This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D0789
Commission Decision (EU) 2024/789 of 6 March 2024 on confirming the participation of Ireland in Regulation (EU) 2023/2844 of the European Parliament and of the Council on the digitalisation of judicial cooperation and access to justice in cross-border civil, commercial and criminal matters
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/789 tas-6 ta’ Marzu 2024 dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/789 tas-6 ta’ Marzu 2024 dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera
C/2024/1396
ĠU L, 2024/789, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/789/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended application | 32023R2844 | L-Irlanda | 09/03/2024 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/789 |
8.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/789
tas-6 ta’ Marzu 2024
dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 4a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (1),
Billi:
(1) |
Permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2023, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha, skont l-Artikoli 4 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844. |
(2) |
Ix-xewqa tal-Irlanda li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844 tista’ tapplika biss fir-rigward tal-atti legali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2023/2844 li fihom tipparteċipa l-Irlanda u li hija marbuta bihom. Ma tapplikax għall-atti legali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2023/2844 li fihom l-Irlanda għażlet li ma tipparteċipax, jiġifieri d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 (6) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 (7). |
(3) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844, u mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji. |
(4) |
Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tiġi kkonfermata. |
(5) |
Sabiex l-Irlanda tkun tista’ tapplika r-Regolament (UE) 2023/2844 kemm jista’ jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 hija kkonfermata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2844/oj.
(2) Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2, ELI:. http://data.europa.eu/eli/dir/2011/99/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/650/oj).
(4) Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/41/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1805/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ta’ reġimi ta’ proprjetà matrimonjali (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1103/oj).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1104/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/789/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)