Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1762

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1762 tal-5 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi biex jiġu awtorizzati ċerti derogi nazzjonali (notifikata bid-dokument C(2024) 3646)

    C/2024/3646

    ĠU L, 2024/1762, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1762/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1762/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1762

    28.6.2024

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1762

    tal-5 ta’ Ġunju 2024

    li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi biex jiġu awtorizzati ċerti derogi nazzjonali

    (notifikata bid-dokument C(2024) 3646)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    It-Taqsima I.3 tal-Anness I, it-Taqsima II.3 tal-Anness II u t-Taqsima III.3 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Ċerti Stati Membri talbu diversi emendi għal derogi awtorizzati.

    (2)

    Il-Kummissjoni eżaminat jew irrieżaminat dawk it-talbiet għal derogi u sabet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2008/68/KE. Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi jiġu awtorizzati.

    (3)

    Peress li għalhekk, jenħtieġ li jiġu adattati t-Taqsima I.3 tal-Anness I, it-Taqsima II.3 tal-Anness II u t-Taqsima III.3 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE, jixraq li għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawn jiġu sostitwiti.

    (4)

    Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata kif xieraq.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati jimplimentaw id-derogi stabbiliti fl-Anness dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

    Artikolu 2

    L-Annessi I, II, u III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Adina-Ioana VĂLEAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


    ANNESS

    L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “I.3.   Derogi nazzjonali

    Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

    Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

    RO = Triq

    a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

    MS = Abbrevjazzjoni għal Stat Membru

    nn = in-numru tal-ordni

    Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

    BE Il-Belġju

    RO-a-BE-2

    Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta’ klassijiet differenti.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-a-BE-3

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 4-2004

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-a-BE-4

    Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta’ massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan użat minn unitajiet domestiċi privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz tal-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ir-rekwiżiti kollha

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent finali huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti tal-ADR. (Ara 1.7.1.4. (e).)

    Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta’ bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħewlhom is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-unitajiet domestiċi privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament, xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta’ ħżin intermedju.

    Fiċ-ċentri tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Tali pakkett li jkollu fih id-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi ttrasportat minn dawn iċ-ċentri flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati stabbiliti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet reġju tal-20 ta’ Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

    Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan użati.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

    DK Id-Danimarka

    RO-a-DK-2

    Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta’ imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR iridu jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. l

    Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex is-sustanzi splussivi ikunu jistgħu jiġu ppakkjati flimkien mad-detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu ttrasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

    Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi li jaqgħu taħt il-grupp D.

    2.

    Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi li jaqgħu taħt il-grupp B.

    3.

    Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi jridu jkunu ippakkjati separatament f’imballaġġ biċ-ċertifikazzjoni tan-NU f’konformità mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

    4.

    Id-distanza bejn l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih is-sustanzi splussivi trid tkun mill-inqas metru (1). Din id-distanza għandha tibqa’ tiġi osservata anki wara li l-brejkijiet jiġu magħfusa ħesrem. L-imballaġġ li jkun fih is-sustanzi splussivi u l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi jridu jitpoġġew b’mod li jkun possibbli li jitneħħew malajr mill-vettura.

    5.

    Iridu jitħarsu r-regoli l-oħra kollha dwar it-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

    RO-a-DK-3

    Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġi u ta’ oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn unitajiet domestiċi u minn intrapriżi għall-iskop ta’ rimi.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ taħriġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern u l-oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet miġbura minn unitajiet domestiċi privati jew intrapriżi għall-iskop ta’ rimi, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu imballaġġ estern u/jew sovraimballaġġi u jinġarru skont proċeduri tal-kunsinna speċjali inkluż restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u għall-immarkar. Il-kwantità ta’ oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport hija ristretta.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3

    Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta l-iskart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi jinġabar minn unitajiet domestiċi privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f’imballaġġi li jkunu nbiegħu bl-imnut.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    DE Il-Ġermanja

    RO-a-DE-1

    Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: UN 0431 u UN 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-fabbrikazzjoni tal-karrozzi) f’ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 28.

    Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex il-partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhuwiex komuni.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-DE-2

    Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f’1.1.3.6 (n1).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: ma hu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f’1.1.3.6.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 18.

    Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u mit-tikkettar tal-pakketti għandha titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, minħabba li meta tkun involuta d-distribuzzjoni lokali, mhux dejjem ikun meħtieġ dokument tat-trasport.

    Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-DE-3

    Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-maniġġ, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasportazzjoni vojta u mhux imnaddfa biss.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 24.

    Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-DE-5

    Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għall-armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

    Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    IE L-Irlanda

    RO-a-IE-1

    Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati skont 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati skont 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’punt ta’ fjammabilità ta’ mhux anqas minn 23 °C), meta l-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f’1.1.3.6 tal-ADR.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, meta l-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(9) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”

    Kummenti: Rekwiżiti onerużi u bla ħtieġa għat-trasport lokali u għall-konsenja ta’ dawn il-pestiċidi.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-IE-4

    Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr taċ-ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalihom).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tat-trasport u l-operazzjonijiet tat-trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass, li jintużaw f’distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura tax-xorb (li se jintużaw għalihom).

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”

    Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, kif ukoll ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar biex jitqassmu l-gassijiet assoċjati ma’ dan ix-xorb.

    Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-IE-6

    Suġġett: Eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti fil-punt 1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Kostruzzjoni u ttestjar tal-pakketti.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut biex jiġu mormija b’mod sikur.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tar-Regolament tal-2011, 57(f) u (g)

    Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija b’mod sikur, ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali, li tkopri n-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-IE-7

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-a-HU-2.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    ES Spanja

    RO-a-ES-1

    Suġġett: Twaħħil tal-plakards tal-kontejners

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-plakards għandhom jitwaħħlu fuq iż-żewġ naħat u f’kull tarf tal-kontejner, tal-MEGC, tal-kontenitur tank jew ta’ tank portabbli.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-plakard m’għandhiex għalfejn titwaħħal mal-kontejners li jġorru l-pakketti meta jkunu użati b’mod esklużiv f’operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq. Din l-eżenzjoni ma tapplikax għall-klassijiet 1 jew 7.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 8

    Kummenti: Meta kontejner, għajr il-kontejner tank, jintuża biss għat-trasport bit-triq, u ma jkunx relatat ma’ operazzjoni tat-trasport intermodali, ikun qed jissodisfa l-funzjonijiet ta’ kaxxa skambjabbli. Il-kaxxi skambjabbli għall-ġarr ta’ oġġetti ppakkjati ma jeħtieġu l-ebda tip ta’ plakard ta’ periklu, għajr għall-klassijiet 1 u 7.

    Għalhekk, kien meqjus konvenjenti li l-kontejners li jintużaw esklussivament bħala kaxxi skambjabbli f’operazzjonijiet tat-trasport bit-triq jiġu eżentati mir-rekwiżit tat-twaħħil tal-plakards, bl-esklużjoni tal-kontejner li jġorr oġġetti tal-klassijiet 1 jew 7.

    F’din l-eżenzjoni, il-kontejners jitqiesu simili għall-kaxxi skambjabbli b’rabta mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitlob aktar rekwiżiti għall-kontejners milli għall-kaxxi skambjabbli peress li dawn jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ sigurtà aktar stretti minħabba d-disinn u l-kostruzzjoni speċifiċi tagħhom. Il-kumplament tat-twaħħil tal-plakards u l-immarkar meħtieġa għall-vetturi li jġorru oġġetti perikolużi għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    FR Franza

    RO-a-FR-2

    Suġġett: It-trasport tal-iskart b’massa ta’ 15-il kg jew inqas li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u huma koperti minn NU 3291.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport tal-iskart b’massa ta’ 15-il kg jew inqas li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u huma koperti minn NU 3291.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 12

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-FR-5

    Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u ta’ oġġetti perikolużi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f’vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, mal-immarkar u mat-tikkettar ta’ pakketti stabbiliti fil-punti 4.1, 5.2 u 3.4.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1

    Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi reċipjenti portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għall-pazjenti bi problemi respiratorji.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-FR-6

    Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f’5.4.1.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-FR-7

    Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, ta’ taħlitiet u ta’ oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi għall-fini ta’ sorveljanza tas-suq.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-imballaġġ u tat-tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, il-maniġġ, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi u li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta’ sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f’imballaġġi ikkombinati. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta’ oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern irid ikollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: ‘Echantillons destinés à l’analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jitħarsu, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l’arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

    Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f’isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem ikun fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinit b’mod aktar operazzjonali.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-FR-8

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2. Trasport ta’ prodotti farmaċewtiċi mhux mediċinali maħsuba għall-ispiżeriji u għall-isptarijiet

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ mhuwiex meħtieġ li jkollu marki mwaħħla f’konformità mal-punt 6.1.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jiġi identifikat jekk ikun fih oġġetti perikolużi fi kwantitajiet żgħar.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I, paragraphe 3.10

    Kummenti: Din id-deroga hija strettament limitata għal kumpaniji li jwasslu prodotti farmaċewtiċi lill-ispiżeriji u lill-isptarijiet. Bħala parti mill-attivitajiet tagħhom, il-kumpaniji jħottu l-oġġetti ppakkjati l-aktar fi kwantitajiet limitati. Dawn il-prodotti mbagħad jitqiegħdu f’imballaġġ estern issiġillat (kaxxi tal-plastik jew tal-kartun).

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    HU L-Ungerija

    RO-a-HU-1

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-DE-2

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-HU-2

    Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lil bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mingħand il-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti finali.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern mhuwiex meħtieġ li jkun ġie allokat marka skont it-Taqsima 6.1.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jkun immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti perikolużi oriġinarjament ippakkjati skont il-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u li ssir fi kwantità kif stabbilit fl-Anness 1 tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

    Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew mingħand il-bejjiegħ bl-imnut lill-utent finali. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li r-reċipjenti interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    AT L-Awstrija

    RO-a-AT-1

    Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kg jew litru ta’ oġġetti perikolużi, li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f’imballaġġi interni għall-kwantitajiet limitati jew f’imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’kaxxi X ittestjati.

    L-utenti finali jitħallew imorru jġibuhom mill-ħanut u jeħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut jitħallew jeħduhom għand l-utenti finali jew minn ħanut għal ieħor tagħhom stess.

    Il-limitu għal kull unità tat-trasport huwa ta’ 333 kg jew litru, u l-perimetru permess huwa ta’ 100 km.

    Il-kaxxi jkollhom jiġu mmarkati b’mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat.

    Hemm biss ftit dispożizzjonijiet li japplikaw fir-rigward tat-tagħbija u tal-maniġġ.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgutbeförderungsverordnung Geringe Mengen - GGBV-GMfrom 5.7.2019, BGBl. IINr. 203/2019

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2028

    PT Il-Portugall

    RO-a-PT-3

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-a-HU-2

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deliberação n.° 2053/2015, de 9 de novembro 2015

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    FI Il-Finlandja

    RO-a-FI-1

    Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 4 u 5

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: F’xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu ttrasportati ammonti żgħar ta’ oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F’xarabank, individwu privat jista’ jittrasporta oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 fejn l-oġġetti inkwistjoni jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jkunu maħsuba għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta’ likwidi fjammabbli mimlija f’reċipjenti li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-FI-2

    Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-ġarr f’vetturi b’tank jew f’unitajiet tat-trasport b’aktar minn tank wieħed

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jiġu trasportati vetturi b’tank vojt u mhux imnaddfa jew unitajiet tat-trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f’konformità mal-punt 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza ttrasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista’ tkun is-sustanza bil-punt ta’ fjammabbiltà l-aktar baxx.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-a-FI-3

    Suġġett: Twaħħil ta’ plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta’ splussivi (b’massa netta massima ta’ 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    SE L-Iżvezja

    RO-a-SE-1

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-FR-7

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar)

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

    Kuntest tad-Direttiva:

    Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

    Kummenti:

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

    BE Il-Belġju

    RO-bi-BE-5

    Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat skont l-ADR, l-iskart jiġi assenjat fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex jiġu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp wieħed. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route

    Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn l-impjanti tar-rimi.

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-6

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-bi-SE-5

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 01-2004

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-7

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 02-2003

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-8

    Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s’għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Projbizzjoni tal-ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura biex tagħmel dan”.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route

    Kummenti: Jekk tittieħed b’mod litterali, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-10

    Suġġett: Trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali inkluż it-trasport fi triq pubblika.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, iċ-ċertifikat tas-sewwieq, it-tikkettar u/jew l-immarkar tal-pakketti.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-derogi 10-2012, 12-2012, 24-2013, 31-2013, 07-2014, 08-2014, 09-2014 u 38-2014.

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-11

    Suġġett: il-ġbir ta’ ċilindri tal-butan-propan mingħajr tikkettar konformi

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2.2.1.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: hemm bżonn li ċ-ċilindri tal-gass ikollhom tikketti ta’ periklu mwaħħla fuqhom.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: waqt il-ġbir taċ-ċilindri li kellhom fihom in-NU 1965, in-nuqqas ta’ tikketti ta’ periklu ma jkollux bżonn ta’ sostituzzjoni jekk il-vettura tkun tikkettata b’mod korrett (mudell 2.1)

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 14-2016.

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-12

    Suġġett: it-trasport ta’ NU 3509 f’kontejners f’forma sfuża u miksija

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.2.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: NU 3509 għandu jinġarr f’kontejners f’forma sfuża u magħluqa

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 15-2016

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    RO-bi-BE-13

    Suġġett: it-trasport ta’ ċilindri DOT

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.2.3.4 sa 6.2.3.9

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: hemm bżonn li ċ-ċilindri tal-gass ikunu manifatturati u ttestjati skont il-Kapitolu 6.2 tal-ADR

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: iċ-ċilindri mibnija u ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tad-Dipartiment tat-Trasport (Department of Transportation, DOT) tal-Istati Uniti jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ lista limitata ta’ gassijiet annessa mad-deroga

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga BWV01-2017

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

    DK Id-Danimarka

    RO-bi-DK-1

    Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 — ebda dokument tat-trasport.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti li għandhom jitwasslu lil żewġ riċevituri jew aktar u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet simili), mhuwiex meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonijiet bil-miktub, minbarra l-informazzjoni mitluba fl-ADR, ikun fihom informazzjoni dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

    Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp ta’ tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex jittrażmettu kontinwament informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ, mhux possibbli li jitfasslu d-dokumenti tat-trasport qabel ma jibda l-vjaġġ. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

    Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

    RO-bi-DK-2

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

    RO-bi-DK-3

    Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’binjiet privati li jkunu qrib xulxin.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fit-toroq pubbliċi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq bejn żewġ binjiet privati separati jew aktar li jkunu qrib xulxin, it-trasport jista’ jseħħ b’permess bil-miktub mill-awtorità kompetenti - japplikaw ċerti kundizzjonijiet.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 828 af 10. juni 2017 om vejtransport af farligt gods.

    Kummenti: Jista’ faċilment ikun hemm sitwazzjoni ta’ oġġetti li jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jinsabu viċin xulxin iżda fejn xorta jkun meħtieġ l-aċċess għal triq pubblika għal distanza limitata ħafna (eż. qsim ta’ triq). Dan ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi fi triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u jkunu japplikaw biss rekwiżiti aktar laxki.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

    RO-bi-DK-4

    Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn unitajiet domestiċi privati u minn intrapriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, id-dispożizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ, ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, it-tagħmir, l-operazzjoni u d-dokumentazzjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn unitajiet domestiċi privati u intrapriżi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew lejn il-faċilitajiet intermedji tal-ipproċessar għall-iskop ta’ rimi. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet differenti skont in-natura u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport, u jekk il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

    Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-intrapriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta l-iskart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi jinġarr minn unitajiet domestiċi privati u/jew intrapriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta’ rimi. L-iskart huwa tipikament imballaġġi li nġarru oriġinarjament skont l-eżenzjoni tas-subtaqsima 1.1.3.1(c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħa bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1(c) ma tapplikax għall-ġarr lejn il-punti tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex xierqa għall-ġarr tal-iskart ta’ imballaġġi interni.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-DK-5

    Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11 jew S1 fil-punt 8.5, jitħallew isiru f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta’ din id-Direttiva: 7.5.11, 8.5

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgorelse nr. 828 tal- 10/06/2017 om vejtransport of farligt gods.

    Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi piż oneruż ħafna fuq l-Awtoritajiet kompetenti kif ukoll fuq il-komunità tan-negozju li tittratta l-oġġetti perikolużi inkwistjoni.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

    DE Il-Ġermanja

    RO-bi-DE-1

    Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (barra l–1,4S), 5.2 u 7:

    Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport:

    (a)

    għall-konsenjatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni ta’ tagħbija sħiħa u ta’ trasport b’ċerti rotot);

    (b)

    għall-ammont u t-tipi ta’ imballaġġ, jekk ma jiġix applikat il-punt 1.1.3.6 u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

    (c)

    għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija jkun biżżejjed.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 18.

    Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip ta’ traffiku kkonċernat.

    Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-DE-3

    Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex jiġu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 20.

    Kummenti: Lista Nru 6*.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-DE-5

    Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontejners tank, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1,

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank.

    Kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1.   Rekwiżiti għall-kontejners tank

    1.1.

    Jistgħu jintużaw biss il-kontejners tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f’kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni tal-mudell tal-kostruzzjoni, it-testijiet, it-tikkettar u l-operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

    1.2.

    Il-mekkaniżmu ta’ għeluq tal-kontejner tank irid ikollu sistema ta’ rilaxx tal-pressjoni li titla’ sa pressjoni interna ta’ 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u b’hekk tillibera apertura li tħares ’il fuq b’erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta’ mill-inqas 135 cm2 (dijametru ta’ 132 mm). L-apertura ma għandhiex terġa’ tingħalaq wara li tiġi attivata. Bħala installazzjoni ta’ sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta’ sikurezza jew aktar bl-istess proċess ta’ attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta’ kostruzzjoni tal-installazzjoni ta’ sikurezza jeħtieġ li jkun għadda b’suċċess mill-ittestjar tat-tip u mill-approvazzjoni tat-tip magħmula mill-awtorità responsabbli.

    2.   Tikkettar

    Kull kontejner tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu f’konformità mal-mudell 3 fis-subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

    3.   Dispożizzjonijiet operatorji

    3.1.

    Irid jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina titqassam b’mod ugwali fil-medium ta’ flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

    3.2.

    Waqt it-tagħbija u l-ħatt, ħadd ma jista’ jibqa’ ġol-vettura jew fuqha, għajr biex jopera t-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

    3.3.

    Fil-post tal-ħatt, il-kontejners tank għandhom jitbattlu għalkollox. Jekk ma jkunux jistgħu jitbattlu għalkollox, dawn għandhom jingħalqu b’mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

    Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga Nordrhein-Westfalen

    Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi manifatturat prodott farmaċewtiku, is-sit tal-produzzjoni A jwassal bħala parti minn trasport konformi mar-regola f’kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit tal-produzzjoni B. Hawnhekk, tiżdied is-soluzzjoni tan-nitrogliċerina u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li ġew iċċekkjati b’mod speċjali u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni tat-trasport speċifika u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

    Tmiem il-perjodu ta’ validità: it-30 ta’ Ġunju 2028

    RO-bi-DE-6

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-bi-SE-6.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ƒ 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB)

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-DE-7

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-BE-10

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

    Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2027

    IE L-Irlanda

    RO-bi-IE-3

    Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11 jew S1 fil-punt 8.5, jitħallew isiru f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ir-Regolament 82(5) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

    Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fl-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu oneruż ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-IE-6

    Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li ma jkunux imqabbda b’mod permanenti mal-qoxra ta’ vettura b’tank, ikunu vojta matul it-trasport.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi b’tank.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-pajp flessibbli (inkluż il-pajpijiet fissi assoċjati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi b’tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti tal-petroleum bin-numri tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa jkunu vojta matul il-ġarr bit-triq dment li jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ir-Regolament 82(8) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

    Kummenti: Il-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi b’tank għall-kunsinni fid-djar iridu jibqgħu mimlijin il-ħin kollu, anki waqt it-trasport. Is-sistema ta’ skariku hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-meter u l-pajp tal-vettura b’tank ikunu mimlijin sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta tal-prodott.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-IE-7

    Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti tal-punti 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport tal-Fertilizzant tan-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 f’forma sfuża mill-portijiet sal-konsenjatarji.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument tat-trasport separat, bil-kwantità totali eżatta u d-dettalji tat-tagħbija, għal kull vjaġġ tat-trasport u r-rekwiżiti għall-vettura sabiex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki għar-rekwiżiti tal-ADR fid-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-aspetti prattiċi tat-trasport f’forma sfuża bejn il-port u l-konsenjatarju.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

    Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u l-konsenjatarju waqt il-ħatt minn bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża li jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fil-ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża u l-konsenjatarju, dokument uniku tat-trasport, b’massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija, jenħtieġ li jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-IE-8

    Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-binjiet, jew bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta’ xulxin iżda separati bi triq pubblika.

    Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: In-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta’ oġġetti perikolużi

    (a)

    bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta’ dak il-bini; jew

    (b)

    bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati fil-viċinanza immedjata ta’ xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

    sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

    Kummenti: Meta l-oġġetti jiġi trasferiti bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika, jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta’ oġġetti perikolużi jistgħu ma jiġux applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-DK-3.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    EL Il-Greċja

    RO-bi-EL-1

    Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 t użati għat-trasport lokali taż-żejt tal-gass (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi b’tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b’tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u tal-vetturi tal-batterija u MEGCs.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali taż-żejt tal-gass biss (NU 1202) li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002 li l-ħxuna minima tal-qoxra ta’ barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm, jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżizzjonali se tkun fis-seħħ għall-vetturi b’tank biss jekk dawn jinbidlu skont il-punt 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:

    1.

    Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5

    2.

    It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti 6.8.2.1.28, 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2.

    Fil-parti H “Tul ta’ validità” taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura għandu jinkiteb “ 30.6.2027 ”

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b’tank) u tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    ES Spanja

    RO-bi-ES-2

    Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni tal-ammonijaka anidra.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kwalunkwe telf ta’ kontenut fil-każ ta’ ħsara lill-fittings esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq), il-valv iżolanti intern u l-post fejn ikun imqiegħed jridu jkunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew ddisinjati b’mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonijaka anidra li ddaħħlu fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’fittings tas-sikurezza esterni minflok interni, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3.

    Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997 kien jintuża, esklussivament għal-agrikoltura, tip ta’ tank mgħammar b’fittings esterni ta’ sikurezza biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    FR Franza

    RO-bi-FR-1

    Suġġett: L-użu ta’ dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-bastiment.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport għal oġġetti perikolużi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 23-4.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-FR-3

    Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) (18).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Dawn japplikaw biss għal distanzi qosra.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 30.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-FR-4

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-bi-BE-8

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-FR-5

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–BE-5

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-FR-6

    Suġġett: It-trasport tal-iskart li jkun fih asbestos liberu

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struzzjoni tal-ippakkjar P002

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport tal-iskart li jkun fih l-asbestos liberu (Nru tal-NU 2212 ASBESTOS, AMFIBOLI (amosit, tremolit, aktinolit, antofillit, kroċidolit) jew Nru tan-NU 2590 ASBESTOS, KRISOTIL) mis-siti tal-kostruzzjoni:

    l-iskart jiġi trasportat fi trakkijiet bil-kaxxa tinqaleb,

    l-iskart jiġi ppakkjat f’“boroż-kontenituri” kbar — boroż li jintwew u li jkollhom l-istess dimensjonijiet bħall-bażi tal-kaxxa tat-trakk — li jingħalqu tajjeb biex ma joħorġux fibri tal-asbestos waqt it-trasport,

    il-boroż-kontenituri huma ddisinjati b’mod li jkunu jifilħu għall-istrapazz li jġarrbu f’kundizzjonijiet tat-trasport normali u waqt li jitbattlu fis-sit tal-landfill,

    il-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli skont l-ADR għandhom jiġu ssodisfati.

    Dawn il-kundizzjonijiet tat-trasport jidhru partikolarment xierqa għat-trasport ta’ kwantitajiet kbar ta’ skart prodott minn xogħlijiet fit-toroq jew tat-tneħħija tal-asbestos mill-bini. Dawn il-kundizzjonijiet huma xierqa wkoll għall-ħżin finali tal-iskart fil-landfills approvati u jħaffu x-xogħol tat-tagħbija u għalhekk jipproteġu aħjar lill-ħaddiema mill-perikli tal-asbestos meta mqabbla mal-kundizzjonijiet applikabbli skont l-istruzzjoni tal-ippakkjar P002 fil-Kapitolu 4.1.4 tal-ADR.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

    Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

    HU L-Ungerija

    RO-bi-HU-1

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-3

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    NL In-Netherlands

    RO-bi-NL-13

    Suġġett: Skema tal-2015 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta’ imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti; it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż fi kwantitajiet żgħar miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f’imballaġġ xieraq b’kapaċità massima ta’ 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ADR. Għaldaqstant, varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ADR huwa stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Skema tal-2015 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż

    Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart kimiku fi kwantitajiet żgħar f’sit wieħed. Is-sustanzi inkwistjoni għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta’ periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidhru b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’imballaġġi ssiġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ għarfien min-naħa tal-individwi privati dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness tal-iskema.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-NL-14

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-4

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Wet Vervoer Gevaarlijke Stoffen, VLG

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    PT Il-Portugall

    RO-bi-PT-1

    Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għall-gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU Nru 1965 taħlita ta’ gass tal-idrokarbur, likwifikat, mhux speċifikati mod ieħor”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

    “NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

    “NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, tas-16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru

    Kummenti: L-importanza li jiġi ffaċilitat il-proċess biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, dment li ma tiġix affettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-PT-2

    Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jiġi sostitwit bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, tat-28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru

    Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li kien fihom oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport f’konformità mal-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-PT-3

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-BE-8

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deliberação 12/2021, de 5 Janeiro 2021

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    FI Il-Finlandja

    RO-bi-FI-1

    Suġġett: Modifika tal-informazzjoni fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permissibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

    Kummenti: L-informazzjoni titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga tintuża prinċipalment għall-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-FI-3

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-bi-DE-1

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-FI-4

    Suġġett: Adozzjoni tal- RO-bi-SE-6

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (541/2023)

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    SE L-Iżvezja

    RO-bi-SE-1

    Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjant għar-rimi tal-iskart perikoluż.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta’ imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti.

    L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

    L-imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inkluż IBCs u l-imballaġġi l-kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu mħejjija għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi żgħar ġo fihom.

    Dan huwa permess sakemm:

    l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi ma’ tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva,

    l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b’materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista’ joħroġ fl-imballaġġi esterni, fl-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt il-ġarr, u

    l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta’ mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta’ disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, għall-IBCs jew għall-imballaġġi l-kbar; u

    is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-ADR-S”.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

    Kummenti: huwa diffiċli li jiġu applikati s-subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv ta’ skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-2

    Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-konsenjatur fid-dokument tat-trasport.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiddikjara li l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i Terrang.

    Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

    Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw reċipjenti tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi skambju ma’ oħrajn mimlija.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-3

    Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport fit-toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-toroq pubbliċi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport fit-toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, l-approvazzjoni tal-imballaġġi tat-tip ta’ disinn, it-tagħmir tal-vetturi, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-vetturi.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn bini li jkun jinsab fuq in-naħat opposti ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-4

    Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, ta’ riskji waqt il-ħatt, ta’ sottomissjoni ta’ evidenza, eċċ.

    Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti f’kundizzjonijiet tal-ġarr normali.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

    Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija, bħal splussivi jew proprjetà misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ippakkjati, immarkati jew ittikkettati f’konformità mal-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq diversi mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ alkoħol imdaħħal bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat lejn faċilità fejn tinżamm l-evidenza, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu ’l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: (a) kull pakkett ma jeħtiġlux ikun ittikkettat, u b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu tali pakkett irid ikun ittikkettat b’mod korrett. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jridu jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-5

    Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-portijiet u qrib ħafna tagħhom.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità tat-trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu ma jinġarrux dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

    L-unità tat-trasport tista’ ma tkunx mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

    It-trakters ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti: Qabbel mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-6

    Suġġett: Iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ispetturi tal-ADR.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi iridu jattendu l-korsijiet ta’ taħriġ.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li l-ispetturi li jkunu wettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vettura jattendu l-korsijiet ta’ taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti: F’xi każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa.

    Ir-rekwiżiti fil-punti 1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-7

    Suġġett: Distribuzzjoni lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun f’konformità mal-punt 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ konsenjatarji multipli jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank, id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skont il-punt 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija jkun immarkat b’0. L-isem u l-indirizz tal-konsenjatarji mhuma meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-9

    Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dokument tat-trasport; Kostruzzjoni tat-tankijiet; Ċertifikat tal-approvazzjoni.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni jista’ ma jikkonformax ma’ xi regolamenti:

    (a)

    id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhix meħtieġa;

    (b)

    tankijiet/kontejners qodma li ma jkunux inbnew skont il-punt 6.8, iżda skont leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw;

    (c)

    tankijiet qodma, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-punt 6.7 jew 6.8, maħsubin għat-trasport ta’ sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir għall-kisi tas-superfiċje tat-toroq jew mingħajru, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ postijiet fejn ikunu qed isiru xogħlijiet fit-toroq;

    (d)

    mhumiex meħtieġa ċertifikati tal-approvazzjoni għal vaguni tal-ekwipaġġ u tankers b’tagħmir għall-kisi tas-superfiċje tat-toroq jew mingħajru.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta’ karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u armat b’tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ trakters forestali.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-10

    Suġġett: Trasport tal-isplussivi f’tankijiet.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati biss f’konformità mal-punt 4.1.4.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità nazzjonali kompetenti se tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa permessibbli biss għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

    Vettura mgħobbija bi splussivi fit-tankijiet trid tkun immarkata u ttikkettata f’konformità mal-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4, vettura waħda biss fl-unità tat-trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4.

    Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti inkwistjoni kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

    Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bl-isplussivi fil-vetturi b’tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għall-emulsjonijiet.

    Id-deroga l-antika Nru 84.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-11

    Suġġett: Liċenzja tas-sewwieq

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ tas-sewwieqa mhuwiex permess bi kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

    Kummenti: Trasport lokali.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-12

    Suġġett: Ġarr tal-logħob tan-nar NU 0335.

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2(1)

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu tal-vetturi EX/II u EX/III.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2(1) f’7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat għal NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar f’2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tan-NU.

    Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

    Kummenti: Il-ġarr tal-logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta x-xahar jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mill-konsenjaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni, kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri, kif ukoll ta’ dak li jifdal żejjed, lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-konsenjaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

    Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar trid issir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazzjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

    Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RO-bi-SE-13

    Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-DK-4

    Bażi legali: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra)

    Referenza għall-Anness I, it-Taqsima n I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

    Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti:

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.”;

    (2)

    fl-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “II.3.   Derogi nazzjonali

    Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

    Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

    RA = Ferrovija

    a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

    MS = Abbrevjazzjoni għal Stat Membru

    nn = in-numru tal-ordni

    Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

    DE Il-Ġermanja

    RA-a-DE-2

    Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għall-armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 21.

    Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    FR Franza

    RA-a-FR-3

    Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur tal-ferrovija.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni dwar il-materjali perikolużi li għandha tkun indikata fin-nota ta’ konsenja.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur tal-ferrovija ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-punt 1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 20.2

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RA-a-FR-4

    Suġġett: Eżenzjoni mit-tikkettar ta’ ċerti vaguni tal-posta.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (għajr dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) biss iridu jkunu ttikkettati.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 21.1

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    SE L-Iżvezja

    RA-a-SE-1

    Suġġett: Coach tal-ferrovija li ġġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandhiex bżonn tiġi mmarkata bit-tikketti.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Coaches tal-ferrovija li jġorru oġġetti perikolużi jridu juru t-tikketti.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Coaches tal-ferrovija li jġorru oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandhomx bżonn jiġu mmarkati bit-tikketti.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

    Kummenti: Fl-RID jeżistu limiti tal-kwantitajiet għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk din hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

    DK Id-Danimarka

    RA-bi-DK-1

    Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi mill-mini

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt u Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017

    Kummenti:

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    DE Il-Ġermanja

    RA-bi-DE-2

    Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum fi gruppi ta’ kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 20.

    Kummenti: Lista Nru 6*.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    RA-bi-DE-3

    Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f’vaguni tank tal-ferrovija.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u ta’ vaguni tank. Il-Kapitolu 6.8, is-Subtaqsima 6.8.2.3, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operazzjonali addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

    SE L-Iżvezja

    RA-bi-SE-1

    Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjant għar-rimi tal-iskart perikoluż.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr tal-imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li minnha huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti.

    L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

    Imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu mħejjija għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi żgħar ġo fihom.

    Dan huwa permess sakemm:

    l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi ma’ tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva,

    l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b’materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista’ joħroġ fl-imballaġġi esterni, fl-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt il-ġarr, u

    l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta’ mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta’ disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar, u

    is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-RID-S”

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

    Kummenti: huwa diffiċli li jiġu applikati s-subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv ta’ skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

    Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

    DE Il-Ġermanja

    RA-bii-DE-2

    Suġġett: it-trasport lokali ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju) f’rotot iddeżinjati, grupp tal-imballaġġ I, u f’kontejners fuq vaguni.

    Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport f’forma sfuża. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma tippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr f’forma sfuża.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot iddeżinjati speċifikament, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kundizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f’kontenituri mibnija apposta fil-vaguni. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operazzjonali addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.”;

    (3)

    fl-Anness III, it-Taqsima III.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “III.3.   Derogi nazzjonali

    Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

    Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn

    IW = Passaġġi fuq l-Ilma Intern

    a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

    MS = Abbrevjazzjoni għal Stat Membru

    nn = in-numru tal-ordni

    Abbażi tal-Artikolu 6(2)(bi) tad-Direttiva 2008/68/KE

    DE Il-Ġermanja

    IW-bi-DE-1

    Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

    Referenza għall-Anness III, it-Taqsima III.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

    Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

    Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum fi gruppi ta’ kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

    Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

    Kummenti: Lista Nru 6*.

    Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.”


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1762/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top