EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0768

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

ST/5678/2024/INIT

ĠU L, 2024/768, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/768/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/768/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/768

27.2.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/768

tas-26 ta’ Frar 2024

li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sat-28 ta’ Frar 2025.

(3)

L-entrati għal 21 persuna fiżika u żewġ persuni ġuridiċi inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġu emendati.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat -f’konformità mal-Annness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

D. CLARINVAL


(1)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella "A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)", l-entrati 11, 39, 41, 43, 44, 67, 68, 69, 75, 87, 117, 147, 161, 163, 165, 168, 169, 171, 173, 195 u 205 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“11.

Aliaksandr Valerievich BYKAU

Alexander (Alexandr) Valerievich BYKOV

Аляксандр Валер’евiч БЫКАЎ

Александр Валерьевич БЫКОВ

Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni, eks Kmandant tal-Unità Speċjali ta’ Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta’ Reazzjoni Rapida (SOBR) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni.

2.10.2020

39.

Sviatlana Piatrouna KATSUBA

Svetlana Petrovna KATSUBO

Святлана Пятроўна КАЦУБА

Светлана Петровна КАЦУБО

Pożizzjoni(jiet): President tal-Istudji Umanistiċi Soċjali u d-Dixxiplini Legali fl-Università Teknika Statali ta’ Gomel/Homyel, eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

Data tat-twelid: 6.8.1959

Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Region/Oblast, eks USSR (issa Ukraine)

Sess: mara

Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-President tal-Istudji Umanistiċi Soċjali u d-Dixxiplini Legali fl-Università Teknika Statali ta’ Gomel/Homyel.

2.10.2020

41.

Igar Anatolievich PLYSHEUSKI

Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY

Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI

Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ

Pożizzjoni(jiet): Direttur Maniġerjali ta’ OOO Bergia Group, eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

Data tat-twelid: 19.2.1979

Post tat-twelid: Lyuban, eks USSR (issa Belarus)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa kien responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala d-Direttur Maniġerjali ta’ OOO Bergia Group.

2.10.2020

43.

Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI

Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI

Алег Леанiдавiч СЛIЖЭЎСКI

Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Kumitat Permanenti tal-Istat tal-Unjoni tal-Belarussja u r-Russja, eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

Data tat-twelid: 16.8.1972

Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks USSR (issa Belarus)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa kien responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Kumitat Permanenti tal-Istat tal-Unjoni tal-Belarussja u r-Russja.

2.10.2020

44.

Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS

Irina Alexandrovna TSELIKOVEC

Iрына Аляксандраўна ЦЭЛIКАВЕЦ

Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ

Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

Data tat-twelid: 2.11.1976

Post tat-twelid: Zhlobin, eks USSR (issa Belarus)

Sess: mara

Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

2.10.2020

67.

Genadz Andreevich BOGDAN

Gennady Andreievich BOGDAN

Генадзь Андрэевiч БОГДАН

Геннадий Андреевич БОГДАН

Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja

Data tat-twelid: 8.1.1977

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja, huwa jissorvelja l-funzjonament ta’ bosta intrapriżi. Il-korp taħt it-tmexxija tiegħu jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u tekniku, soċjali, domestiku u mediku lill-apparat tal-istat u l-awtoritajiet repubblikani. Huwa assoċjat mill-qrib mal-President u għadu jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

17.12.2020

68.

Ihar Paulavich BURMISTRAU

Igor Pavlovich BURMISTROV

Iгар Паўлавiч БУРМIСТРАЎ

Игорь Павлович БУРМИСТРОВ

Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 30.9.1968

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mit-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

Huwa għadda għar-riżerva militari. Huwa għandu d-dritt jilbes uniformi u insinja militari.

17.12.2020

69.

Arciom Kanstantinavich DUNKA

Artem Konstantinovich DUNKO

Арцём Канстанцiнавiч ДУНЬКА

Артем Константинович ДУНЬКО

Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Uffiċċju tar-Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, eks Spettur Għoli għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat

Data tat-twelid: 8.6.1990

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala Spettur Għoli għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari investigazzjonijiet imnedija dwar il-mexxejja u l-attivisti tal-oppożizzjoni.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Viċi Kap tal-Uffiċċju tar-Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat.

17.12.2020

75.

Siarhei Leanidavich KALINNIK

Sergei Leonidovich KALINNIK

Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК

Сергей Леонидович КАЛИННИК

Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Pulizija Kriminali fid-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, eks Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk

Data tat-twelid: 23.7.1979

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ dimostranti detenuti illegalment.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Viċi Kap tal-Pulizija Kriminali fid-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk.

17.12.2020

87.

Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN

Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN

Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН

Александр Васильевич ШАКУТИН

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, president tal-bord tad-diretturi ta’ Amkodor holding, azzjonist ta’ SV Maschinen GmbH, UAB EM System, Anulatrans SIA, Amkodor-Tsentr, OOO Iskamed, OOO PMI Inzhiniring

Data tat-twelid: 12.1.1959

Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Vitebsk/Viciebsk Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus)

Sess: raġel

Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn.

Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenka bħala President. Huwa wkoll eks membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka “Belaya Rus” u eks membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja.

F’Lulju 2020 għamel kummenti pubbliċi li kkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk appoġġa l-politika ta’ repressjoni tar-reġim ta’ Lukashenka lejn dimostranti paċifiċi, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

Huwa għad għandu interessi kummerċjali fil-Belarussja.

17.12.2020

117.

Aliaksandr Henadzevich BAKHANOVICH

Aleksandr Gennadevich BAKHANOVICH

Аляĸсандр Генадзевiч БАХАНОВIЧ

Алеĸсандр Геннадьевич БАХАНОВИЧ

Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Ministru għall-Edukazzjoni, eks Rettur tal-Università Teknika Statali ta’ Brest

Data tat-twelid: 1972

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Teknika Statali ta’ Brest, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Aliaksandr Bakhanovich kien responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta’ tkeċċija saru wara s-sejħa ta’ Lukashenka fis-27 ta’ Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks. F’Jannar 2023, Aliaksandr Bakhanovich inħatar l-Ewwel Viċi Ministru għall-Edukazzjoni tar-Repubblika tal-Belarussja.

Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.

21.6.2021

147.

Siarhei Uladzimiravich USHAKOU

Sergei Vladimirovich USHAKOV

Сяргей Уладзiмiравiч УШАКОЎ

Сергей Владимирович УШАКОВ

Pożizzjoni(jiet): Kap, eks Deputat Kap, tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Frunzensky ta’ Minsk

Data tat-twelid: 22.8.1980

Post tat-twelid: Minsk, eks USSR (issa Belarus)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Frunzensky ta’ Minsk, li jissorvelja l-pulizija kriminali, Siarhei Ushakou kien responsabbli mill-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, speċjalment it-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta’ ċittadini detenuti fid-Distrett ta’ Frunzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni diretta ta’ Ushakou użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

Attwalment, huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Frunzensky ta’ Minsk.

21.6.2021

161.

Ihar Uladzimiravich HOLUB

Igor Vladimirovich GOLUB

Iгар Уладзiмiравiч ГОЛУБ

Игорь Владимирович ГОЛУБ

Pożizzjoni(jiet): Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, eks Kmandant tal-Forza tal-Ajru u d-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati

Data tat-twelid: 19.11.1967

Post tat-twelid: Chernigov, Chernigovskaya oblast, eks USSR (issa Ukraine)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Maġġur Ġeneral

Numru tal-passaport tal-BY: KH2187962

Identifikazzjoni personali: 3191167E003PB1

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub kien responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul furzat tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021.

Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan li twassal għall-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Wara l-inċident, Ihar Holub għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport tal-Belarussja Artem Sikorsky li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala d-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja.

21.6.2021

163.

Leanid Mikalaevich CHURO

Leonid Nikolaevich CHURO

Леанiд Мiкалаевiч ЧУРО

Леонид Николаевич ЧУРО

Pożizzjoni(jiet): President tal-Federazzjoni Repubblikana taċ-Ċess – Assoċjazzjoni Pubblika "Belarusian Chess Federation", eks Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA

Data tat-twelid: 08.7.1956

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: P4289481

Identifikazzjoni personali: 3080756A068PB5

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA, Leanid Churo huwa responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan li twassal għall-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-president tal-Federazzjoni Repubblikana taċ-Ċess - Assoċjazzjoni Pubblika "Belarusian Chess Federation".

21.6.2021

165.

Artsiom Igaravich SIKORSKI

Artem Igorevich SIKORSKIY

Арцём Iгаравiч СIКОРСКI

Артем Игоревич СИКОРСКИЙ

Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA, eks Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

Data tat-twelid: 1983

Post tat-twelid: Soligorsk, Reġjun/Oblast ta’ Minsk, eks USSR (issa Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: MP3785448

Identifikazzjoni personali: 3240483A023PB7

Fil-kapaċità preċedenti tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Artsiom Sikorski kien responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021 mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan li twassal għall-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja.

Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mal-Kmandant tal-Forza tal-Ajru u l-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub, li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala d-Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA.

21.6.2021

168.

Anatol Piatrovich LAPO

Anatoliy Petrovich LAPPO

Анатоль Пятровiч ЛАПО/ЛАППО

Анатолии Петрович ЛАППО

Pożizzjoni(jiet): eks Logutenent Ġeneral u President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri tar-Repubblika tal-Belarussja (maħtur fid-29 ta’ Diċembru 2016), Delegat Kap fil-Fruntieri tal-Istat

Data tat-twelid: 24.5.1963

Post tat-twelid: Kulakovka, Mogilev Region/Oblast, eks USSR (issa Belarus)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: MP4098888

Identifikazzjoni personali: 3240563K033PB5

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, Anatol Lapo kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-korpi ta’ kontroll fuq il-fruntiera taħt il-kmand tiegħu, f’liema korpi l-gwardjani tal-fruntiera ġew dokumentati li qed jidderieġu, jiggwidaw jew jisfurzaw lill-migranti jaqsmu illegalment il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni, u li n-nuqqas intenzjonat tagħhom li jwettqu dmirijiethom sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu dik il-fruntiera.

Huwa għaldaqstant responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mir-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Huwa għadda fir-riżerva militari f’Mejju 2023.

2.12.2021

169.

Kanstantsin Henadzevich MOLASTAU

Konstantin Gennadevich MOLOSTOV

Канстанцiн Генадзьевiч МОЛАСТАЎ

Константин Геннадьевич МОЛОСТОВ

Pożizzjoni(jiet): Kurunell, President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, eks Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno (maħtur fl-1 ta’ Ottubru 2014), Unità Militari 2141, Delegat fil-Fruntieri tal-Istat

Data tat-twelid: 30.5.1970

Post tat-twelid: Krasnoarmeysk, Saratov Region, Russian Federation

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: KH2479999

Identifikazzjoni personali: 3300570K025PB3

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno, Kanstantsin Molastau kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.

Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Huwa nħatar minn Lukashenka bħala l-President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri.

2.12.2021

171.

Ihar Mikalaevich GUTNIK

Igor Nikolaevich GUTNIK

Iгар Мiкалаевiч ГУТНIК

Игорь Николаевич ГУТНИК

Pożizzjoni(jiet): Kurunell, Viċi President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, eks Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest

Data tat-twelid: 17.12.1974

Post tat-twelid: Village of Zabolotye, Smolevichi District, Minsk Region/Oblast, eks USSR (issa Belarus)

Indirizz: 90 Heroes of Defense of the Brest Fortress St., 224018, Brest, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: BM1962867

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, Ihar Gutnik, li fl-2018 sar deputat fil-Kunsill Reġjonali ta’ Brest bħala wieħed mill-kandidati leali għal Lukashenka, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.

Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Huwa nħatar minn Lukashenka bħala l-Viċi President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri.

2.12.2021

173.

Maksim Viktaravich BUTRANETS

Maxim Viktorovich BUTRANETS

Максiм Вiктаравiч БУТРАНЕЦ

Максим Викторович БУТРАНЕЦ

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, eks Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Unità Militari 2044 (maħtur f’Marzu 2018), Delegat fil-Fruntieri tal-Istat

Data tat-twelid: 12.12.1978

Post tat-twelid: Sverdlovsk, eks USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Maksim Butranets kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Maksim Butranets iddikjara wkoll li l-għadd ta’ migranti fil-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Litwanja baqa’ fil-livell tas-soltu, minkejja ż-żieda sostanzjali osservata min-naħa tal-Litwanja. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Huwa nħatar bħala l-Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest.

2.12.2021

195.

Ivan Ivanavich GALAVATYI

Ivan Ivanovich GOLOVATY

Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ

Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ

Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-Open Joint Stock Company "Belaruskali", President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company.

Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali

Data tat-twelid: 15.6.1976

Post tat-twelid: Pogost Settlement, Soligorsk District, Minsk Province, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Ivan Galavatyi huwa d-direttur ġenerali tal-intrapriża tal-istat Belaruskali, li hija sors ewlieni ta’ dħul u munita barranija għar-reġim ta’ Lukashenka. Huwa membru tal-Kunsill tar-Repubblika u tal-Assemblea Nazzjonali. Huwa għandu wkoll diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja u rċieva diversi premjijiet statali, inkluż mingħand Lukashenka nnifsu, tul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma’ Lukashenka u membri tal-familja tiegħu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

Bħala direttur ġenerali ta’ Belaruskali, Ivan Galavatyi huwa involut direttament fir-rilokazzjoni min-naħa tar-reġim ta’ Lukashenka ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati f’kollaborazzjoni mar-Russja. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

L-impjegati ta’ OJSC "Belaruskali" li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn primjums u mkeċċija. Alexander Lukashenka nnifsu hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkjaw b’minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, bħala l-kap ta’ Belaruskali, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

3.6.2022

205.

Sviatlana Aliaksandrauna BANDARENKA

Svetlana Aleksandrovna BONDARENKO

Святлана Аляксандраўна БАНДАРЭНКА

Светлана Александровна БОНДАРЕНКО

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Suprema tal-Belarussja, eks imħallef fil-qorti tad-Distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala mħallef tad-Distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk, Sviatlana Bandarenka kienet responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament. Hija kkundannat diversi ċittadini Belarussi talli pparteċipaw fi protesti u ppubblikaw kummenti kontra l-gvern fuq Telegram. Hija kkundannat ukoll lill-ġurnalista Ekaterina Borisevich u lit-tabib tal-isptar ta’ emerġenza Artyom Sorokin talli żvelaw sigrieti mediċi dwar Roman Bondarenko, li ġie msawwat għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Hija nħatret minn Lukashenka bħala mħallef tal-Qorti Suprema tal-Belarussja.

3.8.2023”

(2)

fit-Tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)", l-entrati 17 u 28 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“17.

Open Joint Stock Company "Belavia Belarusian Airlines"

ААТ "Авiякампанiя Белавiя"

ОАО "Авиакомпания Белавиа"

Indirizz: 14A Nemiga St., 220004 Minsk, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 4.1.1996

Numru ta’ reġistrazzjoni: 600390798

OJSC Belavia Belarusian Airlines huwa t-trasportatur tal-linja tal-ajru nazzjonali tal-istat. Belavia hija s-sid u topera wkoll ajruplani governattivi Belarussi użati mill-President Aliaksandr Lukashenka. Aliaksandr Lukashenka wiegħed li l-amministrazzjoni tiegħu ser tagħti kull appoġġ possibbli lil Belavia wara li l-Unjoni ddeċidiet li ddaħħal projbizzjoni fuq it-titjir li jgħaddi minn fuq l-ispazju tal-ajru tal-Unjoni u fuq l-aċċess għall-ajruporti tal-Unjoni mit-trasportaturi tal-ajru Belarussi kollha. Għal dak il-għan, huwa qabel mal-President Russu Vladimir Putin dwar l-ippjanar tal-ftuħ ta’ rotot ġodda tal-linji tal-ajru għal Belavia. Fl-2021, is-CEO ta’ Belavia kkonferma li rċieva l-appoġġ tal-gvern biex jerġgħu jibdew titjiriet lejn il-Federazzjoni Russa. Il-linja tal-ajru nazzjonali ġiet eżentata wkoll milli tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud mill-gvern Belarussu fir-rigward tal-inġenji tal-ajru u l-komponenti importati fit-territorju tar-Repubblika tal-Belarussja. Barra minn hekk, fl-2014, Belavia rċeviet self għall-akkwist ta’ inġenji tal-ajru ġodda minn bank tal-Istat.

Il-maniġment ta’ Belavia qal ukoll lill-impjegati tiegħu biex ma jipprotestawx kontra l-irregolaritajiet tal-elezzjoni u d-detenzjonijiet tal-massa fil-Belarussja, għall-fatt li Belavia hija intrapriża tal-Istat.

Għaldaqstant, Belavia qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah.

2.12.2021

28.

Open Joint Stock Company "Belaruskali"

Адкрытае акцыянернае таварыства "Беларуськалiй"

Открытое акционерное общество "Беларуськалий"

Indirizz: 5 Korzha St., Soligorsk, 223710 Minsk Region/Oblast, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 23.12.1996

Numru ta’ reġistrazzjoni: 600122610

OJSC Belaruskali hija intrapriża tal-Istat u waħda mill-akbar produtturi tal-potassa fid-dinja. Minkejja t-tnaqqis tas-sehem globali tagħha fis-suq globali tal-potassa minn 20 % għal 9 % fl-2022, Belaruskali tibqa’ waħda mill-aktar esportaturi sinifikanti tal-potassa u sors sostanzjali ta’ dħul għall-baġit tal-Istat tal-Belarussja. Alexander Lukashenka ddeskriva lil Belaruskali bħala "teżor nazzjonali, turija ta’ kburija, wieħed mill-pilastri tal-esportazzjonijiet Belarussi". Hija wkoll sors ta’ dħul ewlieni ta’ munita barranija għar-reġim ta’ Lukashenka.

Belaruskali hija involuta direttament fir-rilokazzjoni min-naħa tar-reġim ta’ Lukashenka ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati f’kollaborazzjoni mar-Russja. Mill-invażjoni illegali u mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja, il-faċilità ta’ Dubrava, li hija proprjetà ta’ OJSC Belaruskali, żammet aktar minn 2 050 tifel u tifla Ukreni. Għaldaqstant, OJSC "Belaruskali" tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

L-impjegati ta’ OJSC "Belaruskali" li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u mkeċċija mill-maniġment tal-kumpanija. Alexander Lukashenka nnifsu hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkaw b’minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant "Belaruskali" hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.

3.6.2022”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/768/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top