Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1677

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1677 tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-irtirar tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija

    ST/6514/2024/INIT

    ĠU L, 2024/1677, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1677/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1677/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1677

    13.6.2024

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1677

    tat-30 ta’ Mejju 2024

    dwar l-approvazzjoni tal-irtirar tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101, it-tieni paragrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    It-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (“l-ECT”) ġie konkluż mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Komunità”) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom (1), u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ April 1998.

    (2)

    Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe aġġornament sostanzjali tal-ECT mis-snin 90, l-ECT sar dejjem iktar antikwat.

    (3)

    Fl-2019, il-Partijiet Kontraenti għall-ECT (“il-Partijiet Kontraenti”) daħlu f’negozjati bl-għan li jimmodernizzaw l-ECT, biex jallinjawh mal-prinċipji tal-Ftehim ta’ Pariġi (2), mar-rekwiżiti tal-iżvilupp sostenibbli u mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll ma’ standards moderni tal-protezzjoni tal-investiment.

    (4)

    Matul Konferenza ad hoc fl-24 ta’ Ġunju 2022, il-Partijiet Kontraenti laħqu ftehim fil-prinċipju dwar it-test modernizzat, u b’hekk ikkonkludew in-negozjati, mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni finali mill-Partijiet Kontraenti. L-eżitu nnegozjat kellu jiġi adottat fit-33 laqgħa tal-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija (il-“Konferenza”) fit-22 ta’ Novembru 2022.

    (5)

    Qabel il-laqgħa tal-Konferenza, il-Komunità ma adottatx pożizzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-ECT.

    (6)

    Fin-nuqqas ta’ pożizzjoni tal-Komunità, il-Komunità ma tistax tivvota dwar l-adozzjoni tal-ECT modernizzat fil-Konferenza.

    (7)

    B’konsiderazzjoni ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li l-Komunità tirtira mill-ECT. F’konformità mal-Artikolu 101, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, id-deċiżjoni dwar l-irtirar għandha tittieħed mill-Kummissjoni soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill.

    (8)

    Diversi Stati Membri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-emendi proposti għall-ECT u indikaw l-intenzjoni tagħhom li jibqgħu Partijiet Kontraenti, soġġett għall-modernizzazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri għalhekk jitħallew, permezz ta’ deċiżjoni separata tal-Kunsill, japprovaw jew ma jopponux il-modernizzazzjoni tal-ECT fil-Konferenza li ser tadotta dik il-modernizzazzjoni.

    (9)

    Skont l-Artikolu 47(1) tal-ECT, Parti Kontraenti tista’ tagħti notifika bil-miktub tal-irtirar tagħha mill-ECT lid-Depożitarju tal-ECT, jiġifieri r-Repubblika Portugiża. Skont l-Artikolu 47(2) tal-ECT, dan l-irtirar jidħol fis-seħħ mal-iskadenza ta’ perjodu ta’ sena mid-data li fiha d-Depożitarju jirċievi n-notifika.

    (10)

    Jenħtieġ li l-irtirar tal-Komunità mill-ECT jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-irtirar tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija huwa b’dan approvat.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. VAN DER STRAETEN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom tat-23 ta’ Settembru 1997 rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati (ĠU L 69, 9.3.1998, p. 1).

    (2)   ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1677/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top