Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0767

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/767 tal-20 ta’ Frar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

ST/16398/2023/INIT

ĠU L, 2024/767, 28.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/767/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/767/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/767

28.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/767

tal-20 ta’ Frar 2024

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-qafas ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) kellu riżultati pożittivi ħafna;

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (2), kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 (3), introduċa għodod ġodda ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

(3)

Fis-26 ta’ April 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-Ftehim”).

(4)

Il-Ftehim, li jirriżulta min-negozjati, jirrifletti kif xieraq id-direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformita mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (5).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 195, 1.8.2018, p. 3).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(5)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/767/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top