EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1357

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1357 tad-29 ta’ April 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sal-2027

ST/13936/2023/INIT

ĠU L, 2024/1357, 16.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1357/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1357/oj

Related international agreement
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1357

16.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1357

tad-29 ta’ April 2024

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sal-2027

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 (2), biex tiftaħ negozjati mal-Iżlanda, mar-Renju tan-Norveġja, mal-Konfederazzjoni Żvizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-pajjiżi u r-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, li għandhom jiġu konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). In-negozjati mal-Prinċipat tal-Liechtenstein ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar ta’ Ftehim fis-16 ta’ Ġunju 2023.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/199 (4), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sal-2027 (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-28 ta’ Novembru 2023, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(3)

Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova modifiki għall-Ftehim li huma meħtieġa bil-ħsieb li jiġu aġġustati r-referenzi għar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) kull meta dak ir-Regolament jiġi aġġornat.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (6). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu mill-2021 sal-2027 (7) (il-“Ftehim”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandhu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim (8).

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikolu 2, paragrafu 2, il-punt (b) tal-Ftehim, il-modifiki tal-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tal-Ftehim biex titqies kwalunkwe emenda, tħassir, sostituzzjoni jew riformulazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

D. CLARINVAL


(1)  Approvazzjoni tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 tal-21 ta’ Frar 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (ĠU L 90, 18.3.2022, p. 116).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/199 tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u il-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/199, 4.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/199/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(7)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/200, 4.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/200/oj.

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1357/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top