EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0891
Commission Regulation (EU) 2024/891 of 22 March 2024 amending Annexes II and V to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for bifenazate in or on certain products
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/891 tat-22 ta’ Marzu 2024 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-bifenażat f’ċerti prodotti jew fuqhom
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/891 tat-22 ta’ Marzu 2024 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-bifenażat f’ċerti prodotti jew fuqhom
C/2024/1806
ĠU L, 2024/891, 25.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/891/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005R0396 | Tħassir | anness II kolonna tat-tabella | 14/10/2024 | |
Modifies | 32005R0396 | Żieda | anness V kolonna tat-tabella | 14/10/2024 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/891 |
25.3.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/891
tat-22 ta’ Marzu 2024
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-bifenażat f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (b), tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-bifenażat, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenażat ġiet imġedda permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/698 (2). Il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur għall-għelejjel li jittieklu ma setgħetx tiġi ffinalizzata, peress li l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumatur ma ġietx ipprovduta u t-tossiċità ta’ metabolit rilevanti ma setgħetx tiġi ddeterminata. Dan kien minħabba lakuni fid-data (3) li jista’ jkollhom impatt fuq il-valutazzjoni tal-livelli ta’ residwi fl-għelejjel differenti u minħabba valuri ta’ referenza tossikoloġiċi neqsin għall-metabolit D3598 (bifenażat-diażen) inklużi fid-definizzjoni tar-residwu. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2022/698 irrestrinġa l-użu tas-sustanza attiva bifenażat għal għelejjel li ma jittiklux miżmuma f’serer permanenti. |
(3) |
Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar it-tul tal-perjodi ta’ grazzja għall-bejgħ u d-distribuzzjoni, ir-rimi, il-ħżin, u l-użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat. Il-perjodI ta’ grazzja massimi mogħtija mill-Istati Membri għall-bifenażat se jiskadu fl-1 ta’ Jannar 2024 jew qabel. |
(4) |
Peress li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bbażati fuq il-bifenażat huma approvati biss biex jintużaw f’għelejjel li ma jittiklux, huwa xieraq li jitnaqqsu l-MRLs stabbiliti għal din is-sustanza fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li dawn jiġu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament billi jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ detezzjoni (“LOD”) ladarba l-perjodi ta’ grazzja jkunu skadew. Barra minn hekk, biex jiġi evitat kull dubju, in-noti f’qiegħ il-paġna li jindikaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-idroliżi jenħtieġ li jitħassru. |
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward l-LODs xierqa. Dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodotti li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għal dawk il-prodotti li għalihom l-MRLs huma stabbiliti fl-LOD. |
(6) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emendi. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Ottubru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/698 tat-3 ta’ Mejju 2022 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenażat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 130, 4.5.2022, p. 3).
(3) European Food Safety Authority’s conclusion on the updated peer review of the pesticide risk assessment of the active substance bifenazate. EFSA Journal 2021;19(8):6818.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness II, il-kolonna għall-bifenażat titħassar; |
(2) |
fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-bifenażat: Anness V Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
(*1) Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/891/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)