EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1303

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1303 tad-29 ta’ April 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

ST/16005/2023/INIT

ĠU L, 2024/1303, 14.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1303/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1303/oj

Related international agreement
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1303

14.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1303

tad-29 ta’ April 2024

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/578 (2), il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (“il-Protokoll”) fir-rigward tal-flussi liberi ta’ data ġie ffirmat fil-31 ta’ Jannar 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsulat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni 3/2024 tiegħu fl-10 ta’ Jannar 2024.

(3)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 23.2 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

D. CLARINVAL


(1)  Kunsens tal-14 ta’ Marzu 2024 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/578 tad-29 ta’ Jannar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika rigward il-fluss liberu ta’ data (ĠU L, 2024/578, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/578/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  It-test tal-Protokoll huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/1304, 14.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_prot/2024/1304/oj.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1303/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top