Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0199

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/199 tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sal-2027

ST/13932/2023/INIT

ĠU L, 2024/199, 4.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/199/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/199/oj

Related international agreement
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/199

4.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/199

tat-13 ta’ Novembru 2023

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sal-2027

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 (1), li tiftaħ negozjati mal-Iżlanda, mar-Renju tan-Norveġja, mal-Konfederazzjoni Żvizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-pajjiżi u r-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, li għandhom jiġu konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). In-negozjati mal-Prinċipat tal-Liechtenstein ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar ta’ Ftehim fis-16 ta’ Ġunju 2023.

(2)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sal-2027, jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni. Ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim, jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi proviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu mill-2021 sal-2027 (il-“Ftehim”), huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni bis-setgħali jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5 tiegħu, għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja skont l-Artikolu 13(6) mid-data wara l-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 tal-21 ta’ Frar 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (ĠU L 90, 18.3.2022, p. 116).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(4)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/200, 4.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/200/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/199/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top