norne – infrastruttura tat-trasport fid-Danimarka bi ħżin onshore u possibbilment offshore, b’emittenti primarjament mid-DK, SE, BE u UK jittrasportaw lejn id-DK permezz tal-bastimenti

    13.11

    Prinos – ħżin offshore fil-bir ta’ Prinos għall-emissjonijiet mill-EL, permezz ta’ pipeline, u mill-BG, HR, CY, EL, IT u SI permezz tal-bastimenti

    13.12

    Pycasso – it-trasport u l-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħażna onshore fil-Lbiċ ta’ FR, emittenti industrijali minn FR u ES

    Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fil-qasam tematiku:

    Nru

    Definizzjoni

    13.13

    Northern Lights – proġett ta’ konnessjoni transfruntiera tas-CO2 bejn diversi inizjattivi Ewropej għall-qbid (fost l-oħrajn il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, l-Iżvezja), trasport permezz tal-bastimenti lejn il-ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża (Nru 12.4 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    13.14

    Nautilus CCS – Emissjonijiet miż-żoni ta’ Le Havre, Dunkirk, Duisburg u Rogaland li għandhom jinqabdu u jiġu ttrasportati permezz tal-bastimenti lejn diversi bjar fil-Baħar tat-Tramuntana (estensjoni tan-Nru 12.8 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    (14)   Qasam Tematiku ta’ Prijorità ta’ Grilji intelliġenti tal-gass

    L-ebda proġett ippreżentat ma nstab eliġibbli għal din il-kategorija.

    (15)   Proġetti li jżommu l-istatus tagħhom ta’ proġett ta’ interess komuni (deroga tal-Artikolu 24)

    Nru

    Definizzjoni

    15.1

    Il-konnessjoni ta’ Malta man-network Ewropew tal-gass – interkonnessjoni permezz ta’ pipeline mal-Italja f’Gela (Nru 5.19 fil-ħames lista ta’ PCIs)

    15.2

    Pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Ċipru u minn Kreta [fil-preżent magħruf bħala “EastMed Pipeline”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f’Megalopoli (Nru 7.3.1. fil-ħames lista ta’ PCIs)


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1041/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top