EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2776

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2776 tat-12 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni rilevanti oħra mit-trasport marittimu

C/2023/6728

ĠU L, 2023/2776, 14.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2776/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2776/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2776

14.12.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2776

tat-12 ta’ Ottubru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni rilevanti oħra mit-trasport marittimu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/757 jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika akkurati tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu, ikunu f’portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu b’mod kosteffiċjenti.

(2)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 jistabbilixxi l-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 abbażi tal-konsum tal-fjuwil. L-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) 2015/757, b’mod partikolari biex jipprevedi l-inklużjoni ta’ attivitajiet ta’ trasport marittimu fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (l-“EU ETS”) u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O).

(4)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 tipprevedi li l-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu kkalkulati billi l-fatturi ta’ emissjoni jiġu mmultiplikati bil-konsum tal-fjuwil. Jenħtieġ li l-Parti A tkun emendata biex tipprovdi formuli rieżaminati biex titqies l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757. Peress li l-emissjonijiet ta’ CH4 jistgħu joriġinaw minn ammonti ta’ fjuwils mhux maħruqa iżda rilaxxati fl-atmosfera bħala emissjonijiet mitlufa, il-formuli taħt il-Parti A tal-Anness I jenħtieġ li jiġu riveduti biex iqisu din il-possibbiltà. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi fis-settur marittimu u b’mod partikolari l-adozzjoni futura ta’ tipi ġodda ta’ fjuwils, il-lista ta’ fjuwils standard u fatturi ta’ emissjonijiet ipprovduta fil-Parti A tal-Anness I jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(5)

Il-parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 tistabbilixxi metodi ta’ monitoraġġ biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq u effettiv tal-EU ETS, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-approċċ tal-kalkolu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra previst fil-metodi A, B u C stabbiliti fil-Parti B ta’ dak l-Anness, u l-approċċ tal-kejl previst fil-metodu D stabbilit f’dik il-Parti.

(6)

Sabiex tiġi appoġġata aktar ir-robustezza tas-sistema ta’ monitoraġġ, b’mod partikolari fid-dawl tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-EU ETS, u f’konformità mal-prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/757, jenħtieġ li l-kumpaniji jistabbilixxu proċeduri għall-fluss tad-data u għall-attivitajiet ta’ kontroll u jinkludu d-deskrizzjonijiet rilevanti ta’ tali proċeduri fil-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. Il-kumpaniji jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll b’regoli għat-trattament ta’ lakuni fid-data li jkopru każijiet ta’ data nieqsa jew nuqqas ta’ applikabbiltà temporanja tal-pjan ta’ monitoraġġ. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied Parti C ġdida dwar il-ġestjoni u l-kontroll tad-data fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757.

(7)

Il-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 tagħti regoli fid-dettall dwar il-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali mill-kumpaniji, f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. L-emendi għar-Regolament (UE) 2015/757 introdotti bir-Regolament (UE) 2023/957 ġabu s-CH4 u l-N2O fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757. L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-effiċjenza enerġetika medja tal-bastimenti jeħtieġ li jiġu adattati kif xieraq u jkomplu jiġu espressi bħala valuri ekwivalenti għas-CO2.

(8)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/757 jelenka l-parametri li l-kumpaniji jridu jimmonitorjaw fuq bażi annwali biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 10, il-punt (k), ta’ dak ir-Regolament jiddikjara li l-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw, fuq bażi annwali, l-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Dak il-monitoraġġ għandu jitwettaq f’konformità mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 u l-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Jeħtieġ li tiżdied Parti C ġdida fl-Anness II, li tistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ fuq bażi annwali tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra ta’ bastiment. Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli dwar il-monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE prevista fl-Artikolu 12 (3-e) sa (3-b) ta’ dik id-Direttiva.

(9)

Għal bastiment partikolari, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jvarjaw mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti mir-Regolament (UE) 2015/757, inkluż minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra ta’ bastiment skont l-Artikolu 10, il-punt (k) tar-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-formuli rivedut i fil-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jitqiesu r-regoli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, l-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jipprevedi sett ta’ derogi li għandhom jiġu applikati għall-formuli riveduti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll l-ordni għall-applikazzjoni tagħhom kif ippreżentata fih. Sabiex l-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 jiġi allinjat mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għat-trattament tal-bijomassa, tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għar-riċiklaġġ tal-fjuwil tal-karbonju, bħala deroga għar-regola ġenerali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti derogi ulterjuri biex jirriflettu l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE, it-trattament tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3a) u (3b) ta’ dik id-Direttiva, it-trattament tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c) u (3-b) ta’ dik id-Direttiva, l-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 12(3-e) ta’ dik id-Direttiva, u r-rekwiżiti ta’ introduzzjoni gradwali previsti fl-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(11)

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport marittimu se jiġu inklużi fl-EU ETS mill-perjodu ta’ rapportar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024 u l-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż se jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 mill-perjodu ta’ rapportar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024. Għalhekk huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2015/757 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).


ANNESS I

“ANNESS I

Metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

A.   KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA (ARTIKOLU 9)

1.   Formuli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:

Formula

Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-fjuwils “i” kollha li jużaw, permezz tal-formula li ġejja:

Formula

Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CH4 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CH4 li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-fjuwils “i” kollha użati flimkien mal-emissjonijiet ikkawżati mit-telf tas-CH4, permezz tal-formula li ġejja:

Formula

Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-N2O billi jżidu l-emissjonijiet tal-N2O tal-fjuwils “i” kollha użati, permezz tal-formula li ġejja:

Formula

Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat separatament għall-emissjonijiet minn vjaġġi bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u għal emissjonijiet fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Il-konsum tal-fjuwil fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru waqt l-irmiġġ għandu jiġi kkalkolat separatament.

Terminu

Spjegazzjoni

GHGMRV

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont dan ir-Regolament, espressi f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2, fejn “ekwivalenti ta’ CO2” tfisser il-kejl metriku użat biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, CH4 u N2O abbażi tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom, bil-konverżjoni tal-ammonti ta’ CH4 u N2O għall-ammont ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali.

Formula

Total aggregat ta’ CO2 emess.

Formula

Total aggregat ta’ CH4 emess.

Formula

Total aggregat ta’ N2O emess.

Formula

Potenzjal ta’ tisħin globali tas-CH4 fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044( (1)).

Formula

Potenzjal ta’ tisħin globali tal-N2O fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1044.

“i”

Indiċi li jikkorrispondi għall-fjuwils użati abbord il-bastiment fil-perjodu ta’ rapportar.

“j”

Indiċi li jikkorrispondi għas-sorsi tal-emissjonijiet abbord il-bastiment. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi kkunsidrati jinkludu mill-inqas il-magni ewlenin, il-magni awżiljarji, it-turbini tal-gass, il-bojlers u l-ġeneraturi tal-gassijiet inerti.

Mi

Il-konsum tal-fjuwil, bħala l-massa totali tal-fjuwil “i” speċifiku użat (total għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet).

Mi, j

Il-konsum tal-fjuwil, bħala massa tal-fjuwil i speċifiku użat fl-emittent j.

Cj

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-fjuwil mitluf (koeffiċjent ta’ telf) bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil “i“użat mill-emittent “j” [%].

Cjtinkludi l-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu. L-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ fjuwil li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-emittent jew li ma jiġix ikkunsmat mill-emittent minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema.

Mi,NC

Il-massa totali ta’ fjuwil “i” mhux maħruq iżda rilaxxat fl-atmosfera.

Formula

Formula

L-ammont ta’ CH4 mhux maħruq rilaxxat fl-atmosfera. Sabiex jiddeterminaw dan l-ammont, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:

Formula

Formula

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CO2 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti.

Formula

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CH4 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti.

Formula

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-N2O bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti.

2.   Fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti

Fit-tabella li ġejja:

TBM tfisser “to be measured” (irid jitkejjel);

N/A tfisser “not available” (mhux disponibbli);

Is-sing ifisser “mhux applikabbli”.

Il-valuri prestabbiliti, kif jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt, għall-fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwils u għall-emittenti użati abbord il-bastiment għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Meta ċellola tindika jew TBM jew N/A, għandu jintuża l-ogħla valur prestabbilit tal-klassi tal-fjuwil fl-istess kolonna. Fejn, għal klassi partikolari ta’ fjuwil, iċ-ċelloli kollha fl-istess kolonna jindikaw jew TBM jew N/A, għandu jintuża valur prestabbilit tat-tip ta’ fjuwils fossils l-inqas favorevoli. Din ir-regola ma tapplikax għall-kolonna 6 fejn TBM jew N/A tirreferi għal valuri mhux disponibbli għall-emittent. Fil-każ ta’ ebda valur awtomatiku għas-Cj, għandu jintuża valur iċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Il-kumpaniji jistgħu jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, wara, kif applikabbli, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(5) u (6) tar-Regolament (UE) 2023/1805.

Għall-fjuwils mhux fossili mhux elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, il-kumpanija għandha tiddetermina l-fatturi tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066**.

Fejn ikun hemm taħlita ta’ fjuwils, kull fjuwil għandu jitqies separatament.

1

2

3

4

5

6

Klassi tal-Fjuwil

Tip ta’ Fjuwil

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Cj

Bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mill-emittent

Fossili

HFO

Gradi tal-ISO 8217 RME għal RMK

3,114

0,00005

0,00018

LFO

Gradi tal-ISO 8217 RMA għal RMD

3,151

0,00005

0,00018

MDO

MGO

Gradi tal-ISO 8217 DMX għal DMB

3,206

0,00005

0,00018

LNG

2,750

0

0,00011

3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI)

LPG (Butan)

3,03

TBM

TBM

Mhux disponibbli

LPG (Propan)

3,00

TBM

TBM

Mhux disponibbli

H2 (fossili)

0

0

għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil

TMM għal Magna b’Kombustjoni Interna (ICE)

NH3 (fossili)

0

Mhux disponibbli

TBM

Mhux disponibbli

Metanol (fossili)

1,375

TBM

TBM

Bijofjuwils

Etanol

1,913

TBM

TBM

Bijodiżil

2,834

TBM

TBM

Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO)

3,115

0,00005

0,00018

Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bio-LNG)

2,750

0

0,00011

3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI)

Bijometanol

1,375

TBM

TBM

Oħra

3,115

0,00005

0,00018

Bio-H2

0

0

0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil

TBM għal ICE

Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) –

e-Fjuwils

e-Diżil

3,206

0,00005

0,00018

e-Metanol

1,375

TBM

TBM

e-LNG

2,750

0

0,00011

3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI)

e-H2

0

0

0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil

TBM għal ICE

e-NH3

0

Mhux disponibbli

TBM

Mhux disponibbli

e-LPG

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

e-DME

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Il-kolonna 1 tidentifika l-klassi tal-fjuwils.

Il-kolonna 2 tidentifika l-isem tat-tipi rilevanti ta’ fjuwil għal kull klassi.

Il-kolonna 3 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għad-diossidu tal-karbonju f’gCO2/gfjuwil.

Il-kolonna 4 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-metan f’gCH4/gfuel.

Il-kolonna 5 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-ossidu nitruż f’[gN2O/gfuel].

Il-kolonna 6 tidentifika l-parti tal-fjuwil mitlufa bħala emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu (Cj) imkejla bħala % tal-massa tal-fjuwil użata mill-konvertitur tal-enerġija speċifiku. Għal fjuwils bħal-LNG li għalihom jeżistu emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu, l-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu kif ippreżentat fit-tabella huwa espress f’% tal-massa tal-fjuwil użat. Il-valuri ta’ Cj fit-tabella huma kkalkulati bħala 50 % tat-tagħbija sħiħa tal-magna.

*

Ir-Regolament (UE) 2023/1085 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).

**

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

B.   METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

Il-kumpanija għandha tindika fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodu ta’ monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba jkun intgħażel il-metodu, dan jiġi applikat konsistentement.

Jistgħu jintużaw il-metodi A, B, C u D li ġejjin, abbażi tal-approċċ tal-kalkolu jew tal-approċċ tal-kejl.

Skont l-approċċ tal-kalkolu (il-metodi A, B u C), l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli stabbiliti fil-Parti A. Għal dak il-għan, il-konsum attwali tal-fjuwil għal kull vjaġġ għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C deskritti hawn taħt u użati għall-fini tal-kalkolu. Is-sorsi ta’ inċertezza u l-livelli assoċjati ta’ inċertezza għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C. Il-kumpanija għandha twettaq regolarment attivitajiet ta’ kontroll xierqa, fosthom kontroverifiki bejn il-kwantità tal-bunkering kif mogħtija min-Nota tal-Kunsinna tal-Bunker (BDN) u l-kwantità tal-bunkering indikata mill-kejl abbord, u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva jekk jiġu osservati devjazzjonijiet notevoli.

Skont l-approċċ tal-kejl (il-metodu D), jintuża l-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti.

Kwalunkwe kombinazzjoni tal-metodi A, B, C u D, ladarba tkun valutata mill-verifikatur, tista’ tintuża jekk iżżid il-preċiżjoni ġenerali tal-kejl.

1.   Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif indikat fuq il-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, flimkien mal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perjodu u l-fjuwil de-bunkered bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.

Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.

Dan il-metodu ma għandux jintuża meta l-BDN ma humiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG).

Taħt ir-regolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL, il-BDN hija obbligatorja, u għandha tinżamm abbord għal 3 snin wara l-kunsinna tal-fjuwil tal-bunker u għandha tkun disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjuwil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet rilevanti għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta’ kejl abbord;

(b)

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c)

id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

2.   Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tankijiet tal-fjuwil għat-tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tankijiet għandu jsir kuljum meta l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar u kull darba li l-bastiment ikun qed jibbankerja jew jiġi żvujtat.

Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ istanzi ta’ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.

Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.

Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta’ kejl abbord;

(b)

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c)

id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

3.   Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-data mill-arloġġi għall-kejl tal-flussi konnessi ma’ sorsi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil għal perjodu speċifiku.

Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu mmonitorjati.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-arloġġi għall-kejl tal-flussi użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ikkunsmat jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta’ kejl abbord;

(b)

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c)

id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

4.   Metodu D: Kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti

Il-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti jista’ jintuża għal vjaġġi u għal emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Għall-bastimenti li għalihom ir-rapportar tas-CO2 huwa bbażat fuq dan il-metodu applikat għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet abbord il-bastiment, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla tas-CO2 u l-fatturi tal-emissjoni applikabbli tal-fjuwils u tas-sorsi tal-emissjonijiet rilevanti.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.

L-applikazzjoni ta’ dan il-metodu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma għandhiex iżżomm lill-kumpaniji milli japplikaw kwalunkwe metodu ieħor deskritt f’din il-Parti għal kwalunkwe gass serra ieħor.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-apparati użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

C.   IMMANIĠĠAR U KONTROLL TAD-DATA

1.   Sistema ta’ kontroll

1.1.

Il-kumpanija għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex tidentifika sorsi ta’ riskji ta’ żbalji fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fir-rapport tal-emissjonijiet u għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm sistema ta’ kontroll effettiva sabiex tiżgura li r-rapporti li jirriżultaw minn attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u jkunu f’konformità mal-pjan tal-monitoraġġ u ma’ dan ir-Regolament.

Il-kumpanija għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel paragrafu disponibbli għall-awtorità amministrattiva responsabbli fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmilha wkoll disponibbli għall-finijiet tal-verifika.

1.2.

Għall-finijiet tal-punt 1.1, l-ewwel paragrafu, il-kumpanija għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm proċeduri bil-miktub, separatament mill-pjan ta’ monitoraġġ, għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kontroll, u tinkludi referenzi għal u deskrizzjoni ta’ dawk il-proċeduri fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-kumpanija għandha tagħmel kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmel ukoll disponibbli tali dokumentazzjoni għall-finijiet tal-verifika.

1.3.

L-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.2 għandhom jinkludu, fejn applikabbli:

(a)

il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl rilevanti;

(b)

il-garanzija tal-kwalità ta’ sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni li tiżgura li s-sistemi rilevanti huma mfassla, iddokumentati, ittestjati, implimentati, ikkontrollati u miżmuma b’mod li jiżgura l-ipproċessar affidabbli, akkurat u f’waqtu tad-data skont ir-riskji identifikati skont punt 1.1;

(c)

is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta’ fluss tad-data u l-attivitajiet ta’ kontroll, kif ukoll l-immaniġġar tal-kompetenzi meħtieġa;

(d)

rieżamijiet interni u validazzjoni tad-data;

(e)

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;

(f)

kontroll tal-proċessi esternalizzati;

(g)

iż-żamma ta’ reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġar ta’ verżjonijiet ta’ dokumenti.

1.4.

Għall-finijiet tal-punt 1.3(a), il-kumpanija għandha tiżgura li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f’intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi kkontrollat skont standards ta’ kejl traċċabbli għall-istandards ta’ kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u b’mod proporzjonat mar-riskji li ġew identifikati.

Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, il-kumpanija għandha tidentifika dawk il-komponenti fil-pjan ta’ monitoraġġ u tipproponi attivitajiet alternattivi ta’ kontroll.

Meta t-tagħmir jinstab li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-kumpanija għandha tieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa minnufih.

1.5.

Għall-finijiet tal-punt 1.3(d), il-kumpanija għandha tirrieżamina u tivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-punt 1.2.

Tali rieżami u validazzjoni tad-data għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;

(b)

tqabbil tad-data li l-kumpanija tkun kisbet, immonitorjat u rrapportat tul diversi snin;

(c)

tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn metodi ta’ monitoraġġ differenti meta jiġi applikat aktar minn metodu ta’ monitoraġġ wieħed.

1.6.

Għall-finijiet tal-punt 1.3(e), il-kumpanija għandha tiżgura li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b’mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawn l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed.

1.7.

Għall-finijiet tal-punt 1.3(f), meta l-kumpanija testernalizza waħda jew aktar mill-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.1, għandha tipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a)

tivverifika l-kwalità tal-attivitajiet tal-fluss tad-data esternalizzati u l-attivitajiet ta’ kontroll skont dan ir-Regolament;

(b)

tindika rekwiżiti xierqa għall-prodotti tal-proċessi esternalizzati kif ukoll il-metodi użati f’dawn il-proċessi;

(c)

tivverifika l-kwalità tal-prodotti u l-metodi msemmija fil-punt (b);

(d)

tiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b’mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta’ kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 1.1.

1.8.

Il-kumpanija għandha timmonitorja l-effettività tas-sistema ta’ kontroll, inkluż billi twettaq rieżamijiet interni u tikkunsidra s-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet u rapporti msemmija fl-Artikolu 11(2).

Meta l-kumpanija ssib li s-sistema ta’ kontroll ma tkunx effettiva jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, din għandha tipprova ttejjeb is-sistema ta’ kontroll u taġġorna l-pjan tal-monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta’ kontroll, skont kif ikun xieraq.

2.   Lakuni fid-data

2.1.

Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, il-kumpanija għandha tuża data ta’ sostituzzjoni kkalkolata skont il-metodu/i alternattiv(i) indikat(i) fil-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli.

Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, li għaliha l-pjan ta’ monitoraġġ ma jelenka l-ebda metodu ta’ monitoraġġ alternattiv jew sors alternattiv ta’ data biex jikkorrobora d-data jew għall-għeluq tad-data, il-kumpanija għandha tuża metodu ta’ stima xieraq għad-determinazzjoni ta’ data ta’ sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta’ żmien rispettiv u għall-parametru nieqes.

2.2.

Fejn, għal raġunijiet tekniċi, temporanjament ma jkunx fattibbli li jiġi applikat il-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat b’mod sodisfaċenti mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli, il-kumpanija għandha tapplika metodu bbażat fuq sorsi alternattivi ta’ data elenkati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-fini tat-twettiq ta’ kontrolli korrobottivi, jew, jekk tali alternattiva ma tkunx inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ, metodu alternattiv li jipprovdi data ta’ sostituzzjoni jew stima konservattiva, sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat ikunu reġgħu nkisbu.

Il-kumpanija għandu tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikseb applikazzjoni minnufih tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat.

2.3.

Meta jintuża metodu ta’ stima f’konformità mal-punt 2.1, jew fejn isseħħ devjazzjoni temporanja mill-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-punt 2.2, il-kumpanija għandha mingħajr dewmien żejjed tiżviluppa proċedura bil-miktub biex tevita dan it-tip ta’ nuqqas ta’ data fil-futur u timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 7.”

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (ĠU L 230, 17.7.2020, p. 1).


ANNESS II

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/757 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 2, l-ewwel sentenza, il-kliem “il-punt (g) tal-paragrafu 1” huwa sostitwit bil-kliem “il-punt 1(g)”;

(ii)

fil-punt 2, it-tieni paragrafu, il-kliem “il-punt (g) tal-paragrafu 1” huwa sostitwit bil-kliem “il-punt 1(g)”;

(iii)

fil-punt 3, il-kliem “il-paragrafi 1 u 2” huwa sostitwit bil-kliem “il-punti 1 u 2”;

(b)

Il-Parti B hija sostitwita b’dan li ġej:

“B.   MONITORAĠĠ FUQ BAŻI TA’ KULL SENA (ARTIKOLU 10)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali, il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

Il-valuri li tagħhom għandu isir monitoraġġ taħt l-Artikolu 10 għandhom ikunu determinati bl-aggregazzjoni tad-data rispettiva għal kull vjaġġ.

L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ mill-inqas erba’ indikaturi: il-konsum tal-fjuwil għal kull distanza, il-konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport, li għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata

Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta’ xogħol ta’ trasport

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/id-distanza totali vvjaġġata

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/ix-xogħol totali ta’ trasport.

Barra minn hekk, meta jkun rilevanti, il-bastimenti jistgħu jimmonitorjaw l-effiċjenza enerġetika medja billi jużaw iż-żewġ indikaturi tal-effiċjenza enerġetika li ġejjin: il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar, li għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar = il-konsum annwali totali tal-fjuwil/il-ħin totali li jitwettaq fuq il-baħar

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/il-ħin totali li jitqatta’ fuq il-baħar

Waqt li jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli, il-kumpaniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni ġos-silġ, kif ukoll informazzjoni oħra relatata mal-fjuwil ikkunsmat u l-emissjoni tal-gassijiet serra, waqt li jkun hemm differenzazzjoni abbażi ta’ kriterji oħrajn indikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.”;

(c)

Tiżdied il-Parti C li ġejja:

“C.   MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TOTALI AGGREGATI TAL-GASSIJIET SERRA KOPERTI MID-DIRETTIVA 2003/87/KE FIR-RIGWARD TAL-ATTIVITAJIET TAT-TRASPORT MARITTIMU U TAL-INFORMAZZJONI BIEX JIĠU ĠĠUSTIFIKATI D-DEROGI MILL-ARTIKOLU 12(3) TA’ DIK ID-DIRETTIVA (ARTIKOLU 10, PUNT (K))

1.   Regoli għall-monitoraġġ fuq bażi annwali tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra ta’ bastiment koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva

Il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw l-ammonti rilevanti ta’ kull gass serra separatament u t-total ta’ dawk l-ammonti espressi f’ekwivalenti ta’ CO2.

Il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw l-ammonti ta’ kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat għall-attivitajiet tat-trasport marittimu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’dik id-Direttiva.

Il-kumpaniji għandhom, fejn applikabbli, iwettqu l-kalkoli stipulati fil-punti 1.1. sa 1.7 fl-ordni stabbilita hawn taħt.

1.1.   Prinċipju ġenerali

Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formuli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tat-tipi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.

1.2.   Deroga mill-prinċipju ġenerali u l-użu ta’ fatturi tal-emissjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE

B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża fjuwil li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u mal-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwil għandu jkun żero.

B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) u Fjuwil tal-Karbonju Riċiklat (RCF). F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 għandu jiġi ddeterminat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

1.3.   Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ vjaġġ bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru

F’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 u 1.2 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’50 % meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu rilaxxati minn bastiment li jwettaq vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, jew vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

1.4.   Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fl-Artikolu 12(3a) u (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE

B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3a) jew (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti ta’ tali emissjonijiet ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero.

1.5.   Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra minn vjaġġ jew attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE

B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.4 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero.

1.6.   Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-każ li l-kumpanija tkun trid tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 12(3-e) ta’ dik id-Direttiva

Il-kumpaniji li jridu jibbenefikaw mid-deroga għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ prevista fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom inaqqsu 5 % mill-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.5 ta’ din il-Parti, kif applikabbli.

1.7.   Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, b’kont meħud tal-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva

Fir-rigward tal-emissjonijiet għas-snin ta’ rapportar 2024 u 2025, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-perċentwali ta’ introduzzjoni gradwali previsti fl-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE għall-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.6 ta’ din il-Parti, kif applikabbli. Il-kumpaniji għandhom jaggregaw l-ammonti ta’ kull gass biex jikkalkulaw l-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE

2.1.

Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw, għall-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta’ deroga prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, fuq bażi ta’ kull vjaġġ:

(a)

il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;

(b)

l-ammont u l-fattur tal-emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkonsmat, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.2;

(c)

l-emissjonijiet tal-gassijiet serra emessi, ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3;

(d)

id-distanza vvjaġġata;

(e)

il-ħin imqatta’ fuq il-baħar.

2.2.

Meta l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra rilaxxati minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE u fejn, skont l-iskeda tagħha, il-bastiment iwettaq aktar minn 300 vjaġġ matul dak il-perjodu ta’ rapportar, il-kumpanija ma għandhiex tkun obbligata timmonitorja l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1 ta’ din il-Parti fuq bażi ta’ kull vjaġġ fir-rigward ta’ dak il-bastiment matul dak il-perjodu ta’ rapportar.

2.3.

Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom jipprovdu informazzjoni relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment.

(*1)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)”."


(*1)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)”.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2776/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top