Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0849

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/5794/2024/INIT

    ĠU L, 2024/849, 13.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/849/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/849/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/849

    13.3.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/849

    tat-12 ta’ Marzu 2024

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill dwar id-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni li tikkonċerna 97 individwu u disa’ entitajiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal disa’ persuni deċeduti, kif ukoll dawk għal tliet persuni oħra minn dak l-Anness.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. VAN PETEGHEM


    (1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

    (1)

    jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

    201.

    Dimitriy (Dimitry, Dmitri, Dmitry) Valerievich UTKIN (Дмитрий Валерьевич УТКИН);

    419.

    Nikolay Ivanovich BORTSOV (Николай Иванович БОРЦОВ);

    472.

    Viktor Vladislavovich SUBAREV (Виктор Bладиславович ЗУБАРЕВ);

    905.

    Anton Valerevich KUPRIN (Антон Валерьевич КУПРИН);

    919.

    Serguey Achotovich MNDOIANTS (Сергей Ашотович МНДОЯНЦ);

    1092.

    Oleg Nikolaevich POPOV (Олег Николаевич ПОПОВ);

    1175.

    Arkady Yurievich VOLOZH (Аркaдий Юрьевич ВOЛОЖ);

    1205.

    Jozef HAMBÁLEK magħruf ukoll bħala Josef HAMBÁLEK (Йозеф ХАМБАЛЕК);

    1260.

    Gennadiy Valeryevich ZHIDKO (Геннадий Валериевич ЖИДКО);

    1297.

    Elena Osipovna AVDEEVA (Елена Осиповна АВДЕЕВА);

    1309.

    Igor Vladimirovich PANCHENKO (Игорь Владимирович ПАНЧЕНКО);

    1469.

    Oleg Yurievich TSOKOV (Олег Юрьевич ЦОКОВ);

    (2)

    l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

     

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “12.

    Nikolai Ivanovich RYZHKOV (Николай Иванович РЫЖКОВ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 28.9.1929

    Post tat-twelid: Dyleevka, Donetsk region, Ukrainian SSR (issa Ukraine)

    Eks membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta’ Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni, fl-2014 ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija” — l-ewwel grad.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, Ryzhkov appoġġa, fil-Kunsill Federali, ir-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern tat-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u t-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, Ryzhkov appoġġa, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Fl-4 ta’ Ottubru 2022, Ryzhkov appoġġa, fil-Kunsill Federali, il-leġiżlazzjoni għall-annessjoni tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

    17.3.2014

    22.

    Dmitry Olegovich ROGOZIN

    (Дмитрий Олегович РОГОЗИН)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 21.12.1963

    Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

    Eks Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

    Eks Direttur Ġenerali f’korporazzjoni tal-Istat.

    Fit-23 ta’ Settembru 2023, ġie elett bħala senatur għall-Kunsill Federali mir-reġjun ta’ Zaporizhzhia.

    Imexxi grupp ta’ konsulenti militari, li jipprovdu appoġġ militari-tekniku lill-persunal militari ta’ Donetsk u Luhansk.

    21.3.2014

    33.

    Elena Borisovna MIZULINA (mwielda DMITRIYEVA)

    (Елена Борисовна МИЗУЛИНА (mwielda ДМИТРИЕВА))

    Sess: mara

    Data tat-twelid: 9.12.1954

    Post tat-twelid: Bui, Kostroma region, Russian Federation

    Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Oriġinatriċi u kosponsor ta’ proposti leġiżlattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta’ pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

    Eks Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni mir-reġjun ta’ Omsk.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, Mizulina appoġġat, fil-Kunsill Federali, ir-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern tat-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u t-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, Mizulina appoġġat, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Fl-4 ta’ Ottubru 2022, Mizulina appoġġat, fil-Kunsill Federali, il-leġiżlazzjoni għall-annessjoni tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

    21.3.2014

    46.

    Denys Volodymyrovych PUSHYLIN

    (Денис Володимирович ПУШИЛIН)

    Denis Vladimirovich PUSHILIN

    (Денис Владимирович ПУШИЛИН)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 9.5.1981

    Post tat-twelid: Makiivka (Donetsk oblast), Ukraine

    Wieħed mill-mexxejja tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali f’Donetsk fl-2014. Sal-4 ta’ Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Mill-4 ta’ Settembru 2015 huwa l-hekk imsejjaħ “President” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. L-hekk imsejjaħ “aġent Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” wara s-7 ta’ Settembru 2018. L-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” wara l-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-11 ta’ Novembru 2018 u mit-8 sal-10 ta’ Settembru 2023.

    Membru tal-partit United Russia u s-segretarju tiegħu fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Fil-21 ta’ Frar 2022, iffirma t-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn ir-Russja u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” bħala rappreżentant tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Wara l-annessjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” fit-30 ta’ Settembru, huwa sar l-hekk imsejjaħ “Aġent Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” fl-4 ta’ Ottubru 2022.

    29.4.2014

    79.

    Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

    (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 10.7.1981

    Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), Russian Federation

    Eks Membru tad-Duma tal-Istat.

    Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tar-repubblika mhux rikonoxxuta u hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” f’Moska, u jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

    President tal-kummissjoni kontra t-terroriżmu f’Khabarovsk Krai.

    Mid-19 ta’ Settembru 2021, Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai.

    Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja,.

    Mill-15 ta’ Novembru 2021, membru tal-Kunsill tal-Istat tal-Federazzjoni Russa permezz tad-Digriet tal-President Putin.

    25.7.2014

    109.

    Viktor Petrovich VODOLATSKY

    (Виктор Петрович ВОДОЛАЦКИЙ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 19.8.1957

    Post tat-twelid: Stefanidin Dar, Rostov region, Russian Federation

    Eks President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin. Membru tad-Duma tal-Istat mill-ħames konvokazzjoni tagħha mit-2 ta’ Diċembru 2007 ‘l quddiem. Bħalissa, huwa l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tas-CIS, l-integrazzjoni Ewroasjatika u r-relazzjonijiet mal-kompatrijotti.

    Fl-1 ta’ Settembru 2023, inħatar President tal-Bord taċ-Ċentru għat-Taħriġ Sportiv Militari u l-Edukazzjoni Patrijottika taż-Żgħażagħ (“Warrior”).

    Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukren fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “Dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

    Fi Frar 2022, sponsorja abbozz ta’ riżoluzzjoni ppreżentat mill-partit politiku “United Russia” biex jappella lill-President tar-Russja dwar il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. Fl-4 ta’ April 2022, id-Duma tal-Istat ħabbret il-ħatra tiegħu bħala wieħed mill-koordinaturi tal-gruppi interparlamentari tad-Duma dwar l-interazzjoni mal-parlamenti tal-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta’ Donetsk u Luhansk.

    Fit-3 ta’ Ottubru 2022, ivvota favur ir-ratifika tat-trattati u l-adozzjoni ta’ liġijiet dwar l-adeżjoni tal-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta’ Donetsk u Luhansk u tar-reġjuni ta’ Kherson u Zaporozhizhia mal-Federazzjoni Russa. Huwa għalhekk jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    117.

    Aleksey Vasilevich NAUMETS

    (Алексей Васильевич HAУМЕЦ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 11.2.1968

    Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Eks kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. Mill-2018 Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Ajru.

    Fis-27 ta’ Settembru 2023, inħatar senatur mir-reġjun ta’ Pskov.

    12.9.2014

    132.

    Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO

    (magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO)

    Vladislav Nikolaevich DEINEGO)

    (Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

    (Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

    Data tat-twelid: 12.3.1964

    Post tat-twelid: Romny, Sumy oblast, USSR (issa Ukraine)

    jew possibbilment Hirnytskyi village, Perevalsk district, Luhansk oblast, Ukraine

    Sess: raġel

    Eks hekk imsejjaħ “Viċi Kap” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” u eks hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    29.11.2014

    151.

    Valery Fedorovich RASHKIN

    (Валерий Фëдoрoвич РАШКИН)

    Data tat-twelid: 14.3.1955

    Post tat-twelid: Zhilino, Kaliningrad region, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet ta’ Etniċità.

    Huwa l-fundatur tal-moviment ċiviku “Krassnaya Moskva — Red Moscow — Patriotic Front Aid” li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw lis-separatisti, u b’hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “Dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, fid-Duma tal-Istat, Rashkin appoġġa r-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern tat-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”‘ u t-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    16.2.2015

    168.

    Elena Valerievna KRAVCHENKO / Elena Valeryevna KRAVCHENKO

    (Елена Валериевна КРАВЧЕНКО)

    Olena Valeriyivna KRAVCHENKO

    (Олена Валерiївна КРАВЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 22.2.1983

    Post tat-twelid: Sverdlovsk (Ekaterinburg), USSR (issa Russian Federation)

    Sess: mara

    Hekk imsejħa “President” tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 u mit-8 sal-10 ta’ Settembru 2023 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Ipparteċipat b’mod attiv fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali ta’ Settembru 2022 fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna biex isiru parti mill-Federazzjoni Russa, b’siti tal-votazzjoni stabbiliti wkoll mill-kummissjoni tagħha fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    10.12.2018

    173.

    Vladimir Yurievich VYSOTSKIY

    (Владимир Юрьевич ВЫСОЦКИЙ)

    Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI

    (Володимир Юрiйович ВИСОЦЬКИЙ)

    Data tat-twelid: 7.4.1985

    Post tat-twelid: Likarstvenne village, USSR (issa Autonomous “Republic of Crimea”, Ukraine)

    Sess: raġel

    Eks hekk imsejjaħ “Segretarju” tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u hekk imsejjaħ Kap attwali tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’dik il-kapaċità pparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 u mit-8 sal-10 ta’ Settembru 2023 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Ipparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali f’Settembru 2022 fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna biex isiru parti mill-Federazzjoni Russa, b’siti tal-votazzjoni stabbiliti wkoll mill-kummissjoni tiegħu fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta Donetsk”.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    10.12.2018

    174.

    Maksim Aleksandrovich SVIDCHENKO

    (Максим Александрович СВИДЧЕНКО)

    Maksym Oleksandrovych SVIDCHENKO

    (Максим Олександрович СВIДЧЕНКО)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 6.4.1978

    Post tat-twelid: Luhansk, Ukraine

    Hekk imsejjaħ “President” tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Distrettwali” fir-Reġjun ta’ Artemovsk ta’ Luhansk u eks hekk imsejjaħ “Viċi President” tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 u mit-8 sal-10 ta’ Settembru 2023 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġa u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    10.12.2018

    175.

    Ekaterina Vasilyevna TERESHCHENKO Ekaterina Vasilievna TERESHCHENKO

    (Екатерина Васильевна ТЕРЕЩЕНКО)

    Kateryna Vasylivna TERESHCHENKO

    (Катерина Василiвна ТЕРЕЩЕНКО)

    Sess: mara

    Data tat-twelid: 31.5.1986

    Post tat-twelid: Luhansk, Ukraine

    Hekk imsejħa “Segretarja” tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 u mit-8 sal-10 ta’ Settembru 2023 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġat u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    10.12.2018

    210.

    Viktor Fedorovych YANUKOVYCH

    (Вiктор Федорович ЯНУКОВИЧ)

    Data tat-twelid: 9.7.1950

    Post tat-twelid: Yenakiyeve, Donetsk Oblast, USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Ukrena

    Funzjoni: eks President ta’ Ukraine, negozjant ewlieni

    Sess: raġel

    Mill-2010 sal-2014 Viktor Yanukovych kien il-President tal-Ukrajna. Ħaddan politika favur ir-Russja meta kien f’din il-kariga. Qorti Ukrena sabet lil Viktor Yanukovych ħati ta’ tradiment talli stieden lill-Federazzjoni Russa tinvadi lill-Ukrajna. Wara li tneħħa mill-kariga tiegħu mar jgħix ir-Russja, fejn kompla bl-attivitajiet tiegħu li għandhom l-għan li jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Għen fl-interferenza militari Russa fl-Ukrajna billi f’Marzu 2014 stieden lill-President tal-Federazzjoni Russa jibgħat truppi Russi lejn l-Ukrajna. Viktor Yanukovych appoġġa lil politiċi favur ir-Russja li kellhom karigi pubbliċi fil-Krimea okkupata. Fl-2021, fl-Ukrajna nfetħet investigazzjoni preliminari ġdida li skontha Viktor Yanukovych, flimkien ma’ żewġ eks Ministri għad-Difiża, kienu naqqsu intenzjonalment il-kapaċità ta’ difiża tal-Ukrajna, b’mod partikolari fl-hekk imsejħa “Repubblika Awtonoma tal-Krimea”.

    Fil-21 ta’ April 2010, il-President tal-Ukrajna ta’ dak iż-żmien Viktor Yanukovych u l-President tar-Russja ta’ dak iż-żmien Dmitry Medvedev iffirmaw ftehim bejn l-Ukrajna u l-Federazzjoni Russa, li skontu t-terminu tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa f’Sevastopol ġie estiż mill-2017 sal-2042. Bl-iffirmar tal-ftehimiet, Yanukovych ħoloq kundizzjonijiet favorevoli għal żieda fil-preżenza militari tar-Russja fl-Ukrajna u għat-tagħmir mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tal-armi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed fit-territorju tal-Krimea. Sussegwentement, fl-2014 intużaw armi Russi li kienu fit-territorju tal-Ukrajna biex jiġu annessi l-hekk imsejħa “Repubblika Awtonoma tal-Krimea” u l-belt ta’ Sevastopol.

    Fl-2023, l-Uffiċċju tal-Istat ta’ Investigazzjoni tal-Ukrajna ppreżenta att ta’ akkuża kontra Viktor Yanukovych fuq akkużi ta’ tradiment u li għen lir-Russja twettaq attivitajiet sovversivi fl-Ukrajna.

    Iqis ruħu l-President leġittimu tal-Ukrajna u b’mod konsistenti ppreżenta pożizzjoni favur ir-Russja fl-interventi pubbliċi tiegħu. Skont sorsi differenti Viktor Yanukovych kien parti minn operazzjoni speċjali Russa li kellha l-għan li tissostitwixxi lill-President Ukren bih matul l-ewwel fażijiet tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, il-President tar-Repubblika taċ-Ċeċenja, Ramzan Kadyrov, talab lill-President tal-Ukrajna biex jittrasferixxi s-setgħat kollha tiegħu lil Viktor Yanukovych. Għalhekk Viktor Yanukovych huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-istat.

    4.8.2022

    221.

    Sergei SUROVIKIN

    (Cергей СУРОВИКИН)

    Data tat-twelid: 11.10.1966

    Post tat-twelid: Novosibirsk, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks Kap Kmandant tal-Aerospace Forces

    Grad: Ġeneral tal-Armata

    Entitajiet assoċjati: Russian Aerospace Forces — Ministeru għad-Difiża

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-Ġeneral tal-Armata Sergei Surovikin kien il-Kap Kmandant tar-Russian Aerospace Forces bejn il-31 ta’ Ottubru 2017 u s-sajf 2023. Għalhekk huwa kien responsabbli għall-operazzjonijiet bl-ajru fl-Ukrajna jew immirati lejha. Kien il-kmandant tal-forzi Russi kollha fl-invażjoni Russa kontra l-Ukrajna minn Ottubru 2022 sa Jannar 2023. Matul dak il-perjodu l-forzi Russi taw bidu għal attakki qawwija kontra bersalli ċivili, inkluż l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    23.2.2022

    223.

    Violetta PRIGOZHINA

    (Виолетта ПРИГОЖИНА)

    Individwi assoċjati: Pavel Prigozhin (neputi), Lyubov Valentinovna Prigozhina (mara tat-tifel)

    Data tat-twelid: 12.1.1939

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Violetta Prigozhina hija omm tad-deċedut Yevgeniy Prigozhin, negozjant ewlieni li opera fir-Russja u eks sid ta’ Concord Management and Consulting LLC, li hija marbuta ma’ negozji oħra tal-“familja Concord”, fosthom Kombinat Pitaniiya. In-negozji tal-“familja Concord” huma assoċjati mill-qrib mad-deċedut Yevgeniy Prigozhin kif ukoll ma’ ibnu u l-werriet primarju tiegħu, Pavel Prigozhin. Hija l-eks koproprjetarja ta’ kumpaniji oħra marbuta ma’ binha, inkluż “NOVYI VEK” Restaurant Equestrian Sport Complex LLC. Għalhekk Violetta Prigozhina hija membru tal-familja immedjata ta’ Pavel Prigozhin u tibbenefika minnnu.

    23.2.2022

    224.

    Lyubov Valentinovna PRIGOZHINA

    magħrufa wkoll bħala Lyubov Valentinovna KRYAZHEVA

    (Любовь Валентиновна ПРИГОЖИНА

    Любовь Валентиновна КРЯЖЕВА)

    Individwi assoċjati: Pavel Prigozhin (iben), Violetta Prigozhina (omm ir-raġel)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Lyubov Prigozhina hija omm Pavel Prigozhin u proprjetarja ta’ Agat LLC, sussidjarja ta’ Concord Management and Consulting LLC, li hi proprjetà tal-grupp Concord, imwaqqaf minn żewġha deċedut, Yevgeniy Prigozhin, u proprjetà tiegħu sal-2019. Hija assoċjata ma’ Pavel Prigozhin, li qed jibbenefika minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża Russu.

    Għalhekk hija membru tal-familja immedjata ta’ Pavel Prigozhin u tibbenefika minnu.

    23.2.2022

    234.

    Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

    (Евгений Викторович ПРИГОЖИН)

    Data tat-twelid: 1.6.1961

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)

    Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi); Violetta Prigozhina (omm)

    Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Yevgeniy Prigozhin kien negozjant ewlieni Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u l-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Huwa ġie rrapurtat li miet f’tiġrif ta’ ajruplan fit-23 ta’ Awwissu 2023.

    Ikkonferma pubblikament li waqqaf il-Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-istazzjonament tal-merċenarji ta’ Wagner Group fl-Ukrajna. Fl-2022 ġiet stabbilita u rreġistrata kumpanija b’ishma konġunti msejħa “PMC Wagner Center” f’San Pietruburgu, bl-għan li “tipprovdi ambjent komdu għall-ġenerazzjoni ta’ ideat ġodda biex tittejjeb il-kapaċità tad-difiża tar-Russja”. Wagner Group, immexxi minn Yevgeniy Prigozhin, kellu rwol importanti fil-ġlied u l-okkupazzjoni tat-territorji fil-Lvant tal-Ukrajna.

    Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpanija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, kif ukoll grupp ta’ kumpaniji oħra marbuta miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, kienu u għadhom qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

    Yevgeniy Prigozhin kien negozjant ewlieni li opera fir-Russja. Huwa kien responsabbli wkoll għal azzjonijiet li dgħajfu u heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. Barra minn hekk huwa bbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

    Iben Yevgeniy Prigozhin, Pavel Prigozhin, huwa l-werriet ewlieni u l-benefiċjarju tal-assi, tal-beni u tal-proprjetajiet tiegħu. Pavel Prigozhin huwa elenkat mill-Unjoni għall-involviment tiegħu f’operazzjonijiet militari kontra l-Ukrajna. Għalhekk, huwa xieraq li Yevgeniy Prigozhin jinżamm fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li jsiru disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi peress li hemm probabbiltà li l-assi kkonċernati nkella jintużaw biex jiffinanzjaw il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jew azzjonijiet oħra li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.4.2022

    287.

    Vasily Maksimovich VLASOV

    (Василий Максимович ВЛАСОВ)

    Data tat-twelid: 27.6.1995

    Sess: raġel

    Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    309.

    Vadim Vladimirovich BELOUSOV

    (Вадим Владимирович БЕЛОУСОВ)

    Data tat-twelid: 2.10.1960

    Sess: raġel

    Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    368.

    Sergey Mikhailovich SOKOL

    (Сергей Михайлович СОКОЛ)

    Data tat-twelid: 17.12.1970

    Sess: raġel

    Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Mit-22.9.2023, huwa l-President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika ta’ Khakassia.

    23.2.2022

    451.

    Aleksey Borisovich GOVYRIN

    (Алексей Борисович ГОВЫРИН)

    Data tat-twelid: 26.5.1983

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    492.

    Igor Yurevich KASTYUKEVICH

    (Игорь Юрьевич КАСТЮКЕВИЧ)

    Data tat-twelid: 6.12.1976

    Sess: raġel

    Segretarju tal-fergħa reġjonali ta’ Kherson tal-partit United Russia u eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    649.

    Vladislav Leonidovich BRUEV

    (Владислав Леонидович БРУЕВ)

    Data tat-twelid: 21.3.1977

    Funzjoni: Kap tal-Gomel border group

    Grad: Kurunell

    Post tat-twelid: Kharkov, Ukrainian SSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Vladislav Bruev huwa l-Kap tal-Gomel border group Belarussu. F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għas-superviżjoni tas-sigurtà tal-fruntiera fl-oblast ta’ Gomel, inkluż il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, u l-passaġġ ta’ individwi u merkanzija minn din il-fruntiera. Truppi Russi qasmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna fl-oblast ta’ Gomel bħala parti mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b’mod attiv.

    25.2.2022

    650.

    Oleg Anatolyevich EIBATOV

    (Олег Анатольевич ЭЙБАТОВ)

    Data tat-twelid: 5.8.1972 jew 15.8.1972

    Funzjoni: Kap tal-Mozyr border detachment

    Grad: Kurunell

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Oleg Eibatov huwa l-Kap Belarussu tal-Mozyr border detachment. F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għas-superviżjoni tas-sigurtà tal-fruntiera fiż-żona ta’ Mozyr, inkluż il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, u l-passaġġ ta’ individwi u merkanzija minn dik il-fruntiera. Truppi Russi qasmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna fiż-żona ta’ Mozyr bħala parti mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b’mod attiv.

    25.2.2022

    651.

    Dmitry Alexandrovich VINNIKOV

    (Дмитрий Александрович ВИННИКОВ)

    Data tat-twelid: 4.12.1979

    Funzjoni: Kap tal-Pinsk border detachment

    Grad: Kurunell

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Dmitry Vinnikov huwa l-Kap tal-Pinsk border detachment Belarussa. F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għas-superviżjoni tas-sigurtà tal-fruntiera fiż-żona ta’ Pinsk, inkluż il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, u l-passaġġ ta’ individwi u merkanzija minn din il-fruntiera. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta’ Frar 2022. Truppi Russi qasmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna fiż-żona ta’ Pinsk bħala parti mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b’mod attiv.

    25.2.2022

    652.

    Aleksandr PASHKEVICH

    (Пашкевич Александр)

    Data tat-twelid: 14.7.1977

    Funzjoni: Kap Kmandant tal-military unit 65408/Luninets airfield

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Aleksandr Pashkevich huwa l-Kap Kmandant tal-military unit 65408/Luninets airfield tal-Belarussja. F’din il-kapaċità, ipparteċipa fit-tisħiħ tal-forzi militari Russi fil-mitjar ta’ Luninets, li kien parti mit-tħejjija u l-iffaċilitar tal-aggressjoni militari tal-24 ta’ Frar 2022. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b’mod attiv.

    25.2.2022

    653.

    Andrei LUKYANOVICH

    (Андрей Лукьянович)

    Data tat-twelid: 29.9.1970

    Funzjoni: Bdot militari, Maġġur Ġeneral, Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru — Kap tal-Avjazzjoni ta’ Belarus, Kmandant tal-military unit 06752/ Machulischi airfield

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Il-Maġġur Ġeneral Lukyanovich Andrei huwa bdot militari, Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru Belarussi / Kap tal-Avjazzjoni tal-Belarussja, u Kmandant tal-military unit 06752/ Machulischi airfield. F’din il-kapaċità, ipparteċipa fl-eżerċizzji militari konġunti tar-Russja u l-Belarussja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew l-aggressjoni militari kontra l-Ukrajna tal-24 ta’ Frar 2022. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b’mod attiv.

    25.2.2022

    656.

    Vladimir Nikolaevich KUPRIYANYUK

    (Владимир Николаевич КУПРИЯНЮК)

    Funzjoni: Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Intelligence — Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati; L-Ewwel Viċi Kmandant tal-Western Operational Command

    Data tat-twelid: 11.7.1972

    Post tat-twelid: village of Kamenyuki, Kamenetsky district, Brest Region/ Oblast, eks USSR (issa Belarus)

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Vladimir Kupriyanyuk huwa l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Intelligence — Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati u l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Western Operational Command tal-Belarussja. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. F’din il-pożizzjoni hu responsabbli għall-parteċipazzjoni tat-truppi taħt il-kmand tiegħu fl-eżerċizzji militari konġunti tal-Belarussja u r-Russja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew u ffaċilitaw l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta’ Frar 2022. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b’mod attiv.

    25.2.2022

    672.

    Nikolay Petrovich TOKAREV

    (Николай Петрович ТОКАРЕВ)

    Data tat-twelid: 20.12. 1950

    Post tat-twelid: Karaganda, Kazakh SSR (issa Kazakhstan)

    Nikolay Tokarev huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Transneft, kumpanija ewlenija Russa taż-żejt u l-gass. Huwa konoxxenza antika ta’ Vladimir Putin u kollaboratur mill-qrib tiegħu. Serva flimkien ma’ Putin fil-KGB fit-tmeninijiet. Nikolay Tokarev huwa wieħed mill-oligarki statali Russi li ħadu l-kontroll ta’ assijiet statali kbar fis-snin elfejn hekk kif il-President Putin ikkonsolida l-poter, u li joperaw fi sħubija mill-qrib mal-istat Russu. Nikolay Tokarev ilu jmexxi lil Transneft, waħda mill-aktar kumpaniji importanti kkontrollati mill-gvern, li tittrasporta ammont konsiderevoli ta’ żejt Russu permezz ta’ network ta’ pipelines taż-żejt żviluppati tajjeb.

    Taħt it-tmexxija ta’ Nikolay Tokarev, Transneft hija waħda mill-isponsors ewlenin tal-kumpless tal-palazzi viċin Gelendzhik, li jitqies li jintuża b’mod personali mill-President Putin. Huwa jibbenefika mill-prossimità mal-awtoritajiet Russi. Qraba u kollaboraturi mill-qrib ta’ Nikolay Tokarev arrikkixxu lilhom infushom bis-saħħa ta’ kuntratti ffirmati mill-kumpaniji tal-istat.

    Għaldaqstant, Nikolay Tokarev appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, u bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Barra minn hekk, Nikolay Tokarev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    28.2. 2022

    674.

    Petr Olegovich AVEN

    (Пëтр Олегович АВЕН)

    Data tat-twelid: 16.3. 1955

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Mikhail Fridman, German Borisovich Khan, Alexey Kuzmichev

    Entitajiet assoċjati: JSC Voentorg

    Petr Aven huwa negozjant Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, li jmorru lura għall-bidu tas-snin disgħin. Huwa azzjonist importanti ta’ ABH Financial Limited, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

    Huwa wieħed minn madwar 50 negozjant għani Russu li jiltaqgħu regolarment mal-President tal-Federazzjoni, Russa Vladimir Putin fil-Kremlin. Segwa direttivi mill-President tar-Russja u implimenta l-aġenda tal-politika barranija tiegħu. Aven u sieħbu fin-negozju Mikhail Fridman kienu involuti fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent imposti biex tiġi miġġielda l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Petr Aven, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Dik l-istedina speċjali turi li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Aven ibbenefika mir-rabtiet tiegħu mal-gvern. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex ikollu appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju.

    Il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tagħha joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Min-naħa l-oħra X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-aggressjoni militari mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B’mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.2.2022

    675.

    Mikhail Maratovich FRIDMAN

    (Михаил Маратович ФРИДМАН)

    Data tat-twelid: 21.4.1964

    Post tat-twelid: Lviv, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Petr Aven, German Borisovich Khan, Alexey Kuzmichev

    Entitajiet assoċjati: JSC Voentorg

    Mikhail Fridman huwa negozjant Russu. Huwa wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ ABH Financial Limited, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne. Irnexxielu jrawwem rabtiet b’saħħithom mal-amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u ssemma’ bħala finanzjatur u faċilitatur Russu ewlieni taċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ Putin. Irnexxielu jakkwista assi tal-Istat permezz ta’ rabtiet mal-gvern. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jingħata appoġġ politiku għan-negozju u l-qligħ finanzjarju tiegħu. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika għall-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fridman u s-sieħeb fin-negozju tiegħu Petr Aven ilhom impenjati fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent maħruġa biex jiġġieldu kontra l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B’mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.2.2022

    694.

    Gennady Nikolayevich TIMCHENKO

    (Геннадий Николаевич ТИМЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 9.11.1952

    Post tat-twelid: Leninakan, USSR (issa Gyumri, Armenia)

    Nazzjonalità: Armena, Russa, Finlandiża

    Funzjoni: Sid il-grupp ta’ investiment privat Volga Group

    Sess: raġel

    Gennady Timchenko ilu ħafna żmien jaf lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u huwa deskritt b’mod ġenerali bħala wieħed mill-persuni ta’ fiduċja tiegħu.

    Qed jibbenefika mir-rabtiet tiegħu ma’ persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa fundatur u azzjonist ta’ Volga Group, grupp ta’ investiment b’portafoll ta’ investimenti f’setturi ewlenin tal-ekonomija Russa. Volga Group jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomija Russa u l-iżvilupp tagħha.

    Huwa wkoll azzjonist ta’ Bank Rossiya, li jitqies bħala l-bank ta’ Putin u ta’ dawk assoċjati miegħu. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, Bank Rossiya fetaħ fergħat kullimkien fil-Krimea u f’Sevastopol, u b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk, Bank Rossiya għandu interessi f’National Media Group, impriża tal-media li tikkontrolla 28 intrapriża tal-media fir-Russja li b’mod attiv qed ixerrdu l-propaganda u d-diżinformazzjoni relatati mal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Gennady Timchenko huwa wkoll it-tieni l-akbar azzjonist f’PAO Novatek, wieħed mill-akbar produtturi tal-gass fir-Russja.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa responsabbli wkoll għall-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Huwa responsabbli wkoll għall-fatt li appoġġa finanzjarjament jew materjalment lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnhom.

    28.2.2022

    695.

    Alexey Alexandrovits MORDASHOV

    (Алексей Александрович МОРДАШОВ)

    Data tat-twelid: 26.9.1965

    Post tat-twelid: Cherepovets, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: President ta’ Severstal u Severgroup

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Assoċjati: Yuriy Kovalchuk; Nikolay Shamalov

    Alexey Mordashov huwa negozjant Russu b’rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu. Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Alexey Mordashov, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru taċ-ċirku l-aktar qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Barra minn hekk, kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw “il-patrijottiżmu qabel il-profitt”. Alexey Mordashov huwa l-president u azzjonist maġġoritarju tal-kumpanija Severgroup, kumpanija ta’ investiment privat li s-sussidjarja tagħha, Severstal, topera fis-settur tal-azzar u l-estrazzjoni u tforni prodotti speċjali tal-azzar lill-industrija militari, inkluż azzar rinforzat.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Alexey Mordashov qed jappoġġa u jimplimenta wkoll azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Fl-aħħar nett huwa responsabbli wkoll għall-fatt li appoġġa finanzjarjament u materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnu.

    28.2.2022

    719.

    Alexander Dmitrievich PUMPYANSKY

    (Александр Дмитриевич ПУМПЯНСКИЙ)

    Data tat-twelid: 16.5.1987

    Post tat-twelid: Yekaterinburg, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ PJSC Pipe Metallurgical Company

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Pumpyansky huwa iben Dmitry Alexandrovich Pumpyansky. Dmitry Pumpyanski huwa negozjant Russu, membru tal-Kunsill tal-Council of Chamber of Commerce and Industry (CCI) tal-Federazzjoni Russa u President tal-iSverdlovsk regional Union of Industrialists and Entrepreneurs (SOSPP). Dmitry Pumpyansky huwa wkoll eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ PJSC Pipe Metallurgical Company, manifattur globali Russu ta’ pajpijiet tal-azzar għall-industrija taż-żejt u tal-gass, u eks President u eks membru tal-bord ta’ Sinara Group. Iż-żewġ kumpaniji jappoġġaw u jibbenefikaw mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u intrapriżi tal-Istat, fosthom Russian Railways, Gazprom u Rosneft.

    Alexander Pumpyansky huwa għalhekk membru tal-familja immedjata li jibbenefika minn missieru, Dmitry Pumpyansky, negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    720.

    Alexander Semenovich VINOKUROV

    (Александр Семёнович ВИНОКУРОВ)

    Data tat-twelid: 12.10.1982

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant, Sieħeb Maniġerjali u President ta’ Maraton Group; Eks membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Magnit

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Vinokurov huwa negozjant Russu b’interessi fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel, prodotti farmaċewtiċi, agrikultura u infrastruttura. Għandu pożizzjoni ta’ tmexxija fil-kumpanija ta’ investiment, Maraton Group, u kien, sa ftit ilu, membru tal-bord tad-diretturi ta’ Magnit, l-akbar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel Russu attiv ukoll fil-bejgħ ta’ prodotti farmaċewtiċi. Għandu wkoll ishma fid-Demetra Holding, wieħed mill-akbar negozjanti tal-ħbub fir-Russja li huwa attiv fl-esportazzjoni tal-ħbub, filwaqt li r-Russja hija l-akbar esportatur tal-qamħ fid-dinja. Miżżewweġ lil Ekaterina Vinokurova, bint Sergey Lavrov, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa. Missieru huwa Semen Vinokurov, magħruf għall-attività tiegħu fl-industrija farmaċewtika Russa.

    Għalhekk, Alexander Vinokurov għandu rabtiet mill-qrib mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja kif ukoll negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lil dak il-gvern, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Alexander Vinokurov, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dan il-fatt huwa kkorroborat ukoll mir-rabtiet personali mill-qrib li Alexander Vinukorov għandu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov, li huwa responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għall-politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza ta’ dak l-Istat.

    9.3.2022

    721.

    Andrey Igorevich MELNICHENKO

    (Андрей Игоревич МЕЛЬНИЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 8.3.1972

    Post tat-twelid: Gomel, USSR (issa Belarus)

    Funzjoni: Eks Direttur Mhux Eżekuttiv ta’ JSC SUEK, Eks Membru tal-Bord ta’ EuroChem Group

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Andrey Melnichenko huwa industrijalist Russu li għadu jikkontrolla l-produttur ewlieni tal-fertilizzanti EuroChem Group u l-kumpanija tal-faħam SUEK. Mid-9 ta’ Marzu 2022, Melnichenko trasferixxa l-interessi tiegħu f’SUEK u f’Eurochem Group lill-konjuġi tiegħu Aleksandra Melnichenko. Għadu jibbenefika mill-ġid li trasferixxa lil martu. Matul l-2022, il-ġid tiegħu żdied b’aktar mid-doppju, li għamlu l-aktar persuna sinjura fir-Russja fl-2023.

    Andrey Melnichenko jappartjeni għaċ-ċirku l-aktar influwenti ta’ negozjanti Russi b’rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu, kif jidher mill-involviment tiegħu mal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri, fejn għandu l-pożizzjoni ta’ membru tal-Bureau tal-Bord. Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Andrey Melnichenko, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent, u b’hekk wera l-importanza tiegħu bħala negozjant ewlieni fir-Russja. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-“patrijottiżmu qabel il-profitt”.

    Dawn l-elementi juru li huwa negozjant ewlieni involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    728.

    Vadim Nikolaevich MOSHKOVICH

    (Вадим Николаевич МОШКОВИЧ)

    Data tat-twelid: 6.4.1967

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Rusagro Group

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Vadim Moshkovichhuwa imprenditur Russu b’interessi kummerċjali fl-agrikoltura u fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Fl-2004 Vadim Moshkovich waqqaf Rusagro Group, li huwa produttur ewlieni tal-laħam tal-majjal, xaħmijiet u zokkor, ikklassifikat l-ewwel fost l-azjendi agrikoli fir-Russja fl-2021. Għalhekk Vadim Moshkovic huwa negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Vadim Moshkovich, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Dan juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja.

    9.3.2022

    731.

    Dmitry Vladimirovich KONOV

    (Дмитрий Владимирович КОНОВ)

    Data tat-twelid: 2.9.1970

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks President tal-Bord ta’ PJSC SIBUR Holding; Membru tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta’ Alrosa PAO; Membru tar-Russian Union of Enterprises and Organisations of the Chemical Complex (Ruschemunion);

    serva fid-Dipartiment tat-Teżor ta’ OAO NK YUKOS; kellu diversi pożizzjonijiet f’AKB Trust and Investment Bank, inkluż Viċi President — Kap tad-Dipartiment tal-Bank ta’ Investiment u Direttur Maniġerjali tad-Dipartiment tal-Finanzi Korporattivi; eks membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ OAO Gazprom neftekhim Salavat u OAO Gazprombank

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitriy Konov huwa l-eks President tal-Bord tat-Tmexxija ta’ PJSC SIBUR Holding, u f’dik il-kapaċità ssorvelja l-attivitajiet tal-kumpanija. SIBUR Holding hija l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja u waħda mill-aktar kumpaniji li qed jikbru malajr fl-industrija globali tal-petrokimiċi. SIBUR huwa grupp ewlieni tal-petrokimiċi fis-swieq emerġenti u l-akbar produttur ta’ petrokimiċi fis-suq Russu. L-ishma maġġoritarji f’SIBUR huma proprjetà ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, jiġifieri Leonid Mikhelson u Gennady Timchenko. Bejn l-2017 u l-2022, Dmitry Konov ġie kklassifikat fost l-aktar 200 individwu sinjuri fir-Russja.

    SIBUR Holding hija marbuta mill-qrib mal-gvern Russu u għalhekk id-dħul li tiġġenera huwa sors importanti ta’ dħul għall-gvern Russu.

    Dmitriy Konov għandu rabtiet mal-industrija tal-kimika permezz tas-sħubija passata tiegħu fir-Russian Union of Enterprises and Organisations of the Chemical Complex (Ruschemunion), organizzazzjoni li tikkollabora mal-awtoritajiet Russi biex tiddefendi l-interessi tal-industrija tal-kimika Russa u tagħmilha aktar effiċjenti u produttiva. L-industrija tal-kimika Russa hija ddominata minn ftit persuni kkonċernati b’rabtiet mill-qrib mal-Kremlin.

    Dmitriy Konov huwa membru tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta’ Alrosa. Alrosa hija kumpanija tal-Istat li topera fl-industrija tad-djamanti u l-profitti tagħha jgħaddu direttament f’idejn il-Kremlin. Permezz tar-rwoli tiegħu f’Alrosa, Dmitriy Konov jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ attivitajiet tal-Gvern Russu, fost affarijiet oħra relatati mad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022 attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li kien membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin.

    Huwa ġie nnominat mill-President Putin f’Jannar 2023 bħala membru tal-bord superviżorju tar-Russian Science Foundation.

    Dmitriy Konov huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    752.

    Yelena Vasilyevna BIBIKOVA

    (Елена Васильевна БИБИКОВА)

    Data tat-twelid: 23.9.1956

    Sess: mara

    Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    9.3.2022

    760.

    Yury Viktorovich FEDOROV

    (Юрий Викторович ФЁДОРОВ)

    Data tat-twelid: 1.1.1972

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Fl-istqarrijiet pubbliċi tiegħu ripetutament esprima appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    9.3.2022

    793.

    Dmitry Gennadyevich KUZMIN

    (Дмитрий Геннадьевич КУЗЬМИН)

    Data tat-twelid: 28.6.1975

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    9.3.2022

    826.

    Yelena Alekseyevna PERMINOVA

    (Елена Алексеевна ПЕРМИНОВА)

    Data tat-twelid: 5.12.1960

    Sess: mara

    Membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    9.3.2022

    857.

    Vyacheslav Stepanovich TIMCHENKO

    (Вячеслав Степанович ТИМЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 20.11.1955

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    9.3.2022

    876.

    Igor Dmitryevich ZUBAREV

    (Игорь Дмитриевич ЗУБАРЕВ)

    Data tat-twelid: 20.7.1966

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-“Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    9.3.2022

    882.

    Alexey Viktorovich KUZMICHEV

    (magħruf ukoll bħala Alexey Viktorovich KUZMICHOV)

    (bir-Russu: Алексей Викторович КУЗЬМИЧЁВ)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group.

    Data tat-twelid: 15.10.1962

    Post tat-twelid: Kirov, USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: Mikhail Fridman, Petr Aven, German Khan

    Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

    Alexey Kuzmichev huwa azzjonist ewlieni ta’ Alfa Group consortium. Huwa klassifikat fost l-aktar persuni influwenti fir-Russja. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin.

    AlfaStrakhovanie pprovdiet assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific — Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw ħafna mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f’Bucha.

    Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk b’mod attiv kien u għadu qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

    Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    892.

    Tigran Oganesovich KHUDAVERDYAN

    (Тигран Оганесович ХУДАВЕРДЯН)

    Data tat-twelid: 28.12.1981

    Post tat-twelid: Yerevan, USSR (issa Armenia)

    Funzjoni: Eks Direttur Eżekuttiv u eks Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Yandex NV

    Nazzjonalità: Armena

    Sess: raġel

    Tigran Khudaverdyan huwa eks Direttur Eżekuttiv u viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Yandex N.V. wara li rriżenja minn dawk il-pożizzjonijiet meta ġie ddeżinjat mill-Unjoni. Għadu fost l-ogħla maniġers ta’ Yandex fejn ifassal l-attivitajiet tal-kumpanija.

    Yandex hija l-akbar ditta tat-teknoloġija fir-Russja. Tiġġenera dħul konsiderevoli mit-taxxa għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Fl-2019 Yandex aċċettat ristrutturar li ta “sehem tad-deheb” lil Fondazzjoni għall-Interess Pubbliku li kienet għadha kemm ġiet iffurmata bl-għan li “tiddefendi l-interessi tal-Federazzjoni Russa”. Permezz tal-Fondazzjoni għall-Interess Pubbliku l-Gvern tal-Federazzjoni Russa jista’ jkollu veto fuq lista definita ta’ kwistjonijiet.

    Minn meta bdiet il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Yandex segwiet il-politika ta’ informazzjoni u ċ-ċensura tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Ir-riżultati tal-magna tat-tiftix Yandex ikkonformaw mat-talbiet tal-awtoritajiet Russi u juru biss is-sorsi relatati mal-propaganda Russa favur il-gwerra. Barra minn hekk Yandex għenet lil siti web li jippromwovu dikjarazzjonijiet foloz u favur ir-Russja dwar l-invażjoni tal-Ukrajna biex jiġġeneraw profitt permezz tar-reklamar diġitali.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, Khudaverdyan attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin arki qrib il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, u appoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    893.

    Vladimir Valerievich RASHEVSKY / Vladimir Valeryevich RASHEVSKIY

    (bir-Russu: Владимир Валерьевич РАШЕВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 29.9.1973

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur ta’ EuroChem Group AG; membru tal-bord superviżorju tal-Association Market Council

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Vladimir Rashevsky huwa membru tal-bord superviżorju tal-Association Market Council. Huwa wkoll l-eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur ta’ EuroChem Group AG wara li rriżenja formalment minn dik il-pożizzjoni meta ġie elenkat taħt miżuri restrittivi mill-Unjoni, filwaqt li jkompli jeżerċita influwenza permezz ta’ kumpaniji fittizji. EuroChem huwa wieħed mill-akbar produtturi ta’ fertilizzanti minerali fid-dinja. Qabel (bejn l-2004 u l-2020) kien l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ kumpanija tal-faħam JSC SUEK. Dawn huma kumpaniji Russi kbar — il-koproprjetà ta’ Aleksandra Melnichenko, mart il-biljunarju Russu Andrei Melnichenko — li jiġġeneraw u jipprovdu dħul sostanzjali lill-Gvern Russu. Jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet Russi, inkluż il-President Vladimir Putin. Il-kumpaniji ta’ EuroChem Group fornew nitrat tal-ammonju liż-żoni okkupati ta’ Donbas. SUEK iffirmat kuntratti ma’ sanatorji fil-Krimea għal programmi tas-saħħa tal-impjegati.

    Għalhekk qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, jew qed jibbenefika minnu.

    Fl-24 ta’ Frar 2022 Rashevsky attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    903.

    Elena Petrovna TIMCHENKO (imwielda ERMAKOVA (YERMAKOVA))

    (Елена Петровна ТИМЧЕНКО (ЕРМАКОВА))

    Funzjoni: Kopresident tal-Foundation Timchenko

    Nazzjonalità: Russa, Finlandiża

    Individwu assoċjat: Gennady Timchenko (ir-raġel)

    Sess: mara

    Elena Timchenko hija mart Gennady Timchenko, li ilu żmien twil jaf lill-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u huwa wieħed mill-persuni ta’ fiduċja tiegħu.

    Flimkien ma’ żewġha tamministra l-kumpanija immobiljari Sci Ruth, u akkwistat proprjetà immobbli flimkien miegħu, li juri rabtiet importanti ta’ proprjetà bejniethom.

    Barra minn hekk, hija kkofinanzjat ma’ żewġha n-Neva Foundation. Elena Timchenko taqdi rwol importanti u hija assoċjata mill-qrib ma’ żewġha fit-Timchenko Foundation li twettaq uħud mill-attivitajiet tagħha b’rabta mal-grupp ta’ investiment Volga Group, li Gennady Timchenko huwa fundatur u azzjonist tiegħu u li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomija tar-Russja u l-iżvilupp tagħha.

    Għalhekk, Elena Timchenko hija assoċjata ma’ Gennady Timchenko, li huwa ddeżinjat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, fost affarijiet oħra minħabba li huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u li appoġġa finanzjarjament u materjalment lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom.

    8.4.2022

    908.

    Kirill Nikolayevich SHAMALOV

    (Кирилл Николаевич ШАМАЛОВ)

    Data tat-twelid: 22.3.1982

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

    Funzjoni: Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija ta’ Sibur Holding PJSC; Membru tal-Public Council of Rossotrudnichestvo (Federal Agency for the Commonwealth of Independent States, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Kirill Shamalov huwa Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija u responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija ta’ Sibur Holding PJSC, l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja. Baqa’ azzjonist ta’ Sibur Holding u żamm pożizzjoni maniġerjali fil-kumpanija. Barra minn hekk qed jibbenefika mir-rabtiet personali tiegħu mal-Kremlin u kellu pożizzjonijiet għolja f’ħafna kumpaniji Russi kbar.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Huwa membru tal-Public Council of Rossotrudnichestvo (Federal Agency for the Commonwealth of Independent States, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation) li stabbilixxa, fuq inizjattiva tiegħu, kummissjoni għall-interazzjoni mal-komunità tan-negozju.

    8.4.2022

    909.

    Igor Albertovich KESAEV

    (Игорь Альбертович КЕСАЕВ)

    Data tat-twelid: 30.10.1966

    Post tat-twelid: Vladikavkaz, North Ossetia, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Koproprjetarju u President ta’ Mercury Group

    Nazzjonalità: Russa, Ċiprijotta

    Sess: raġel

    Igor Kesaev huwa koproprjetarju u president ta’ Mercury Group, li kien assoċjat ma’ Megapolis Group, id-distributur ewlieni tat-tabakk fir-Russja. Skont Forbes, għandu valur nett ta’ USD 3.6 biljun. Huwa azzjonist ewlieni f’Mercury Group u Megapolis Group.

    Igor Kesaev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    914.

    Sergey Vladimirovich MIKHAILOV

    (magħruf ukoll bħal Sergei MIKHAILOV)

    (Сергей МИХАЙЛОВ)

    Data tat-twelid: 17.3.1971

    Post tat-twelid: Arkhangelsk, Russian Federation

    Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali tar-Russian News Agency TASS

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Sergey Mikhailov kien id-Direttur Ġenerali tar-Russian News Agency TASS, l-akbar aġenzija tal-aħbarijiet Russa, li permezz tan-network enormi tagħha ta’ rappreżentanzi barranin, li jinkludi 70 uffiċċju fil-Komunità ta’ Stati Indipendenti u 68 uffiċċju madwar id-dinja, ixxerred informazzjoni b’tagħwiġ tal-fatti dwar l-Ukrajna, u b’hekk taqdi l-interessi tat-tmexxija politika tal-Federazzjoni Russa.

    Il-President Vladimir Putin tah l-Ordni tal-Ħbiberija. Sergey Mikhailov huwa inkluż fir-riżerva ta’ persunal tal-President tar-Russja.

    Huwa b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    8.4.2022

    917.

    Musa Yusupovich BAZHAEV

    (Муса Юсупович БАЖАЕВ)

    Data tat-twelid: 11.5.1966

    Post tat-twelid: Achkoy Martan, Chechnya, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: negozjant Russu; President attwali ta’ Moscow Alliance Group li għandu assi fin-negozji taż-żejt, tal-kostruzzjoni, tat-tessuti, tal-ikel, in-negozju finanzjarju u dak tal-media; President ta’ Russian Platinum

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Musa Bazhaev huwa l-President ta’ JSC Alliance Group li fost il-klijenti ewlenin tiegħu għandu l-akbar rappreżentanti tal-industriji tal-gass u ż-żejt, faċilitajiet industrijali, is-settur tat-telekomunikazzjoni u l-akkomodazzjoni u l-utilitajiet pubbliċi.

    Huwa l-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Russian Platinum, identifikata bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-estrazzjoni tar-Russja li tipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Fl-2021 VEB.RF, VTB Group u Russian Platinum iffirmaw memorandum ta’ intenzjoni biex jiffinanzjaw id-depożitu ta’ Chernogorsk ta’ minerali tal-platinu, ram u nikil fir-Reġjun ta’ Krasnoyarsk. Iċ-ċerimonja tal-iffirmar saret matul il-Forum Ekonomiku Internazzjonali ta’ San Pietruburgu fil-preżenza tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Musa Bazhaev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja, u huwa fost l-aktar 200 Russu għonja, u huwa negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk Musa Bazhaev huwa assoċjat ma’ VEB.RF, istituzzjoni Russa għall-iżvilupp finanzjarju li b’mod attiv tappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, jew tibbenefika minnhom.

    8.4.2022

    923.

    Anastasia IGNATOVA

    (Анастасия ИГНАТОВА)

    Data tat-twelid: 15.2.1988

    Individwi assoċjati: Sergei Chemezov (żewġ ommha)

    Ekaterina Ignatova (ommha)

    Lyudmila Rukavishnikova (nannitha)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Anastasia Ignatova hija bint il-mara ta’ Sergei Chemezov, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec (State Corporation for the Promotion of the Development, Manufacture and Export of High Tech Products).

    Bħala bint il-mara ta’ Sergei Chemezov għandha assi kbar assoċjati miegħu permezz ta’ kumpaniji offshore. Anastasia Ignatova kienet formalment tippossiedi l-jott ta’ 85m “Valerie” li jiswa USD 140 miljun (aktar minn RUB 10 biljun) permezz ta’ kumpanija tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi li jisimha Delima Services Limited. Barra minn hekk hija l-benefiċjarju ta’ kumpaniji offshore b’mijiet ta’ miljuni ta’ dollari f’assi.

    Anastasia Ignatova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika mir-raġel ta’ ommha Sergei Chemezov.

    8.4.2022

    930.

    Igor Evgenievich KONASHENKOV

    (Игорь Евгеньевич КОНАШЕНКОВ)

    Data tat-twelid: 15.5.1966

    Post tat-twelid: Chisinau, Republic of Moldova

    Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża tar-Russian Federation Logutenent Ġeneral

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Igor Konashenkov huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, bil-grad ta’ Logutenent Ġeneral.

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kelliem Ewlieni għall-Ministeru għad-Difiża Russu huwa kien responsabbli għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tad-diżinformazzjoni dwar l-azzjonijiet militari Russi fl-Ukrajna. Huwa ppromwova attitudni pożittiva lejn il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata mir-Russja kontra l-Ukrajna, l-annessjoni tal-Krimea u l-azzjonijiet tas-separatisti f’Donbas, ippreżenta s-sitwazzjoni fl-Ukrajna b’mod preġudikat u xerred id-diżinformazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Ukrajna u tal-Punent.

    Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    8.4.2022

    932.

    Alexander Yevgenevych ANANCHENKO

    (Александр Евгеньевич АНАНЧЕНКO)

    Data tat-twelid: 2.2.1966

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Kien Membru tal-Kunsill tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar l-Istruttura Federali, il-Politika Reġjonali, l-Awtonomija Lokali u l-Affarijiet tat-Tramuntana.

    8.4.2022

    934.

    Igor Yurievich ANTIPOV

    (Игорь Юрьевич АНТИПОВ/ Iгор Юрiйович АНТИПОВ)

    Data tat-twelid: 26.5.1961

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Informazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    946.

    Igor Nikolaevich HALEPA

    (Игорь Николаевич ХАЛЕПА/ Iгор Миколайович ХАЛЕПА)

    Data tat-twelid: 19.5.1969

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    947.

    Sergei Sergeevich NAUMETS

    (Сергей Сергеевич НАУМЕЦ / Сергiй Сергiйович НАУМЕЦЬ)

    Data tat-twelid: 13.7.1976

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kostruzzjoni, l-Akkomodazzjoni u s-Servizzi Komunali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Sergei Naumets ikkontribwixxa b’mod attiv għal battaljun ta’ voluntiera li qed jiġġieled f’Mariupol u madwarha f’isem il-forzi armati Russi. Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    948.

    Dmitriy Viktorovich PODLIPANOV

    (Дмитрий Викторович ПОДЛИПАНОВ/ Дмитро Вiкторович ПОДЛИПАНОВ)

    Data tat-twelid: 28.11.1964

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għat-Transport” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    950.

    Ruslan Mihajlovich DUBOVSKIY

    (Руслан Михайлович ДУБОВСКИЙ/ Руслан Михайлович ДУБОВСЬКИЙ)

    Data tat-twelid: 20.2.1974

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Faħam u l-Enerġija” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    952.

    Aleksei Vladimirovich POLOVYAN

    (Алексей Владимирович ПОЛОВЯН/ Олексiй Володимирович ПОЛОВЯН)

    Data tat-twelid: 3.5.1979

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Aleksei Polovyan bħalissa huwa professur assoċjat fl-Economic Research Institute tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    8.4.2022

    953.

    Yuriy Nikolaevich SIROVATKO

    (Юрий Николаевич СИРОВАТКО/ Юрiй Миколайович СИРОВАТКО)

    Data tat-twelid: 17.4.1978

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    957.

    Anna Yurievna TODOROVA

    (Анна Юрьевна ТОДОРОВА/ Ганна Юрiївна ТОДОРОВА)

    Data tat-twelid: 20.2.1988

    Sess: mara

    Kienet l-hekk imsejħa “Viċi President tal-Gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Bħalissa, Todorova hija l-hekk imsejħa “Kap tas-Servizzi tal-Arkivji” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, b’mod attiv dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    958.

    Anatoli Andreevich ANTONOV

    (Анатолий Андреевич АНТОНОВ)

    Data tat-twelid: 6.11.1966

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    967.

    Yuriy Alexandrovich PRONKO

    (Юрий Александрович ПРОНЬКО)

    Data tat-twelid: 2.4.1962

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    969.

    Maxim Alekseevich PROTASOV

    (Максим Алексеевич ПРОТАСОВ)

    Data tat-twelid: 21.2.1976

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kostruzzjoni u l-Akkomodazzjoni u s-Servizzi Komunali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    970.

    Oleg Vasilievich FETISOV

    (Олег Васильевич ФЕТИСОВ)

    Data tat-twelid: 30.3.1971

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    971.

    Yuriy Anatolievich DEGTYAREV

    (Юрий Анатольевич ДЕГТЯРЕВ)

    Data tat-twelid: 7.7.1977

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għar-Riżorsi Naturali u s-Sigurtà Ambjentali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    973.

    Yuriy Nikolaevich AFANASEVSKY

    (Юрий Николаевич АФАНАСЬЕВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 12.12.1968

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ “President tal-Kumitat Doganali tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    985.

    Marina Vladimirovna MAGDALINA

    (Магдалина Марина ВЛАДИМИРОВНА / Магдалина Марина ВОЛОДИМИРIВНА)

    Data tat-twelid: 4.1.1984

    Sess: mara

    Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. B’hekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    8.4.2022

    986.

    Kirill Borisovich MAKAROV

    (Кирилл Борисович МАКАРОВ / Кирило Борисович МАКАРОВ)

    Data tat-twelid: 6.11.1995

    Sess: raġel

    Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u kap tal-hekk imsejħa organizzazzjoni “Young Republic”. Bħalissa jservi bħala l-hekk imsejjaħ “Aġent Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. B’hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    8.4.2022

    988.

    Igor Yuryevich MARTYNOV

    (Игорь Юрьевич МАРТЫНОВ / Iгор Юрiйович МАРТИНОВ)

    Data tat-twelid: 25.3.1991

    Sess: raġel

    Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. B’hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    8.4.2022

    1173.

    Eduard Yurevich KHUDAYNATOV

    (Эдуард Юрьевич ХУДАЙНАТОВ)

    Data tat-twelid: 11.9.1960

    Post tat-twelid: Shymkent, eks USSR (issa Kazakhstan)

    Nazzjonalità: Russa

    Numru tal-passaport: 753296761 (Russu)

    Sess: raġel

    Eduard Khudaynatov huwa negozjant Russu involut fis-settur tal-enerġija. Huwa sid l-“Independent Oil and Gas Company” (NOC, JSC Neftegazholding), waħda mill-akbar kumpaniji privati Russi u wieħed mill-produtturi ewlenin taż-żejt, li twettaq prospettar, esplorazzjoni u żvilupp ta’ siti ta’ estrazzjoni taż-żejt u tal-gass, raffinar taż-żejt, kif ukoll produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti petrolifiċi. Fl-2015, id-dħul tal-kumpanija ammonta għal USD 2.2 biljun.

    F’dawn l-aħħar snin, l-“Independent Oil and Gas Company” akkwistat ishma sinifikanti f’kumpaniji involuti fis-settur tal-enerġija, flimkien mal-liċenzji ta’ estrazzjoni tagħhom, mingħand Rosneft li hija proprjetà tal-Istat. Barra minn hekk, NOC biegħet diversi siti ta’ estrazzjoni taż-żejt lil Rosneft, li sussegwentement saret parti mill-proġett ta’ Vostok Oil. F’dawn l-aħħar ftit snin, Rosneft ħallset ukoll USD 9.6 biljun lil Khudaynatov bi skambju għal kumpanija li hija proprjetarja ta’ sit ta’ estrazzjoni taż-żejt f’Taimyr.

    Fl-2019, NOC u Rosneft talbu lill-President Putin, u kisbu mingħandu, benefiċċji fir-rigward tal-attivitajiet ta’ estrazzjoni tagħhom fl-Artiku.

    Khudaynatov huwa assoċjat mal-oligarka Russu Igor Sechin u mal-President Vladimir Putin.

    Khudaynatov u Sechin ħadmu flimkien f’Rosneft, u l-kumpaniji tagħhom qed iwettqu attivitajiet kummerċjali b’mod konġunt fis-settur tal-enerġija.

    Huwa ħadem fuq l-ewwel kampanja elettorali presidenzjali ta’ Putin fis-sena 2000, fejn immaniġġjaha fir-reġjun ta’ Tyumen fejn huwa kien ilu membru reġjonali tad-Duma mill-1997.

    Huwa rċieva l-Ordni għall-Mertu lejn il-Patrija talli “saħħaħ il-pożizzjoni tar-Russja fis-suq dinji tal-enerġija u tejjeb il-prospetti ta’ investiment tagħha”.

    Għaldaqstant, Eduard Khudaynatov huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja, u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Huwa qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa assoċjat ma’ persuni elenkati.

    3.6.2022

    1174.

    Pavel Evgenevich PRIGOZHIN

    (Павел Евгеньевич ПРИГОЖИН)

    Data tat-twelid: 18.6.1998

    Nazzjonalità: Russa

    Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 780103765308

    Individwi assoċjati: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (missieru), Lyubov Valentinovna Prigozhina (ommu), Polina Evgenievna Prigozhina (oħtu)

    Entitajiet assoċjati: Lakhta Park, Lakhta Park Premium, Lakhta Plaza, Turtrans

    Sess: raġel

    Pavel Prigozhin huwa iben il-mejjet Yevgeniy Prigozhin u werriet ewlieni tiegħu, u huwa negozjant ewlieni Russu li jopera fir-Russja b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Yevgeniy Prigozhin kien il-fundatur u l-kap mhux uffiċjali ta’ Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-istazzjonament ta’ merċenarji fl-Ukrajna.

    Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpanija li Yevgeniy Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, kif ukoll grupp ta’ kumpaniji oħra marbuta miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, kienu u għadhom qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

    Pavel Prigozhin huwa assoċjat ma’ diversi kumpaniji li qabel kienu jappartjenu lil ommu Lyubov Valentinovna Prigozhina: Beta LLC, Turstatus, Lakhta Park Premium LLC, Lakhta Park LLC u Lakhta Plaza LLC. Barra minn hekk Pavel Prigozhin huwa assoċjat mal-kumpanija JSC Businessprof li hija sid iċ-Ċentru Kummerċjali Sinop f’San Pietruburgu.

    Pavel Prigozhin huwa l-werriet ewlieni u l-benefiċjarju tal-assi, tal-beni u tal-proprjetajiet ta Yevgeniy Prigozhin. Huwa għalhekk negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u li qed jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

    Pavel Prigozhin ikkonferma pubblikament li huwa l-kmandant tal-Wagner Group u li nnegozja mal-Gwardja Nazzjonali Russa (Rosgvardia), biex il-Wagner Group ikun jista’ jkompli l-operazzjonijiet ta’ ġlied fl-Ukrajna.

    Barra minn hekk Pavel Prigozhin serva f’Wagner Group fis-Sirja. Ikkonferma pubblikament li huwa involut fl-operazzjonijiet militari kontra l-Ukrajna billi jservi f’unità ta’ Wagner Group fir-reġjun ta’ Donbas. Għalhekk b’mod attiv jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    1194.

    Aleksandr Yurievych KOBETS

    (bir-Russu Александр Юрьевич КОБЕЦ)

    Oleksandr Yuriyovych KOBETS

    (Bl-Ukren: Олександр Юрiйович КОБЕЦЬ)

    Data tat-twelid: 27.9.1959

    Nazzjonalità: Ukrena

    Sess: raġel

    Kien l-hekk imsejjaħ sindku tal-belt ta’ Kherson, imqiegħed hemm mill-awtoritajiet Russi. Okkupa din il-kariga mis-26 ta’ April 2022 sakemm ir-reġjun ma baqax okkupat. Huwa ffaċilita l-ħruġ ta’ passaporti Russi fil-belt ta’ Kherson.

    F’din il-kapaċità, huwa għalhekk ta appoġġ u ppromwova politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1215.

    Aleksey Vladimirovich DENISENKO

    (Алексей Владимирович ДЕНИСЕНКО)

    Data tat-twelid: 9.6.1978

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Aleksey Denisenko huwa membru tal-Assemblea Leġiżlattiva reġjonali ta’ Chelyabinsk, membru tal-Presidju tal-Kunsill Politiku Reġjonali, President tal-Kumitat tal-Assemblea Leġiżlattiva dwar il-Politika ta’ Kostruzzjoni u Akkomodazzjoni u Servizzi Komunali u Kap tal-kunsill ta’ koordinazzjoni intermuniċipali tar-Reġjun ta’ Chelyabinsk. Barra minn hekk, huwa membru tal-partit fil-gvern “United Russia” allinjat mal-Kremlin u b’mod miftuħ jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa d-deċiżjoni tal-President Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR) u l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk (LPR) bħala stati indipendenti, kif ukoll l-hekk imsejħa operazzjoni militari speċjali, li fi kliemu hija “operazzjoni ta’ infurzar tal-paċi”. Aleksey Denisenko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukrajna, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta’ appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1216.

    Alexander Nikolaevich BELSKIY

    (Александр Николаевич БЕЛЬСКИЙ)

    Data tat-twelid: 16.7.1975

    Post tat-twelid: Leningrad, kienet eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Belskiy kien il-President tal-Assemblea Leġiżlattiva ta’ San Pietruburgu mid-29 ta’ Settembru 2021 bħala membru tal-partit politiku “United Russia” allinjat mal-Kremlin. L-Assemblea Leġiżlattiva hija l-ogħla u l-uniku korp leġiżlattiv ta’ poter statali f’San Pietruburgu. L-Assemblea twaqqfet taħt il-liġi federali u hija rregolata minnha u taħdem mill-qrib mal-gvernatur ta’ San Pietruburgu. Alexander Belskiy huwa wkoll l-Ewwel Viċi Segretarju tal-fergħa reġjonali tal-Partit “United Russia”.

    Bħala President tal-Assemblea Leġiżlattiva, Alexander Belskiy huwa l-membru bl-ogħla kariga tal-Assemblea. B’riżultat ta’ dan, Alexander Belskiy huwa politiku sinifikanti f’San Pietruburgu u lil hinn. Preċedentement, Alexander Belskiy serva bħala viċi gvernatur ta’ San Pietruburgu fil-perjodu 2020-2021. F’dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-politika taż-żgħażagħ. Alexander Belskiy għadu jaħdem mat-tfal u jfittex li jindottrina lit-tfal b’fehmiet favur ir-reġim.

    Alexander Belskiy huwa attiv fl-użu ta’ għadd ta’ kontijiet tal-media soċjali fuq is-servizzi Telegram u VKontakte u jippubblika artikli fil-media tal-partit “United Russia”. Huwa ripetutament uża l-pjattaformi tal-media soċjali tiegħu biex jiġġustifika u jesprimi appoġġ għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u feraħ lill-Krimea u Sevastopol għar-“riunifikazzjoni” tagħhom mar-Russja.

    Alexander Belskiy huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukrajna, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta’ appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1217.

    Alexander Valentinovich ISHCHENKO

    (Александр Валентинович ИЩЕНКО)

    Data tat-twelid: 9.3.1970

    Post tat-twelid: Rostov on Don, eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Ishchenko huwa l-President tal-Assemblea Leġiżlattiva tar-Reġjun ta’ Rostov u s-Segretarju tal-Fergħa Reġjonali ta’ Rostov tal-partit “United Russia” allinjat mal-Kremlin (it-tnejn li huma mill-2016). Huwa wkoll membru tal-Kunsill Ġenerali tal-partit United Russia.

    Alexander Ishchenko huwa attiv ħafna fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħall-Parlament taż-Żgħażagħ ta’ Rostov u l-organizzazzjoni reġjonali politiko-militari taż-żgħażagħ “Youth Guard”. Bħala President tal-Assemblea Leġiżlattiva huwa persuna pubblika u ta’ spiss jidher fuq it-televiżjoni u l-aħbarijiet lokali u nazzjonali u f’avvenimenti pubbliċi.

    F’intervisti pubbliċi u f’posts fuq il-media soċjali, Alexander Ishchenko jappoġġa d-deċiżjoni tal-President Putin li jirrikonoxxi r-repubbliki separatisti — l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk (LPR) u l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR) — u jippromwovi l-messaġġi ta’ propaganda tar-reġim.

    Minħabba l-influwenza politika tiegħu, Alexander Ishchenko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukrajna, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kif ukoll għat-tiftix ta’ appoġġ domestiku fir-Russja għal dik il-gwerra. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1219.

    Nikolay Nikolaevich ZABOLOTNEV

    (Николай Николаевич ЗАБОЛОТНЕВ)

    Data tat-twelid: 30.1.1992

    Post tat-twelid: Chuy Region fit-tramuntana ta’ Kyrgyz Republic

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Nikolay Zabolotnev huwa l-kap tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali tal-Fergħa Reġjonali ta’ Khanty-Mansiysk tal-partit fil-gvern “United Russia” allinjat mal-Kremlin. Huwa wkoll membru tas-seba’ konvokazzjoni tad-Duma ta’ Khanty-Mansi Autonomous Okrug–Yugra.

    Huwa wkoll l-eks kap tad-Duma taż-Żgħażagħ (il-parlament taż-żgħażagħ) f’Yugra, li tikkoopera mad-Dumas taż-Żgħażagħ tal-awtoproklamati Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk (LPR) u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR). Nikolay Zabolotnev jattendi regolarment laqgħat, fora u avvenimenti tad-Duma taż-Żgħażagħ ta’ Yugra. Huwa kien fuq il-palk għal produzzjoni teatrali qasira meta attenda kunċert ta’ karità reġjonali fl-1 ta’ April 2022, fejn ġabar flus għall-appoġġ tal-hekk imsejħa operazzjonijiet umanitarji tar-Russja f’Donbass.

    Huwa esprima ripetutament l-appoġġ tiegħu għall-“operazzjoni speċjali” fuq stazzjon televiżiv reġjonali.

    Nikolay Zabolotnev huwa attiv ħafna fuq il-media soċjali u juża din il-pjattaforma biex jesprimi l-appoġġ tiegħu għal Putin u l-operazzjoni, biex jenfasizza li l-poplu tad-DPR u l-LPR jappoġġaw lir-Russja, biex ixerred rivendikazzjonijiet dwar ġenoċidju fir-reġjun ta’ Donbas u biex jiddikjara li jeħtieġ li l-forzi Ukreni jinqerdu kompletament.

    Minħabba l-influwenza politika tiegħu, Nikolay Zabolotnev huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukrajna, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta’ appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1220.

    Nikolay Timofeevich VELIKDAN

    (Николай Тимофеевич ВЕЛИКДАНЬ)

    Data tat-twelid: 6.3.1956

    Post tat-twelid: Sovetskoye Runo, Ipatovsky District, Stavropol Territory, eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Nikolay Velikdan huwa l-President tad-Duma Reġjonali ta’ Stavropol mit-30 ta’ Settembru 2021. Huwa membru tad-Duma Reġjonali ta’ Stavropol mid-19 ta’ Settembru 2021 u kien l-ewwel Viċi President tal-Gvern tat-Territorju ta’ Stavropol. Huwa membru tal-partit fil-gvern “United Russia” allinjat mal-Kremlin u membru tal-Presidju tal-Kunsill Politiku Reġjonali tal-Partit.

    Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu fis-siti web tal-aħbarijiet reġjonali Russi, Bez Formata u Stapravda, huwa appoġġa pubblikament u ppromwova l-invażjoni tal-Ukrajna billi xerred propaganda rigward l-invażjoni Russa u ddissemina stampa distorta tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Huwa jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fl-“operazzjoni speċjali”. Bħala wieħed mill-ogħla uffiċjali u President tad-Duma Reġjonali ta’ Stavropol, huwa għandu influwenza konsiderevoli.

    Minħabba l-influwenza politika tiegħu, Nikolay Velikdan huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukrajna, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta’ appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1222.

    Sergey Evgenievich TSIVILEV

    (Сергей Евгеньевич ЦИВИЛЕВ)

    Data tat-twelid: 21.9.1961

    Post tat-twelid: Zhdanov (Mariupol), eks USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Sergey Tsivilev huwa l-gvernatur tar-reġjun ta’ Kemerovo u figura pubblika magħrufa sew. Huwa wkoll membru tal-Bureau tal-Kunsill Ġenerali tal-partit United Russia.

    Permezz tal-interventi pubbliċi tiegħu, Sergey Tsivilev jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa apertament l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huwa jikkomunika apertament dwar il-fatt li huwa sostenitur qawwi tal-President Putin, li jwassal għal xejra ta’ inċitament pubbliku sistematiku li jappoġġa l-operazzjonijiet militari tar-Russja.

    Minħabba l-influwenza politika tiegħu, huwa responsabbli għat-tixrid ta’ propaganda favur ir-Russja u diżinformazzjoni rigward il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll għar-rwol attiv biex jiġbor l-appoġġ domestiku għall-kampanja militari Russa. Sergey Tsivilev esprima apertament l-appoġġ tiegħu għall-President għad-deċiżjoni tar-Russja li tirrikonoxxi l-indipendenza tal-hekk imsejħa Repubbliki ta’ Luhansk u ta’ Donetsk. Abbażi ta’ dawn l-azzjonijiet, Sergey Tsivilev huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1228.

    Sergey Vitalyevich BEZRUKOV

    (Сергей Витальевич БЕЗРУКОВ)

    Data tat-twelid: 18.10.1973

    Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Sergey Bezrukov huwa attur u politiku Russu. Huwa wieħed mill-uċuħ pubbliċi tal-Partit “United Russia” u president tal-“Culture of the little homeland project”. Huwa wkoll Membru tal-Kunsill Suprem tal-Partit “United Russia”. Huwa xerred propaganda Russa b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa appoġġa l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja waqt spettakli mogħtija lis-suldati Russi li ħadu sehem fil-gwerra, u lil tfal mill-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu separatisti fir-reġjun ta’ Donbas. Barra minn hekk, huwa esprima pubblikament l-appoġġ tiegħu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.

    Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    21.7.2022

    1238.

    Sergey Vladimirovich ELISEEV

    (Сергей Владимирович ЕЛИСЕЕВ)

    Data tat-twelid: 5.5.1971

    Post tat-twelid: Stavropol, eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Indirizz: Kherson Oblast, Ukraine

    Entitajiet assoċjati: il-Gvern tal-Federazzjoni Russa

    L-hekk imsejjaħ “Kap tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Kherson”, inħatar f’din il-pożizzjoni mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fil-5 ta’ Lulju 2022. Għalhekk, kien parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-oblast okkupat ta’ Kherson u responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Kherson isir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Bħalissa huwa l-Ewwel Viċi President tal-Gvern tar-Reġjun ta’ Kaliningrad — Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Gvernatur tar-reġjun ta’ Kaliningrad fl-Assemblea Leġiżlattiva tar-reġjun ta’ Kaliningrad.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1239.

    Mikhail Leonidovich RODIKOV

    (Михаил Леонидович РОДИКОВ)

    Data tat-twelid: 26.1.1958

    Post tat-twelid: Ozyory, Moscow region, eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: Sergey Eliseev

    Entitajiet assoċjati: il-Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Eks l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza” tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Kherson, inħatar f’din il-pożizzjoni mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fl-4 ta’ Lulju 2022. Huwa kien responsabbli għall-adattament tas-sistema edukattiva ta’ Kherson għall-istandards Russi.

    Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-Oblast okkupat ta’ Kherson responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Kherson isir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1240.

    Vladimir Alexandrovich BESPALOV

    (Владимир Александрович БЕСПАЛОВ)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: il-Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Eks l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Politika Domestika” tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Kherson, inħatar f’din il-pożizzjoni mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fl-4 ta’ Lulju 2022.

    Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-Oblast okkupat ta’ Kherson responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Kherson isir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1241.

    Vitaliy Pavlovich KHOTSENKO

    (Витaлий Пaвлович ХОЦЕEНКО)

    Data tat-twelid: 18.3.1986

    Post tat-twelid: Dnepropetrovsk, eks USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Indirizz: Donetsk, Ukraine

    Eks Prim Ministru tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk, inħatar f’din il-pożizzjoni fit-8 ta’ Ġunju 2022, fejn kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Huwa nħatar Gvernatur tar-Reġjun ta’ Omsk mid-29 ta’ Settembru 2023.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1242.

    Vladislav Garievich KUZNETSOV

    (Владислав Гариевич КУЗНЕЦОВ)

    Data tat-twelid: 18.3.1969

    Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Eks l-Ewwel Viċi President tal-gvern tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, inħatar f’din il-pożizzjoni fit-8 ta’ Ġunju 2022, fejn kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-gvern tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Huwa nħatar Gvernatur ta’ Chukotka Autonomous Okrug mill-15 ta’ Marzu 2023.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1246.

    Alan Valerievich LUSHNIKOV

    (Алан Валерьевич ЛУШНИКОВ)

    Data tat-twelid: 10.8.1976

    Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR, (issa St. Petersburg, Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: JSC Kalashnikov Concern

    L-akbar azzjonist u President tal-produttur tal-armi JSC Kalashnikov Concern. JSC Kalashnikov Concern huwa żviluppatur u manifattur Russu ta’ tagħmir tal-armata, inkluż azzarini personali, missili u vetturi. Huwa kkontrollat direttament minn Rostec. Missili ggwidati tal-inġenji tal-ajru Vikhr-1 u azzarini tal-assalt AK-12 prodotti minn JSC Kalashnikov Concern intużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-2022.

    Huwa għalhekk responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ JSC Kalashnikov Concern, li huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Il-korporazzjonijiet tad-difiża tar-Russja u l-individwi affiljati magħhom jibbenefikaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna li għaddejja bħalissa. JSC Kalashnikov Concern jikkontribwixxi kemm għall-provvista ta’ armi lill-Forzi Armati Russi kif ukoll jibbenefika mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Għalhekk, Alan Lushnikov qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1270.

    Abdollah

    MEHRABI

    عبدلله مهرابی

    Data tat-twelid: 22.12.1961

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Pożizzjoni: Kap tal-Islamic Revolutionary Guard Corps Aerospace Force (IRGC AF) Research and Self-Sufficiency Jihad Organization

    Il-Brigadier Ġeneral Abdollah Mehrabi huwa l-kap tal-Islamic Revolutionary Guard Corps Aerospace Force (IRGC AF) Research and Self-Sufficiency Jihad Organization u eks-koproprjetarju ta’ OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) elenkata mill-UE.

    Mehrabi akkwista magni ta’ Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV) minn Mado għall-użu mill-IRGC AF Research and Self-Sufficiency Jihad Organization. Il-magni manifatturati minn Mado nstabu fl-UAVs Iranjani Shahed-136 użati mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Mehrabi mexxa lid-delegazzjoni Iranjana fit-taħditiet dwar pjanijiet biex tinbena fabbrika ġdida fir-Russja li tista’ tagħmel mill-inqas 6 000 droni mfassla mill-Iran.

    Għaldaqstant, il-Brigadier Ġeneral Abdollah Mehrabi qed jappoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    1307.

    Alexander Arkadyevich ZHUKOV

    (Александр Аркадьевич ЖУКОВ)

    Data tat-twelid: 29.12.1974

    Post tat-twelid: Shiryana, eks USSR, (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Zhukov huwa membru tal-Kunsill Federali u senatur għar-Repubblika ta’ Khakassia. Fl-4 ta’ Ottubru 2022 irratifika l-erba’ trattati bejn il-Federazzjoni Russa u l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk, l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk, ir-reġjun ta’ Zaporizhzhia, u r-reġjun ta’ Kherson, u l-ammissjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa. Għaldaqstant, huwa appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

    16.12.2022

    1381.

    Stepan Kirillovich KOVALCHUK

    (Степан Кириллович КОВАЛЬЧУК)

    Data tat-twelid: 3.5.1994

    Post tat-twelid: Russia

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Stepan Kovalchuk huwa l-proneputi ta’ Yuriy Kovalchuk. F’Diċembru 2021, il-kumpanija Sogaz, li hija kkontrollata minn Yuriy Kovalchuk, akkwistat ishma tan-network tal-media soċjali VK. Konsegwentement, Stepan Kovalchuk ġie promoss għal Viċi President Superjuri għall-Istrateġija tal-Media u l-Iżvilupp tas-Servizzi fil-VK u f’Settembru 2023, inħatar bħala l-Kap tal-grupp tan-negozju “Social Platforms and Media Content”. Għaldaqstant Stepan Kovalchuk huwa persuna fiżika assoċjata mill-qrib ma’ persuna elenkata, Yuriy Kovalchuk, li ilu żmien twil jaf lill-President Vladimir Putin, kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa’ grupp influwenti ta’ individwi madwar Putin, u l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya.

    16.12.2022

    1412.

    Yan Igoroevich PETROVSKIY

    Psewdonimu: Jan PETROVSKY,

    Yan PETROVSKY,

    “Veliki Slavian”,

    “Velikiy Slavyan”

    (Ян Игорович ПЕТРОВСКИЙ)

    magħruf ukoll bħala Voislav TORDEN

    Data tat-twelid: 2.1.1987

    Post tat-twelid: Irkutsk, eks USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Yan Petrovskiy huwa l-mexxej u l-kmandant tal-grupp paramilitari Russu “Task Force ‘Rusich’”, li jżomm rabtiet mal-kumpanija militari privata Russa Wagner Group u possibbilment jopera bħala subunità ta’ Wagner. It-Task Force Rusich qed tipparteċipa fil-ġlieda flimkien mal-forzi militari tar-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. “Rusich” għandha storja twila ta’ ġlied flimkien ma’ proxies appoġġati mir-Russja fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna. Fl-2015, il-merċenarji ta’ “Rusich” ġew akkużati li wettqu atroċitajiet kontra suldati Ukreni mejta u maqbuda, u ġew iffilmjati jagħmlu dan.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala mexxej u kmandant tat-Task Force “Rusich” Yan Petrovskiy huwa responsabbli talli jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    16.12.2022

    1483.

    Marina Magomednebiyevna AKHMEDOVA

    (Марина Магомеднебиевна АХМЕДОВА)

    Funzjoni: Kittieba u ġurnalista,

    Kap Editriċi tal-edizzjoni online ta’ Regnum,

    Viċi-Kap Editriċi tar-rivista Russkiy Reporter,

    Membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem

    Marina Akhmedova hija kittieba Russa. Hija membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, fejn hija parti mill-grupp ta’ ħidma dwar l-hekk imsejħa “operazzjoni militari speċjali” (gwerra ta’ aggressjoni) fl-Ukrajna.

    Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, hija appoġġat l-invażjoni mir-Russja, u xerrdet propaganda u diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra.

    Għalhekk, hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.2.2023

    1486.

    Yulia Alexandrovna BELEKHOVA

    (Юлия Александровна БЕЛЕХОВА)

    Funzjoni: Membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, Kap tal-grupp ta’ ħidma dwar l-hekk imsejħa “operazzjoni militari speċjali” (gwerra ta’ aggressjoni) fl-Ukrajna, Kap tal-fergħa reġjonali ta’ Moska tal-koalizzjoni politika favur Putin, l-All-Russia People’s Front, Kap tal-Kumitat għall-Familji tas-Suldati tal-Patrija

    Yulia Belekhova hija membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, u president tal-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill dwar l-hekk imsejħa “operazzjoni militari speċjali” (gwerra ta’ aggressjoni) fl-Ukrajna. Hija wkoll kap tal-fergħa reġjonali ta’ Moska tal-All-Russia People’s Front li huwa favur Putin. Hija appoġġat il-gwerra ta’ aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna u pparteċipat f’avvenimenti ta’ propaganda b’appoġġ għall-gwerra.

    Għalhekk, hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.2.2023

    1487.

    Vyacheslav Aleksandrovich BOGUSLAYEV

    (Вячеслáв Алексáндрович БОГУСЛÁЕВ)

    Data tat-twelid: 28.10.1938

    Post tat-twelid: Oral/ Uralsk, USSR (issa Kazakhstan)

    Funzjoni: Eks President ta’ JSC MOTOR SICH; Eks membru tal-parlament Ukren

    Nazzjonalità: Nazzjonalità: Ukrena, Russa

    Sess: raġel

    Vyacheslav Boguslayev huwa eks deputat Ukren tal-Party of Regions li huwa favur ir-Russja u huwa eks President tal-kumpanija JSC MOTOR SICH, manifattur Ukren tal-magni tal-inġenji tal-ajru. Huwa responsabbli għall-forniment ta’ magni lill-armata Russa biex jiġu prodotti u msewwija ħelikopters tal-ġlied (Mi-8, Mi24, Mi28 u Ka-52) li ntużaw b’mod estensiv matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, speċjalment fil-bidu tal-gwerra. Huwa kompla jipprovdi tagħmir militari lit-truppi Russi minkejja l-gwerra, u għadu jappoġġa lill-forzi armati Russi.

    F’Ottubru 2022 l-awtoritajiet Ukreni żammewh f’detenzjoni u akkużawh b’attivitajiet kollaborattivi, kif ukoll b’”kompliċità mal-Istat aggressur” u tradiment.

    Vyacheslav Boguslaev ħallas ukoll taxxi u pagamenti doganali favur l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, li ntużaw biex il-fruntieri tal-Ukrajna jiġu mċaqilqa bil-forza. Għalhekk qed iwettaq ukoll tranżazzjonijiet mas-separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.2.2023

    1535.

    Andrey Olegovich KONDRASHOV

    (Андрей Олегович КОНДРАШОВ)

    Funzjoni: Eks Viċi Direttur Ġenerali ta’ All-Russia Television and Radio Broadcasting Company (VGTRK); Direttur Ġeneral ta’ Russian News Agency TASS

    Data tat-twelid: 30.6.1973

    Post tat-twelid: Alma-Ata, eks USSR (issa Kazakhstan)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Andrey Kondrashov huwa l-eks Viċi Direttur Ġenerali ta’ All-Russia Television and Radio Broadcasting Company (VGTRK), l-akbar korporazzjoni tal-media tar-Russja. Huwa wkoll id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija ta’ Russian News Agency TASS.

    Qabel ma sar l-Ewwel Viċi Direttur ta’ VGTRK, huwa ħadem bħala segretarju tal-istampa tal-kwartieri ġenerali tal-kampanja ta’ Putin u kiteb “dokumentarji” bħal “Crimea. The Way Home” u “Putin”. Huwa rċieva l-premju tal-Ordni ta’ Ħbiberija mill-President Putin għal “professjonaliżmu kbir u oġġettività fir-rappurtar ta’ avvenimenti fir-Repubblika tal-Krimea” f’Mejju 2014.

    Huwa kien inkarigat mill-politika ta’ informazzjoni ta’ VGTRK u d-direttur tal-programm Vesti — News. Matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, stazzjonijiet tat-TV u partijiet oħra tal-kumpanija VGTRK holding kienu fost l-aktar strumenti attivi u importanti fit-tixrid tan-narrattiva tal-Kremlin u li jappoġġaw il-gwerra b’kummentarji aggressivi, li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna u jappoġġaw l-annessjoni illegali tal-Krimea.

    23.6.2023”

     

    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “63.

    JSC United Shipbuilding Corporation

    (bir-Russu: АО Объединённая Судостроительная Корпорация)

    Indirizz: 11 Bolshaya Tatarskaya Str., Moscow 115184, Russian Federation

    Street Marat, 90, St. Petersburg, 191119, Russian Federation

    Telefown: +7 495 617 33 00;

    +7812494-17-42 (St. Petersburg)

    Sit web: https://www.aoosk.ru

    Posta elettronika: info@aoosk.ru

    Numru tat-taxxa: 7838395215

    Numru tar-reġistrazzjoni tal-Istat: 1079847085966

    United Shipbuilding Corporation hija konglomerat statali Russu ta’ bini tal-bastimenti, li huwa l-fornitur ewlieni ta’ bastimenti tal-gwerra militari lill-Forza Navali Russa. Hija sid ta’ diversi tarzni u uffiċċji ta’ disinn.

    Il-bastiment kbir ta’ żbark “Pyotr Morgunov” tal-proġett 11711, li nbena minn United Shipbuilding Corporation, ħa sehem fl-invażjoni illegali Russa tal-Ukrajna fl-2022. Il-bastiment tal-għassa tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed “Vasily Bykov” tal-proġett 22160 iddisinnjat minn United Shipbuilding Corporation, ukoll ħa sehem fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

    Barra minn hekk, l-uffiċċju ta’ disinn “Almaz”, proprjetà ta’ United Shipbuilding Corporation, żviluppa l-korvetti tal-proġett 22800, li wħud minnhom inbnew fit-tarzni li jinsabu fit-territorju tal-Krimea u Sevastopol annessi illegalment u li kkontribwew għall-militarizzazzjoni tal-Peniżola tal-Krimea.

    Għaldaqstant, JSC United Shipbuilding Corporation hija responsabbli talli appoġġat, b’mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Assoċjata ma’ Andrei Leonidovich Kostin, li huwa l-kap tal-bord tad-diretturi ta’ JSC United Shipbuilding Corporation. Assoċjata wkoll ma’ VTB Bank, li jimmaniġġja JSC United Shipbuilding Corporation permezz ta’ trust kif iddikjarat mill-President Vladimir Putin fl-2023.

    15.3.2022

    83.

    JSC GTLK

    State Transport Leasing Company

    Indirizz: 31a Leningradsky Avenue, bldg. #1, Moscow 125284, Russian Federation

    Indirizz legali: 73 Respublika St., Suite 100, Salekhard, Yamalo-Nenets Autonomous Area, 62900B, Russian Federation

    Tip ta’ entità: Kumpanija tat-trasport

    Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 2001

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    Entitajiet assoċjati: GTLK Europe, GTLK Asia, GTLK Middle East

    Telefown: (495) 221-00-12 8-800-200-12-99

    Posta elettronika: gtlk@gtlk.ru

    JSC GTLK hija intrapriża tal-istat Russu ssorveljata mill-Ministeru għat-Trasport Russu. GTLK topera fit-trasport bl-ajru, bil-baħar u bil-ferrovija, trasport tal-passiġġieri, vetturi u tagħmir speċjali għal kumpaniji domestiċi fl-industrija tat-trasport, u twettaq attivitajiet ta’ investiment biex tiżviluppa l-infrastruttura tat-trasport tar-Russja. Hija l-akbar kumpanija tal-kiri tat-trasport fir-Russja. Fl-2020, il-portafoll ta’ lokazzjoni ta’ GTLK ġie vvalutat għal RUB 1.3 biljun, u għandha kumpaniji sussidjarji fil-Lvant Nofsani, fl-Asja u fl-Ewropa. GTLK stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li toħloq flotta ta’ droni, importati miċ-Ċina biex twettaq missjonijiet ta’ sorveljanza mill-ajru. GTLK hija entità legali, li tappoġġa finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u tibbenefika minnu, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    210.

    Wagner Group

    (bir-Russu: Группа Вагнера)

    magħruf ukoll bħala

    Vagner Group

    PMC Wagner

    Liga

    League

    Individwi assoċjati: Pavel Prigozhin; Mikhail Vatanin

    Wagner Group huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata r-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur ta’ Slavonic Corps. Huwa mmexxi minn Pavel Prigozhin u Mikhail Vatanin. Permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, Wagner Group jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Wagner Group mexxa l-attakki kontra l-bliet Ukreni ta’ Soledar u Bakhmut f’Jannar 2023 u qed jipparteċipa b’mod attiv fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Wagner Group huwa responsabbli għall-appoġġ materjali għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    13.4.2023

    216.

    Joint-stock company “PMC Wagner Centre”

    (ЧВК Вагнер Центр)

    Indirizz: 15 Zolnaya Street, Building 1, Room 1-N, Ch.P. 194 (Office 206)

    Saint-Petersburg, municipal district Pravoborezhny

    Russian Federation

    Sit web: https://wagnercentr.ru/

    Posta elettronika: info@wagnercentr.ru

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’ishma konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation

    PMC Wagner Centre huwa impriża kummerċjali Russa li għandha l-għan li tappoġġa l-investiment u l-innovazzjoni tas-settur privat sabiex tappoġġa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża tar-Russja. Iċ-Ċentru qed jissorvelja proġetti tal-inġinerija u tal-IT b’dak l-għan u nieda programm dwar it-tħaddim ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs). Iċ-Ċentru u l-attivitajiet tiegħu huma marbuta mill-qrib mal-omonimu tiegħu, il-PMC Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-iskjerament tal-merċenarji tal-Grupp Wagner fl-Ukrajna.

    Permezz tal-kontribut tiegħu għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, huwa responsabbli għall-appoġġ materjali ta’ azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    23.6.2023

    235.

    Poisk-IT LLC

    Obshchestvo S Ogranichennoi Otvetstvennostiu Nauchno-Tekhnicheskii Tsentr “Poisk-IT”

    magħrufa wkoll bħala Limited Liability Company Scientific and Technical Center “Poisk-IT”

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (125183, Moscow, Bolshaya Akademicheskaya st., 73 k. 3, premises. 5n.)

    Data tar-reġistrazzjoni: 29.5.2020

    Numru tar-reġistrazzjoni: 9715384055 (Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa)

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    Poisk-IT LLC għandha liċenzja amministrata mill-FSB. Il-liċenzja tal-FSB tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta’ kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta’ informazzjoni, u sistemi ta’ telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw “sistemi ta’ ġestjoni ta’ bażijiet ta’ data personali” għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta’ data miksuba permezz ta’, pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta’ ġbir ta’ intelligence).

    Għalhekk, Poisk-IT LLC tikkostitwixxi entità li topera fis-settur tal-IT Russu b’liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta’ Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat.

     

    237.

    Akuta JSC

    magħrufa wkoll bħala Acuta

    mgħrufa wkoll bħala Zakrytoe Aktsionernoe Obshchestvo “Akuta”;

    (Закрытое Акционерное Общество “Акута”;

    magħrufa wkoll bħala “Акута”)

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (197110, Saint Petersburg, ul. Pionerskaia, 44)

    Data tar-reġistrazzjoni: 25.9.2008

    Numru tar-reġistrazzjoni: 7813426574 (Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa)

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    Akuta JSC għandha liċenzja amministrata mill-FSB “biex twettaq xogħol relatat mal-użu ta’ informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet tal-Istat”. Il-liċenzja tal-FSB tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta’ kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta’ informazzjoni, u sistemi ta’ telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw “sistemi ta’ ġestjoni ta’ bażijiet ta’ data personali” għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta’ data miksuba permezz ta’, pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta’ ġbir ta’ intelligence). Barra minn hekk, Akuta għandha liċenzja amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ. Din il-liċenzja amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ isservi għall-“iżvilupp, il-produzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, ir-rimi u l-bejgħ ta’ armi u tagħmir militari”. B’mod partikolari, Akuta JSC tipproduċi “Inġenji Sommerġibbli Mingħajr Bdot Abbord” (UUV) għall-Forzi Armati Russi, li huma skjerati għal missjonijiet ta’ intelligence, sorveljanza u tkixxif, gwerra antisottomarini, operazzjonijiet ta’ informazzjoni, u attakki f’mumenti kritiċi. L-entità tiddeskrivi lilha nnifisha bħala li topera fis-settur tal-IT Russu, billi taħdem “prinċipalment fil-qafas tal-ordni tad-difiża tal-istat [Russu] [ma’] intrapriżi akbar tal-kumpless militari industrijali [Russu]”. Barra minn hekk, Akuta għandha liċenzja “għal attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tas-sigurtà tal-informazzjoni”, li hija amministrata mit-tmien direttorat tal-GRU, jiġifieri l-aġenzija tal-intelligence militari barranija tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa.

    23.6.2023

    239.

    20th Guards Combined Arms Army

    (20-я гвардейская Краснознаменная общевойсковая армия

    magħruf ukoll bħala гвардейская общевойсковая армия”)

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (606083, Nizhny Novgorod region, Volodarsky district, Mulino)

    Data tar-reġistrazzjoni: 14.12.2009

    Numru tar-reġistrazzjoni: 3666162144 (Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa)

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    It-20th Guards Combined Arms Army hija parti mill-Forzi tal-Art Russi u tipparteċipa direttament fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Immexxija minn Sukhrab Akhmedov, it-20th Guards Combined Arms Army hija deskritta mill-Ministeru għad-Difiża Russu bħala “l-akbar assoċjazzjoni tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, li qed tipparteċipa fl-aktar avvenimenti sinifikanti fil-ħajja militari tal-pajjiż”. Matul l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja, it-20th Guards Combined Arms Army ikkontribwiet direttament għall-offensiva tar-Russja mid-direzzjoni tal-Grigal.

    Għalhekk, it-20th Guards Combined Arms Army hija responsabbli li tappoġġa, materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    23.6.2023

    240.

    53rd Anti-Aircraft Missile Brigade

    magħrufa ukoll bħala 53 rd Guards Anti-Aircraft Missile Brigade

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (305502, Kursk region, pos. Marshal Zhukov, military unit 32406)

    Data tar-reġistrazzjoni: 26.11.2009

    Numru tar-reġistrazzjoni: 4611010810 (Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa)

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    Il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade hija brigata tal-missili mill-wiċċ għall-ajru tal-Forzi tal-Art Russi u hija parti mit-20th Guards Army of the Russian Federation. Minn Settembru 2010, il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade wettqet missjonijiet ta’ ġlied bħala parti mid-Distrett Militari tal-Punent u ġiet rikonoxxuta bħala waħda mill-brigati ewlenin tad-difiża tal-ajru tal-forzi tal-art Russi. Minn Frar 2022, il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade ikkontribwiet b’mod attiv għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade ġiet skjerata fir-reġjun ta’ Kharkiv tal-Ukrajna matul l-invażjoni fuq skala sħiħa tar-Russja, filwaqt li sparat missili kontra l-inġenji tal-ajru minn maħżen f’Izium filwaqt li l-belt Ukrena kienet taħt okkupazzjoni Russa. Fi Frar 2023, il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade ngħatat nomina onorarja ġdida mill-President Putin għal “eroiżmu u valoriżmu tal-massa, reżistenza, u kuraġġ murija mill-persunal tal-brigata f’azzjonijiet ta’ ġlied biex jiddefendu l-Patrija”, x’aktarx fir-rigward tal-kontributi tal-brigata għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Il-President Putin iddeċieda li jagħti l-isem onorarju “Guards” lill-53 Anti-Aircraft Missile Brigade, u mill-21 ta’ Frar 2023, li tissejjaħ 53rd Guards Anti-Aircraft Missile Brigade.

    Għalhekk, il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade qed tappoġġa materjalment azzjonijiet, li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    23.6.2023

    242.

    AO “FTI-OPTRONIK”

    (ООО ФТИ-ОПТРОНИК)

    Indirizz: Politekhnicheskaya Ulitsa, 28, St Petersburg, Russia, 194021

    Sit web: http://www.fti-optronic.com/Optoelektronnye-komponenty.html

    Post tar-reġistrazzjoni: Saint Petersburg, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 3.7.2013

    Numru tar-reġistrazzjoni: INN 7802830545

    BIN 1137847251740

    PPC 780101001

    OKPO 27492853

    Uffiċjal Kap Eżekuttiv: Viktor Yurievich Ilyin

    AO “FTI-OPTRONIK” hija intrapriża Russa ta’ riċerka u produzzjoni b’ċiklu sħiħ ta’ ħidma mill-iżvilupp sal-produzzjoni pilota u serjali ta’ prodotti optoelettroniċi. Bħalissa, FTI-Optronic hija l-unika intrapriża speċjalizzata fir-Russja li tipproduċi komponenti optoelettroniċi għas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni fibrottika, strumenti tal-kejl u tagħmir għal applikazzjonijiet speċjali. Il-gvern Russu jappoġġa l-manifatturi tat-teknoloġiji optoelettroniċi peress li l-produzzjoni domestika hija mistennija li tissostitwixxi teknoloġiji barranin neqsin meħtieġa mill-aktar setturi importanti u mill-industrija militari. Barra minn hekk, AO “FTI-OPTRONIK” tipprovdi servizzi, permezz ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku, lil JSC “Concern Sozvezdie”, kumpanija speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u komunikazzjoni, gwerra elettronika u tagħmir speċjali għall-forzi armati Russi. Għalhekk, AO “FTI-OPTRONIK” tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. AO “FTI-OPTRONIK” tappoġġa u tibbenifika wkoll mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    23.6.2023”


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/849/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top