EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2738

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2738 tat-28 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati

C/2023/6424

ĠU L, 2023/2738, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2738/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2738/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2738

11.12.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2738

tat-28 ta’ Settembru 2023

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-Krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jistabbilixxi li l-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni, u t-test tal-Arranġament jinsab fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-parteċipanti fl-Arranġament qablu dwar għadd ta’ bidliet b’firxa wiesgħa għall-Arranġament, inklużi l-Ftehimiet Settorjali tiegħu, bħala riżultat tal-modernizzazzjoni tal-Arranġament konkluża f’Lulju 2023. Għalhekk, il-verżjoni l-ġdida maqbula tal-Arranġament hija sostanzjalment differenti mill-verżjoni applikabbli bħalissa tal-Arranġament li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011.

(3)

Il-bidliet ewlenin għall-Arranġament u d-diversi Fehimiet tas-Setturi tiegħu adottati mill-Parteċipanti f’Lulju 2023 huma: emendi tat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Arranġament, inkluż b’mod partikolari l-estensjoni tat-termini massimi ta’ ripagament għal tranżazzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-klima u ekoloġiċi kif ukoll għall-biċċa l-kbira tal-proġetti l-oħra, it-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum għal perjodi itwal ta’ ħlas lura u l-introduzzjoni ta’ flessibbiltajiet addizzjonali rigward l-iskeda ta’ ripagamenti matul il-ħajja tal-pakkett finanzjarju. Barra minn hekk, l-ambitu tal-proġetti ekoloġiċi jew li ma jagħmlux ħsara lill-klima eliġibbli għat-termini ta’ ripagament itwal skont il-Ftehim Settorjali dwar it-Tibdil fil-Klima, li jifforma parti mill-Arranġament, ġie estiż biex jinkludi proġetti relatati mal-produzzjoni tal-enerġija ambjentalment sostenibbli; il-qbid, il-ħżin u t-trasport tas-CO2; it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-enerġija; idroġenu nadif u ammonijaka; manifattura b’emissjonijiet baxxi; trasport b’emissjonijiet żero jew baxxi; u minerali tal-enerġija nadifa.

(4)

Fil-15 ta’ Lulju 2023, l-OECD ippubblikat verżjoni riveduta tal-Arranġament li tqis l-emendi kollha adottati mill-Parteċipanti tiegħu f’Lulju 2023. Huwa xieraq u meħtieġ li dawk l-emendi jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45.


ANNESS

“ANNESS II

WERREJ

KAPITOLU I:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 7

1.

GĦAN 7

2.

STATUS 7

3.

PARTEĊIPAZZJONI 7

4.

INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NONPARTEĊIPANTI 7

5.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI 7

6.

PROJBIZZJONIJIET FUQ L-APPOĠĠ TAL-ARRANĠAMENT 8

7.

FTEHIMIET SETTORJALI 8

8.

IRTIRAR 8

9.

MONITORAĠĠ 9

KAPITOLU II:

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI 9

10.

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦALL-APPOĠĠ GĦALL-KOSTIJIET LOKALI 9

11.

DEPOŻITU, APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU U KOSTIJIET LOKALI 9

12.

TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT 10

13.

RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX 10

14.

RATI TAL-IMGĦAX, RATI TAL-PRIMJUM U ĦLASIJIET OĦRA 11

15.

PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI 11

16.

AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF 11

17.

TQABBIL 11

18.

RATI FISSI MINIMI TAL-IMGĦAX TAĦT APPOĠĠ FINANZJARJU UFFIĊJALI 11

19.

DETERMINAZZJONI U APPLIKAZZJONI TAS-CIRRs 12

20.

PRIMJUM GĦAR-RISKJU TAL-KREDITU 12

21.

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU 12

22.

KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻI 14

23.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN 15

24.

KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ 16

25.

PERĊENTWAL U KWALITÀ TAL-KOPERTURA TAL-KREDITU GĦALL-ESPORTAZZJONI UFFIĊJALMENT APPOĠĠAT 16

26.

TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 17

27.

TITJIB TAL-KREDITU GĦAR-RISKJU TAX-XERREJ 17

28.

VALIDITÀ TAR-RATI TAL-PRIMJUM MINIMI GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU 17

KAPITOLU III:

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL GĦAJNUNA MARBUTA 18

29.

PRINĊIPJI ĠENERALI 18

30.

FOROM TA’ GĦAJNUNA MARBUTA 18

31.

FINANZJAMENT ASSOĊJAT 18

32.

ELIĠIBBILTÀ TA’ PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 19

33.

ELIĠIBBILTÀ TA’ PROĠETT 19

34.

LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ MINIMU 20

35.

EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBBILTÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 20

36.

KALKOLU TAL-LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA 21

37.

PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 22

38.

TQABBIL 22

KAPITOLU IV:

PROĊEDURI 22

TAQSIMA 1:

PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 22

39.

NOTIFIKI 22

40.

INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI 22

41.

PROĊEDURI GĦAT-TQABBIL 23

42.

KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI 23

TAQSIMA 2:

PROĊEDURI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI 24

43.

NOTIFIKA MINN QABEL B’DISKUSSJONI 24

44.

NOTIFIKA MINN QABEL 24

TAQSIMA 3:

PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 25

45.

NOTIFIKA MINN QABEL 25

46.

NOTIFIKA FIL-PRONT 25

TAQSIMA 4:

PROĊEDURI TA’ KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 25

47.

GĦAN TAL-KONSULTAZZJONIJIET 25

48.

AMBITU U TWAQQIT TAL-KONSULTAZZJONIJIET 26

49.

EŻITU TAL-KONSULTAZZJONIJIET 26

TAQSIMA 5:

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 26

50.

PUNTI TA’ KUNTATT 26

51.

AMBITU TAT-TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI 27

52.

KONTENUT TAT-TWEĠIBIET 27

53.

KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ 27

54.

PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI 27

55.

TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI 28

56.

AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI 28

57.

NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI 28

58.

DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI 28

59.

VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI 28

TAQSIMA 6:

RIEŻAMIJIET 29

60.

RIEŻAMI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT 29

61.

RIEŻAMI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 29

62.

RIEŻAMI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI 29

63.

RIEŻAMI TAL-APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦALL-KOSTIJIET LOKALI 29

64.

RIEŻAMI TAL-PROFILI U T-TERMINI TA’ RIPAGAMENT 30

ANNESS I:

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA 31

ANNESS II:

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI 51

ANNESS III:

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU ĊIVILI 53

PARTI 1:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 53

1.

GĦAN 53

2.

STATUS 53

3.

PARTEĊIPAZZJONI 53

4.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI 53

5.

INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NONPARTEĊIPANTI 54

6.

APPOĠĠ TA’ GĦAJNUNA 54

7.

AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF 54

PARTI 2:

INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA 54

KAPITOLU I:

KOPERTURA 54

8.

INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA 54

KAPITOLU II:

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI 55

9.

MUNITI ELIĠIBBLI 55

10.

DEPOŻITU U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU 55

11.

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM 55

12.

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT 55

13.

RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX 56

14.

RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 56

15.

APPOĠĠ GĦAR-RATA TAL-IMGĦAX 57

16.

TARIFFI 57

17.

KOFINANZJAMENT 57

PARTI 3:

INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, MAGNI TA’ RIKAMBJU, SPARE PARTS, KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U SERVIZZ 57

KAPITOLU I:

KOPERTURA 57

18.

INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN 57

KAPITOLU II:

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI 57

19.

BEJGĦ TA’ INĠENJI TAL-AJRU UŻATI 58

20.

MAGNI TA’ RIKAMBJU U SPARE PARTS 58

21.

KUNTRATTI GĦAL KONVERŻJONI/MODIFIKI KBAR/RESTAWR 59

22.

KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U SERVIZZ 59

23.

KITS TAL-MAGNA 59

PARTI 4:

PROĊEDURI TA’ TRASPARENZA 59

24.

INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI 59

25.

TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI 59

26.

KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ 60

27.

KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI 60

28.

PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI 60

29.

TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI 61

30.

AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI 61

31.

NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI 61

32.

DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI 61

33.

VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI 61

34.

TQABBIL 62

PARTI 5:

MONITORAĠĠ U RIEŻAMI 71

35.

MONITORAĠĠ 62

36.

RIEŻAMI 62

37.

XOGĦOL FUTUR 62

PARTI 6:

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 72

38.

DĦUL FIS-SEĦĦ 63

39.

IRTIRAR 63

APPENDIĊI I

PARTEĊIPAZZJONI FIL-FTEHIM SETTORJALI DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU 64

APPENDIĊI II

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM 65

ANNESS 1:

DIKJARAZZJONIJIET TA’ KWALIFIKA 76

ANNESS 2:

KWESTJONARJU DWAR IL-KONVENZJONI TA’ CAPE TOWN 78

APPENDIĊI III

RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 80

APPENDIĊI IV

FORMOLA GĦAR-RAPPORTAR 83

APPENDIĊI V

LISTA TA’ DEFINIZZJONIJIET 85

ANNESS IV:

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI 88

ANNESS V:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA GĦAN-NOTIFIKI 102

ANNESS VI:

KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TAL-KATEGORIJA TA’ RISKJU TAL-PAJJIŻ 1-7 110

ANNESS VII:

PARAMETRI TA’ REFERENZA TAL-PRIMJUMS GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET B’PARAMETRI TA’ REFERENZA TAS-SUQ 113

ANNESS VIII:

KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TA’ GARANZIJA TA’ RIPAGAMENT TA’ PARTI TERZA U L-KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI 114

ANNESS IX:

DESKRIZZJONI KWALITATTIVA TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ 116

ANNESS X:

KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U TAT-TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ 120

ANNESS XI:

LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP 124

ANNESS XII:

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RATA TA’ REFERENZA TAL-IMGĦAX KUMMERĊJALI (CIRR) 126

ANNESS XIII:

LISTA TA’ DEFINIZZJONIJIET 129

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   GĦAN

(a)

L-għan ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(b)

L-Arranġament ifittex li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għall-appoġġ uffiċjali, kif iddefinit fl-Artikolu 5a), sabiex iħeġġeġ kompetizzjoni fost l-esportaturi bbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq l-aktar termini u kundizzjonijiet finanzjarji favorevoli uffiċjalment appoġġati.

2.   STATUS

L-Arranġament, li ġie żviluppat fil-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f’April tal-1978 u għandu jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa ftehim bejn ġentlomi fost il-Parteċipanti; ma huwiex Att tal-OECD (1), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn ’il quddiem: “is-Segretarjat”).

3.   PARTEĊIPAZZJONI

Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u pajjiżi mhux membri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti kurrenti.

4.   INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NONPARTEĊIPANTI

(a)

Il-Parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jaqsmu l-informazzjoni dwar notifiki relatati mal-appoġġ uffiċjali man-non-Parteċipanti kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 a).

(b)

Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jwieġeb għal talba dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu mingħand pajjiż li mhux Parteċipant f’sitwazzjoni kompetittiva, bl-istess mod li jwieġeb għal talba mingħand Parteċipant.

5.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

L-Arranġament għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi pprovdut minn gvern, jew f’ismu, għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew ta’ servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta’ ripagament ta’ sentejn jew aktar.

(a)

L-appoġġ uffiċjali jista’ jingħata f’forom differenti:

1.

Garanzija jew assigurazzjoni (kopertura pura) tal-kreditu għall-esportazzjoni.

2.

Appoġġ finanzjarju uffiċjali:

kreditu/finanzjament dirett u rifinanzjament, jew

appoġġ għar-rata tal-imgħax.

3.

Kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.

(b)

L-Arranġament għandu japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ.

(c)

L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta’ tagħmir militari jew ta’ komoditajiet agrikoli.

(d)

L-appoġġ uffiċjali ma għandux jiġi pprovdut jekk ikun hemm evidenza ċara li l-kuntratt ġie strutturat ma’ xerrej f’pajjiż li ma huwiex id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bl-għan li jinkisbu termini ta’ ripagament aktar favorevoli.

6.   PROJBIZZJONIJIET FUQ L-APPOĠĠ TAL-ARRANĠAMENT

Il-parteċipanti ma għandhomx jipprovdu krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati jew għajnuna marbuta għal:

(a)

L-esportazzjoni ta’ impjanti ġodda għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdmu bil-faħam jew ta’ partijiet minnhom, li jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-persunal) meħtieġa direttament għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar ta’ tali impjanti tal-enerġija. Iż-żieda ta’ unità ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam ma’ impjant eżistenti hija meqjusa li tifforma impjant ġdid għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddem bil-faħam.

(b)

L-esportazzjoni għall-forniment ta’ tagħmir għal impjanti eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i.

L-għan tat-tagħmir ipprovdut huwa t-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, it-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

ii.

It-tagħmir ipprovdut la jwassal għal estensjoni tal-ħajja utli tal-impjant u lanqas għal żieda fil-kapaċità.

(c)

Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi a) u b) ta’ hawn fuq ma japplikawx għall-impjanti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam li joperaw b’faċilitajiet effettivi għall-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju (CCUS) jew f’każ ta’ modifika retroattiva ta’ impjanti eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam biex jiġu installati CCUS, kif previst għall-proġetti tal-Klassi B, Tip 1 fl-Appendiċi I tal-Anness I.

(d)

Il-parteċipanti jaqblu li jwettqu rieżami, fuq talba minn Parteċipant, ta’ teknoloġiji mhux CCUS għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jistgħu jiġu żviluppati fil-futur, għal finijiet ta’ eċċezzjonijiet mill-paragrafi a) u b) hawn fuq. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe eċċezzjoni futura għandha tkun ibbażata fuq deċiżjoni ta’ kunsens mill-Parteċipanti.

(e)

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafi a) sa d) hawn fuq għandhom jiġu rieżaminati mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għan komuni li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqiesu:

i.

L-aktar rapporti reċenti dwar ix-xjenza klimatika u l-implikazzjonijiet għad-deċiżjonijiet dwar l-investiment fl-infrastruttura globali li għandhom iż-żamma tat-temperatura medja globali sew taħt il-livell ta’ 2 gradi Celsius ogħla mil-livelli preindustrijali u t-twettiq ta’ sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 gradi Celsius ogħla mil-livelli preindustrijali;

ii.

Krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati jew appoġġ ta’ għajnuna marbuta għal proġetti oħrajn relatati mal-faħam;

iii.

Id-disponibbiltà ta’ teknoloġija ta’ CCUS; u

iv.

Id-disponibbiltà ta’ teknoloġiji mhux ta’ CCUS għat-tnaqqis tas-CO2.

7.   FTEHIMIET SETTORJALI

(a)

Il-Ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:

Tibdil fil-Klima (Anness I)

Impjanti tal-Enerġija Nukleari (Anness II)

Inġenji tal-Ajru Ċivili (Anness III)

Bastimenti (Anness IV)

(b)

Parteċipant f’wieħed mill-Annessi I, II jew IV jista’ japplika d-dispożizzjonijiet rispettivi għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi koperti mill-Ftehimiet Settorjali rilevanti. Għall-Annessi I jew II, jekk Ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant f’dak il-Ftehim Settorjali għandu japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament.

(c)

Għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi koperti mill-Anness III, il-Parteċipanti li huma wkoll Parteċipanti f’dak il-Ftehim Settorjali għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim Settorjali.

8.   IRTIRAR

Parteċipant jista’ jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. bl-użu tas-sistema tal-posta elettronika li għandu s-Segretarjat biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjonijiet fost il-Parteċipanti u s-Segretarjat. L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika.

9.   MONITORAĠĠ

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.

KAPITOLU II

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f’dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra. L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kundizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk previsti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji abitwali bħal dawn, b’mod partikolari l-prinċipju li bih it-termini ta’ ripagament ma jaqbżux il-ħajja utli tal-oġġetti u s-servizzi.

10.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦALL-APPOĠĠ GĦALL-KOSTIJIET LOKALI

(a)

Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli (2). Il-pajjiżi l-oħrajn kollha qegħdin fil-Kategorija II.

(b)

Il-kriterji u l-proċeduri operazzjonali li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

1.

Il-klassifikazzjoni għall-finijiet tal-Arranġament tiġi ddeterminata mill-ING per capita kif ikkalkolat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji tal-pajjiżi mutwatarji.

2.

F’każijiet fejn il-Bank Dinji ma jkollux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-data dwar l-ING per capita, il-Bank Dinji għandu jintalab jistma jekk il-pajjiż inkwistjoni għandux ING per capita ogħla jew anqas mil-limitu kurrenti. Il-pajjiż għandu jkun klassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

3.

Jekk pajjiż jiġi riklassifikat f’konformità mal-Artikolu 10 a), ir-riklassifikazzjoni tidħol fis-seħħ ġimagħtejn wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-konklużjonijiet li jkun għamel il-Bank Dinji mid-data msemmija hawn fuq lill-Parteċipanti kollha.

4.

F’każijiet fejn il-Bank Dinji jirrevedi ċ-ċifri, dawk ir-reviżjonijiet ma għandhomx jitqiesu fir-rigward tal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż tista’ tinbidel permezz ta’ Linja Komuni u l-Parteċipanti jikkunsidraw b’mod favorevoli bidla minħabba żbalji u ommissjonijiet fiċ-ċifri rikonoxxuti sussegwentement fl-istess sena kalendarja li fiha ċ-ċifri jkunu tqassmu għall-ewwel darba mis-Segretarjat.

(c)

Pajjiż jibdel il-kategorija biss wara li l-kategorija tiegħu skont il-Bank Dinji tkun baqgħet l-istess għal sentejn konsekuttivi.

11.   DEPOŻITU, APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU U KOSTIJIET LOKALI

(a)

Il-Parteċipanti għandhom jirrikjedu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ appoġġ uffiċjali, jiddepożitaw minimu ta’ 15 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qabel kif definit fl-Anness XIII. Għall-valutazzjoni tad-depożitu, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista’ jitnaqqas b’mod proporzjonali jekk it-tranżazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li ma humiex uffiċjalment appoġġati. Il-primjum jista’ jiġi ffinanzjat/assigurat 100 %. Il-primjum jista’ jkun jew ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt ta’ esportazzjoni. F’dan il-kuntest, il-pagamenti miżmuma bħala garanzija li jkunu saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqisux bħala depożitu.

(b)

L-appoġġ uffiċjali għal tali pagamenti ta’ depożitu għandu jieħu biss il-forma ta’ assigurazzjoni jew garanzija kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu.

(c)

Ħlief kif previst fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali li jaqbeż il-85 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta’ pajjiż terz iżda li jeskludi l-kostijiet lokali.

(d)

Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-kostijiet lokali, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-ammont massimu ta’ appoġġ uffiċjali għall-kostijiet lokali ma għandux jaqbeż:

Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, 40 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni.

Għall-pajjiżi tal-Kategorija II, 50 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni.

2.

L-appoġġ uffiċjali għall-kostijiet lokali ma għandux jingħata fuq termini aktar favorevoli/inqas restrittivi minn dawk miftiehma għall-esportazzjonijiet relatati.

3.

Meta l-appoġġ uffiċjali għall-kostijiet lokali jaqbeż il-15 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, tali appoġġ uffiċjali għandu jkun soġġett għal notifika minn qabel, skont l-Artikolu 44, li tispeċifika n-natura tal-kostijiet lokali li jkunu qed jiġu appoġġati.

12.   TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT

(a)

It-terminu ta’ ripagament ma għandux jaqbeż il-ħajja utli tal-oġġetti u s-servizzi esportati jew, kif xieraq, il-ħajja utli tal-proġett li għalih ikunu qed jiġu esportati l-oġġetti u s-servizzi.

(b)

Minkejja l-Artikolu 12 a), it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 15-il sena.

(c)

Minkejja l-Artikolu 12 b), it-terminu massimu ta’ ripagament għal kwalunkwe impjant tal-enerġija (3) li ma huwiex eliġibbli biex jiġi appoġġat skont l-Annessi I jew II huwa ta’ 12-il sena.

(d)

Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-Artikolu 44 meta se jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali għal kwalunkwe tranżazzjoni b’terminu ta’ ripagament ta’ aktar minn għaxar snin u li għandha valur ta’ kreditu ta’ SDR 10 miljun jew aktar.

13.   RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu għall-esportazzjoni għandha normalment titħallas lura f’pagamenti parzjali ugwali u regolari jew, fejn xieraq (eż. meta jiġi pprovdut appoġġ għal tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni jew għall-esportazzjoni ta’ makkinarju jew tagħmir awtonomu), ripagamenti ugwali ta’ kapital u mgħax ikkombinati.

(b)

Il-kapital għandu jitħallas lura bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sena u l-ewwel pagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn sena wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 6 xhur u l-ewwel pagament tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ ta’ ripagamenti annwali tal-kapital, l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(d)

L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat.

(e)

Meta ġġustifikat minn diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn permess skont il-parametri stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn fuq, jew meta l-iskeda tal-amortizzament ma tikkorrispondix mal-fluss liberu tal-flus tal-obbligant jew tal-proġett, jistgħu jiġu pprovduti krediti għall-esportazzjoni skont il-limiti li ġejjin:

1.

L-ebda ripagament uniku tal-kapital jew serje ta’ pagamenti kapitali f’perjodu ta’ sitt xhur ma għandu jaqbeż it-30 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

2.

L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

3.

It-tul ta’ żmien medju ponderat massimu tal-perjodu ta’ ripagament huwa l-akbar bejn 65 % tat-terminu ta’ ripagament tat-tranżazzjoni jew sitt snin.

(f)

Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-Artikolu 44 meta se jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali skont l-Artikolu 13 e) ta’ hawn fuq għal kwalunkwe tranżazzjoni li għandha valur ta’ kreditu ta’ SDR 10 miljun jew aktar. F’notifiki bħal dawn, il-Parteċipanti għandhom jipprovdu, fost oħrajn:

1.

informazzjoni dettaljata dwar il-profil ta’ ripagament appoġġat u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex hemm diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn permessi skont l-Artikoli 13 a) u 13 b), u

2.

għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ ripagament li ma jikkorrispondix mal-fluss liberu tal-flus, ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata tal-profil ta’ ripagament appoġġat.

14.   RATI TAL-IMGĦAX, RATI TAL-PRIMJUM U ĦLASIJIET OĦRA

(a)

L-imgħax jeskludi:

1.

kwalunkwe ħlas fil-forma ta’ primjum jew imposta oħra għall-assigurazzjoni jew il-garanzija tal-krediti tal-fornituri jew tal-krediti finanzjarji;

2.

kwalunkwe ħlas fil-forma ta’ ħlasijiet jew kummissjonijiet bankarji relatati mal-kreditu tal-esportazzjoni minbarra l-imposti bankarji annwali jew semiannwali li huma pagabbli matul il-perjodu ta’ ripagament; u

3.

taxxi minn ras il-għajn imposti mill-pajjiż importatur.

(b)

Meta l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta’ krediti/finanzjament diretti jew rifinanzjament, il-primjum jew jista’ jiżdied mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista’ jkun imposta separata; iż-żewġ komponenti għandhom jiġu speċifikati lill-Parteċipanti b’mod separat.

15.   PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għal kreditu għall-esportazzjoni individwali jew għal linja ta’ kreditu, għajr il-perjodu ta’ validità għar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) stabbiliti fl-Anness XII, ma għandhomx jiġu ffissati għal perjodu li jaqbeż is-sitt xhur qabel l-impenn finali.

16.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet ta’ kreditu għall-esportazzjoni jew lill-istituzzjonijiet ta’ finanzjament milli jaqblu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk previsti mill-Arranġament, jekk tali azzjoni tittieħed wara l-għoti tal-kuntratt (meta l-ftehim ta’ kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari jkunu diġà saru effettivi) u tkun maħsuba biss biex tevita jew timminimizza t-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ħlas jew għal pretensjonijiet.

17.   TQABBIL

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 41. It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji pprovduti f’konformità ma’ dan l-Artikolu jitqiesu li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u, fejn applikabbli, tal-Annessi I, II, III u IV.

18.   RATI FISSI MINIMI TAL-IMGĦAX TAĦT APPOĠĠ FINANZJARJU UFFIĊJALI

(a)

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali finanzjarju għal self b’rata fissa għandhom japplikaw is-CIRRs rilevanti bħala rati minimi tal-imgħax. Is-CIRRs huma rati tal-imgħax stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:

1.

Is-CIRRs iridu jirrappreżentaw ir-rati tal-imgħax tas-self kummerċjali finali fis-suq domestiku tal-munita kkonċernata;

2.

Is-CIRRs iridu jikkorrispondu mill-qrib mar-rata għal mutwatarji domestiċi tal-ewwel klassi;

3.

Is-CIRRs iridu jkunu bbażati fuq il-kost ta’ finanzjament b’rata tal-imgħax fissa;

4.

Is-CIRRs ma jridux joħolqu distorsjoni tal-kundizzjonijiet kompetittivi domestiċi; u

5.

Is-CIRRs iridu jikkorrispondu mill-qrib ma’ rata disponibbli għal mutwatarji barranin tal-ewwel klassi.

(b)

L-għoti ta’ appoġġ finanzjarju uffiċjali ma għandux ipatti għall-primjum xieraq tar-riskju ta’ kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20, jew jikkumpensa, b’mod parzjali jew sħiħ għalih.

19.   DETERMINAZZJONI U APPLIKAZZJONI TAS-CIRRs

Is-CIRR għall-appoġġ finanzjarju uffiċjali mogħti taħt l-Arranġament u l-Annessi kollha tiegħu għajr il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (l-Anness III) u l-Fehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Vapuri (Anness IV) tiġi ddeterminata u applikata skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XII.

20.   PRIMJUM GĦAR-RISKJU TAL-KREDITU

Il-Parteċipanti għandhom jitolbu primjum, minbarra l-imposti fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament tal-krediti għall-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju, għandhom jikkonverġu u għandhom ikunu adegwati biex ikopru l-kostijiet operatorji u t-telf fit-tul.

21.   RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU

Il-Parteċipanti għandhom jitolbu mhux inqas mir-Rata Minima tal-Primjum (MPR) applikabbli għar-Riskju ta’ Kreditu.

(a)

L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:

il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż;

iż-żmien f’riskju (jiġifieri, l-Orizzont tar-Riskju jew l-HOR);

il-kategorija tar-riskju tax-xerrej magħżula mill-obbligant;

il-perċentwal tal-kopertura tar-riskju politiku u kummerċjali u l-kwalità tal-prodott uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovdut;

kwalunkwe teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikata; u

kwalunkwe titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li jkun ġie applikat.

(b)

L-MPRs jiġu espressi f’perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu daqslikieku l-primjum inġabar b’mod sħiħ fid-data tal-ewwel prelevament tal-kreditu. Spjegazzjoni ta’ kif għandhom jiġu kkalkulati l-MPRs, inkluża l-formula matematika, hija pprovduta fl-Anness VI.

(c)

Irrispettivament mill-pajjiż tad-destinazzjoni, ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għal Tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq, jiġifieri, tranżazzjonijiet li jinvolvu obbliganti/garanti finali (jiġifieri entitajiet b’riskju ta’ kreditu) fil-Pajjiżi tal-Kategorija 0, Pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli u Pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli (4), jew li jinvolvu istituzzjoni multilaterali jew reġjonali li l-Parteċipanti ġeneralment jaqblu li hija eżenti mir-regolamenti dwar il-kontroll monetarju u t-trasferiment tal-pajjiż li fih tinsab (5) għandhom jiġu ddeterminati fuq bażi ta’ każ b’każ. Sabiex jiġi żgurat li r-rati tal-primjum mitluba għal tranżazzjonijiet li jinvolvu obbliganti, u fejn xieraq garanti, f’dawn il-pajjiżi ma jwaqqgħux l-ipprezzar tas-suq privat, il-Parteċipanti għandhom jaderixxu mal-proċeduri li ġejjin, bl-użu ta’ konvenzjonijiet miftiehma biex jittraduċu l-ipprezzar skont il-parametri referenzjarji rilevanti f’rati tal-primjum:

1.

Meta Parteċipant jipprovdi appoġġ uffiċjali bħala parti minn pakkett ta’ self sindakat li jkun strutturat bħala tranżazzjoni garantita b’assi (6) jew ta’ finanzjament ta’ proġett (7), allura:

il-kost kollu tal-porzjon ta’ self dirett għandu jkun mhux inqas mill-kost kollu impost mill-parteċipant(i) kummerċjali fis-suq fis-sindakat;

il-primjum mitlub għal kopertura pura ma għandux ikun inqas mir-rata tal-primjum ekwivalenti tradotta mitluba mill-parteċipant(i) fis-suq kummerċjali u mhux inqas mir-rata tal-Primjum Attwarju Minimu applikabbli; u

il-Parteċipant li jagħżel li japplika rata tal-primjum ibbażata fuq pakkett ta’ self sindakat jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 44.

Biex jikkwalifika bħala pakkett ta’ self sindakat, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati:

Mill-inqas 25 % tas-sindakat ikun self/garanzija (garanziji) tas-suq kummerċjali, mingħajr ebda appoġġ bilaterali jew multilaterali (eż., ECA, DFI, IFI jew MDB) (8), fejn il-partijiet kollha għall-finanzjament ikunu fuq termini pari passu fuq it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji kollha, inkluż il-pakkett ta’ garanzija; u

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tat-tranżazzjonijiet huma kompletament konformi mal-Arranġament, kif immodifikat minn dawn id-dispożizzjonijiet tal-ipprezzar skont il-Parametri Referenzjarji tas-Suq fi tranżazzjonijiet ta’ self/garanziji sindakati.

2.

Għat-Tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq l-oħra kollha, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin:

Filwaqt li jqisu d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar is-suq u l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni sottostanti, il-Parteċipanti għandhom jiddeterminaw ir-rata tal-primjum li għandha tiġi applikata permezz ta’ valutazzjoni komparattiva ma’ wieħed jew aktar mill-parametri ta’ referenza tas-suq stabbiliti fl-Anness VIII, billi jagħżlu l-parametru/i referenzjarju/i meqjus(a) l-aktar xieraq/xierqa għat-tranżazzjoni speċifika.

Minkejja l-paragrafu preċedenti, il-Parteċipanti ma jistgħux jitolbu rata tal-primjum li tkun aktar baxxa mill-primjum korrispondenti ddeterminat mill-mudell ta’ Parametru Referenzjarju tas-Suq Tul iċ-Ċiklu Kollu (Through the Cycle Market Benchmark, TCMB), abbażi tal-klassifikazzjoni tar-riskji u t-terminu totali (WAL tat-tranżazzjoni kollha) tat-tranżazzjoni sakemm il-parametru referenzjarju tas-suq ma jkunx derivat minn (i) bond tas-suq sekondarju jew (ii) swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu (Credit Default Swap, CDS) b’Isem Speċifiku jew ta’ Entità Relatata. Parteċipant li jitlob rata tal-primjum aktar baxxa mill-primjum korrispondenti ddeterminat mill-mudell TCMB, abbażi tal-klassifikazzjoni tal-Aġenzija ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu (9) (CRA) tal-parametru referenzjarju tas-suq b’Isem Speċifiku (10) għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-Artikolu 44. Madankollu, il-primjum mitlub ma jistax ikun inqas mill-Primjum Attwarju Minimu korrispondenti.

Meta jiddetermina r-rata tal-primjum, Parteċipant għandu jiddetermina klassifikazzjoni tar-riskji għall-obbligant/garanti aħħari, li tinkludi jekk l-obbligant hux ikklassifikat minn CRA Akkreditata. Parteċipant jista’ jistabbilixxi klassifikazzjoni grad aħjar (fuq l-iskala tas-CRA Akkreditata) minn dik mogħtija minn CRA Akkreditata. Jekk ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni minn CRA Akkreditata l-klassifikazzjoni tar-riskji ma tistax taqbeż (tkun aktar favorevoli minn) il-klassifikazzjoni tas-CRA tas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti b’aktar minn żewġ gradi. Il-Parteċipanti jeħtiġilhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 fix-xenarji li ġejjin:

Meta Parteċipant jikklassifika lill-obbligant/garanti bħala aħjar mill-aħjar klassifikazzjoni ta’ CRA Akkreditata, jew

Jekk ma jkunx hemm klassifikazzjoni ta’ CRA Akkreditata, meta Parteċipant jikklassifika tranżazzjoni bħala CC2 jew aħjar, jew ittra ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ekwivalenti għal AAA sa A-, jew daqs jew aktar favorevoli mill-aħjar klassifikazzjoni ta’ CRA Akkreditata tas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti.

(d)

Il-pajjiżi “bl-ogħla riskju” fil-Kategorija 7 għandhom, fil-prinċipju, ikunu soġġetti għal rati tal-primjum li jaqbżu l-MPRs stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum għandhom jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali.

(e)

Fil-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-obbligant u l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tax-xerrej għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-obbligant (11), sakemm parti terza li jkollha sodezza kreditizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn garantit ma tipprovdix sigurtà fl-għamla ta’ garanzija irrevokabbli, inkondizzjonata, fuq talba, legalment valida u eżegwibbli tal-obbligu totali ta’ ripagament tad-dejn għad-durata kollha tal-kreditu. Fil-każ ta’ garanzija ta’ parti terza, Parteċipant jista’ jagħżel li japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji tal-pajjiż li fih jinsab il-garanti u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej tal-garanti. (12)

(f)

Il-kriterji u l-kundizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ garanzija ta’ parti terza skont is-sitwazzjonijiet deskritti fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tal-paragrafu e) hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness VIII.

(g)

Il-konvenzjoni HOR użata fil-kalkolu ta’ MPR hija nofs il-perjodu tal-iżborż flimkien mal-perjodu kollu ta’ ripagament u tassumi profil ta’ ripagament regolari tal-kreditu għall-esportazzjoni, jiġifieri ripagament f’pagamenti parzjali ugwali semiannwali ta’ kapital u mgħax dovut li jibda sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti għall-esportazzjoni bi profili ta’ ripagament li ma humiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta’ ripagament (espress f’termini ta’ pagamenti ugwali semiannwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: il-perjodu ekwivalenti ta’ ripagament = (tul ta’ żmien medju ponderat tal-perjodu ta’ ripagament –0,25)/0,5.

(h)

Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma’ garanti ta’ parti terza li jinsab f’pajjiż differenti minn dak tal-obbligant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 43.

22.   KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻI

Bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli u l-pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli, il-pajjiżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta’ jekk humiex se jħallsu d-djun esterni tagħhom (jiġifieri r-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż).

(a)

Il-ħames elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż huma:

moratorju ġenerali fuq ir-ripagamenti ordnat mill-gvern tal-obbligant/garanti jew minn dik l-aġenzija ta’ pajjiż li permezz tagħha jsir ir-ripagament;

avvenimenti politiċi u/jew diffikultajiet ekonomiċi li jinħolqu barra mill-pajjiż tal-Parteċipant notifikanti jew miżuri leġiżlattivi/amministrattivi meħuda barra mill-pajjiż tal-Parteċipant notifikanti li jipprevjenu jew idewmu t-trasferiment ta’ fondi mħallsa fir-rigward tal-kreditu;

dispożizzjonijiet legali adottati fil-pajjiż tal-obbligant/garanti li jiddikjaraw ir-ripagamenti magħmula fil-munita lokali bħala ħelsien validu mid-dejn, minkejja li, bħala riżultat tal-fluttwazzjonijiet fir-rati tal-kambju, tali ripagamenti, meta jiġu kkonvertiti fil-munita tal-kreditu, ma jibqgħux ikopru l-ammont tad-dejn fid-data tat-trasferiment tal-fondi;

kwalunkwe miżura jew deċiżjoni oħra tal-gvern ta’ pajjiż barrani li tipprevjeni r-ripagament taħt kreditu; u

każijiet ta’ force majeure li jseħħu barra mill-pajjiż tal-Parteċipant notifikanti, jiġifieri gwerer (inkluż gwerer ċivili), esproprjazzjoni, rivoluzzjonijiet, irvellijiet, inkwiet ċivili, ċikluni, għargħar, terremoti, żbruffar, mewġ tal-marea u inċidenti nukleari.

(b)

Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f’waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti MPRs għall-Kategoriji 1 sa 7, iżda mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta’ riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f’din il-Kategorija. Ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 huwa marbut l-iktar mar-riskju tal-obbligant/il-garanti.

(c)

Il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi (13) tinkiseb permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż, li hija magħmula minn:

Il-Mudell tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (il-Mudell), li jipproduċi valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż li hija bbażata, għal kull pajjiż, fuq tliet gruppi ta’ indikaturi tar-riskju: l-esperjenza tal-pagament tal-Parteċipanti, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni ekonomika. Il-metodoloġija tal-Mudell tikkonsisti f’passi differenti inkluża l-valutazzjoni tat-tliet gruppi ta’ indikaturi tar-riskju, u l-kombinazzjoni u l-ponderazzjoni flessibbli tal-gruppi tal-indikaturi tar-riskju.

Il-valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati tal-Mudell, meqjusa pajjiż b’pajjiż biex jiġu integrati r-riskju politiku u/jew fatturi oħra ta’ riskju li ma jitqisux bis-sħiħ jew b’mod parzjali mill-Mudell. Jekk ikun xieraq, dan jista’ jwassal għal aġġustament għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-Mudell biex tiġi riflessa l-valutazzjoni finali tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż.

(d)

Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u rieżaminati mill-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż għandhom jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi riklassifikat f’Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, il-Parteċipanti għandhom jitolbu rati tal-primjum bl-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida jew ogħla, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li r-riklassifikazzjoni tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat.

(e)

Is-Segretarjat għandu jippubblika l-klassifikazzjonijiet tar-riskju tal-pajjiż.

23.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN

(a)

Għall-pajjiżi kollha kklassifikati permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż skont l-Artikolu 22 d), ir-riskju tas-sovran għandu jiġi vvalutat biex jiġu identifikati, fuq bażi eċċezzjonali, dawk is-sovrani:

li ma humiex l-obbligant bl-inqas riskju fil-pajjiż u;

li r-riskju ta’ kreditu tagħhom huwa notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż.

(b)

L-identifikazzjoni ta’ sovrani li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandha ssir skont il-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran li ġiet żviluppata u miftiehma mill-Parteċipanti.

(c)

Il-lista ta’ sovrani identifikati li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandha tiġi mmonitorjata fuq bażi kontinwa u rieżaminata mill-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għandhom jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat.

(d)

Il-lista ta’ sovrani identifikati fil-paragrafu b) hawn fuq għandha tiġi ppubblikata mis-Segretarjat.

24.   KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

L-obbliganti u, kif xieraq, il-garanti f’pajjiżi kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż 1-7 għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mill-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti fir-rigward tal-pajjiż tal-obbligant/garanti (14). Il-matriċi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li fihom għandhom jiġu kklassifikati l-obbliganti u l-garanti hija pprovduta fl-Anness VI. Deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej huma pprovduti fl-Anness IX.

(a)

Il-klassifikazzjonijiet tar-riskju tax-xerrej għandhom ikunu bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantita tal-obbligant/garanti kif iddeterminata mill-Parteċipant.

(b)

Minkejja l-paragrafu a) ta’ hawn fuq, it-tranżazzjonijiet b’valur ta’ kreditu ta’ SDR 5 miljun jew inqas jistgħu jiġu kklassifikati fuq bażi tat-tranżazzjonijiet, jiġifieri wara l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej; madankollu, tali tranżazzjonijiet, irrispettivament minn kif jiġu kklassifikati, ma humiex eliġibbli għal kwalunkwe skont għall-applikazzjoni ta’ titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej.

(c)

L-obbliganti u l-garanti sovrani huma kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV/CC0.

(d)

Fuq bażi eċċezzjonali, l-obbliganti u l-garanti mhux sovrani jistgħu jiġu kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej “Aħjar minn Sovran” (SOV+) jekk (15):

l-obbligant/garanti għandu klassifikazzjoni tal-munita barranija minn CRA Akkreditata li hija aħjar mill-klassifikazzjoni tal-munita barranija (mill-istess CRA) tas-sovran rispettiv tiegħu, jew

l-obbligant/il-garanti jinsab f’pajjiż li fih ir-riskju sovran ġie identifikat bħala ferm ogħla mir-riskju tal-pajjiż.

(e)

Il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 għat-tranżazzjonijiet:

ma’ obbligant/garanti mhux sovran fejn il-primjum mitlub ikun inqas minn dak stabbilit mill-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej CC1, jiġifieri CC0 jew SOV+;

ma’ obbligant/garanti mhux sovran fejn Parteċipant jivvaluta klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej għal obbligant/garanti mhux sovran li huwa kklassifikat minn CRA Akkreditata, u l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej ivvalutata tkun aħjar mill-klassifikazzjoni tas-CRA Akkreditata (16).

(f)

Fil-każ ta’ kompetizzjoni għal tranżazzjoni speċifika, fejn l-obbligant/il-garanti jkun ġie kklassifikat minn Parteċipanti f’kompetizzjoni f’kategoriji differenti tar-riskju tax-xerrej, il-Parteċipanti f’kompetizzjoni għandhom ifittxu li jaslu għal klassifikazzjoni komuni tar-riskju tax-xerrej. Jekk ma jintlaħaqx ftehim fuq klassifikazzjoni komuni, il-Parteċipant(i) li kklassifika(w) lill-obbligant/garanti fi klassifikazzjoni ogħla tar-riskju tax-xerrej jista’/jistgħu japplika(w) il-klassifikazzjoni aktar baxxa tar-riskju tax-xerrej.

25.   PERĊENTWAL U KWALITÀ TAL-KOPERTURA TAL-KREDITU GĦALL-ESPORTAZZJONI UFFIĊJALMENT APPOĠĠAT

L-MPRs huma differenzjati biex iqisu l-kwalità differenti tal-prodotti ta’ kreditu għall-esportazzjoni u l-perċentwal tal-kopertura pprovduta mill-Parteċipanti kif stabbilit fl-Anness VI. Id-differenzjazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jiġi newtralizzat l-effett kompetittiv li jirriżulta mill-kwalitajiet differenti tal-prodott ipprovdut lill-esportatur/lill-istituzzjoni finanzjarja).

(a)

Il-kwalità ta’ prodott ta’ kreditu għall-esportazzjoni tiddependi fuq jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet (jiġifieri l-perjodu bejn id-data tal-għeluq tal-pagament mill-obbligant u d-data li fiha l-assiguratur huwa responsabbli li jirrimborża lill-esportatur/lill-istituzzjoni finanzjarja) tiġix pprovduta mingħajr ħlas addizzjonali.

(b)

Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu għall-esportazzjoni offruti mill-Parteċipanti għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mit-tliet kategoriji ta’ prodotti li huma:

Prodott ta’ livell inqas mill-istandard, jiġifieri assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet u assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet bi ħlas addizzjonali xieraq tal-primjum;

Prodott standard, jiġifieri assigurazzjoni b’kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet mingħajr ħlas addizzjonali xieraq tal-primjum u kreditu/finanzjament dirett; u

Prodott ta’ livell ogħla mill-istandard, jiġifieri garanziji.

26.   TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

(a)

Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, li l-applikazzjoni speċifika tagħhom hija stabbilita fl-Anness X:

Struttura ta’ Fluss Futur Offshore (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata ma’ Kont Miżmum minn Terzi Offshore (Offshore Escrow Account)

Finanzjament fil-Munita Lokali

(b)

Il-Parteċipant li japplika MPR li tirrifletti l-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 43.

(c)

Ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż ma għandha tiġi applikata għal tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq.

27.   TITJIB TAL-KREDITU GĦAR-RISKJU TAX-XERREJ

(a)

Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li ġej (BRCE) li jippermetti l-applikazzjoni ta’ Fattur ta’ Titjib tal-Kreditu (CEF) akbar minn 0:

Assenzjazzjoni tar-Rikavati jew tar-Riċevibbli ta’ Kuntratt

Titolu Garantit b’Assi

Titolu Garantit b’Assi Fissi

Kont Miżmum minn Terzi

(b)

Id-definizzjonijiet tal-BRCE u l-valuri massimi tas-CEF kemm għall-obbliganti tal-Kategoriji 1-7 kif ukoll għall-obbliganti b’Parametri Referenzjarji tas-Suq huma stabbiliti fl-Anness X.

(c)

Il-BRCE jista’ jintuża waħdu jew flimkien mar-restrizzjonijiet li ġejjin:

Is-CEF massimu li jista’ jinkiseb permezz tal-użu tal-BRCEs huwa ta’ 0,35 għat-tranżazzjonijiet tal-Kategoriji 1-7. Għat-tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq, jista’ jiġi applikat skont massimu ta’ 25 % għall-MPR tal-Parametri Referenzjarji tas-Suq, iżda l-primjum mitlub ma jistax ikun inqas mir-rata tal-Primjum Attwarja Minima applikabbli.

It-“Titolu Garantit b’Assi” u t-“Titolu Garantit b’Assi Fissi” ma jistgħux jintużaw f’daqqa fi tranżazzjoni waħda.

Fi tranżazzjoni tal-Kategoriji 1-7 fejn il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli tkun tjiebet permezz tal-użu ta’ “Struttura ta’ Fluss Futur Offshore Ikkombinata ma’ Kont Miżmum minn Terzi Offshore”, ma jista’ jiġi applikat l-ebda BRCE.

(d)

Il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 għal tranżazzjonijiet ma’ obbligant/garanti mhux sovran fejn il-BRCE jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ CEF ta’ aktar minn 0, jew kull meta l-BRCEs jintużaw fi tranżazzjoni b’Parametri Referenzjarji tas-Suq li tirriżulta fi pprezzar taħt l-MPR tat-TCMB korrispondenti.

28.   VALIDITÀ TAR-RATI TAL-PRIMJUM MINIMI GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU

(a)

Sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u sabiex, jekk ikun meħtieġ, jiġu permessi l-aġġustamenti, ’il fuq jew ’l isfel, għandhom jintużaw b’mod parallel l-Għodod għall-Feedback dwar il-Primjum (Premium Feedback Tools – PFTs), sabiex l-MPRs jiġu mmonitorjati u aġġustati fuq bażi regolari.

(b)

Il-PFTs għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-MPRs kemm f’termini tal-esperjenza reali tal-istituzzjonijiet li jipprovdu l-krediti għall-esportazzjoni uffiċjali kif ukoll f’termini tal-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta’ kreditu.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL GĦAJNUNA MARBUTA

29.   PRINĊIPJI ĠENERALI

(a)

Il-Parteċipanti qablu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki dwar il-kreditu għall-esportazzjoni jridu jkunu bbażati fuq kompetizzjoni miftuħa u l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki dwar l-għajnuna marbuta jridu jipprovdu r-riżorsi esterni meħtieġa lill-pajjiżi, lis-setturi jew lill-proġetti bi ftit aċċess jew mingħajr aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki dwar l-għajnuna marbuta jridu jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw id-distorsjoni tal-kummerċ, u jikkontribwixxu għall-użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta’ dawn ir-riżorsi.

(b)

Id-dispożizzjonijiet għall-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi ta’ għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali.

(c)

Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta’ dik mhux marbuta.

(d)

Parteċipant jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali dwar il-livell ta’ rbit ta’ kwalunkwe forma ta’ għajnuna. Jekk ikun hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta’ finanzjament taqax fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ għajnuna marbuta stabbilita fl-Anness XIII, il-pajjiż donatur għandu jipprovdi evidenza b’appoġġ ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li tgħid li l-għajnuna fil-fatt “ma hijiex marbuta” skont id-definizzjoni fl-Anness XIII.

30.   FOROM TA’ GĦAJNUNA MARBUTA

L-għajnuna marbuta tista’ tieħu l-forma ta’:

(a)

Self ta’ Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif definit fid-“DAC Guiding Principles for Associated Financing and Tied and Partially Untied Official Development Assistance (1987)”;

(b)

L-għotjiet tal-ODA kif definiti fid-“DAC Guiding Principles for Associated Financing and Tied and Partially Untied Official Development Assistance (1987)”; u

(c)

Flussi Uffiċjali Oħrajn (Other Official Flows, OOF), li jinkludu għotjiet u self iżda jeskludu krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati li huma konformi mal-Arranġament; jew

(d)

Kwalunkwe assoċjazzjoni, eż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fil-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew tal-mutwatarju li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta’ finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:

1.

kreditu għall-esportazzjoni li huwa appoġġat uffiċjalment permezz ta’ kreditu/finanzjament dirett, rifinanzjament, appoġġ għar-rata tal-imgħax, garanzija jew assigurazzjoni li għaliha japplika l-Arranġament; u

2.

fondi oħra fit-termini tas-suq jew simili tagħhom, jew depożitu mix-xerrej.

31.   FINANZJAMENT ASSOĊJAT

(a)

Il-finanzjament assoċjat jista’ jsir f’bosta għamliet, inklużi krediti mħallta, finanzjament imħallat, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew tranżazzjonijiet integrati uniċi. Il-karatteristiċi ewlenin huma li kollha jinkludu:

komponent konċessjonali li jkun marbut fil-liġi jew fil-fatt mal-komponenti mhux konċessjonali;

jew parti waħda mill-pakkett ta’ finanzjament jew il-pakkett kollu li huwa, fil-fatt, l-għajnuna marbuta; u

fondi konċessjonali li huma disponibbli biss jekk il-komponent mhux konċessjonali marbut jiġi aċċettat mir-riċevitur.

(b)

Assoċjazzjoni jew rabta “fil-fatt” tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:

l-eżistenza ta’ ftehimiet informali bejn l-awtoritajiet riċeventi u dawk donaturi;

l-intenzjoni tad-donatur li jiffaċilita l-aċċettazzjoni ta’ pakkett ta’ finanzjament permezz tal-użu tal-ODA;

l-irbit effettiv tal-pakkett ta’ finanzjament kollu mal-akkwist fil-pajjiż donatur;

il-livell tal-irbit tal-ODA u l-mezzi ta’ sejħa għal offerti jew ta’ kuntrattar għal kull tranżazzjoni ta’ finanzjament; jew

kwalunkwe prattika oħra, identifikata mid-DAC jew mill-Parteċipanti li fiha jeżisti kollegament de facto bejn żewġ komponenti ta’ finanzjament jew aktar.

(c)

Il-prattiki li ġejjin ma għandhomx jipprevjenu d-determinazzjoni ta’ assoċjazzjoni jew rabta “fil-fatt”:

il-qsim tal-kuntratt permezz tan-notifika separata tal-partijiet li jiffurmaw kuntratt wieħed;

il-qsim ta’ kuntratti ffinanzjati f’diversi stadji;

in-nuqqas ta’ notifika ta’ partijiet interdipendenti ta’ kuntratt; u/jew

in-nuqqas ta’ notifika minħabba li parti mill-pakkett ta’ finanzjament ma hijiex marbuta.

32.   ELIĠIBBILTÀ TA’ PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

(a)

Ma għandu jkun hemm l-ebda għajnuna marbuta lil pajjiżi li l-ING per capita tagħhom, skont id-data tal-Bank Dinji, ikun ogħla mil-limitu superjuri għal pajjiżi b’introjtu medju inferjuri. Il-Bank Dinji jikkalkula mill-ġdid dan il-limitu fuq bażi annwali (17). Pajjiż jiġi rriklassifikat biss wara li l-kategorija tiegħu skont il-Bank Dinji tkun baqgħet l-istess għal sentejn konsekuttivi.

(b)

Il-kriterji u l-proċeduri operazzjonali li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

1.

Il-klassifikazzjoni għall-finijiet ta’ Arranġament tiġi ddeterminata mill-ING per capita kif ikkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji tal-pajjiżi mutwatarji; is-Segretarjat għandu jippubblika din il-klassifikazzjoni.

2.

F’każijiet fejn il-Bank Dinji ma jkollux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-data dwar l-ING per capita, il-Bank Dinji għandu jintalab jistma jekk il-pajjiż inkwistjoni għandux ING per capita ogħla jew anqas mil-limitu kurrenti. Il-pajjiż għandu jkun klassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

3.

Jekk l-eliġibbiltà ta’ pajjiż għall-għajnuna marbuta tinbidel skont il-paragrafu a) hawn fuq, ir-riklassifikazzjoni għandha tidħol fis-seħħ ġimagħtejn wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-konklużjonijiet miksuba mid-data tal-Bank Dinji msemmija aktar ’il fuq lill-Parteċipanti kollha. Qabel id-data effettiva tar-riklassifikazzjoni, ma jista’ jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta’ għajnuna marbuta għal pajjiż eliġibbli ġdid; wara dik id-data, ma jista’ jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament tal-għajnuna marbuta għal pajjiż li jkun għadu kif ġie promoss, għalkemm tranżazzjonijiet individwali koperti taħt linja ta’ kreditu impenjata minn qabel jistgħu jiġu nnotifikati sal-iskadenza tal-linja ta’ kreditu (li ma għandhiex tkun aktar minn sena mid-data effettiva).

4.

F’każijiet fejn il-Bank Dinji jirrevedi ċ-ċifri, dawk ir-reviżjonijiet ma għandhomx jitqiesu fir-rigward tal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż tista’ tinbidel permezz ta’ Linja Komuni, f’konformità mal-proċeduri xierqa fl-Artikoli 54 sa 59, u l-Parteċipanti jikkunsidraw b’mod favorevoli bidla minħabba żbalji u ommissjonijiet fiċ-ċifri sussegwentement rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja taċ-ċifri li l-ewwel tqassmu mis-Segretarjat.

33.   ELIĠIBBILTÀ TA’ PROĠETT

(a)

L-għajnuna marbuta ma għandhiex tiġi estiża għal proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk jiġu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament.

(b)

It-testijiet ewlenin għal tali eliġibbiltà għall-għajnuna huma:

in-nuqqas ta’ vijabbiltà finanzjarji tal-proġett, jiġifieri li l-proġett ma għandux kapaċità b’ipprezzar xieraq iddeterminat fuq il-prinċipji tas-suq, biex jiġġenera fluss ta’ flus suffiċjenti biex ikopri l-kostijiet operatorji tal-proġett u biex iħallas il-kapital użat, jiġifieri l-ewwel test ewlieni; jew

li huwa raġonevoli li jiġi konkluż, abbażi ta’ komunikazzjoni ma’ Parteċipanti oħra, li ma huwiex probabbli li l-proġett jista’ jiġi ffinanzjat skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament, jiġifieri t-tieni test ewlieni. Fir-rigward ta’ proġetti akbar minn SDR 50 miljun, għandu jingħata piż speċjali lid-disponibbiltà mistennija ta’ finanzjament skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament meta titqies l-adegwatezza ta’ tali għajnuna.

(c)

It-testijiet ewlenin skont il-paragrafu b) ta’ hawn fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett għandu jiġi evalwat biex jiġi ddeterminat jekk għandux jiġi ffinanzjat b’tali għajnuna jew bi krediti għall-esportazzjoni skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta’ konsultazzjoni deskritt fl-Artikoli 47 sa 49, huwa mistenni li tinkiseb esperjenza maż-żmien li tiddefinixxi b’mod aktar preċiż, kemm għall-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll għall-aġenziji tal-għajnuna, gwida ex ante dwar il-linja bejn iż-żewġ kategoriji ta’ proġetti.

(d)

Kwalunkwe Parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna għal oġġetti u/jew servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Bastimenti għandu jikkonferma li l-bastiment ma jkunx operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta’ ripagament u li jkun assigurat b’mod xieraq li s-sid aħħari jirrisjedi fil-pajjiż riċeventi, li dan ma jkunx sussidjarja mhux operazzjonali ta’ interess barrani u li jkun intrabat li ma jbigħx il-bastiment mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.

34.   LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ MINIMU

Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu għajnuna marbuta li għandha livell ta’ konċessjonalità inqas minn 35 %, jew 50 % jekk il-pajjiż benefiċjarju jkun Pajjiż l-Anqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet stabbiliti hawn taħt, li huma wkoll eżentati mill-proċeduri ta’ notifika stabbiliti fl-Artikoli 45 a) u 46 a):

(a)

Assistenza teknika: għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss f’kooperazzjoni teknika li hija anqas minn 3 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni jew SDR 1 miljun, skont liema jkun l-anqas; u

(b)

Proġetti żgħar: proġetti kapitali ta’ inqas minn SDR 1 miljun li huma ffinanzjati għalkollox minn għotjiet ta’ għajnuna għall-iżvilupp.

35.   EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBBILTÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

(a)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 u 33 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 80 % jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, deskritt fl-Artikolu 31.

(b)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b’valur ta’ inqas minn SDR 2 miljun ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 31.

(c)

L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, ma hijiex soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 u 33.

(d)

Il-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri ta’ għajnuna marbuta f’konformità maċ-ċirkostanzi speċifiċi:

aċċident kbir nukleari jew industrijali li jikkawża tniġġis transfruntier serju, fejn kwalunkwe Parteċipant affettwat ikun jixtieq jipprovdi għajnuna marbuta biex jelimina jew jimmitiga l-effetti tiegħu, jew

l-eżistenza ta’ riskju sinifikanti li inċident bħal dan jista’ jseħħ, fejn kwalunkwe Parteċipant potenzjalment affettwat ikun jixtieq jipprovdi għajnuna marbuta biex jipprevjeni l-okkorrenza tiegħu.

(e)

Minkejja l-Artikoli 32 u 33, b’mod eċċezzjonali, Parteċipant jista’ jipprovdi appoġġ permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

il-proċedura tal-Linja Komuni kif definita fl-Anness XIII u deskritta fl-Artikoli 54 sa 59; jew

il-ġustifikazzjoni għal raġunijiet ta’ għajnuna permezz ta’ appoġġ minn għadd sostanzjali ta’ Parteċipanti kif deskritt fl-Artikoli 47 u 48; jew

ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD, skont il-proċeduri fl-Artikolu 49, li l-Parteċipanti jistennew li la tkun tas-soltu u lanqas frekwenti.

36.   KALKOLU TAL-LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

Il-livell ta’ konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat bl-użu tal-istess metodu bħal dak għall-element tal-għotja użat mid-DAC, ħlief li:

(a)

Ir-rata ta’ skont użata għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità ta’ self f’munita partikolari, jiġifieri r-Rata ta’ Skont Differenzjata (Differentiated Discount Rate, DDR), hija soġġetta għal bidla annwali fil-15 ta’ Jannar u hija kkalkulata kif ġej (18):

Il-medja tas-CIRR bl-użu ta’ rendimenti ta’ bonds tal-gvern fuq seba’ snin + Marġni

Il-Marġni (M) jiddependi mit-terminu ta’ ripagament (R) kif ġej:

R

M

inqas minn 15-il sena

0,75

minn 15-il sena sa 20 sena mhux inklużi

1,00

minn 20 sena sa 30 sena mhux inklużi

1,15

minn 30 sena ’l fuq

1,25

Għall-muniti kollha, il-medja tas-CIRR bl-użu ta’ rendimenti ta’ bonds tal-gvern fuq seba’ snin tiġi kkalkulata billi tittieħed medja tar-rati ta’ kull xahar validi matul il-perjodu ta’ sitt xhur bejn il-15 ta’ Awwissu tas-sena preċedenti u l-14 ta’ Frar tas-sena kurrenti, kif iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XII. Ir-rata kkalkulata, inkluż il-Marġni, titqarreb lejn l-eqreb għaxar punti bażi.

(b)

Id-data bażi għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità hija l-punt tal-bidu tal-kreditu kif stabbilit fl-Anness XIII.

(c)

Għall-fini tal-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità globali ta’ pakkett ta’ finanzjament assoċjat, il-livelli ta’ konċessjonalità tal-krediti, il-fondi u l-pagamenti li ġejjin jitqiesu li huma żero:

il-krediti għall-esportazzjoni li jkunu f’konformità mal-Arranġament;

fondi oħrajn b’rati tas-suq jew b’rati kważi tas-suq;

fondi uffiċjali oħra b’livell ta’ konċessjonalità inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 34 ħlief f’każijiet ta’ tqabbil; u

depożitu mix-xerrej.

Il-ħlasijiet fil-punt tal-bidu tal-kreditu, jew qablu, li ma jitqisux bħala depożitu għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità.

(d)

Ir-rata ta’ skont fit-tqabbil: fit-tqabbil tal-għajnuna, tqabbil identiku jfisser tqabbil ma’ livell ta’ konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta’ skont fis-seħħ fiż-żmien tat-tqabbil.

(e)

Il-kostijiet lokali u l-akkwist ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur.

(f)

Il-livell ta’ konċessjonalità globali ta’ pakkett jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta’ kull komponent tal-pakkett bil-livell ta’ konċessjonalità rispettiv ta’ kull komponent, jiżdiedu r-riżultati, u dan it-total jiġi diviż bil-valur nominali aggregat tal-komponenti.

(g)

Ir-rata ta’skont għal self ta’ għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. Madankollu, f’każijiet ta’ notifika fil-pront, ir-rata ta’ skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta ġew stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet tas-self ta’ għajnuna. Bidla fir-rata ta’ skont matul il-ħajja ta’ self ma tbiddilx il-livell ta’ konċessjonalità tiegħu.

(h)

Jekk ikun hemm bidla fil-munita qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, in-notifika għandha tiġi riveduta. Ir-rata ta’ skont użata għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Ma tkunx meħtieġa reviżjoni jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità jiġu indikati fin-notifika oriġinali.

(i)

Minkejja l-paragrafu g) ta’ hawn fuq, ir-rata ta’ skont użata biex jiġi kkalkolat il-livell ta’ konċessjonalità ta’ tranżazzjonijiet individwali mibdija taħt linja ta’ kreditu tal-għajnuna għandha tkun ir-rata li kienet oriġinarjament innotifikata għal-linja ta’ kreditu.

37.   PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

(a)

Il-Parteċipanti ma għandhomx jiffissaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tkun relatata mal-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet individwali kif ukoll ma’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ma’ ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandu jiġi nnotifikat f’konformità mal-Artikolu 46; l-estensjoni ta’ linja ta’ kreditu għandha tiġi nnotifikata daqslikieku kienet tranżazzjoni ġdida b’nota li tispjega li hija estensjoni u li hija mġedda f’termini permessi fiż-żmien tan-notifika tal-estensjoni. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet individwali, inklużi dawk notifikati skont protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tan-notifika tal-impenn skont l-Artikolu 45 jew 46, kif xieraq.

(b)

Meta pajjiż ma jibqax eliġibbli għall-ewwel darba għal self mill-Bank Dinji ta’ 17-il sena, il-perjodu ta’ validità ta’ protokolli ta’ għajnuna marbuta u ta’ linji ta’ kreditu eżistenti u ġodda nnotifikati għandu jkun ristrett għal sena wara d-data tar-riklassifikazzjoni potenzjali f’konformità mal-proċeduri fl-Artikolu 32 b).

(c)

It-tiġdid ta’ tali protokolli u linji ta’ kreditu huwa possibbli biss fuq termini li jkunu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 u 33 tal-Arranġament wara:

ir-riklassifikazzjoni tal-pajjiżi; u

bidla fid-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta’ skont stabbilita fl-Artikolu 36.

38.   TQABBIL

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 41.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI

TAQSIMA 1

PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ

39.   NOTIFIKI

In-notifiki stabbiliti mill-proċeduri fl-Arranġament għandhom isiru f’konformità mal-Anness V, u għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fih, u għandhom jiġu kkupjati lis-Segretarjat.

40.   INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

(a)

Malli Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li jkun innotifika f’konformità mal-proċeduri fl-Artikoli 43 sa 46, huwa għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b’dan billi jinkludi n-numru ta’ referenza tan-notifika fuq il-formola għar-rapportar ex post rilevanti.

(b)

Fi skambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikoli 51 sa 53, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu li jipprevedi li jappoġġa għal tranżazzjoni partikolari u jista’ jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra.

(c)

Minbarra l-informazzjoni stipulata fl-Anness V li hija pprovduta għal tranżazzjonijiet li ġew innotifikati minn qabel skont l-Artikoli 43 jew 44, il-Parteċipanti għandhom jipprovdu, fil-formola għar-rapportar ex post rilevanti:

1.

għat-tranżazzjonijiet kollha appoġġati, informazzjoni relatata mat-terminu attwali ta’ ripagament u l-profil ta’ ripagament fuq bażi ex post, inkluż, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin: (1) it-tul tat-terminu ta’ ripagament, (2) il-profil ta’ ripagament, (3) il-frekwenza tar-ripagamenti tal-kapital, (4) il-frekwenza tal-pagamenti tal-imgħax, (5) it-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital, u fejn rilevanti, (6) il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament, (7) il-perċentwal tal-kapital imħallas lura sal-punt tan-nofs tal-kreditu, (8) il-pagament parzjali uniku massimu, (9) spjegazzjoni tad-diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli u l-profil tas-servizz tad-dejn użat, u (10) ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata tal-profil tar-ripagament appoġġat jekk il-profil tar-ripagament ma jaqbilx mal-fluss liberu tal-flus.

2.

barra minn hekk, għal tranżazzjonijiet appoġġati skont l-Artikolu 13 e) li ma ġewx notifikati minn qabel, il-Parteċipanti għandhom jipprovdu wkoll:

spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex hemm diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant tad-dejn u l-profil tas-servizz tad-dejn permess skont l-Artikoli 13 a) u 13 b), u

għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ ripagament li ma jikkorrispondix mal-fluss liberu tal-flus, ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata tal-profil ta’ ripagament appoġġat.

41.   PROĊEDURI GĦAT-TQABBIL

(a)

Qabel iqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji preżunti li huma offruti minn Parteċipant jew minn pajjiż mhux Parteċipant skont l-Artikoli 17 u 38, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif xieraq bl-użu tal-konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ deskritti fl-Artikolu 53, biex jivverifika li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma uffiċjalment appoġġati u għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

1.

Il-Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u l-kundizzjonijiet li beħsiebu jappoġġa billi jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika meħtieġa għat-termini u l-kundizzjonijiet imqabbla. Fil-każ tat-tqabbil minn non-Parteċipant, il-Parteċipant li jqabbel għandu jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika li kienu jkunu meħtieġa kieku t-termini mqabbla kienu offruti minn Parteċipant.

2.

Minkejja s-subparagrafu 1) ta’ hawn fuq, jekk il-proċedura ta’ notifika applikabbli tkun teħtieġ li l-Parteċipant li jqabbel iżomm l-impenn tiegħu lil hinn mid-data finali tal-għeluq tal-offerta, il-Parteċipant li jqabbel għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu ta’ tqabbil kemm jista’ jkun malajr.

3.

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, huwa għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha kif xieraq.

(b)

Parteċipant li jkun beħsiebu joffri termini u kundizzjonijiet finanzjarji identiċi għal dawk innotifikati skont l-Artikoli 43 u 44 jista’ jagħmel dan ladarba l-perjodu ta’ stennija stipulat f’dawk l-Artikoli jkun skada. Dan il-Parteċipant għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu kemm jista’ jkun kmieni.

42.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

(a)

Parteċipant li jkollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk previsti fl-Arranġament għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli minnufih.

(b)

Il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu fi żmien jumejn ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

(c)

Wara kjarifika mill-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni speċjali tal-Parteċipanti fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol biex tiġi diskussa l-kwistjoni.

(d)

Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni tal-Parteċipanti, ma għandhomx jidħlu fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali.

TAQSIMA 2

PROĊEDURI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

43.   NOTIFIKA MINN QABEL B’DISKUSSJONI

(a)

Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun f’konformità mal-Anness V jekk:

il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej użata għall-kalkolu tal-MPR tkun dik ta’ garanti terz li jinsab barra l-pajjiż tal-obbligant [jiġifieri ddeterminati skont l-Artikolu 21 e)]; jew

l-MPR applikabbli tkun tnaqqset permezz tal-applikazzjoni ta’ teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż elenkata fl-Artikolu 26.

(b)

Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun f’konformità mal-Anness V jekk l-appoġġ ikun estiż skont l-Artikolu 6 a) 2) tal-Anness I.

(c)

Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra.

(d)

Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex ikun iffaċilitat ir-rieżami tal-esperjenza miksuba f’konformità mal-Artikolu 62. Il-Parteċipanti għandhom iżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum innotifikati f’konformità mal-paragrafu a) ta’ hawn fuq.

44.   NOTIFIKA MINN QABEL

(a)

F’konformità mal-Anness V, Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’terminu ta’ ripagament ta’ aktar minn għaxar snin u b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun.

(b)

F’konformità mal-Anness V, Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun jekk l-appoġġ jiġi pprovdut skont:

1.

l-Artikolu 13 f),

2.

l-Artikolu 5 tal-Anness II, jew

3.

l-Artikolu 6 a) 1) tal-Anness I.

(c)

F’konformità mal-Anness V, Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun jekk l-appoġġ jiġi pprovdut fir-rigward ta’:

1.

l-Artikolu 11 d) 3).

2.

L-applikazzjoni ta’ rata tal-primjum għal tranżazzjoni b’parametri referenzjarji tas-suq f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’;

It-tielet inċiż tal-Artikolu 21 c) 1) meta jipparteċipa bħala parti minn pakkett ta’ self sindakat.

It-tieni inċiż tal-Artikolu 21 c) 2), fejn ir-rata tal-primjum mitluba hija aktar baxxa mill-primjum korrispondenti ddeterminat mill-mudell TCMB.

It-tielet inċiż tal-Artikolu 21 c) 2), fejn Parteċipant jikklassifika lill-obbligant/il-garanti bħala aħjar mill-aħjar klassifikazzjoni minn CRA Akkreditata; jew jekk ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni minn CRA Akkreditata, u Parteċipant jikklassifika tranżazzjoni bħala CC2 jew aħjar, jew ittra ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ekwivalenti għal AAA sa A-, jew daqs jew aktar favorevoli mill-aħjar klassifikazzjoni ta’ CRA Akkreditata tas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti.

3.

L-applikazzjoni ta’ rata tal-primjum għal tranżazzjoni soġġetta għal MPRs tal-kategoriji tar-riskju tal-pajjiż 1-7 f’konformità mal-Artikolu 24 e) fejn il-kategorija tar-riskju tax-xerrej magħżul użata biex tiġi kkalkulata l-MPR għal tranżazzjoni ma’ obbligant/garanti mhux sovran hija:

inqas minn CC1 (jiġifieri CC0 jew SOV+); jew

aħjar mill-klassifikazzjoni tas-CRA Akkreditata.

4.

L-applikazzjoni ta’ rata ta’ primjum skont l-Artikolu 27 d) għal tranżazzjonijiet ma’ obbligant/garanti mhux sovran, meta l-użu ta’ titjib tal-kreditu għar-riskju tax-xerrej jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ CEF ogħla minn 0, jew kull meta jintuża BRCE fi tranżazzjoni b’Parametri Referenzjarji tas-Suq li jirriżulta fi prezzar taħt l-MPR tat-TCMB korrispondenti.

5.

Tranżazzjoni li hija soġġetta għal linja komuni kif stipulat fl-Artikolu 59 c).

TAQSIMA 3

PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ

45.   NOTIFIKA MINN QABEL

(a)

Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-Anness V jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:

Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ SDR 2 miljun jew aktar, u livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 80 %;

Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ inqas minn SDR 2 miljun u element ta’ għotja (kif definit mid-DAC) ta’ inqas minn 50 %;

Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ SDR 2 miljun jew aktar u b’livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 80 %; jew

Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ inqas minn SDR 2 miljun u b’livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 50 %, ħlief għall-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 a) u 35 b).

Għajnuna marbuta f’konformità mal-Artikolu 35 d).

(b)

In-notifika minn qabel għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq jew tal-impenn tal-offerta, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

(c)

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, huwa għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha kif xieraq.

(d)

Id-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, kif deskritt fl-Artikolu 31.

46.   NOTIFIKA FIL-PRONT

(a)

Parteċipant għandu jinnotifika minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha, jiġifieri fi żmien jumejn tax-xogħol mill-impenn, f’konformità mal-Anness V, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-għajnuna marbuta b’valur ta’ jew:

SDR 2 miljun jew iktar u livell ta’ konċessjonalità ta’ 80 % jew iktar; jew

inqas minn SDR 2 miljun u livell ta’ konċessjonalità ta’ 50 % jew aktar ħlief għall-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 a) u 34 b).

(b)

Parteċipant għandu jinnotifika wkoll minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu jew ftehim simili.

(c)

Ma hemmx għalfejn tingħata notifika minn qabel jekk Parteċipant ikollu l-ħsieb li jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal notifika fil-pront.

TAQSIMA 4

PROĊEDURI TA’ KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

47.   GĦAN TAL-KONSULTAZZJONIJIET

(a)

Parteċipant li jkun jixtieq kjarifika dwar il-motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista’ jitlob li tiġi pprovduta Valutazzjoni tal-Kwalità tal-Għajnuna kompluta (dettaljata fl-Anness XI).

(b)

Barra minn hekk, Parteċipant jista’ jitlob konsultazzjonijiet ma’ Parteċipanti oħra, f’konformità mal-Artikolu 48. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 53 sabiex jiġi diskuss:

l-ewwel nett, jekk offerta ta’ għajnuna tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 32 u 33; u

jekk ikun meħtieġ, jekk offerta ta’ għajnuna hijiex iġġustifikata anke jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 32 u 33 ma jkunux issodisfati.

48.   AMBITU U TWAQQIT TAL-KONSULTAZZJONIJIET

(a)

Matul il-konsultazzjonijiet, Parteċipant jista’ jitlob, fost affarijiet oħra, l-informazzjoni li ġejja:

il-valutazzjoni ta’ studju ta’ fattibbiltà/evalwazzjoni dettaljata tal-proġett;

jekk hemmx offerta li tikkompeti ma’ finanzjament mhux konċessjonali jew ma’ finanzjament ta’ għajnuna;

l-aspettattiva li l-proġett jiġġenera jew jiffranka munita barranija;

jekk hemmx kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multilaterali bħall-Bank Dinji;

il-preżenza ta’ Offerti Kompetittivi Internazzjonali (ICB), b’mod partikolari jekk l-offerta tal-fornitur tal-pajjiż donatur tkun l-inqas offerta evalwata;

l-implikazzjonijiet ambjentali;

kwalunkwe parteċipazzjoni mis-settur privat; u

iż-żmien tan-notifiki (eż. sitt xhur qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew qabel id-data tal-impenn) tal-krediti konċessjonali jew ta’ għajnuna.

(b)

Il-konsultazzjoni għandha titlesta u s-Segretarjat għandu jinnotifika l-konklużjonijiet taż-żewġ mistoqsijiet fl-Artikolu 46 lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew id-data tal-impenn, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat għandu jistieden lill-Parteċipanti l-oħra jesprimu l-fehmiet tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Huwa għandu jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant notifikanti, li għandu jerġa’ jikkunsidra jekk ikomplix jekk ikun jidher li ma hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta’ għajnuna.

49.   EŻITU TAL-KONSULTAZZJONIJIET

(a)

Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta’ appoġġ sostanzjali għandu jipprovdi notifika minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-Parteċipanti l-oħra, mhux aktar tard minn 60 jum kalendarju wara li tintemm il-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur għandu jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali prevalenti mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-Parteċipanti jistennew li tali okkorrenza la tkun tas-soltu u lanqas frekwenti.

(b)

Id-donatur għandu jinnotifika minnufih lill-Parteċipanti li jkun bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD, li kopja tagħha għandha tiġi inkluża man-notifika. La d-donatur u lanqas kwalunkwe Parteċipant ieħor ma għandu jagħmel impenn ta’ għajnuna marbuta qabel ma jgħaddu għaxart ijiem tax-xogħol wara li tkun inħarġet din in-notifika lill-Parteċipanti. Għal proġetti li għalihom ġew identifikati offerti kummerċjali kompetituri matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol imsemmi hawn fuq għandu jiġi estiż għal 15-il jum.

(c)

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

TAQSIMA 5

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ

50.   PUNTI TA’ KUNTATT

Il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f’kull pajjiż għandhom isiru permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. posta elettronika, u għandhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

51.   AMBITU TAT-TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

(a)

Parteċipant jista’ jistaqsi lil Parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jassumi fir-rigward ta’ pajjiż terz, istituzzjoni f’pajjiż terz jew metodu partikolari ta’ kif isir in-negozju.

(b)

Parteċipant li jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, billi jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li jistaqsi jkun lest li jappoġġa.

(c)

Jekk issir talba lil aktar minn Parteċipant wieħed, din għandha tinkludi lista ta’ destinatarji.

(d)

Kopja tat-talbiet kollha għall-informazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarjat.

52.   KONTENUT TAT-TWEĠIBIET

(a)

Il-Parteċipant li lilu tiġi indirizzata mistoqsija għandu jwieġeb fi żmien sebat ijiem kalendarji u jipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni. It-tweġiba għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li x’aktarx jieħu. Jekk ikun meħtieġ, it-tweġiba sħiħa għandha ssegwi mill-aktar fis possibbli. Kopji għandhom jintbagħtu lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

(b)

Jekk tweġiba għal mistoqsija sussegwentement issir invalida għal kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:

saret, inbidlet jew ġiet irtirata applikazzjoni, jew

qed jiġu kkunsidrati termini oħra,

għandha tingħata tweġiba mingħajr dewmien u għandha tiġi kkupjata lid-destinatarji l-oħra kollha tal-inkjesta u lis-Segretarjat.

53.   KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ

(a)

Parteċipant għandu jwieġeb fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ.

(b)

Talba għal konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ għandha tkun disponibbli għall-Parteċipanti u għal pajjiżi mhux Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

(c)

Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa, eż. Linja Komuni. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront l-eżitu tal-konsultazzjoni.

54.   PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

(a)

Il-proposti ta’ Linji Komuni għandhom jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat għandu jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha u, meta tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta’ kuntatt kollha ta’ DAC. L-identità tal-inizjatur ma tiġix żvelata fir-reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bulletin Board elettroniku miżmum mis-Segretarjat fl-Ambjent tan-Network tal-OECD. Madankollu, is-Segretarjat jista’ jiżvela bil-fomm l-identità ta’ min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jew lil membru tad-DAC fuq talba. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ dawn it-talbiet.

(b)

Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun datata u għandha tkun fil-format li ġej:

In-numru ta’ referenza, segwit minn “Linja Komuni”.

L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej.

L-isem jew deskrizzjoni kemm jista’ jkun preċiża tal-proġett biex il-proġett jiġi identifikat b’mod ċar.

It-termini u l-kundizzjonijiet previsti mill-pajjiż li ħa l-inizjattiva.

Il-proposta għal Linja Komuni.

In-nazzjonalità u l-ismijiet ta’ offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

Id-data tal-għeluq tal-offerti kummerċjali u finanzjarji u n-numru tal-offerta sa fejn ikun magħruf.

Informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-raġunijiet għall-proposta għal Linja Komuni, id-disponibbiltà ta’ studji tal-proġett u/jew ċirkostanzi speċjali.

(c)

Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 32 b) 4) għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat u għandha tiġi kkupjata lil Parteċipanti oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni għandu jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta’ pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 b).

(d)

Is-Segretarjat għandu jippubblika l-Linji Komuni miftiehma.

55.   TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI

(a)

It-tweġibiet għandhom isiru fi żmien 20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti huma mħeġġa jwieġbu għal proposta għal Linja Komuni mill-aktar fis possibbli.

(b)

Tweġiba tista’ tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, u rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

(c)

Parteċipant li javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni minħabba li ma ġiex avviċinat minn esportatur, jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċevitur f’każ ta’ għajnuna għall-proġett, għandu jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

56.   AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI

(a)

Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, iżda l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha titħalla miftuħa għal perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji.

(b)

Wara dan il-perjodu ulterjuri, Parteċipant li ma jkunx irrifjuta b’mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni għandu jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jista’ jagħmel l-aċċettazzjoni tiegħu tal-Linja Komuni kondizzjonali fuq l-aċċettazzjoni espliċita minn Parteċipant wieħed jew aktar.

(c)

Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni huwa jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista’ twassal lil Parteċipanti oħra biex jibdlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew li jqabblu t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux koperti minn Linja Komuni.

(d)

Linja Komuni li ma tkunx ġiet aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 54 u 55. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti ma jkunux marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

57.   NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva u Parteċipant li jkun ippropona modifika jew alternattiva ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.

58.   DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet miċħuda; il-Linja Komuni tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fuq il-bulletin board elettronika rekord aġġornat b’mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li jkunu ġew miftiehma jew li ma jkunux ġew deċiżi.

59.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

(a)

Linja Komuni, ladarba tiġi miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix infurmat li ma għadhiex ta’ interess, u li l-Parteċipanti kollha jaqblu ma’ dan. Linja Komuni li tikkonċerna tranżazzjoni speċifika għandha tibqa’ valida għal perjodu ieħor ta’ sentejn jekk Parteċipant jitlob estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Estensjonijiet sussegwenti ta’ Linja Komuni li tikkonċerna tranżazzjoni speċifika jew kwalunkwe estensjoni ta’ Linja Komuni li ma hijiex relatata ma’ tranżazzjoni speċifika jistgħu jiġu miftiehma permezz tal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 54 sa 58. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 32 b) 4) għandha tkun valida sakemm tkun disponibbli d-data tal-Bank Dinji għas-sena ta’ wara.

(b)

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati kif xieraq, permezz tal-aġġornament tal-lista “L-istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq il-bulletin board elettronika. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fost l-oħrajn, għandu:

Iżid Linji Komuni ġodda meta dawn ikunu ġew aċċettati mill-Parteċipanti.

Jaġġorna d-data tal-iskadenza meta Parteċipant jitlob estensjoni.

Iħassar Linji Komuni li jkunu skadew.

Joħroġ, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, lista ta’ Linji Komuni li jkunu waslu biex jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara.

Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali taħt Linja Komuni relatata mar-regoli li jikkonċernaw il-krediti għall-esportazzjoni (jiġifieri li ma hijiex relatata mar-regoli li jikkonċernaw l-għajnuna relatata mal-kummerċ) għandu jagħti notifika minn qabel ta’ kull tranżazzjoni appoġġata skont l-Artikolu 44.

TAQSIMA 6

RIEŻAMIJIET

60.   RIEŻAMI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT

(a)

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw b’mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-rieżami, il-Parteċipanti għandhom jeżaminaw, fost l-oħrajn, il-proċeduri ta’ notifika, l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri dwar l-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta’ tqabbil, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni usa’ fl-Arranġament.

(b)

Dan ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom għat-titjib tal-operat u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom iqisu l-objettivi tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jkunu jixtiequ jressqu għal dan ir-rieżami għandhom jaslu għand is-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-rieżami.

61.   RIEŻAMI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

Il-Parteċipanti għandhom iwettqu rieżami komprensiv tad-dispożizzjonijiet tas-CIRR stipulati fl-Anness XII sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju 2027.

62.   RIEŻAMI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI

Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrieżaminaw b’mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u l-proċeduri dwar il-primjums. Dan għandu jinkludi:

(a)

Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Metodoloġiji ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għar-rieżami tal-validità tagħhom fid-dawl tal-esperjenza;

(b)

Il-livell tal-MPRs biex jiġi żgurat li jibqgħu kejl akkurat tar-riskju ta’ kreditu, filwaqt li titqies kemm l-esperjenza reali tal-istituzzjonijiet li jipprovdu krediti uffiċjali għall-esportazzjoni kif ukoll l-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta’ kreditu;

(c)

Id-differenzi fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti ta’ kreditu għall-esportazzjoni u l-perċentwal tal-kopertura pprovduta; u

(d)

L-esperjenza relatata mal-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej u jekk l-impatt speċifiku tagħhom fuq l-MPRs ikunx għadu validu u adegwat.

(e)

Rieżami komprensiv tal-aspetti kollha tar-regoli tal-primjum tal-Arranġament, b’enfasi speċjali fuq ir-Regoli tal-Ipprezzar Abbażi tal-Parametri Referenzjarji tas-Suq, għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024.

63.   RIEŻAMI TAL-APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦALL-KOSTIJIET LOKALI

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw id-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ għall-kostijiet lokali sa mhux aktar tard mill-20 ta’ April 2024.

64.   RIEŻAMI TAL-PROFILI U T-TERMINI TA’ RIPAGAMENT

Is-Segretarjat għandu jwettaq rapport komprensiv biennali dwar il-profili ta’ ripagament u t-termini ta’ ripagament għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati mill-Parteċipanti skont il-Kapitolu II, l-Anness I u l-Anness II, abbażi tan-notifiki minn qabel u r-rappurtar ex post. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi statistika u kwalitattiva tal-użu tal-flessibbiltajiet tal-profili ta’ ripagament u tat-termini ta’ ripagament fit-tul appoġġati. Jekk ir-rapport jindika li aktar minn 30 % tat-tranżazzjonijiet tal-Arranġament appoġġati skont il-Kapitolu II, l-Anness I u l-Anness II użaw flessibbiltajiet debitament ġustifikati, jitwettaq rieżami obbligatorju tal-parametri tal-istruttura ta’ ripagament mill-Parteċipanti.

ANNESS I

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA

L-għan ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi termini u kundizzjonijiet finanzjarji adegwati għal proġetti f’ċerti setturi identifikati inkluż taħt inizjattivi internazzjonali bħala li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inklużi l-enerġija ambjentalment sostenibbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) u proġetti b’effiċjenza enerġetika għolja, l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll proġetti tal-ilma. Il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, għandhom jiġu implimentati b’mod li jkun konsistenti mal-Għan tal-Arranġament.

KAPITOLU I

AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F’SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPOĠĠ TAĦT L-APPENDIĊI I

(a)

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati u definiti fl-Appendiċi I ta’ dan il-Ftehim Settorjali, dment li l-impatti tagħhom jiġu indirizzati, bħall-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati kollha, skont ir-Rakkomandazzjoni tal-2012 tal-Kunsill dwar Approċċi Komuni dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati u d-Diliġenza Dovuta Ambjentali u Soċjali. Din il-lista ta’ setturi u, fejn applikabbli, il-kriterji korrispondenti tal-prestazzjoni newtrali għat-teknoloġija użati biex tiġi ddefinita l-eliġibilità ta’ proġett, tista’ tiġi mmodifikata maż-żmien skont id-dispożizzjonijiet ta’ rieżami stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(b)

It-tali kuntratti għandhom ikunu relatati mal-esportazzjoni ta’ proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u jinkludu l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta’ persunal) meħtieġa b’mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni ta’ proġett identifikabbli, dment li:

1.

Il-proġett jirriżulta f’emissjonijiet tal-karbonju żero jew baxxi, jew ekwivalenti ta’ CO2, u/jew f’effiċjenza tal-enerġija għolja;

2.

Il-proġett għandu jitfassal biex, bħala minimu, jilħaq l-istandards tal-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Appendiċi I; u

3.

It-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti jiġu estiżi biss biex jiġu indirizzati żvantaġġi finanzjarji speċifiċi li ltaqa’ magħhom proġett, u jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet finanzjarji individwali u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq ta’ kull proġett.

(c)

It-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-setturi elenkati fil-Klassi tal-Proġett A tal-Appendiċi I huma limitati għal:

1.

L-esportazzjoni ta’ impjanti kompluti tal-enerġija ambjentalment sostenibbli jew partijiet minnhom, li jinvolvu l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta’ persunal) meħtieġa b’mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni tat-tali impjanti.

2.

L-immodernizzar ta’ impjanti tal-enerġija ambjentalment sostenibbli eżistenti f’każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant x’aktarx li tiġi estiża b’tal-inqas il-perjodu ta’ ripagament li għandu jingħata. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat, japplikaw it-termini tal-Kapitolu II tal-Arranġament.

(d)

It-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-setturi elenkati fil-Klassi ta’ Proġett A tal-Appendiċi I ma japplikawx għal oġġetti li jinsabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija li għalih ix-xerrej huwa ġeneralment responsabbli, b’mod partikolari, il-provvista tal-ilma mhux direttament marbuta mal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija, l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, toroq, il-bini ta’ villaġġi għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni, linji tal-enerġija u switchyard, kif ukoll spejjeż li ġejjin mill-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri uffiċjali ta’ approvazzjoni (eż. permessi tas-sit, permess għall-bini), ħlief:

1.

Sa fejn il-punti jaqgħu taħt l-Appendiċi I jew II.

2.

F’każijiet fejn ix-xerrej tas-switchyard ikun l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tas-switchyard oriġinali għal dak l-impjant, it-termini u l-kundizzjonijiet għas-switchyard oriġinali ma għandhomx jaqbżu dawk għall-impjant; u

3.

It-termini u l-kundizzjonijiet għas-substazzjonijiet, it-trasformaturi u l-linji ta’ trażmissjoni b’limitu ta’ vultaġġ minimu ta’ 60 kV li jinsabu ’l barra mill-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija ma għandhomx ikunu aktar ġenerużi minn dawk għall-impjant tal-enerġija.

(e)

Il-parteċipanti jistgħu jipproponu li jipprovdu t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali għall-proġetti ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima li bħalissa ma humiex fl-Appendiċi I jew inkella ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Appendiċi I. Dawn il-proġetti se jiġu kkunsidrati każ b’każ skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 54-59 tal-Arranġament. Il-parteċipanti se jikkunsidraw b’mod favorevoli proposti li huma allinjati mal-objettivi klimatiċi kondiviżi u mal-għan ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI TA’ ADATTAMENT GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPOĠĠ TAĦT L-APPENDIĊI II

(a)

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati b’rabta ma’ kuntratti jew proġetti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi II ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(b)

It-tali kuntratti għandhom ikunu relatati mal-esportazzjoni ta’ proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u jinkludu l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta’ persunal) meħtieġa b’mod dirett għall-eżekuzzjoni u l-attivazzjoni ta’ proġett identifikabbli, dment li:

1.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II jkunu ssodisfati; u

2.

It-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti jiġu estiżi biss biex jiġu indirizzati żvantaġġi finanzjarji speċifiċi li ltaqa’ magħhom proġett, u jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet finanzjarji individwali u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq ta’ kull proġett.

(c)

Dan il-Ftehim Settorjali japplika wkoll għall-immodernizzar ta’ proġetti eżistenti, biex jittieħed kont tat-tħassib ta’ adattament, f’każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-proġett x’aktarx tiġi estiża b’tal-inqas il-perjodu ta’ ripagament li għandu jingħata. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

3.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti għall-esportazzjoni ta’ proġetti sħaħ jew ta’ partijiet minnhom relatati mal-provvista tal-ilma għall-użu mill-bniedem u faċilitajiet għat-trattament tal-ilma mormi:

(a)

L-infrastruttura għall-provvista tal-ilma tax-xorb lill-muniċipalitajiet, inkluż lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji ż-żgħar, jiġifieri l-purifikazzjoni tal-ilma bil-għan li jinkiseb l-ilma tax-xorb u n-network ta’ distribuzzjoni (inkluż il-kontroll tat-tnixxija).

(b)

Faċilitajiet għall-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, jiġifieri l-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi u tad-drenaġġ domestiku u industrijali, inklużi proċessi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ tal-ilma u t-trattament tal-ħama direttament assoċjat ma’ dawn l-attivitajiet.

(c)

L-immodernizzar ta’ dawn il-faċilitajiet f’każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b’tal-inqas il-perjodu ta’ ripagament li għandu jingħata. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

4.   TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT

(a)

It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tranżazzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima eliġibbli li jiġu appoġġati skont l-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa stipulat fl-Appendiċi I.

(b)

It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tranżazzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima eliġibbli li jiġu appoġġati skont l-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim u skont il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Appendiċi II huwa ta’ 22 sena.

(c)

It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tranżazzjonijiet tal-ilma eliġibbli li għandhom jiġu appoġġati skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim huwa ta’ 22 sena.

5.   RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu għall-esportazzjoni għandha normalment titħallas lura f’pagamenti parzjali ugwali u regolari jew, fejn xieraq (eż. meta jiġi pprovdut appoġġ għal tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni jew għall-esportazzjoni ta’ makkinarju jew tagħmir awtonomu), ripagamenti ugwali ta’ kapital u mgħax ikkombinati.

(b)

Il-kapital għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sena u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn sena wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 6 xhur u l-ewwel pagament tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ ta’ ripagamenti annwali tal-kapital, l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(d)

L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat.

(e)

Meta jkun debitament ġustifikat minn żbilanċ bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għad-debitur u l-profil tas-servizz tad-dejn possibbli skont il-parametri stipulati fil-paragrafi a) u b) hawn fuq, il-krediti għall-esportazzjoni appoġġati skont dan il-Ftehim jistgħu jiġu pprovduti fil-limiti li ġejjin:

1.

Għal tranżazzjonijiet eliġibbli li għandhom jiġu appoġġati skont dan il-ftehim li huma soġġetti għal terminu massimu ta’ ripagament ta’ 15-il sena u tranżazzjonijiet appoġġati taħt il-klassi ta’ proġett B tat-Tip 1:

L-ebda ripagament uniku tal-kapital jew serje ta’ pagamenti kapitali f’perjodu ta’ sitt xhur ma għandu jaqbeż it-30 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

It-tul ta’ żmien medju ponderat massimu tal-perjodu ta’ ripagament huwa l-akbar minn 65 % tat-terminu ta’ ripagament tat-tranżazzjoni jew sitt snin.

2.

Għat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha eliġibbli biex jiġu appoġġati skont dan il-ftehim:

L-ebda ripagament uniku tal-kapital jew serje ta’ pagamenti kapitali f’perjodu ta’ 6 xhur ma għandu jaqbeż il-35 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 36 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

It-tul ta’ żmien medju ponderat massimu tal-perjodu ta’ ripagament huwa l-akbar minn 70 % tat-terminu ta’ ripagament tat-tranżazzjoni jew sitt snin.

KAPITOLU III

PROĊEDURI

6.   NOTIFIKA MINN QABEL

(a)

Parteċipant li biħsiebu jipprovdi appoġġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandu jagħti notifika minn qabel tal-anqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun, f’konformità ma’:

1.

l-Artikolu 44 tal-Arranġament jekk l-appoġġ jiġi estiż skont l-Artikolu 1 jew 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali;

2.

l-Artikolu 43 tal-Arranġament jekk l-appoġġ jiġi estiż skont l-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(b)

Tali notifiki għandhom jinkludu deskrizzjoni iktar estensiva tal-proġett biex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 1 jew 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(c)

Għal proġetti appoġġati f’konformità mal-Appendiċi I ta’ dan il-Ftehim Settorjali, tali notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-istandards tekniċi jew ta’ prestazzjoni li qed jiġu applikati, u, fejn disponibbli, it-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet.

(d)

Għal proġetti appoġġati f’konformità mal-Appendiċi II ta’ dan il-Ftehim Settorjali, tali notifika għandha tinkludi l-eżitu ta’ kwalunkwe rieżami minn parti terza indipendenti, jekk applikabbli.

(e)

Għal tranżazzjonijiet li ġew appoġġati skont l-Artikolu 5 e) hawn fuq, il-Parteċipanti għandhom, fost oħrajn, jipprovdu:

1.

informazzjoni dettaljata dwar il-profil ta’ ripagament appoġġat u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex hemm żbilanċ bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għad-debitur u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli jekk appoġġat skont l-Artikoli 5 a) u 5 b), u

2.

għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ ripagament li ma jikkorrispondix mal-fluss liberu tal-flus, ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata tal-profil ta’ ripagament appoġġat.

(f)

Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex jitħaffef ir-rieżami tal-korp ta’ esperjenza.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ U RIEŻAMI

7.   XOGĦOL FUTUR

Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

Bini mingħajr konsum nett ta’ enerġija.

(b)

Proġetti b’ċelluli tal-fjuwil.

(c)

Fjuwils gassużi u likwidi nodfa.

(d)

Rieżami u inklużjoni ta’ standards internazzjonali futuri għall-manifattura b’emissjonijiet baxxi (pereżempju, mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija).

8.   MONITORAĠĠ U RIEŻAMI

(a)

Is-Segretarjat għandu jirrapporta b’mod annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Dan ir-rapport se jiddokumenta l-eżiti ta’ kwalunkwe proċedura ta’ diskussjoni skont l-Artikolu 43 tal-Arranġament. Ser jinkludi sommarju għad-divulgazzjoni lill-pubbliku.

(b)

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw b’mod regolari l-kamp ta’ applikazzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Għal aktar ċertezza, se jsir rieżami sa tmiem l-2028 jew ladarba jkunu saru 150 tranżazzjoni tas-CCSU wara l-15 ta’ Lulju 2023, skont liema jseħħ l-ewwel. Dan ir-rieżami se jkun ibbażat fuq il-korp ta’ esperjenza żviluppat mill-proċess ta’ notifika (inkluż informazzjoni dwar l-istandards tekniċi jew ta’ prestazzjoni applikati u, fejn disponibbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub), l-aktar rapporti reċenti dwar ix-xjenza dwar il-klima, u valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq għat-teknoloġiji relatati mal-klima.

(c)

Jekk Parteċipant ikun imħasseb li dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim Settorjali ma għadhomx joperaw b’mod konsistenti mal-għan tal-Arranġament, kif stabbilit fl-Artikolu 1 (Għan) tal-Arranġament, dak il-Parteċipant jista’ jitlob li l-kwistjoni tiġi kkunsidrata fil-laqgħa skedata li jmiss tal-Parteċipanti u għandu jipprovdi evidenza tat-tħassib tiegħu.

(d)

L-Appendiċi I ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandu jiġi rieżaminat f’intervalli regolari, inkluż fuq talba ta’ Parteċipant, bil-għan li jiġi vvalutat jekk xi Klassi u/jew Tip ta’ Proġett għandhomx jiżdiedu, jew jitneħħew minnu, jew jekk għandhomx jinbidlu xi livelli limitu fit-tali Appendiċi. Il-proposti għal Klassijiet u/jew Tipi ġodda ta’ Proġetti għandhom jiġu appoġġati b’informazzjoni dwar kif il-proġetti fi Klassi/Tip bħal dawn għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

Appendiċi I

KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦAL PROĠETTI TA’ MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA

Id-definizzjonijiet jew l-istandards imsemmija hawn taħt huma maħsuba biex jippromwovu fehim komuni fost il-Parteċipanti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali għat-tipi ta’ proġetti korrispondenti. Dawn ma jippreġudikawx definizzjonijiet jew standards oħra relatati mal-klima li diġà jeżistu jew li qed jiġu żviluppati jew li għandhom jiġu żviluppati.

KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT A: Produzzjoni ta’ enerġija ambjentalment sostenibbli

TIP 1: Enerġija Rinnovabbli

Impjanti sħaħ jew partijiet minnhom, u l-modernizzazzjoni tal-impjanti eżistenti, fis-setturi ta’ hawn taħt:

(a)

L-enerġija mir-riħ.

(b)

L-enerġija ġeotermali.

(c)

L-enerġija tal-frugħ u l-mili tal-baħar u tax-xmajjar.

(d)

L-enerġija tal-mewġ.

(e)

L-enerġija ożmotika.

(f)

L-enerġija fotovoltajka tax-xemx.

(g)

L-enerġija termali tax-xemx.

(h)

L-enerġija termali tal-oċeani.

(i)

Il-bijoenerġija: il-gass tal-landfills sostenibbli kollu, il-gass tal-impjanti tat-trattament tad-dranaġġ, l-enerġija tal-bijogass jew il-fjuwil derivat minn installazzjonijiet tal-enerġija tal-bijomassa. “Bijomassa” għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali.

(j)

L-enerġija tal-ilma.

(k)

L-effiċjenza tal-enerġija fi proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli.

 

 

22 sena

TIP 2: Produzzjoni tal-Elettriku mill-Idroġenu Nadif

Il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu esklużiv tal-idroġenu nadif.

 

Għall-istandards tal-idroġenu nadif, ara KLASSI TA’ PROĠETT F, TIP 1.

Ara t-termini ta’ ripagament tal-Klassi ta’ Proġett F, Tip 1


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT B: Proġetti ta’ rimedju f’impjanti tal-fjuwils fossili, sostituzzjoni tal-fjuwils fossili

TIP 1: Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili bi Qbid u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju Operattivi (CCS)*

Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni tal-fluss tas-CO2 mill-emissjonijiet prodotti minn sorsi ta’ ġenerazzjoni tal-fjuwils fossili, it-trasport tiegħu lejn sit tal-ħżin, għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku ambjentalment sikur u permanenti tas-CO2 jew l-użu tiegħu bħala input jew materja prima biex jinħolqu prodotti jew servizzi.

Biex jinkisbu livelli baxxi ta’ emissjonijiet tal-karbonju għal sorsi tal-enerġija mill-fjuwils fossili.

L-intensità tal-karbonju għandha tikseb livell ta’ 350 tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull GWh ivventjati fl-atmosfera jew inqas (19);

jew

Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta’ qbid u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju tal-impjant b’65 % jew aktar;

jew

Ir-rata ta’ qbid għandha tkun mill-inqas 85 % tas-CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Il-85 % għandha tapplika f’kundizzjonijiet operattivi normali.

18-il sena

TIP 2: Irkupru Enerġetiku*

Unità ddedikata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bi trattament termali (inkluża l-gassifikazzjoni) ta’ skart solidu minn flussi mħallta.

Biex jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-enerġija konvenzjonali u jitnaqqsu l-GHG futuri bħall-metan li normalment jiġu mill-iskart.

Fil-każ ta’ ċiklu tal-fwar, effiċjenza fil-konverżjoni tal-enerġija tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) ta’ mill-inqas 75 % ibbażata fuq valur tat-tisħin aktar baxx (LHV). (20)

Fil-każ tal-gassifikazzjoni, effiċjenza tal-gassifikatur ta’ mill-inqas 65 % LHV. (21)

15-il sena

TIP 3: Impjanti tal-Enerġija Ibridi*

Impjant tal-enerġija li jiġġenera l-elettriku kemm minn sors ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll minn sors ta’ fjuwils fossili.

Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tad-disponibbiltà tal-impjant, huwa meħtieġ sors li jiġġenera l-fjuwils fossili għal dawk il-perjodi meta l-enerġija mis-sors tal-enerġija rinnovabbli ma tkunx disponibbli jew suffiċjenti. Is-sors tal-fjuwils fossili jippermetti l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-impjant ibridu, u b’hekk jinkiseb tnaqqis sinifikanti tal-karbonju meta mqabbel ma’ impjant standard tal-fjuwils fossili.

Mudell 1:

Żewġ sorsi ta’ ġenerazzjoni separati: wieħed ta’ Enerġija Rinnovabbli u l-ieħor minn fjuwil fossili.

Il-proġett għandu jitfassal b’tali mod li mill-inqas 50 % tal-output totali, annwali u pproġettat ta’ enerġija tiegħu joriġina mis-sors ta’ enerġija rinnovabbli tal-impjant.

Mudell 2:

Sors ta’ ġenerazzjoni uniku bl-użu tal-kombinazzjoni ta’ fjuwils rinnovabbli u fossili. Il-proġett għandu jitfassal b’tali mod li mill-inqas 75 % tal-enerġija utli prodotta tkun derivata mis-sors rinnovabbli.

15-il sena

Nota:

*

Fi sforz biex jirrispondu għall-esiġenzi klimatiċi, il-Parteċipanti ffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CCSU biex jinkludi klassijiet ġodda ta’ proġetti. Il-Parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jirrieżaminaw dawn il-klassijiet ta’ proġetti, li ma ġewx eżaminati mill-2012, malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard minn Marzu 2024.


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT C: Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

TIP 1: Proġetti Kkombinati ta’ Sħana u Enerġija*

Ġenerazzjoni simultanja ta’ diversi forom ta’ enerġija (elettrika, mekkanika u termali) f’sistema integrata waħda.

L-output tal-impjant ta’ CHP għandu jinkludi l-enerġija elettrika jew mekkanika u s-sħana għall-użu kummerċjali industrijali u/jew residenzjali.

Sa żewġ terzi tal-enerġija primarja użata biex jiġi ġġenerat elettriku f’impjanti konvenzjonali tal-enerġija termali jintilfu fil-forma ta’ sħana. Għalhekk, il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija (CHP) tista’ tkun għażla effettiva ta’ mitigazzjoni tal-GHG. Is-CHP hija possibbli bil-magni u l-fjuwils kollha tas-sħana (inklużi l-enerġija tal-bijomassa u solari termali) minn impjanti tal-enerġija b’kondensazzjoni tal-fwar minn ftit kW sa 1 000 MW. (22)

Effiċjenza ġenerali ta’ mill-inqas 75 % abbażi ta’ valur tat-tisħin aktar baxx (LHV). (23)

15-il sena

TIP 2: Tisħin u/jew tkessiħ distrettwali*

Network li jġorr/jiddistribwixxi l-enerġija termali mill-unità li tipproduċi l-enerġija sal-użu aħħari.

Biex titjieb l-effiċjenza tat-tisħin distrettwali billi jinbnew networks tal-pajpijiet għall-fwar u/jew għall-ilma sħun b’effiċjenza termali sostanzjali, kemm billi jiġi mminimizzat it-telf tal-pajpijiet u tal-konvertituri, kif ukoll billi jiżdied l-ammont ta’ utilizzazzjoni tas-sħana mormija.

It-tkessiħ distrettwali huwa teknoloġija integrattiva li tista’ tagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tat-tniġġis tal-arja u għaż-żieda tas-sigurtà tal-enerġija eż. permezz tas-sostituzzjoni ta’ kondizzjonaturi tal-arja individwali.

Il-konduttività termali tal-pajpijiet distrettwali għandha tkun anqas minn 80 % tal-konduttività termali rilevanti meħtieġa mill-istandard Ewropew EN253:2009 (li għandha tiġi rieżaminata meta jiġi aġġornat dan l-istandard).

15-il sena

TIP 3: Grilji Intelliġenti*

Networks tal-elettriku integrati u teknoloġikament avvanzati b’kapaċitajiet dinamiċi mtejba għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-input u tal-output tal-komponenti tekniċi kostitwenti kollha tagħhom (bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, Soluzzjonijiet ta’ Ġestjoni tan-Network, konvertituri u Sistemi ta’ Kurrent Dirett b’Vultaġġ Għoli (HVDC), Sistemi ta’ Trażmissjoni b’Kurrent Alternat Flessibbli (FACTS), Sistemi ta’ Enerġija Speċjali (SPS), it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, Soluzzjonijiet Elettroniċi tal-Enerġija tal-Grilja Intelliġenti, tnaqqis fil-konsum, kejl, riżorsi tal-enerġija distribwita).

ICT skont standards industrijali miftiehma internazzjonalment bħal NIST-SGIP u ETSI-CEN-CENELEC.

Biex l-operaturi ta’ networks, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni, l-utenti tal-grilja, is-sidien tal-ħżin, l-operaturi tal-kejl, il-fornituri tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi jew l-operaturi tal-pjattaformi tal-iskambju tal-enerġija jkunu jistgħu joħolqu sistemi tal-enerġija ekonomiċi, ekoloġiċi, ibbilanċjati u sostenibbli b’telf ta’ trażmissjoni mnaqqas u livelli ottimizzati ta’ kwalità tal-provvista, sigurtà, stabbiltà tal-grilja, affidabilità, ġbir ta’ enerġija rinnovabbli, u kosteffiċjenza billi jiġu appoġġati l-kuntratti ta’ provvista li jinvolvu l-aktar l-esportazzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi innovattivi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

L-istandards 1, 2 (a jew b) u 3 għandhom jiġu ssodisfati.

1.

Il-kost totali tal-proġett jinkludi mill-inqas 20 % għal aġġornamenti eliġibbli tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).

2a.

Tnaqqis minimu stmat ta’ 10 % fl-ammont ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils fossili se jirriżulta mill-proġett jew mill-applikazzjoni, jew

2b.

Tnaqqis sinifikanti ppruvat fl-emissjonijiet tas-CO2 se jkun jista’ jsir permezz ta’:

tnaqqis ta’ mill-inqas 5 % fit-telf tal-enerġija fil-grilja tal-elettriku moqdija mill-applikazzjoni jew mill-proġett tal-Grilja Intelliġenti; jew

tnaqqis ta’ mill-anqas 5 % fil-konsum aggregat tal-elettriku minn tagħbijiet moqdija mill-applikazzjoni jew il-proġett tal-Grilja Intelliġenti; jew

injezzjoni intermittenti ta’ enerġiji rinnovabbli, inkluż minn livelli ta’ vultaġġ subordinati, li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % addizzjonali tal-enerġija totali injettata fil-grilja fejn jiġu applikati t-teknoloġiji tal-grilja intelliġenti.

3.

Qabel l-awtorizzazzjoni, parti terza indipendenti u kwalifikata tirrieżamina l-proġett u tħejji rapport li jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-applikazzjoni jew tal-proġett propost tal-Grilja Intelliġenti u tivverifika jekk il-proġett jew l-applikazzjoni humiex se jissodisfaw l-istandards 1 u 2 (a jew b). Għal proġetti li jużaw l-istandard 2b, it-tnaqqis stmat ta’ emissjonijiet ta’ C02 magħmul possibbli mill-proġett jiġi inkluż fir-rapport. Tali rapport jiġi kondiviż mal-Parteċipanti qabel kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ appoġġ finanzjarju u l-awtorizzazzjoni tkun bil-kundizzjoni li r-rapport jivverifika pożittivament li l-istandards 1 u 2 (a jew b) jiġu ssodisfati permezz tal-applikazzjoni jew il-proġett tal-Grilja Intelliġenti.

L-istandards jitkejlu billi jitqabblu l-emissjonijiet stmati jew l-użu tal-enerġija minn Żona Moqdija mill-Grilja jekk jiġu applikati t-teknoloġiji proposti tal-Grilja Intelliġenti mal-emissjonijiet jew mal-użu tal-enerġija ta’ dik l-istess żona kieku t-teknoloġiji proposti tal-Grilja Intelliġenti ma jiġux applikati.

15-il sena

Nota:

*

Fi sforz biex jirrispondu għall-esiġenzi klimatiċi, il-Parteċipanti ffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CCSU biex jinkludi klassijiet ġodda ta’ proġetti. Il-Parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jirrieżaminaw dawn il-klassijiet ta’ proġetti, li ma ġewx eżaminati mill-2012, malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard minn Marzu 2024.


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT D: Proġetti ta’ qbid, użu u ħżin tal-karbonju (CCUS)

 

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li huma ddedikati għal:

Il-qbid tas-CO2 minn sorsi ta’ emissjonijiet li altrimenti jiġu rilaxxati fl-atmosfera, jew il-qbid tas-CO2 mill-arja ambjentali;

It-tħejjija tas-CO2 maqbud għat-trasportazzjoni (permezz ta’ pipeline, bil-ferrovija, bit-triq, jew bil-vapur), li tinkludi t-tħejjija tas-CO2 maqbud għall-ispeċifikazzjoni tat-trasport (eż., il-kompressjoni);

It-trasport tas-CO2 maqbud sal-punt tal-użu aħħari; jew,

Il-ħżin permanenti tas-CO2 maqbud.

Biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-karbonju minn sorsi eżistenti.

Bħala minimu, il-faċilitajiet tal-qbid tal-arja ambjentali jridu jaqbdu l-ekwivalenti ta’ CO2 tal-emissjonijiet operattivi tagħhom stess.

Il-ħżin ġeoloġiku ddedikat jikkonforma mal-ISO 27914:2017.

L-utilizzazzjoni eliġibbli tas-CO2 maqbud u/jew trasportat hija koperta taħt Fjuwils Likwidi u Gassużi Nodfa (KLASSI TAL-PROĠETT K) u Manifattura b’Emissjonijiet Baxxi (KLASSI TAL-PROĠETT G).

L-użu tas-CO2 għal attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili bħall-irkupru mtejjeb taż-żejt ma huwiex eliġibbli.

Sistemi xierqa ta’ detezzjoni ta’ tnixxijiet u pjanijiet ta’ monitoraġġ ikunu fis-seħħ għat-trasport u l-ħżin tas-CO2, b’rapporti regolari vverifikati mill-awtoritajiet nazzjonali jew minn parti terza indipendenti.

22 sena


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT E: Trażmissjoni, distribuzzjoni u ħżin tal-enerġija

TIP 1: Ġestjoni, Trażmissjoni u Distribuzzjoni tal-Enerġija

Il-kostruzzjoni u/jew l-espansjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija fuq skala tal-grilja (eż., kimiċi, termali, mekkaniċi, u elettrokimiċi).

Il-kostruzzjoni u l-espansjoni ta’ infrastruttura li tittrasporta elettriku b’livell baxx ta’ karbonju, inkluż konnessjonijiet diretti ma’ sorsi b’livell baxx ta’ karbonju u sezzjonijiet ta’ networks fejn it-taħlita tal-elettriku tissodisfa l-istandards.

Installazzjoni ta’ arloġġi intelliġenti u teknoloġiji oħra li jtejbu l-effiċjenza tal-grilja.

Biex tiġi ffaċilitata dekarbonizzazzjoni fit-tul u kosteffettiva tas-sistemi tal-enerġija.

Proġetti relatati mal-elettriku b’livell baxx ta’ karbonju huma eliġibbli fejn l-elettriku b’livell baxx ta’ karbonju jinkludi aktar minn 60 % tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata ġdida matul il-perjodu ta’ 5 snin.

L-elettriku b’livell baxx ta’ karbonju jirreferi għal kwalunkwe sors tal-enerġija elenkat fil-Klassi tal-Proġett A ta’ dan l-Appendiċi, jew fejn l-emissjonijiet ta’ GHG mill-elettriku prodott ikunu taħt il-valur limitu ta’ 133 gCO2e/kWh.

Minħabba li l-elettrifikazzjoni fil-pajjiżi b’introjtu baxx u medju-baxx hija kritika għad-dekarbonizzazzjoni, l-istandard ta’ hawn fuq ma għandux japplika għal proġetti f’dawn il-pajjiżi qabel 5 snin wara d-data effettiva ta’ dan il-Ftehim, sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. Dawn il-proġetti huma soġġetti għall-Artikolu 43.

Il-kostruzzjoni u l-espansjoni ta’ proġetti infrastrutturali li jittrasportaw l-elettriku huma eliġibbli sakemm ma jkunux qed jikkonnettjaw direttament l-impjanti tal-enerġija mill-fjuwils fossili mal-grilja.

Id-dokumenti tal-proġett tal-effiċjenza tal-grilja jridu juru b’mod kredibbli li l-effiċjenza enerġetika hija l-għan primarju tal-proġett.

22 sena

TIP 2: Produzzjoni u Riċiklaġġ tal-Batteriji

Kostruzzjoni ta’ faċilitajiet li jimmanifatturaw batteriji rikarikabbli, pakketti tal-batteriji, u ċelluli tal-batteriji b’użi finali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (pereżempju, għal applikazzjonijiet tal-utilitajiet, tat-trasport u industrijali).

Riċiklaġġ ta’ batteriji fi tmiem ħajjithom.

Biex jiżdied l-output tal-batteriji għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni kosteffettiva tal-attivitajiet b’emissjonijiet għoljin.

Id-deskrizzjoni tal-proġett fin-notifika għandha tinkludi deskrizzjoni tal-użu aħħari tal-batterija.

22 sena


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT F: Idroġenu u ammonijaka nodfa

TIP 1: Produzzjoni ta’ Idroġenu Nadif

Kostruzzjoni ta’ faċilitajiet iddedikati għall-produzzjoni tal-idroġenu nadif.

Biex tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni ta’ setturi b’emissjonijiet għoljin.

Il-proġetti tal-idroġenu nadif huma eliġibbli fejn:

i.

L-idroġenu għandu emissjonijiet well-to-gate (mill-produzzjoni tal-materja prima sal-kunsinna tal-idroġenu) li huma inqas minn 3 kg CO2e għal kull kg ta’ H2 (livell 1);

ii.

L-idroġenu għandu emissjonijiet well-to-gate (mill-produzzjoni tal-materja prima sal-kunsinna tal-idroġenu) li huma inqas minn 4 kg CO2e għal kull kg ta’ H2 (livell 2).

Livell 1: 22 sena

Livell 2: 18-il sena

TIP 2: Produzzjoni ta’ Ammonijaka Nadifa

Kostruzzjoni ta’ faċilitajiet iddedikati għall-produzzjoni tal-ammonijaka nadifa.

Biex tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni ta’ setturi b’emissjonijiet għoljin.

L-ammonijaka nadifa hija dik prodotta minn idroġenu nadif skont l-istandards definiti f’dan l-Appendiċi jew li tiġi rkuprata mill-ilma mormi. Il-livelli limitu għall-ammonijaka nadifa jikkorrispondu għal-livelli limitu għall-idroġenu nadif użat fil-produzzjoni tagħha. Ma hemm ebda limitu għall-ammonijaka nadifa rkuprata mill-ilma mormi.

Livell 1 u ammonijaka nadifa rkuprata mill-ilma mormi: 22 sena

Livell 2; 18-il sena

TIP 3: Trażmissjoni, Distribuzzjoni u Ħżin tal-Idroġenu

Kostruzzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin, tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni li huma konnessi ma’ impjanti tal-produzzjoni tal-idroġenu nadif jew li huma mistennija li jiġu konnessi ma’ impjanti bħal dawn fi żmien ħames snin.

Konverżjoni tal-faċilitajiet tal-gass eżistenti f’faċilitajiet 100 % tal-idroġenu.

Għoti ta’ skop ġdid lin-networks tal-gass li jippermetti l-integrazzjoni tal-idroġenu.

Biex tiġi żviluppata l-infrastruttura meħtieġa għat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-idroġenu nadif, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-idroġenu nadif se juża l-istess faċilitajiet ta’ trażmissjoni, distribuzzjoni u ħżin bħal idroġenu ieħor, u r-rikonoxximent ulterjuri li l-użu tal-idroġenu nadif jeħtieġ l-iżvilupp ta’ infrastruttura għall-użu mit-tipi kollha tal-idroġenu.

Fejn japplika, irreferi għall-istandards tal-idroġenu nadif fil-KLASSI TAL-PROĠETT F, TIP 1.

22 sena


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT G: Manifattura b’emissjonijiet baxxi  (24)

 

Manifattura b’emissjonijiet baxxi inkluż il-kostruzzjoni, l-espansjoni, jew il-modernizzazzjoni ta’ impjanti ta’ manifattura sħaħ u partijiet minnhom, provvisti ta’ tagħmir, u infrastruttura u servizzi assoċjati direttament.

Lista illustrattiva:

(a)

Metalli tal-ħadid u mhux tal-ħadid

(b)

Siment

(c)

Prodotti kimiċi (inkluż fertilizzant, ammonijaka)

(d)

Polpa tal-karta u Karta

Sabiex jinċentivaw lill-manifatturi jimxu lejn prattiki sostenibbli f’setturi diffiċli sabiex jitrażżnu bl-għan, b’mod partikolari fis-setturi tal-manifattura li jesperjenzaw provvista żejda globali, li jappoġġaw is-sostituzzjoni ta’ teknoloġiji intensivi fil-GHG b’teknoloġiji li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Qabel il-kunsens dwar standards xierqa fir-rieżami futur mill-Parteċipanti, il-Parteċipanti jridu jużaw il-proċeduri tal-linja komuni deskritti fl-Artikoli 54-59 tal-Arranġament biex jippreżentaw proposta għal proġett ta’ manifattura b’emissjonijiet baxxi. Il-proposta għandha tinkludi l-intensità tal-GHG tal-produzzjoni tal-prodott manifatturat, ikkalkulata f’konformità mal-Protokoll ta’ Rappurtar dwar il-GHG, filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u 2. Il-proposta għandha tippreżenta raġuni għaliex dan il-livell jikkwalifika bħala emissjonijiet baxxi. Din l-informazzjoni trid tkun appoġġata minn dokumenti li se jiġu ppreżentati mal-proposta.

Għal proġetti relatati ma’ kuntratti b’valur ta’ mill-inqas SDR 20 miljun, għandu jsir rieżami indipendenti tal-proġett minn parti terza, jew separatament jew imwettaq flimkien mat-tħejjija tad-dokumenti tal-proġett.

Din id-dokumentazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi ppubblikata f’forma standardizzata fuq is-sit web tal-OECD fid-data tal-ewwel prelevament (għandha tittieħed ispirazzjoni mit-trasparenza tal-proġett tal-Klassi A tal-grupp ta’ ħidma dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu).

22 sena


KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA

TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

KLASSI TAL-PROĠETT H: Trasport b’emissjonijiet żero u baxxi

TIP 1: Trasport b’emissjonijiet żero u infrastruttura abilitanti  (25)

Flotot b’emissjonijiet diretti żero inkluż vetturi għat-trasport bit-triq, sistemi ta’ trasport fuq il-binarji, (26) u t-trasport bl-ilma u infrastruttura assoċjata essenzjali għat-tħaddim ta’ tali vetturi. (27)

It-tranżizzjoni lejn flotot b’emissjonijiet diretti żero mill-pajp tal-egżost hija kruċjali biex tinkiseb il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

L-emissjonijiet diretti tas-CO2 mill-pajp tal-egżost min-naħa tal-assi mobbli huma żero.

Il-vetturi b’emissjonijiet żero jinkludu vetturi elettriċi u vetturi b’ċellula tal-fjuwil.

It-trasport ta’ merkanzija, inkluż vetturi, ferroviji, vaguni jew bastimenti u l-infrastruttura essenzjali għat-tħaddim ta’ tali vetturi ma jridux ikunu ddedikati għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

Għall-infrastruttura assoċjata, in-notifika tal-proġett għandha tinkludi deskrizzjoni tar-rabta bejn il-vetturi b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura, inkluż kif hija essenzjali għat-tħaddim tat-tali vetturi.

Sabiex jiksbu termini ta’ ripagament itwal minn 18-il sena għall-bastimenti, il-Parteċipanti jridu jużaw il-proċeduri tal-linja komuni deskritti fl-Artikoli 54-59 tal-Arranġament. Il-proposta trid tiġġustifika għaliex huma meħtieġa termini itwal ta’ ripagament. It-termini massimi ta’ ripagament ma għandhomx jaqbżu t-22 sena.

22 sena għal kull trasport u infrastruttura abilitanti ħlief bastimenti

18-il sena għal bastimenti

TIP 2: Ferroviji b’emissjonijiet baxxi u infrastruttura abilitanti

Trasport ferrovjarju b’emissjonijiet baxxi, inkluż ferroviji bimodali elettrodiżil u lokomottivi ibridi u infrastruttura assoċjata essenzjali għat-tħaddim ta’ tali vetturi.

Sabiex jinċentivaw it-trasport ferrovjarju ibridu u b’emissjonijiet baxxi fejn l-użu tiegħu se jikseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet u jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Fil-każ ta’ ferroviji bimodali, il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni għandhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 żero mill-pajp tal-egżost meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (ferroviji bimodali).

20 sena

TIP 3: Trasport heavy duty b’emissjonijiet baxxi u infrastruttura abilitanti

Vetturi ibridi rikarikabbli (PHEV) għal applikazzjonijiet industrijali jew tal-merkanzija u infrastruttura assoċjata essenzjali għat-tħaddim ta’ tali vetturi.

Vetturi elettriċi ibridi (HEV) għal applikazzjonijiet industrijali jew tal-merkanzija.

Sabiex jiġu inċentivati vetturi ibridi u b’emissjonijiet baxxi fejn l-użu tagħhom se jikseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet u jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Għal vetturi ibridi rikarikabbli, il-vettura għandha emissjonijiet diretti ta’ CO2 żero mill-pajp tal-egżost meta titħaddem bl-użu ta’ mutur elettriku u għall-bqija tuża magna konvenzjonali.

Għal vetturi elettriċi ibridi, il-vettura tikseb tnaqqis ta’ 35 % fl-emissjonijiet diretti ta’ CO2 mill-pajp tal-egżost jew żieda ta’ 35 % fl-effiċjenza enerġetika meta mqabbla mal-vetturi konvenzjonali korrispondenti fis-sena tal-aktar mudell ġdid.

20 sena għal vetturi elettriċi rikarikabbli

18-il sena għal vetturi elettriċi ibridi

TIP 4: Trasport bl-ilma b’emissjonijiet baxxi

It-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt din il-klassi tal-proġett jibqgħu soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Kapitolu II sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ aktar diskussjonijiet mill-Parteċipanti dwar il-kriterji, l-istandards u d-definizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati.

KLASSI TAL-PROĠETT I: Minerali u Minerali Mhux Maħduma ta’ Enerġija Nadifa  (28)

 

Il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet involuti fl-estrazzjoni bbażata fuq l-art, ir-riċiklaġġ, l-ipproċessar u/jew ir-raffinar (inkluż il-metallizzazzjoni) ta’ minerali mhux maħduma jew minerali fejn il-prodott li jirriżulta minn dawn il-proċessi jifforma parti mill-katina tal-provvista għal proġetti eliġibbli (jew partijiet eliġibbli minnhom) skont l-Appendiċi I, Klassi A – Tip 1: Enerġija Rinnovabbli; Klassi E – Tip 2: Produzzjoni u Riċiklaġġ tal-Batteriji.

Lista Illustrattiva:

Ram

Kobalt

Nikil

Litju

Elementi tal-Materjali tal-Art Rari (REEs)

Kromu

Żingu

Metalli tal-Grupp tal-Platinu (PGMs)

Aluminju

Biex tiġi żgurata provvista stabbli u affordabbli ta’ materjali fil-katina tal-provvista għal proġetti eliġibbli (jew partijiet minnhom) skont dan l-Appendiċi li huma kruċjali biex tinkiseb il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Qabel l-iżvilupp ta’ standards xierqa li l-Parteċipanti se jirrieżaminaw bħala parti mill-ħidma futura tagħhom, il-Parteċipanti se jużaw il-proċeduri tal-linja komuni deskritti fl-Artikoli 54-59 tal-Arranġament biex jippreżentaw proposta għal proġett ta’ minerali u minerali mhux maħduma ta’ enerġija nadifa. Din l-informazzjoni se tkun appoġġata minn dokumenti li se jiġu ppreżentati mal-proposta.

Għal proġetti għall-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-raffinar ta’ minerali mhux maħduma jew minerali, il-proposta għandha tinkludi l-intensità tal-GHG tal-prodott li jirriżulta, ikkalkulata f’konformità mal-Protokoll ta’ Rapportar dwar il-GHG, filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni 1 u 2 tal-emissjonijiet. Għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar liema miżuri ttieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. Għall-proġetti ta’ estrazzjoni, il-proposta se tinkludi divulgazzjoni tal-ħajja ekonomika tar-riżerva minerali, stmata f’konformità mal-linji gwida rikonoxxuti u aċċettati internazzjonalment fl-industrija tal-minjieri u r-raġunament relatat għall-maturità applikata.

Il-proposta se tinkludi wkoll deskrizzjoni li turi evidenza li:

proporzjon sinifikanti ta’ offtake mill-faċilità se jifforma parti mill-katina tal-provvista għal proġetti eliġibbli (jew partijiet eliġibbli minnhom) skont l-Appendiċi I, Klassi A – Tip 1: Enerġija Rinnovabbli; Klassi E – Tip 2: Produzzjoni u Riċiklaġġ tal-Batteriji; jew

hemm fis-seħħ impriża legalment infurzabbli li tirrikjedi li proporzjon sinifikanti ta’ offtake jintuża bħala parti mill-katina tal-provvista għal proġetti eliġibbli (jew partijiet eliġibbli minnhom) skont l-Appendiċi I, Klassi A – Tip 1: Enerġija Rinnovabbli; Klassi E – Tip 2: Produzzjoni u Riċiklaġġ tal-Batteriji; jew

il-proġett jikkontribwixxi b’mod ċar għaż-żieda fil-provvista ta’ minerali jew minerali mhux maħduma li huma rikonoxxuti internazzjonalment bħala komponenti essenzjali għall-enerġija rinnovabbli, inkluż proġetti eliġibbli (jew partijiet eliġibbli minnhom) skont l-Appendiċi I, Klassi A - Tip 1: Enerġija Rinnovabbli; Klassi E - Tip 2 Produzzjoni u Riċiklaġġ tal-Batteriji, u fejn id-domanda totali għal tali minerali jew minerali mhux maħduma hija mbassra li tiżdied b’mod sinifikanti matul l-għoxrin sena li ġejjin f’xenarju li jissodisfa l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Jekk il-Parteċipanti jaċċettaw il-proposta, il-proġett se jiġi rrappurtat f’forma standardizzata fuq is-sit web tal-OECD fid-data tal-ewwel prelevament.

22 sena

KLASSI TAL-PROĠETT J: Produzzjoni ta’ fjuwils likwidi u gassużi nodfa

 

It-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt din il-klassi tal-proġett jibqgħu soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Kapitolu II sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ aktar diskussjonijiet mill-Parteċipanti dwar il-kriterji, l-istandards u d-definizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati.

Appendiċi II

KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦAL PROĠETTI TA’ ADATTAMENT GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA

Proġett ikun eliġibbli għat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji massimi li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali jekk:

(a)

Il-proġett inaqqas il-kuntest speċifiku għall-post ta’ vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Dan it-tnaqqis huwa indikat u spjegat b’mod espliċitu fid-dokumenti tal-proġett permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita ta’ intenzjoni biex tiġi indirizzata l-vulnerabbiltà klimatika identifikata u analiżi li tartikola rabta ċara u diretta bejn il-kuntest tal-vulnerabbiltà klimatika u l-attivitajiet speċifiċi ta’ adattament tal-proġett li jindirizzaw il-vulnerabbiltà klimatika. Dawk l-attivitajiet speċifiċi tal-proġett jiddefinixxu s-sehem tal-proġett li jindirizza direttament il-vulnerabbiltà tat-tibdil fil-klima. Jekk l-adattament għat-tibdil fil-klima huwa objettiv ta’ attivitajiet speċifiċi tal-proġett, huma biss dawk l-attivitajiet li huma eliġibbli. Jekk l-adattament għat-tibdil fil-klima huwa objettiv tal-proġett sħiħ, jewma huwiex teknikament fattibbli li ssir diżaggregazzjoni bejn l-attivitajiet tal-proġett ta’ adattament u dawk mhux ta’ adattament, il-proġett sħiħ jitqies li jindirizza direttament il-vulnerabbiltajiet tat-tibdil fil-klima u huwa eliġibbli.

(b)

Għal proġetti relatati ma’ kuntratti b’valur ta’ mill-inqas SDR 20 miljun, isir rieżami indipendenti tal-proġett minn parti terza, jew separatament jew imwettaq flimkien mat-tħejjija tad-dokumenti tal-proġett. Ir-rieżami jkun disponibbli għall-pubbliku, bħal dak ippubblikat fis-sit web tal-proġett jew fis-sit web tal-korp pubbliku rilevanti. Ir-rieżami għandu jivverifika r-raġunament stabbilit fil-paragrafu a. ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, għal proġetti relatati ma’ kuntratti fejn ma jkunx teknikament fattibbli li jiġu diżaggregati l-attivitajiet tal-proġett ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u dawk mhux ta’ adattament, ir-rieżami għandu jivverifika l-infattibbiltà teknika tad-diżaggregazzjoni tal-komponenti tal-proġett.

(c)

Il-ħajja utli tal-proġett taqbeż it-terminu ta’ ripagament.

ANNESS II

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI

KAPITOLU I

AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

(a)

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti għal:

1.

L-esportazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari sħaħ jew ta’ partijiet minnhom, li jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha, inkluż it-taħriġ tal-persunal meħtieġ direttament għall-kostruzzjoni u għall-kummissjonar ta’ tali impjanti.

2.

Il-modernizzazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti.

3.

Il-provvista ta’ fjuwil nukleari u ta’ arrikkiment.

4.

Il-ġestjoni tal-fjuwil użat.

(b)

Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal:

1.

Oġġetti li jinsabu barra mill-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari li għalihom ikun normalment responsabbli x-xerrej, b’mod partikolari l-kostijiet assoċjati mal-iżvilupp tal-art, it-toroq, ir-raħal tal-kostruzzjoni, il-linji tal-elettriku, l-installazzjoni tat-trażmissjoni tal-enerġija (29) u l-provvista tal-ilma, kif ukoll il-kostijiet li jinħolqu fil-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. il-permess tas-sit, il-permess tal-kostruzzjoni, il-permess għat-tagħbija tal-fjuwil).

2.

Substazzjonijiet, transformers u linji ta’ trażmissjoni li jinsabu barra mill-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari.

3.

Appoġġ uffiċjali pprovdut għad-dekummissjonar ta’ impjant tal-enerġija nukleari.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

2.   TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT

(a)

It-terminu massimu ta’ ripagament għall-oġġetti u s-servizzi koperti bl-Artikolu 1 a) 1) ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa ta’ 22 sena.

(b)

It-terminu massimu ta’ ripagament għall-oġġetti u s-servizzi koperti bl-Artikolu 1 a) 2) ta’ dan il-Ftehim Settorjali, fejn kemm il-valur globali tal-modernizzazzjoni jkun daqs jew ogħla minn SDR 80 miljun kif ukoll il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b’tal-inqas il-perjodu ta’ ripagament li għandu jingħata, huwa ta’ 22 sena. It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha koperti bl-Artikolu 1 a) 2) ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa ta’ 15-il sena.

(c)

It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil huwa ta’ erba’ snin mill-konsenja. It-terminu massimu ta’ ripagament għal rikarigi sussegwenti ta’ fjuwil nukleari huwa ta’ sentejn mill-konsenja.

(d)

It-terminu massimu ta’ ripagament għar-rimi ta’ fjuwil użat huwa ta’ sentejn.

(e)

It-terminu massimu ta’ ripagament għall-arrikkiment u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat huwa ta’ ħames snin.

3.   RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu għall-esportazzjoni għandha normalment titħallas lura f’pagamenti parzjali ugwali u regolari jew, fejn xieraq (eż. meta jiġi pprovdut appoġġ għal tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni jew għall-esportazzjoni ta’ makkinarju jew tagħmir awtonomu), ripagamenti ugwali ta’ kapital u mgħax ikkombinati.

(b)

Il-kapital għandu jitħallas lura bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sena u l-ewwel pagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn sena wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 6 xhur u l-ewwel pagament tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ ta’ ripagamenti annwali tal-kapital, l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(d)

L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat.

(e)

Meta jkun iġġustifikat minn diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn permess skont il-parametri stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn fuq, jistgħu jiġu pprovduti krediti għall-esportazzjoni skont dan il-Ftehim bil-limitazzjonijiet li ġejjin:

1.

L-ebda ripagament uniku tal-kapital jew serje ta’ pagamenti kapitali f’perjodu ta’ 6 xhur ma għandu jaqbeż il-35 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

2.

L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 36 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

3.

It-tul ta’ żmien medju ponderat massimu tal-perjodu ta’ ripagament huwa l-akbar minn 70 % tat-terminu ta’ ripagament tat-tranżazzjoni jew sitt snin.

4.   APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MAL-FJUWIL NUKLEARI

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu fjuwil nukleari jew servizzi bla ħlas.

5.   GĦAJNUNA

Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ f’forma ta’ għajnuna.

KAPITOLU III

PROĊEDURI

6.   NOTIFIKA MINN QABEL

(a)

Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 tal-Arranġament mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur tal-kreditu ta’ aktar minn SDR 10 miljun jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Għal tranżazzjonijiet li ġew appoġġati skont l-Artikolu 3 e) hawn fuq, il-Parteċipanti għandhom, fost l-oħrajn, jipprovdu:

1.

informazzjoni dettaljata dwar il-profil ta’ ripagament appoġġat u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex hemm diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli jekk appoġġat skont l-Artikoli 3 a) u 3 b), u

2.

għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ ripagament li ma jikkorrispondix mal-fluss liberu tal-flus, ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata tal-profil ta’ ripagament appoġġat.

(b)

Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex jitħaffef ir-rieżami tal-korp ta’ esperjenza.

KAPITOLU IV

RIEŻAMI

7.   RIEŻAMI U MONITORAĠĠ

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw b’mod regolari d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali u mhux aktar tard minn tmiem l-2023

ANNESS III

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU ĊIVILI

PARTI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   GĦAN

(a)

L-għan ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi qafas għall-użu prevedibbli, konsistenti u trasparenti ta’ krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati għall-bejgħ jew għal-lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u ta’ oġġetti u servizzi oħrajn speċifikati fl-Artikolu 4 a) hawn taħt. Dan il-Ftehim Settorjali għandu l-għan li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għal tali krediti għall-esportazzjoni, sabiex jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni fost l-esportaturi abbażi tal-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u s-servizzi esportati aktar milli fuq l-aktar kundizzjonijiet finanzjarji favorevoli uffiċjalment appoġġati.

(b)

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi l-aktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li bihom jistgħu jiġu pprovduti krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(c)

Għal dan il-għan, dan il-Ftehim Settorjali jfittex li jistabbilixxi bilanċ armonjuż li, fis-swieq kollha:

1.

Jirrendi ugwali l-kundizzjonijiet finanzjarji kompettittivi bejn il-Parteċipanti,

2.

Jinnewtralizza l-appoġġ uffiċjali bejn il-Parteċipanti bħala fattur fl-għażla bejn oġġetti u servizzi f’kompetizzjoni speċifikati fl-Artikolu 4 a) hawn taħt, u

3.

Jevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fost il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali u kwalunkwe sors ieħor ta’ finanzjament.

(d)

Il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet inklużi f’dan il-Ftehim Settorjali ġew żviluppati għall-iskop uniku ta’ dan il-Ftehim Settorjali u tali dispożizzjonijiet ma jippreġudikawx il-partijiet l-oħra tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (l-Arranġament) u l-evoluzzjoni tagħhom.

2.   STATUS

Dan il-Ftehim Settorjali huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti tiegħu u huwa l-Anness III tal-Arranġament; dan jifforma parti integrali mill-Arranġament u jieħu post il-Ftehim Settorjali, li daħal fis-seħħ f’Lulju 2007.

3.   PARTEĊIPAZZJONI

Il-Parteċipanti bħalissa huma: l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Kwalunkwe non-Parteċipant jista’ jsir Parteċipant f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I.

4.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

(a)

Dan il-Ftehim Settorjali għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu pprovdut minn gvern jew f’ismu, u li għandu terminu ta’ ripagament ta’ sentejn jew iktar, għall-esportazzjoni ta’:

1.

Inġenji tal-ajru ċivili ġodda u magni installati fuqhom, inkluż tagħmir fornut mix-xerrej.

2.

Inġenji tal-ajru ċivili użati, ikkonvertiti u restawrati u magni installati fuqhom, inkluż, f’kull każ, tagħmir fornut mix-xerrej.

3.

Magni ta’ rikambju.

4.

Spare parts għall-inġenji tal-ajru ċivili u l-magni tagħhom.

5.

Kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz għall-inġenji tal-ajru ċivili u l-magni tagħhom.

6.

Il-konverżjoni, modifiki kbar u r-restawr ta’ inġenji tal-ajru ċivili.

7.

Kits għall-magni.

(b)

L-appoġġ uffiċjali jista’ jingħata f’forom differenti:

1.

Garanzija jew assigurazzjoni (kopertura pura) tal-kreditu għall-esportazzjoni.

2.

Appoġġ finanzjarju uffiċjali:

kreditu/finanzjament dirett u rifinanzjament jew

appoġġ għar-rata tal-imgħax.

3.

Kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.

(c)

Dan il-Ftehim Settorjali ma għandux japplika għal appoġġ uffiċjali għal:

1.

L-esportazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru militari ġodda jew użati u l-oġġetti u s-servizzi relatati elenkati fil-paragrafu a) iktar ’il fuq, inkluż meta jintużaw għal skopijiet militari.

2.

Simulaturi tat-titjiriet ġodda jew użati.

5.   INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NONPARTEĊIPANTI

Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jwieġeb għal talba dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu mingħand non-Parteċipant f’sitwazzjoni kompetittiva, bl-istess mod li jwieġeb għal talba mingħand Parteċipant.

6.   APPOĠĠ TA’ GĦAJNUNA

Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ ta’ għajnuna, ħlief għal skopijiet umanitarji permezz ta’ proċedura ta’ Linja Komuni.

7.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

Dan il-Ftehim Settorjali ma jipprevjenix lill-Parteċipanti tiegħu milli jaqblu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk previsti minn dan il-Ftehim Settorjali, jekk tali azzjoni tittieħed wara li l-ftehim ta’ kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari jkunu diġà saru effettivi u tkun maħsuba biss biex tevita jew timminimizza t-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ħlas jew pretensjonijiet. Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha u lis-Segretarjat tal-OECD (is-Segretarjat) bit-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji modifikati, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-qbil tal-Parteċipant max-xerrej/mal-mutwatarju. In-notifika għandu jkun fiha informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji l-ġodda, inkluża l-motivazzjoni tagħhom, bl-użu tal-formola għar-rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

PARTI 2

INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

KAPITOLU I

KOPERTURA

8.   INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

(a)

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inġenju tal-ajru ġdid huwa:

1.

Inġenju tal-ajru, inkluż tagħmir fornut mix-xerrej, u l-magni installati fuq tali inġenju tal-ajru li jkunu proprjetà tal-manifattur u li ma jkunux ġew ikkonsenjati jew użati qabel għall-iskop maħsub tiegħu li jġorr passiġġieri u/jew merkanzija u

2.

Magni ta’ rikambju u spare parts meta jkunu meqjusa li jagħmlu parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju tal-ajru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 a) iktar ’l isfel.

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu a) iktar ’il fuq, Parteċipant jista’ jappoġġa termini xierqa għall-inġenji tal-ajru l-ġodda għal tranżazzjonijiet li fihom, bl-għarfien minn qabel ta’ dak il-Parteċipant, ikunu ġew implimentati arranġamenti finanzjarji interim għaliex ikun ġie ttardjat l-għoti tal-appoġġ uffiċjali; dan id-dewmien ma għandux ikun itwal minn 18-il xahar. F’każijiet bħal dawn, it-terminu ta’ ripagament u d-data finali ta’ ripagament għandhom ikunu l-istess daqslikieku l-bejgħ jew il-lokazzjoni tal-inġenju tal-ajru kellhom ikunu appoġġati uffiċjalment mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru kien oriġinarjament ikkonsenjat.

KAPITOLU II

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra.

9.   MUNITI ELIĠIBBLI

Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali, huma l-euro, il-yen Ġappuniż, il-lira sterlina tar-Renju Unit, id-dollaru Amerikan, u muniti kompletament konvertibbli oħrajn li għalihom hemm data disponibbli biex jinbnew ir-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Appendiċi III.

10.   DEPOŻITU U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU

(a)

Għal tranżazzjonijiet ma’ xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategorija tar-Riskju 1 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:

1.

Għandhom jirrikjedu depożitu minimu ta’ 20 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;

2.

Ma għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali ikbar minn 80 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru.

(b)

Għal tranżazzjonijiet ma’ xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategoriji ta’ Riskju 2 sa 8 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:

1.

Għandhom jirrikjedu depożitu minimu ta’ 15 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;

2.

Ma għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali ikbar minn 85 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Parteċipant li japplika l-Artikolu 8 b) ta’ hawn fuq għandu jnaqqas l-ammont massimu ta’ appoġġ uffiċjali bl-ammont ta’ kapital tal-pagamenti parzjali meqjusa dovuti mill-punt tal-bidu tal-kreditu sabiex jiġi żgurat li, fil-mument tal-iżborż, l-ammont pendenti jkun l-istess bħallikieku tali kreditu għall-esportazzjoni appoġġat uffiċjalment ikun ġie pprovdut fil-ħin tal-konsenja. F’ċirkostanzi bħal dawn, qabel il-konsenja, il-Parteċipant għandu jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali.

11.   RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

(a)

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali għandhom jitolbu, għall-ammont ta’ kreditu appoġġat uffiċjalment, mhux inqas mir-rata minima tal-primjum stabbilita f’konformità mal-Appendiċi II.

(b)

Kull meta jkun meħtieġ, il-Parteċipanti għandhom jużaw il-mudell ta’ konverżjoni tar-rata tal-primjum miftiehem biex jaqilbu bejn firxiet fis-sena kkalkulati fuq l-ammont pendenti tal-appoġġ uffiċjali u r-rati tal-primjum bil-quddiem individwali kkalkulati fuq l-ammont oriġinali tal-appoġġ uffiċjali.

12.   TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

(a)

It-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ 12-il sena għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kollha.

(b)

Fuq bażi eċċezzjonali, u b’notifika minn qabel, għandu jkun permess terminu massimu ta’ ripagament sa 15-il sena. F’dan il-każ, għandu japplika ħlas addizzjonali ta’ 35 % fuq ir-rati minimi tal-primjum ikkalkulati f’konformità mal-Appendiċi II.

(c)

Ma għandu jkun hemm l-ebda estensjoni tat-terminu ta’ ripagament permezz tal-kondiviżjoni tad-drittijiet fit-titolu fuq bażi pari passu ma’ mutwanti kummerċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat uffiċjalment.

13.   RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a)

Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta’ ripagament tal-kapital u ta’ ħlas tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn taħt (30).

1.

Ir-ripagament ta’ kapital u l-ħlas tal-imgħax flimkien għandhom isiru f’pagamenti ugwali:

Il-pagamenti parzjali għandhom isiru mhux inqas spiss minn kull tliet xhur u l-ewwel pagament parzjali għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

Inkella, u soġġett għal notifika minn qabel (sakemm ma tkunx tranżazzjoni de minimis), il-pagamenti parzjali għandhom isiru kull sitt xhur u l-ewwel pagament parzjali għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. F’dan il-każ, għandu japplika ħlas addizzjonali ta’ 15 % fuq ir-rati minimi tal-primjum ikkalkulati f’konformità mal-Appendiċi II.

Fil-każ ta’ tranżazzjoni b’rata varjabbli, il-profil ewlieni ta’ ammortizzament għandu jiġi stabbilit għat-terminu kollu, mhux aktar minn ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data tal-iżborż, abbażi tar-rata varjabbli jew ta’ swap f’dak iż-żmien.

2.

Ir-ripagament tal-kapital għandu jsir f’pagamenti parzjali ugwali bl-imgħax pagabbli fuq bilanċi dejjem jonqsu:

Il-pagamenti parzjali għandhom isiru mhux inqas spiss minn kull tliet xhur u l-ewwel pagament parzjali għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

Inkella, u soġġett għal notifika minn qabel (sakemm ma tkunx tranżazzjoni de minimis), il-pagamenti parzjali għandhom isiru kull sitt xhur u l-ewwel pagament parzjali għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. F’dan il-każ, għandu japplika ħlas addizzjonali ta’ 15 % fuq ir-rati minimi tal-primjum ikkalkulati f’konformità mal-Appendiċi II.

(b)

Minkejja l-paragrafu a) ta’ hawn fuq, u soġġett għal notifika minn qabel, ir-ripagament tal-kapital jista’ jiġi strutturat biex jinkludi pagament finali tal-ammonti pendenti kollha f’data speċifikata. F’każ bħal dan, ir-ripagamenti tal-kapital qabel il-pagament finali jiġu strutturati kif stabbilit fil-paragrafu a) hawn fuq, abbażi ta’ perjodu ta’ ammortizzament mhux akbar mit-terminu massimu ta’ ripagament permess għall-oġġetti u s-servizzi li jkunu qed jiġu appoġġati.

(c)

Minkejja l-paragrafu a) ta’ hawn fuq, ir-ripagament tal-kapital jista’ jiġi strutturat fuq termini inqas favorevoli għall-obbligant.

(d)

L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat.

14.   RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

(a)

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali għandhom japplikaw jew rata tal-imgħax minima varjabbli jew rata tal-imgħax fissa minima, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi III.

(b)

Għall-inġenji tal-ajru bil-ġettijiet bi prezz nett ta’ mill-inqas USD 35 miljun, l-appoġġ finanzjarju uffiċjali fuq il-bażi tas-CIRR għandu jiġi pprovdut biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Parteċipant li jkun biħsiebu jipprovdi tali appoġġ għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas 20 jum kalendarju qabel l-impenn finali, filwaqt li jidentifika lill-mutwatarju.

(c)

Ir-rata tal-imgħax teskludi kwalunkwe pagament permezz ta’ primjum imsemmi fl-Artikolu 11 hawn fuq, u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 16 hawn taħt.

15.   APPOĠĠ GĦAR-RATA TAL-IMGĦAX

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ għar-rata tal-imgħax għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ dan il-Ftehim Settorjali u għandhom jirrikjedu li kwalunkwe bank jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li tkun parti għat-tranżazzjoni appoġġata bl-imgħax tipparteċipa f’dik it-tranżazzjoni biss fuq termini li jkunu konsistenti f’kull rigward mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

16.   TARIFFI

(a)

Soġġett għal-limiti tal-perjodu ta’ żamma tal-primjum, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fil-forma ta’ kopertura pura għandhom jitolbu tariffa ta’ żamma tal-primjum fuq il-porzjon mhux prelevat tal-appoġġ uffiċjali matul il-perjodu ta’ żamma tal-primjum, kif ġej:

1.

Għall-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta’ żamma: żero punti bażi fis-sena.

2.

Għat-tieni sitt xhur tal-perjodu ta’ żamma: 12,5 punti bażi fis-sena.

3.

Għat-tielet u l-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta’ żamma: 25 punt bażi fis-sena.

(b)

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fil-forma ta’ kreditu/finanzjament dirett għandhom jitolbu t-tariffi li ġejjin:

1.

Tariffa tal-Arranġament/tal-Istrutturar: 25 punt bażi fuq l-ammont żborżat pagabbli fil-ħin ta’ kull żborż.

2.

Tariffa ta’ impenn u ta’ żamma tal-primjum: 20 punt bażi fis-sena fuq il-porzjon mhux prelevat tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat uffiċjalment li għandu jiġi żborżat, matul il-perjodu ta’ żamma tal-primjum, pagabbli f’arretrati.

3.

Tariffa tal-amministrazzjoni: ħames punti bażi fis-sena fuq l-ammont ta’ appoġġ uffiċjali pendenti pagabbli f’arretrati. Inkella, il-Parteċipanti jistgħu jagħżlu li din it-tariffa tkun pagabbli bħala tariffa bil-quddiem, fuq l-ammont żborżat, fil-ħin ta’ kull żborż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 b) ta’ hawn fuq.

17.   KOFINANZJAMENT

Minkejja l-Artikoli 14 u 16 ta’ hawn fuq, f’kofinanzjament fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta’ kreditu dirett u kopertura pura, u fejn il-kopertura pura tirrappreżenta mill-inqas 35 % tal-ammont appoġġat uffiċjalment, il-Parteċipant li jipprovdi kreditu dirett għandu japplika l-istess termini u kundizzjonijiet finanzjarji, inklużi t-tariffi, bħal dawk ipprovduti mill-istituzzjoni finanzjarja taħt kopertura pura, sabiex tiġi ġġenerata ekwivalenza tal-kostijiet kollha bejn il-fornitur tal-kopertura pura u l-mutwanti dirett. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-Parteċipant li jipprovdi tali appoġġ għandu jirrapporta t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji appoġġati, inklużi t-tariffi, f’konformità mal-formola għar-rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

PARTI 3

INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, MAGNI TA’ RIKAMBJU, SPARE PARTS, KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U SERVIZZ

KAPITOLU I

KOPERTURA

18.   INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN

Din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tapplika għal inġenji tal-ajru użati u għall-magni ta’ rikambju, għall-ispare parts, il-konverżjoni, modifiki kbar, restawr, kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz relatati kemm ma’ inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll użati u ma’ kits tal-magni.

KAPITOLU II

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati, minbarra t-terminu massimu ta’ ripagament, għandhom ikunu f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

19.   BEJGĦ TA’ INĠENJI TAL-AJRU UŻATI

(a)

Soġġett għall-paragrafu b) ta’ hawn taħt, it-terminu massimu ta’ ripagament għall-inġenji tal-ajru użati għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Età tal-inġenju tal-ajru (snin mid-data ta’ manifattura oriġinali)

Termini massimi ta’ ripagament għal tranżazzjonijiet garantiti b’assi jew sovrani (snin)

Termini massimi ta’ ripagament għal tranżazzjonijiet la garantiti b’assi u lanqas sovrani (snin)

1

10

8,5

2

9

7,5

3

8

6,5

4

7

6

5 – 8

6

5,5

Aktar minn 8 snin

5

5

(b)

It-terminu massimu ta’ ripagament għall-inġenji tal-ajru li jkunu għaddew minn konverżjoni, sakemm it-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II u wkoll sakemm l-appoġġ uffiċjali, jekk ikun hemm, mogħti fir-rigward ta’ tali konverżjoni ma kienx ipprovdut f’konformità mal-Artikolu 21 a) hawn taħt, għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-perjodu ta’ żmien mid-data tal-konverżjoni u l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Termini massimi ta’ ripagament għal inġenji tal-ajru kkonvertiti garantiti b’assi (snin)

Perjodu ta’ żmien mid-data tal-konverżjoni (snin)

Età tal-inġenju tal-ajru (snin mid-data ta’ manifattura oriġinali)

1

2

3

4

5-8

Aktar minn 8 snin

0 (Għadu kemm ġie kkonvertit)

10

9

8

8

8

8

1

10

9

8

7

7

7

2

-----

9

8

7

6

6

3 snin jew aktar

-----

-----

8

7

6

5

20.   MAGNI TA’ RIKAMBJU U SPARE PARTS

(a)

Meta jinxtraw, jew jiġu ordnati b’rabta mal-magni li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għall-magni ta’ rikambju jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru.

(b)

Meta jinxtraw ma’ inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u tal-magni installati; il-paragrafu d) ta’ hawn taħt għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts li jaqbżu l-limitu ta’ 5 %.

(c)

Meta l-ispare parts ma jinxtrawx ma’ inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ tmien snin. Għal magni ta’ rikambju b’valur unitarju ta’ USD 10 miljun jew aktar, it-terminu ta’ ripagament jista’ jiżdied għal 10 snin, sakemm it-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II.

(d)

Meta ma jinxtrawx spare parts oħra ma’ inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun:

1.

Ħames snin b’valur tal-kuntratt ta’ USD 5 miljun jew aktar.

2.

Sentejn b’valur tal-kuntratt ta’ inqas minn USD 5 miljun.

21.   KUNTRATTI GĦAL KONVERŻJONI/MODIFIKI KBAR/RESTAWR

(a)

Jekk tranżazzjoni għall-konverżjoni:

1.

Tiġi stmata għal USD 5 miljun jew aktar, u

Tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa tmien snin.

Ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa ħames snin.

2.

Tiġi stmata għal inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa sentejn.

(b)

Jekk tranżazzjoni tkun għal modifika kbira, jew għal restawr, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa:

1.

Ħames snin jekk il-valur tal-kuntratt ikun ta’ USD 5 miljun jew aktar;

2.

Sentejn, jekk il-valur tal-kuntratt ikun inqas minn USD 5 miljun.

22.   KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U SERVIZZ

Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa tliet snin.

23.   KITS TAL-MAGNA

Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa ħames snin.

PARTI 4

PROĊEDURI TA’ TRASPARENZA

Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom isiru bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f’kull pajjiż Parteċipant permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. bl-użu tas-sistema tal-posta elettronika li s-Segretarjat għandu biex jiffaċilita l-komunikazzjonijiet fost il-Parteċipanti u s-Segretarjat. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-informazzjoni kollha skambjata skont din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tiġi ttrattata mill-Parteċipanti kollha bħala kunfidenzjali.

TAQSIMA 1

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI

24.   INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

(a)

Fi żmien xahar wara d-data ta’ impenn finali, Parteċipant għandu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa fl-Appendiċi IV lill-Parteċipanti l-oħra kollha, b’kopja lis-Segretarjat.

(b)

Sabiex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju tal-marġni f’konformità mal-Artikolu 8 b) tal-Appendiċi III, l-informazzjoni dwar il-marġnijiet ta’ kopertura pura, kif deskritt fl-Artikoli 8 c) u 8 d) tal-Appendiċi III, għandha tiġi sottomessa lis-Segretarjat mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar.

TAQSIMA 2

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

25.   TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

(a)

Parteċipant jista’ jistaqsi lil Parteċipant ieħor għal informazzjoni dwar l-użu tal-krediti għall-esportazzjoni tiegħu uffiċjalment appoġġati għall-bejgħ jew il-lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru koperti minn dan il-Ftehim Settorjali.

(b)

Parteċipant li jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, billi jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li jistaqsi jkun lest li jappoġġa.

(c)

Il-Parteċipant li lilu tiġi indirizzata mistoqsija bħal din għandu jwieġeb fi żmien sebat ijiem kalendarji u jipprovdi informazzjoni reċiproka sa fejn ikun possibbli. It-tweġiba għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li x’aktarx jieħu. Jekk ikun meħtieġ, it-tweġiba sħiħa għandha ssegwi mill-aktar fis possibbli.

(d)

Għandhom jintbagħtu kopji tal-mistoqsijiet u tat-tweġibiet kollha lis-Segretarjat.

26.   KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ

(a)

F’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni, Parteċipant jista’ jitlob konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ ma’ Parteċipant wieħed jew aktar.

(b)

Kwalunkwe Parteċipant għandu jaqbel ma’ tali talbiet fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

(c)

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

(d)

Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni lill-Parteċipanti kollha.

27.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

(a)

Parteċipant (il-Parteċipant li jieħu l-inizjattiva) li jkollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant rispondenti) huma aktar ġenerużi minn dawk previsti f’dan il-Ftehim Settorjali għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli minnufih lill-Parteċipant rispondenti.

(b)

Il-Parteċipant rispondenti għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali li qed jiġi kkunsidrat fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

(c)

Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant rispondenti, il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza konsultazzjoni speċjali mal-Parteċipant rispondenti fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni.

(d)

Il-Parteċipant rispondenti għandu jistenna l-eżitu tal-konsultazzjoni li għandu jiġi ddeterminat dakinhar ta’ tali konsultazzjoni qabel ma jkompli għaddej bit-tranżazzjoni.

TAQSIMA 3

LINJI KOMUNI

28.   PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

(a)

Il-proposti ta’ Linja Komuni għandhom jiġu indirizzati lis-Segretarjat biss. L-identità tal-inizjatur ma tiġix żvelata fir-reġistru tal-Linji Komuni fuq il-bulletin board elettroniku miżmum mis-Segretarjat fl-Ambjent tan-Network tal-OECD. Madankollu, is-Segretarjat jista’ jiżvela bil-fomm l-identità tal-inizjatur lil Parteċipant fuq talba. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ dawn it-talbiet.

(b)

Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun datata u għandha tkun fil-format li ġej:

1.

In-numru ta’ referenza, segwit minn “Linja Komuni”.

2.

L-isem tal-pajjiż importatur u tax-xerrej/tal-mutwatarju.

3.

L-isem jew deskrizzjoni kemm jista’ jkun preċiża tat-tranżazzjoni biex din tiġi identifikata b’mod ċar.

4.

Il-proposta għal Linja Komuni għall-aktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li jridu jiġu appoġġati.

5.

In-nazzjonalità u l-ismijiet ta’ offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

6.

Id-data tal-għeluq tal-offerta u n-numru tal-offerta, meta jkun magħruf.

7.

Informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-raġunijiet għall-proposta għal Linja Komuni u kif xieraq, ċirkostanzi speċjali.

29.   TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI

(a)

It-tweġibiet għandhom isiru fi żmien 20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti huma mħeġġa jwieġbu għal proposta għal Linja Komuni mill-aktar fis possibbli.

(b)

Tweġiba tista’ tkun aċċettazzjoni, rifjut, talba għal informazzjoni addizzjonali, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

(c)

Parteċipant li jibqa’ sieket jew javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni għandu jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

30.   AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI

(a)

Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, iżda l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha titħalla miftuħa għal perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji.

(b)

Wara dan il-perjodu ulterjuri, Parteċipant li ma jkunx irrifjuta b’mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni għandu jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jista’ jagħmel l-aċċettazzjoni tiegħu tal-Linja Komuni kondizzjonali fuq l-aċċettazzjoni espliċita minn Parteċipant wieħed jew aktar.

(c)

Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni huwa jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni.

31.   NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI

(a)

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva u Parteċipant li jkun ippropona modifika jew alternattiva ma jkunux jistgħu jaqblu fuq Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji msemmi fl-Artikolu 30 ta’ hawn fuq, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.

(b)

Linja Komuni li ma tkunx ġiet aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 28 sa 30 iktar ’il fuq. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti ma jkunux marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

32.   DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet miċħuda; il-Linja Komuni miftiehma tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira.

33.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

(a)

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, Linja Komuni, ladarba tiġi miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix infurmat li ma għadhiex ta’ interess, u li tali sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha.

(b)

Jekk Parteċipant ifittex li jikseb estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali ta’ skadenza u jekk ma jkunx hemm nuqqas ta’ qbil, Linja Komuni għandha tibqa’ valida għal perjodu ta’ sentejn oħra; jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura.

(c)

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati kif xieraq, permezz tal-aġġornament tal-lista “L-istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq il-bulletin board elettronika. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, għandu joħroġ, fost l-oħrajn, lista ta’ Linji Komuni li jkunu waslu biex jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara.

(d)

Fuq talba ta’ non-Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru f’kompetizzjoni, is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli Linji Komuni validi għal dak in-non-Parteċipant.

TAQSIMA 4

TQABBIL

34.   TQABBIL

(a)

B’kont meħud tal-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali offrut minn non-Parteċipant.

(b)

F’każ ta’ tqabbil ta’ termini u kundizzjonijiet mhux konformi li jkunu offruti minn non-Parteċipant:

1.

Il-Parteċipant li jkun jixtieq iqabbel għandu jagħmel kull sforz biex jivverifika t-tali termini u kundizzjonijiet.

2.

Il-Parteċipant li jkun jixtieq iqabbel għandu jinforma lis-Segretarjat u lill-Parteċipanti l-oħra kollha dwar in-natura u l-eżitu ta’ dawn l-isforzi, kif ukoll dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li jkun beħsiebu jappoġġa, mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.

3.

Jekk Parteċipant li jikkompeti jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu ta’ għaxart ijiem kalendarji, il-Parteċipant li jkun jixtieq iqabbel għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn fuq termini bħal dawn.

(c)

Jekk Parteċipant li jqabbel jimmodifika jew jirtira l-ħsieb tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet innotifikati, huwa għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha kif xieraq.

PARTI 5

MONITORAĠĠ U RIEŻAMI

35.   MONITORAĠĠ

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali u jirrapporta lill-Parteċipanti fuq bażi annwali.

36.   RIEŻAMI

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw il-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, skont il-kriterji, u fiż-żminijiet, stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn taħt.

(a)

Il-Parteċipanti għandhom iwettqu r-rieżami ta’ dan il-Ftehim Settorjali kif ġej:

1.

Fis-sena kalendarja 2019 u kull erba’ sena minn hemm ’il quddiem u f’kull każ b’avviż minn qabel ta’ tliet xhur mogħti mis-Segretarjat.

2.

Fuq talba ta’ Parteċipant wara konsultazzjoni xierqa, dment li jkun ingħata avviż minn qabel ta’ tliet xhur mis-Segretarjat u l-Parteċipant rikjedenti jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub tar-raġuni għar-rieżami u l-objettivi tiegħu, kif ukoll sommarju tal-konsultazzjonijiet li saru qabel it-talba tiegħu.

3.

Il-modalitajiet tal-aġġornament tar-rati minimi tal-primjum u r-rati minimi tal-imgħax huma stabbiliti fl-Appendiċi II u III rispettivament.

4.

It-tariffi stabbiliti fl-Artikolu 16 għandhom ikunu parti mir-rieżamijiet.

(b)

Ir-rieżami stabbilit fis-subparagrafu a) 1) hawn fuq għandu jikkunsidra:

1.

Il-punt sa fejn ikunu ntlaħqu l-finijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, kif stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ hawn fuq, u kwalunkwe kwistjoni oħra li parteċipant jista’ jkun jixtieq iressaq għad-diskussjoni.

2.

Fid-dawl tal-elementi fis-subparagrafu b) 1) hawn fuq, jekk l-emendi għal kwalunkwe aspett ta’ dan il-Ftehim Settorjali humiex ġustifikati.

(c)

Fid-dawl tal-importanza tal-proċess ta’ rieżami, sabiex jiġi żgurat li t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali jibqgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Parteċipanti, kull Parteċipant jirriżerva d-dritt li jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali f’konformità mal-Artikolu 40 hawn taħt.

37.   XOGĦOL FUTUR

Se tingħata kunsiderazzjoni lil:

(a)

L-eżami tal-prattiki tal-Parteċipanti fl-għoti ta’ appoġġ uffiċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu.

(b)

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-self indirett.

(c)

Estensjoni tat-termini massimi ta’ ripagament skont l-Artikolu 19 għal inġenji tal-ajru użati li jkun sarilhom restawr konsiderevoli qabel inbiegħu.

(d)

Estensjoni tat-termini massimi ta’ ripagament skont l-Artikolu 21 għall-kuntratti b’valur ogħla.

(e)

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-“restawr” (l-Artikolu 21) u għas-“servizzi” (l-Artikolu 22).

(f)

Il-proċess ta’ eliġibbiltà ta’ Cape Town.

(g)

Id-definizzjoni ta’ “Parteċipant Interessat”.

PARTI 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

38.   DĦUL FIS-SEĦĦ

Id-data effettiva ta’ dan il-Ftehim Settorjali hija l-1 ta’ Frar 2011.

39.   IRTIRAR

Parteċipant jista’ jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. posta elettronika. L-irtirar jidħol fis-seħħ sitt xhur wara li s-Segretarjat jirċievi n-notifika. L-irtirar ma jaffettwax il-ftehimiet milħuqa dwar tranżazzjonijiet individwali konklużi qabel id-data effettiva tal-irtirar.

Appendiċi I

PARTEĊIPAZZJONI FIL-FTEHIM SETTORJALI DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

1.   

Il-Parteċipanti jħeġġu lin-non-Parteċipanti li qed jiżviluppaw kapaċità tal-manifattura għall-inġenji tal-ajru ċivili biex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali. F’dan il-kuntest, il-Parteċipanti jistiednu lin-non-Parteċipanti biex jidħlu fi djalogu magħhom rigward il-kundizzjonijiet tas-sħubija fl-ASU.

2.   

Is-Segretarjat għandu jiżgura li non-Parteċipant interessat li jipparteċipa f’dan il-Ftehim Settorjali jingħata l-informazzjoni kollha dwar it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati mal-fatt li jsir Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali.

3.   

Imbagħad, in-non-Parteċipant jiġi mistieden mill-Parteċipanti biex jieħu sehem fl-attivitajiet skont dan il-Ftehim Settorjali u jattendi l-laqgħat rilevanti bħala osservatur. Tali stedina tkun għal massimu ta’ sentejn u tista’ tiġġedded darba għal sentejn oħra. Matul dan il-perjodu, in-non-Parteċipant għandu jiġi mistieden jipprovdi rieżami tas-sistema ta’ kreditu għall-esportazzjoni tiegħu, speċjalment għall-esportazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili.

4.   

Fi tmiem dak il-perjodu, in-non-Parteċipant għandu jindika jekk jixtieqx isir Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali u jsegwi d-dispożizzjonijiet tiegħu; fil-każ ta’ tali konferma, in-non-Parteċipant għandu jikkontribwixxi, fuq bażi annwali, għall-kostijiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

5.   

In-non-Parteċipant interessat għandu jitqies bħala Parteċipant 30 jum tax-xogħol wara l-konferma msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan l-Appendiċi.

Appendiċi II

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jintużaw meta jiġi ddeterminat l-ipprezzar tal-appoġġ uffiċjali għal tranżazzjoni soġġetta għal dan il-Ftehim Settorjali. It-Taqsima 1 tistabbilixxi l-proċeduri ta’ klassifikazzjoni tar-riskji; It-Taqsima 2 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu imposti għal inġenji tal-ajru ġodda u użati, u t-Taqsima 3 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu imposti għall-magni ta’ rikambju, għall-ispare parts, għall-konverżjoni/għall-modifiki kbar/għar-restawr, għall-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz, u għall-kits tal-magni.

TAQSIMA 1

PROĊEDURI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI

1.

Il-Parteċipanti qablu fuq lista ta’ klassifikazzjonijiet tar-riskji (il-Lista) għax-xerrejja/għall-mutwatarji; tali klassifikazzjonijiet tar-riskju jirriflettu l-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit tax-xerrejja/tal-mutwatarji bl-użu ta’ skala ta’ klassifikazzjoni komuni bħal dik ta’ waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA).

2.

Il-klassifikazzjonijiet tar-riskju jsiru minn esperti nnominati mill-Parteċipanti skont il-kategoriji tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ dan l-Appendiċi.

3.

Il-Lista għandha tkun vinkolanti fi kwalunkwe stadju tat-tranżazzjoni (eż. il-kampanja u l-konsenja), soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta’ dan l-Appendiċi.

I.   STABBILIMENT TAL-LISTA TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

4.

Il-lista għandha tiġi żviluppata u miftiehma bejn il-Parteċipanti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Settorjali; hija għandha tinżamm mis-Segretarjat u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parteċipanti kollha fuq bażi kunfidenzjali.

5.

Fuq talba u fuq bażi kunfidenzjali, is-Segretarjat jista’ jinforma lil pajjiż mhux Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji ta’ xerrej/mutwatarju; f’dan il-każ, is-Segretarjat għandu jgħarraf lill-Parteċipanti kollha dwar it-talba. Non-Parteċipant jista’, fi kwalunkwe ħin, jipproponi żidiet mal-Lista lis-Segretarjat. Non-Parteċipant li jipproponi żieda mal-Lista jista’ jipparteċipa fil-proċedura tal-klassifikazzjoni tar-riskju daqslikieku kien Parteċipant interessat.

II.   AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

6.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta’ dan l-Appendiċi, il-Lista tista’ tiġi aġġornata fuq bażi ad hoc fil-każ li jew Parteċipant jindika, fi kwalunkwe forma, l-intenzjoni tiegħu li japplika klassifikazzjoni tar-riskji oħra minbarra dik fil-Lista, jew Parteċipant ikun jeħtieġ klassifikazzjoni tar-riskji għal xerrej/mutwatarju li jkun għadu ma huwiex fil-Lista (31) (32).

7.

Qabel kwalunkwe użu ta’ klassifikazzjoni tar-riskju alternattiva jew ġdida, kwalunkwe Parteċipant għandu jibgħat talba lis-Segretarjat biex jaġġorna l-Lista abbażi ta’ klassifikazzjoni tar-riskju alternattiva jew ġdida. Is-Segretarjat jiċċirkola din it-talba lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn ta’ xogħol, mingħajr ma tissemma l-identità tal-Parteċipant li jkun issottometta t-talba.

8.

Jingħata perjodu ta’ għaxart (33) ijiem ta’ xogħol sabiex il-Parteċipanti interessati jew jaqblu jew inkella joġġezzjonaw kwalunkwe bidla proposta fil-Lista; nuqqas ta’ tweġiba f’dan il-perjodu jitqies bħal qbil mal-proposta. Jekk fi tmiem il-perjodu ta’ għaxart ijiem, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, jitqies li kien hemm qbil dwar il-bidla proposta fil-Lista. Is-Segretarjat jimmodifika l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ bil-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol; il-Lista riveduta għandha tibda torbot mid-data ta’ dak il-messaġġ.

III.   SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA’ QBIL

9.

F’każ ta’ oġġezzjoni għal klassifikazzjoni tar-riskji proposta, il-Parteċipanti interessati fil-livell ta’ esperti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien perjodu ieħor ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol wara notifika ta’ nuqqas ta’ qbil. Kull mezz neċessarju biex jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil irid jiġi esplorat, bl-assistenza tas-Segretarjat jekk ikun meħtieġ (eż. konferenzi bit-telefon jew konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ). Jekk il-Parteċipanti interessati jaqblu dwar klassifikazzjoni tar-riskji f’dan il-perjodu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol, huma għandhom jinformaw lis-Segretarjat bl-eżitu li fuqu s-Segretarjat jaġġorna l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ permezz tal-posta elettronika fil-ħamest ijiem ta’ xogħol sussegwenti. Il-Lista aġġustata għandha torbot mid-data ta’ dak il-messaġġ.

10.

F’każ li n-nuqqas ta’ qbil ma jiġix solvut fost l-esperti fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-Parteċipanti għal deċiżjoni dwar klassifikazzjoni xierqa tar-riskju, f’perjodu li ma għandux jaqbeż il-ħamest ijiem ta’ xogħol.

11.

Fin-nuqqas ta’ qbil finali, Parteċipant jista’ jirrikorri għal CRA biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/tal-mutwatarju. F’każijiet bħal dawn, il-President tal-Parteċipanti għandu jindirizza komunikazzjoni f’isem il-Parteċipanti lix-xerrej/lill-mutwatarju, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol. Il-komunikazzjoni għandha tinkludi t-termini ta’ referenza għall-konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju kif miftiehma bejn il-Parteċipanti. Il-klassifikazzjoni tar-riskju li tirriżulta tiġi rreġistrata fil-Lista u ssir vinkolanti immedjatament wara l-messaġġ tas-Segretarjat biex tiġi ffinalizzata l-proċedura ta’ aġġornament fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.

12.

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-kost ta’ tali rikors għal CRA għandu jitħallas mix-xerrej/mill-mutwatarju interessat.

13.

Matul il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta’ dan l-Appendiċi, għandha tibqa’ applikabbli l-klassifikazzjoni tar-riskji prevalenti (meta disponibbli fuq il-Lista).

IV.   PERJODU TA’ VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET

14.

Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji validi huma l-klassifikazzjonijiet tar-riskji prevalenti kif irreġistrati fil-Lista miżmuma mis-Segretarjat; l-indikazzjonijiet u l-impenji tar-rati tal-primjum għandhom isiru biss f’konformità ma’ dawk il-klassifikazzjonijiet tar-riskji.

15.

Il-klassifikazzjonijiet tar-riskju għandhom perjodu ta’ validità massimu ta’ 12-il xahar mid-data rreġistrata fil-Lista mis-Segretarjat għall-fini tal-Parteċipanti li jipprovdu indikazzjoni u impenji finali tar-rati tal-primjum; il-perjodu ta’ validità għal tranżazzjoni speċifika jista’ jiġi estiż bi 18-il xahar oħra ladarba jkun seħħ impenn jew impenn finali u jintalbu tariffi ta’ żamma tal-primjum. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu ta’ validità ta’ 12-il xahar fil-każ ta’ bidliet materjali fil-profil tar-riskju tax-xerrej/tal-mutwatarju, bħal modifika ta’ klassifikazzjoni mogħtija minn CRA.

16.

Sakemm ma jkunx hemm xi Parteċipant li jitlob l-aġġornament tagħha tal-inqas 20 jum ta’ xogħol qabel tmiem il-perjodu ta’ validità rilevanti tal-klassifikazzjoni tar-riskji, is-Segretarjat għandu jneħħi dik il-klassifikazzjoni tar-riskji mil-Lista aġġornata sussegwenti li jmiss. Is-Segretarjat jiċċirkola din it-talba għal aġġornament lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn ta’ xogħol, mingħajr ma jidentifika l-Parteċipant li jkun issottometta t-talba, u għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta’ dan l-Appendiċi.

V.   TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA’ XERREJ/MUTWATARJU

17.

Jekk, fl-istadju tal-kampanja, xerrej/mutwatarju jitlob indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskji tiegħu u jekk ikun għadu ma huwiex fil-Lista, dak ix-xerrej/il-mutwatarju jista’ jitlob għal klassifikazzjoni tar-riskji indikattiva mingħand CRA bi spejjeż tiegħu. Din il-klassifikazzjoni tar-riskju ma għandhiex tiġi inkluża fil-Lista; din tista’ tintuża mill-Parteċipanti bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess.

TAQSIMA 2

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA U UŻATI

I.   STABBILIMENT TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

18.

L-Artikoli 19 sa 60 ta’ dan l-Appendiċi jistabbilixxu r-rati minimi tal-primjum li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ xerrej/mutwatarju (jew, jekk tkun entità differenti, is-sors primarju tar-ripagament tat-tranżazzjoni).

19.

Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bir-rata minima tal-primjum jew ogħla minnha sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta’ hawn taħt:

(a)

It-tranżazzjoni tkun garantita b’assi, u tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

1.

Interess ta’ garanzija tal-ogħla prijorità fuq l-inġenju tal-ajru u l-magni jew b’rabta magħhom.

2.

Fil-każ ta’ struttura ta’ lokazzjoni, assenjazzjoni u/jew interess ta’ garanzija tal-ogħla prijorità b’rabta mal-pagamenti tal-lokazzjoni.

3.

L-inadempjenza indiretta u l-kontrokollateralizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-magni kollha li huma proprjetà legali u benefiċjarja tal-istess partijiet taħt il-finanzjament propost, kull meta jkun possibbli taħt ir-reġim legali applikabbli.

(b)

It-tranżazzjoni tkun strutturata biex, bħala minimu, tinkludi mitiganti tar-riskji kif stabbilit fit-Tabella 1 hawn taħt:

Tabella 1.

Mitiganti tar-Riskji

Kategorija tar-Riskju tal-ASU

Klassifikazzjonijiet tar-Riskji

Mitiganti tar-Riskji

TOTAL

Li minnhom tal-inqas “A”

1

AAA sa BBB-

0

0

2

BB+ u BB

0

0

3

BB-

1

1

4

B+

2

1

5

B

2

1

6

B-

3

2

7

CCC

4

3

8

CC sa C

4

3

20.

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 ta’ dan l-Appendiċi:

(a)

Il-Parteċipanti jistgħu jagħżlu mill-mitiganti tar-riskji li ġejjin:

 

Mitiganti tar-riskji “A”:

1.

Rata mnaqqsa ta’ pagament antiċipat: kull tnaqqis ta’ ħames punti perċentwali mir-rati ta’ pagament antiċipat imsemmija fl-Artikoli 10 a) u 10 b) ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju “A” wieħed. F’dan il-każ, il-Parteċipant ma għandu jipprovdi appoġġ uffiċjali fl-ebda forma li taqbeż ir-rata mnaqqsa ta’ pagament antiċipat.

2.

Ammortizzament lineari: ir-ripagament tal-kapital f’pagamenti parzjali ugwali huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed.

3.

Terminu mnaqqas ta’ ripagament: terminu ta’ ripagament li ma jaqbiżx l-għaxar snin huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed, irrispettivament mit-terminu massimu ta’ ripagament permess.

 

Mitiganti tar-riskju “B”:

1.

Depożitu ta’ garanzija: kull depożitu ta’ garanzija f’ammont ugwali għal pagament parzjali trimestrali wieħed ta’ kapital u mgħax huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed. Id-depożitu ta’ garanzija jista’ jkun fil-forma ta’ flus kontanti jew ittra ta’ kreditu irrevokabbli.

2.

Pagamenti ta’ lokazzjoni bil-quddiem: il-pagamenti ta’ lokazzjoni f’ammont ugwali għal pagament parzjali trimestrali wieħed tal-kapital u tal-imgħax għandhom jitħallsu tliet xhur qabel kull data ta’ ripagament.

3.

Riżervi ta’ manutenzjoni f’forma u ammont li jirriflettu l-aħjar prattiki tas-suq.

(b)

Soġġett għal notifika minn qabel, sa wieħed mill-mitiganti tar-riskju “A” jista’ jiġi ssostitwit bi ħlas addizzjonali ta’ 15 % fuq ir-rata minima tal-primjum applikabbli.

21.

Ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati għal tranżazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti qabel il-konsenja, jew mal-impenn, mal-impenn finali jew b’xi mod ieħor fil-bidu ta’ perjodu ta’ żamma tal-primjum b’durata definita. Rata tal-primjum finali bil-quddiem, marġni annwali, jew taħlita tagħhom li għandha tiġi applikata għat-tranżazzjoni tikkonforma mar-rata minima tal-primjum hekk stabbilita kif ukoll mal-mitiganti tar-riskju obbligatorji stabbiliti fl-Artikolu 19 b) ta’ dan l-Appendiċi mid-data li fiha ġew stabbiliti r-rati minimi tal-primjum. Dawn it-termini għandhom japplikaw għat-tul sħiħ tal-perjodu ta’ żamma tal-primjum u jistgħu jiġu riveduti biss wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, f’liema żmien japplikaw ir-rati minimi tal-primjum u l-mitiganti tar-riskju obbligatorji stabbiliti mill-ASU fis-seħħ f’dak iż-żmien u jistgħu jiġu stabbiliti għal perjodu sussegwenti ta’ żamma tal-primjum.

22.

Skont l-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati huma magħmula minn rati minimi bbażati fuq ir-riskju (RBR) li magħhom għandu jiżdied ħlas addizzjonali li jirrifletti s-suq (MRS), f’konformità mal-Artikoli 23 sa 35 hawn taħt.

23.

Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Settorjali, l-RBRs huma:

Tabella 2.

Rati Bbażati fuq ir-Riskju

Kategorija tar-Riskju tal-ASU

Firxiet (bps)

Bil-quddiem (%)

1

89

4,98

2

98

5,49

3

116

6,52

4

133

7,49

5

151

8,53

6

168

9,51

7

185

10,50

8

194

11,03

24.

Ir-rati tal-RBRs għandhom jiġu rrisettjati fuq bażi annwali, abbażi tal-medja mobbli fuq erba’ snin tat-Telf fil-Każ ta’ Inadempjenza (LGD) ta’ kull sena ta’ Moody’s. L-LGD xieraq għal dan ir-risettjar huwa bbażat fuq l-Għoti b’Self Iggarantit u Superjuri tal-Ewwel Ipoteka mill-Bank, u għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Tabella 3.

Immappjar tal-LGD

Medja Mobbli fuq 4 snin

LGD Meqjus

>=45  %

25  %

>=‘35  %’ < 45  %

23  %

>=‘30  %’ < 35  %

21  %

< 30  %

19  %

25.

Fattur ta’ aġġustament tal-RBR għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

LGD Meqjus

= fattur ta’ aġġustament tal-RBR

19 %

 

26.

Il-fattur ta’ aġġustament tal-RBR għandu jiġi mmoltiplikat bl-RBRs stabbiliti fit-Tabella 2 hawn fuq, sabiex jiġu ddeterminati l-RBRs irrisettjati.

27.

L-RBRs li jirriżultaw mill-proċessi ta’ risettjar elenkati hawn fuq ikunu effettivi mill-15 ta’ April ta’ kull sena sussegwenti. Ladarba jiġu ddeterminati l-RBRs li jirriżultaw mir-risettjar annwali, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

28.

Għal kull kategorija ta’ riskju, għandu jiġi kkalkolat kif ġej Ħlas Addizzjonali li Jirrifletti s-Suq:

MRS = B*[(0,5*MCS)-RBR]

fejn:

B huwa koeffiċjent tat-taħlit li jvarja minn 0,7 sa 0,35 skont kull kategorija ta’ riskju skont it-Tabella 4 hawn taħt.

L-MCS hija medja mobbli fuq 90 jum tal-Firxiet ta’ Kreditu Medjani (MCS) ta’ Moody’s b’ħajja medja ta’ 7 snin.

29.

Meta l-kategoriji tar-riskju jinkludu aktar minn klassifikazzjoni tar-riskju waħda, għandha tittieħed medja tal-firxiet. Fil-kategorija ta’ riskju 1, għandha tintuża l-firxa ta’ BBB-.

30.

Il-firxiet tal-MCS għandhom jiġu skontati b’50 % biex jikkumpensaw għat-titoli garantiti b’assi. Imbagħad, il-firxiet skontati tal-MCS għandhom jiġu aġġustati b’fattur varjanti li jvarja minn 70 % sa 35 % skont it-Tabella 4 ta’ hawn taħt, applikat fuq id-differenza bejn il-firxiet skontati tal-MCS u l-RBR. Kwalunkwe firxa negattiva li tirriżulta mit-taħlit ma għandhiex titnaqqas.

Tabella 4.

Fatturi Varjanti

Klassifikazzjonijiet tar-Riskju

Kategorija tar-Riskju tal-ASU

Fattur Varjanti (%)

AAA

1

70

AA

1

70

A

1

70

BBB+

1

70

BBB

1

70

BBB-

1

70

BB+

2

65

BB

2

65

BB-

3

50

B+

4

45

B

5

40

B-

6

35

CCC

7

35

CC

8

35

C

8

35

31.

L-MRS għandu jiġi aġġornat fuq bażi trimestrali u l-MCS li tirriżulta għandha ssir effettiva rispettivament fil-15 ta’ Jannar, fil-15 ta’ April, fil-15 ta’ Lulju u fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Wara kull aġġornament, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar l-MRS applikabbli u r-rati minimi li jirriżultaw u jagħmilhom disponibbli għall-Parteċipanti qabel id-data li fiha dawn ir-rati jsiru effettivi.

32.

Iż-żieda fir-rati minimi tal-primjum li jirriżultaw mill-aġġornament tal-MRS ma għandhiex taqbeż l-10 % tar-rati minimi tal-primjum trimestrali ta’ qabel. Għalhekk, ir-rati minimi tal-primjum (li jirriżultaw mill-għadd tal-RBRs u tal-MRS) għandhom jiġu limitati għal 200 % tal-RBRs u jiġu skontati għal 100 % tal-RBRs.

33.

Ir-rati tal-primjum li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32 għall-kategoriji ta’ riskju 2-8 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li r-rata tal-primjum għal kull kategorija ta’ riskju ma tkunx anqas mir-rata tal-primjum għall-kategorija ta’ riskju li tiġi eżatt qabilha (jiġifieri r-rata tal-primjum għall-kategorija “x” li hija aktar baxxa mir-rata tal-primjum għall-kategorija “x-1” tiġi aġġustata ’l fuq għal-livell tar-rata tal-primjum għall-kategorija “x-1”).

34.

Biex jiġu ddeterminati r-rati minimi tal-primjum:

Għandha tintuża l-formula li ġejja:

MPR Netta = MPR*(1+RTAS)*(1+RFAS)*(1+RMRS)*(1-CTCD)*(1+NABS) - CICD

Fejn:

RTAS tirrappreżenta l-ħlas addizzjonali għall-aġġustament tat-terminu ta’ ripagament stabbilit fl-Artikolu 12 b) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

RFAS tirrappreżenta l-ħlas addizzjonali għall-aġġustament tal-frekwenza tar-ripagament stabbilit fl-Artikoli 13 a) 1) u 2) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

RMRS tirrappreżenta l-ħlas addizzjonali għas-sostituzzjoni ta’ mitigant tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 20 b) ta’ dan l-Appendiċi.

CTCD tirrappreżenta l-Iskont tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town stabbilit fl-Artikolu 38 ta’ dan l-Appendiċi.

NABS tirrappreżenta l-ħlas addizzjonali mhux garantit b’assi stabbilit fl-Artikoli 57 a) 4), 57 b) u 59 b) ta’ dan l-Appendiċi II, skont kif applikabbli.

CICD tirrappreżenta l-iskont kondizzjonali tal-kopertura tal-assigurazzjoni stabbilit fl-Artikolu 56 a) ta’ dan l-Appendiċi.

Il-primjum jista’ jitħallas jew bil-quddiem jew, matul il-ħajja tal-faċilità, bħala firxiet espressi f’punti bażi fis-sena, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ rati u firxiet bil-quddiem. Ir-rati u l-firxiet bil-quddiem għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-mudell ta’ konverżjoni tar-rata tal-primjum (PCM) sabiex il-primjum pagabbli għal tranżazzjoni partikolari jkollu l-istess NPV kemm jekk pagabbli bil-quddiem, bħala firxa tul il-ħajja tal-faċilità, jew taħlita tagħhom. Fi tranżazzjonijiet fejn, qabel il-bidu tal-kopertura, jiġu miftiehma jew stipulati termini, li jinvolvu tnaqqis fil-ħajja medja ponderata, tista’ tintalab rata bil-quddiem (ikkalkolata bl-użu tal-PCM), li f’termini tal-primjum pagabbli li jirriżulta, jikkorrispondi għal dak pagabbli f’termini tal-NPV skont il-firxiet.

35.

Ir-rati minimi tal-primjum applikabbli huma ppubblikati fuq is-sit web tal-OECD, bl-użu tal-format stabbilit fit-Tabella 5 hawn taħt.

Tabella 5.

Rati minimi tal-primjum

(terminu ta’ ripagament ta’ 12-il sena, tranżazzjonijiet garantiti b’assi)

Kategorija tar-riskju

Klassifikazzjoni tar-riskju

Rati minimi tal-primjum

Firxiet fis-Sena (bps)

Bil-quddiem (%)

1

AAA sa BBB-

 

 

2

BB+ u BB

 

 

3

BB-

 

 

4

B+

 

 

5

B

 

 

6

B-

 

 

7

CCC

 

 

8

CC sa C

 

 

II.   TNAQQIS TAL-PRIMJUM MINIMU

36.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 ta’ dan l-Appendiċi, għandu jiġi permess tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti f’konformità mas-subtaqsima I ta’ hawn fuq jekk:

(a)

It-tranżazzjoni garantita b’assi hija relatata ma’ oġġett tal-inġenju tal-ajru skont it-tifsira tal-Protokoll ta’ Cape Town dwar Kwistjonijiet Speċifiċi għat-Tagħmir tal-Inġenji tal-Ajru,

(b)

L-operatur tal-oġġett tal-inġenju tal-ajru (u, jekk differenti, il-mutwatarju/ix-xerrej jew il-lokatur jekk, fil-fehma tal-Parteċipant li jipprovdi l-appoġġ uffiċjali, l-istruttura tat-tranżazzjoni hekk titlob) jinsab fi Stat li, fil-mument tal-iżborż fir-rigward tal-oġġett tal-inġenju tal-ajru, jidher fil-lista ta’ Stati li jikkwalifikaw għat-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum (“Il-Lista ta’ Cape Town”), u fejn applikabbli, f’unità territorjali ta’ dak l-Istat li tikkwalifika skont l-Artikolu 39 ta’ dan l-Appendiċi, u

(c)

It-tranżazzjoni tkun relatata ma’ oġġett tal-inġenju tal-ajru rreġistrat fir-Reġistru Internazzjonali stabbilit skont il-Konvenzjoni ta’ Cape Town, u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Cape Town jew is-CTC).

37.

It-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti f’konformità mas-Subtaqsima I hawn fuq ma għandux jaqbeż l-10 % tar-rata minima tal-primjum applikabbli.

38.

Sabiex jiġi inkluż fil-Lista ta’ Cape Town, Stat għandu:

(a)

Ikun Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Cape Town;

(b)

Ikun għamel id-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika stabbiliti fl-Anness I ta’ dan l-Appendiċi; u

(c)

Ikun implimenta l-Konvenzjoni ta’ Cape Town, inklużi d-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika, fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, kif meħtieġ, b’tali mod li l-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ikunu tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali.

39.

Biex tikkwalifika skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Appendiċi, unità territorjali għandha:

(a)

Tkun unità territorjali li għaliha tkun ġiet estiża l-Konvenzjoni ta’ Cape Town;

(b)

Tkun unità territorjali li fir-rigward tagħha japplikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika stabbiliti fl-Anness I għal dan l-Appendiċi; u

(c)

Tkun implimentat il-Konvenzjoni ta’ Cape Town, inklużi d-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika, fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kif meħtieġ, b’tali mod li l-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ikunu tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali.

40.

Lista ta’ Cape Town inizjali u miftiehma għandha tiġi pprovduta mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Settorjali. L-aġġornamenti tal-Lista ta’ Cape Town għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 41 sa 53 ta’ dan l-Appendiċi.

41.

Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista’ jipproponi lis-Segretarjat iż-żieda ta’ Stat fil-Lista ta’ Cape Town. Fir-rigward tat-tali Stat, proposta bħal din għandha tinkludi:

(a)

L-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-data tad-depożitu tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town jew tal-istrumenti ta’ adeżjoni mad-Depożitarju;

(b)

Kopja tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Istat li huwa propost li jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town;

(c)

L-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-data li fiha l-Konvenzjoni ta’ Cape Town u d-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika jkunu daħlu fis-seħħ;

(d)

Analiżi li tiddeskrivi l-passi li l-Istat li huwa propost li jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town ikun ħa biex jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Cape Town u d-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, kif meħtieġ biex jiġi żgurat li l-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ikunu tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali; u

(e)

Kwestjonarju mimli kif xieraq, li l-formola tiegħu hija mehmuża fl-Anness 2 ta’ dan l-Appendiċi (“il-Kwestjonarju tas-CTC”) mimli minn tal-anqas ditta legali waħda kkwalifikata biex tagħti parir legali fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni rilevanti tal-Istat li huwa propost li jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town. Il-Kwestjonarju tas-CTC mimli għandu jispeċifika:

(i)

L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-uffiċċju tad-ditta/i legali rispondenti;

(ii)

L-esperjenza rilevanti tad-ditta legali, li tista’ tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni tat-trattati internazzjonali fl-Istat, u esperjenza speċifika fi kwistjonijiet relatati mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza fil-konsulenza jew lil gvern jew lis-settur privat dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town, jew fl-infurzar tad-drittijiet tal-kreditur fl-Istat li huwa propost li jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town;

(iii)

Jekk id-ditta legali hijiex involuta jew għandhiex l-intenzjoni li tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjoni li tista’ tibbenefika minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-Lista tas-CTC (34); u

(iv)

Id-data li fiha mtela l-Kwestjonarju tas-CTC.

42.

Is-Segretarjat għandu jiċċirkola messaġġ li jkun fih il-proposta permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.

43.

Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista’ jipproponi li Stat jitneħħa mil-Lista ta’ Cape Town jekk ikun tal-fehma li tali Stat ikun ħa azzjonijiet li jkunu inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ta’ dak l-Istat, jew ikun naqas milli jieħu azzjonijiet li huma meħtieġa bis-saħħa tagħhom. Għal dak il-għan, il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant għandu jinkludi fi proposta għat-tneħħija mil-Lista ta’ Cape Town, deskrizzjoni sħiħa taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-proposta għat-tneħħija, bħal kwalunkwe azzjoni tal-Istat li tkun inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town tiegħu, jew kwalunkwe nuqqas ta’ żamma jew infurzar tal-leġiżlazzjoni meħtieġa bis-saħħa tal-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ta’ dak l-Istat. Il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant li jissottometti l-proposta għat-tneħħija mil-Lista ta’ Cape Town għandu jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tkun disponibbli, u s-Segretarjat għandu jiċċirkola messaġġ li jkun fih din il-proposta permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.

44.

Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista’ jipproponi r-reintegrazzjoni ta’ Stat li jkun tneħħa mil-Lista ta’ Cape Town, meta tali reintegrazzjoni tkun iġġustifikata minn azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi sussegwenti. Proposta bħal din għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tneħħija tal-Istat kif ukoll rapport tal-azzjonijiet korrettivi sussegwenti b’appoġġ għar-reintegrazzjoni. Is-Segretarjat għandu jiċċirkola messaġġ li jkun fih tali proposta permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.

45.

Il-Parteċipanti jistgħu jew jaqblu ma’ proposta mressqa skont l-Artikoli 41 sa 44 ta’ dan l-Appendiċi jew joġġezzjonaw għaliha fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-proposta (“il-Perjodu 1”).

46.

Jekk fi tmiem il-Perjodu 1, u fil-każ tal-Artikolu 43 ta’ dan l-Appendiċi sakemm il-proposta ma tkunx ġiet irtirata mill-Parteċipant jew min-non-Parteċipant li jkun ipproponiha, li jipprovdi evidenza ta’ azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, l-aġġornament propost tal-Lista ta’ Cape Town jitqies li ġie aċċettat mill-Parteċipanti kollha. Is-Segretarjat jimmodifika l-Lista ta’ Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Il-Lista ta’ Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ dak il-messaġġ.

47.

Fil-każ ta’ oġġezzjoni għall-aġġornament propost fil-Lista ta’ Cape Town, il-Parteċipant jew Parteċipanti li joġġezzjonaw, fi żmien il-Perjodu 1, għandhom jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub għar-raġuni tal-oġġezzjoni. Wara li s-Segretarjat tal-OECD jibgħat l-oġġezzjoni bil-miktub lill-Parteċipanti kollha, il-Parteċipanti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal ftehim fi żmien perjodu ieħor ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol (“il-Perjodu 2”).

48.

Il-Parteċipanti għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom. Jekk jintlaħaq ftehim matul il-Perjodu 2, is-Segretarjat, jekk ikun meħtieġ, jaġġorna l-Lista ta’ Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ permezz tal-posta elettronika fil-ħamest ijiem ta’ xogħol sussegwenti. Il-Lista ta’ Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ dak il-messaġġ.

49.

Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim matul il-Perjodu 2, il-President tal-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (minn hawn ’il quddiem “il-President”) jagħmel ħiltu biex jiffaċilita kunsens bejn il-Parteċipanti, fi żmien 20 jum ta’ xogħol (“il-Perjodu 3”) immedjatament wara l-Perjodu 2. Jekk fi tmiem il-Perjodu 3, ma jintlaħaq l-ebda kunsens, għandha tinkiseb riżoluzzjoni finali permezz tal-proċeduri li ġejjin:

(a)

Il-President għandu jagħmel rakkomandazzjoni bil-miktub fir-rigward tal-aġġornament propost fil-Lista ta’ Cape Town. Ir-rakkomandazzjoni tal-President għandha tirrifletti l-fehma tal-maġġoranza li toħroġ mill-fehmiet espressi b’mod miftuħ minn tal-inqas il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Fin-nuqqas ta’ fehma tal-maġġoranza, il-President għandu jagħmel rakkomandazzjoni bbażata esklussivament fuq il-fehmiet espressi mill-Parteċipanti u għandu jfassal bil-miktub il-bażi għar-rakkomandazzjoni, u jinkludi, fil-każ ta’ ineliġibbiltà, il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ma kinux issodisfati.

(b)

Ir-rakkomandazzjoni tal-President ma għandha tiżvela l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet jew il-pożizzjonijiet tal-Parteċipanti espressi fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikoli 41 sa 50 ta’ dan l-Appendiċi, u

(c)

Il-Parteċipanti għandhom jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni tal-President.

50.

Jekk, wara proposta sottomessa skont l-Artikolu 41 ta’ dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jew il-President ikun iddetermina li Stat ma jkunx eliġibbli biex jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town, Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jissottometti proposta oħra li titlob li l-Parteċipanti jerġgħu jikkunsidraw l-eliġibbiltà tal-Istat. Il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant li jressaq il-proposta għandu jindirizza r-raġunijiet għall-ineliġibbiltà kif iddeterminata inizjalment. Il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant li jressaq il-proposta għandu jikseb u jipprovdi wkoll kwestjonarju tas-CTC aġġornat. Din il-proposta l-ġdida għandha tkun soġġetta għall-proċess stipulat fl-Artikoli 45 sa 51 ta’ dan l-Appendiċi.

51.

Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fil-lista ta’ pajjiżi kkwalifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 49 ta’ dan l-Appendiċi, is-Segretarjat għandu joħroġ messaġġ permezz ta’ posta elettronika li jkun fih il-Lista ta’ Cape Town aġġornata fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn tali bidla. Il-Lista ta’ Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ dak il-messaġġ.

52.

Iż-żieda, l-irtirar jew ir-reintegrazzjoni ta’ Stat fil-Lista ta’ Cape Town wara l-iżborż fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ma għandhiex taffettwa l-MPRs stabbiliti fir-rigward ta’ tali inġenju tal-ajru.

53.

Fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikoli 41 sa 51 ta’ dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti ma għandhom jiddivulgaw l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet jew mal-pożizzjonijiet espressi.

54.

Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 41 sa 53 ta’ dan l-Appendiċi u jirrieżaminawha kull sena jew fuq talba ta’ kwalunkwe Parteċipant.

55.

Għal inġenji tal-ajru ġodda jew użati, jistgħu jiġu applikati l-aġġustamenti li ġejjin għar-rati minimi applikabbli tal-primjum:

(a)

Jista’ jiġi applikat skont ta’ ħames punti bażi (firxiet fis-sena) jew ta’ 0,29 % (bil-quddiem) għar-rati minimi tal-primjum applikabbli għal tranżazzjonijiet appoġġati uffiċjalment fil-forma ta’ kopertura kondizzjonali tal-assigurazzjoni.

(b)

Ir-rati minimi tal-primjum għandhom jiġu applikati fuq l-ammont ta’ kapital kopert.

III.   TRANŻAZZJONIJIET MHUX GARANTITI B’ASSI

56.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 a) ta’ dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġati b’mod uffiċjali għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b’assi, sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux sovrani:

1.

Il-valur massimu tal-kuntratt ta’ esportazzjoni li jirċievi appoġġ uffiċjali jkun ta’ USD 15-il miljun.

2.

It-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ 10 snin,

3.

L-ebda parti terza ma jkollha interess ta’ garanzija fl-assi ffinanzjati, u

4.

Ħlas addizzjonali minimu ta’ 30 % għandu jiġi applikat għar-rati minimi tal-primjum stabbiliti f’konformità mas-sub-Taqsima I hawn fuq.

(b)

F’każ ta’ tranżazzjoni ma’ sovran jew appoġġata b’garanzija sovrana irrevokabbli u inkondizzjonata, għandu jiġi applikat ħlas addizzjonali minimu, f’konformità mat-Tabella 6 hawn taħt, għar-rati minimi tal-primjum stabbiliti f’konformità mas-subtaqsima I ta’ hawn fuq.

Tabella 6

Kategorija tar-Riskju

Ħlas addizzjonali (%)

1

0

2

0

3

0

4

10

5

15

6

15

7

25

8

25

57.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 sa 52 ta’ dan l-Appendiċi ma japplikawx għall-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati pprovduti skont l-Artikolu 56 ta’ dan l-Appendiċi.

TAQSIMA 3

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL OĠĠETTI U SERVIZZI MINBARRA INĠENJI TAL-AJRU UŻATI KOPERTI MILL-PARTI 3 TA’ DAN IL-FTEHIM SETTORJALI

58.

Meta jingħata appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha minbarra inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu kif ġej:

(a)

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet garantiti b’assi, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu ugwali għall-firxiet minimi prevalenti stabbiliti f’konformità mas-Subtaqsima I ta’ hawn fuq u, fil-każ ta’ kopertura pura, ikkonvertiti għal tariffi bil-quddiem bl-użu tal-mudell ta’ konverżjoni u t-terminu xieraq.

(b)

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux garantiti b’assi, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu ugwali għall-firxiet minimi prevalenti stabbiliti f’konformità mas-Subtaqsima I ta’ hawn fuq li magħhom jiżdied ħlas addizzjonali ta’ 30 %, u, fil-każ ta’ kopertura pura, ikkonvertiti f’tariffi bil-quddiem bl-użu tal-mudell ta’ konverżjoni u t-terminu xieraq.

59.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 sa 52 ta’ dan l-Appendiċi għandhom japplikaw għall-appoġġ uffiċjali għall-magni ta’ rikambju ggarantiti b’assi koperti mill-Artikoli 20 a) u 20 c) ta’ dan il-Ftehim Settorjali u għall-appoġġ skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 21 a) 1) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

60.

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 55 ta’ dan l-Appendiċi għandha tapplika wkoll għall-appoġġ uffiċjali għall-oġġetti u s-servizzi kollha minbarra l-inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

ANNESS 1

DIKJARAZZJONIJIET TA’ KWALIFIKA

1.   

Għall-finijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi II, it-terminu “dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika”, u r-referenzi l-oħra kollha għalihom f’dan il-Ftehim Settorjali, ifisser li Parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Cape Town (Parti Kontraenti):

(a)

Tkun għamlet id-dikjarazzjonijiet fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Anness, u

(b)

Ma tkunx għamlet id-dikjarazzjonijiet fl-Artikolu 3 ta’ dan l-Anness.

2.   

Id-dikjarazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 1a) ta’ dan l-Anness huma:

(a)

Insolvenza: L-Istat Parti jiddikjara li se japplika l-Alternattiva A kollha prevista fl-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru għat-tipi kollha ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u li l-perjodu ta’ stennija għall-finijiet tal-Artikolu XI (3) ta’ dik l-Alternattiva ma għandux ikun ta’ aktar minn 60 jum kalendarju.

(b)

Tneħħija mir-reġistru: L-Istat Parti jiddikjara li se japplika l-Artikolu XIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

(c)

Għażla tal-Liġi: L-Istat Parti jiddikjara li se japplika l-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

U mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin (għalkemm it-tnejn huma mħeġġa):

(d)

Metodu għat-Twettiq ta’ Rimedji: L-Istat Parti jiddikjara skont l-Artikolu 54 (2) tal-Konvenzjoni li kwalunkwe rimedju disponibbli għall-kreditur skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-Konvenzjoni u li l-implimentazzjoni tiegħu ma tkunx soġġetta għal applikazzjoni lil qorti jista’ jiġi eżerċit mingħajr il-permess tal-qorti (l-inserzjoni “mingħajr azzjoni tal-qorti u” għandha tiġi rrakkomandata (iżda mhux meħtieġa) qabel il-kliem “bil-permess tal-qorti”);

(e)

Rimedji f’waqthom: L-Istat Parti jiddikjara li se japplika l-Artikolu X tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru kollu kemm hu (għad li l-klawżola 5 tiegħu, li għandha tiġi mħeġġa, ma hijiex meħtieġa) u li l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu X (2) tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru għandu jkun fir-rigward ta’:

1.

Ir-rimedji speċifikati fl-Artikoli 13 (1) (a), (b) u (c) tal-Konvenzjoni (preservazzjoni tal-oġġetti tal-inġenju tal-ajru u l-valur tagħhom; il-pussess, il-kontroll jew il-kustodja tal-oġġetti tal-inġenju tal-ajru; u immobilizzazzjoni tal-oġġetti tal-inġenju tal-ajru), mhux iktar minn għaxart ijiem kalendarji, u

2.

Ir-rimedji speċifikati fl-Artikoli 13 (1) (d) u (e) tal-Konvenzjoni (lokazzjoni jew ġestjoni tal-oġġetti tal-inġenju tal-ajru u l-introjtu minnhom u l-bejgħ u l-applikazzjoni ta’ rikavati mit-tagħmir tal-inġenju tal-ajru), mhux aktar minn 30 jum kalendarju.

3.   

Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 b) ta’ dan l-Anness huma dawn li ġejjin:

(a)

Eżenzjoni sakemm issir Determinazzjoni Finali: L-Istat Parti ma jridx ikun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni li biha ma japplikax l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 43 tal-Konvenzjoni; madankollu, dment li, jekk l-Istat Parti jkun għamel id-dikjarazzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 2 d) ta’ dan l-Anness, il-formulazzjoni ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni tal-iskont tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town.

(b)

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma: L-Istat Parti ma jridx ikun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXXII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru li biha ma japplikax l-Artikolu XXIV tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru; u

(c)

Rimedju b’Lokazzjoni: L-Istat Parti ma jridx ikun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 54 (1) tal-Konvenzjoni li tipprevjeni l-lokazzjoni bħala rimedju.

4.   

Fir-rigward tal-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru, għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni ta’ kwalifika stabbilita fl-Artikolu 2 a) ta’ dan l-Anness għandha titqies magħmula minn Stat Membru, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jekk il-liġi nazzjonali ta’ tali Stat Membru ġiet emendata biex tirrifletti t-termini tal-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (b’perjodu ta’ stennija massimu ta’ 60 jum kalendarju). Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika stabbiliti fl-Artikoli 2 c) u e) ta’ dan l-Anness, dawn għandhom jitqiesu ssodisfati, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, jekk il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri rilevanti jkunu sostanzjalment simili għal dawk stabbiliti f’tali Artikoli ta’ dan l-Anness. Fil-każ tal-Artikolu 2 c) ta’ dan l-Anness, il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament KE 593/2008 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali) huma miftiehma li huma sostanzjalment simili għall-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

ANNESS 2

KWESTJONARJU DWAR IL-KONVENZJONI TA’ CAPE TOWN

I.   Informazzjoni Preliminari

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tad-ditta legali li qed timla l-kwestjonarju.

2.

L-esperjenza rilevanti tad-ditta legali, li tista’ tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni tat-trattati internazzjonali fl-Istat, u esperjenza speċifika fi kwistjonijiet relatati mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza fil-konsulenza jew lil gvern jew lis-settur privat dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town, jew fl-infurzar tad-drittijiet tal-kreditur fl-Istat li huwa propost li jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town.

3.

Jekk id-ditta legali hijiex involuta jew għandhiex l-intenzjoni li tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjoni li tista’ tibbenefika minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-Lista tas-CTC. (35)

4.

Id-data li fiha mtela dan il-kwestjonarju.

II.   Mistoqsijiet

1.   Dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika

1.1.

L-Istat (36) għamel kull waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Appendiċi II tal-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (“ASU”) (kull waħda “Dikjarazzjoni ta’ Kwalifika”)? B’mod partikolari, rigward id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw il-“Metodu għat-Twettiq ta’ Rimedji” [Artikolu 2 d)] u “Rimedji f’waqthom” [Artikolu 2 e)], jekk jogħġbok speċifika jekk saritx waħda minnhom jew it-tnejn li huma.

1.2.

Jekk jogħġbok iddeskrivi b’liema mod id-dikjarazzjonijiet magħmula jvarjaw, jekk fil-fatt ivarjaw, mir-rekwiżiti msemmija fil-Mistoqsija 1.1.

1.3.

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-Istat ma għamel l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 tal-Anness 1 tal-Appendiċi II tal-ASU.

2.   Ratifika

2.1.

L-Istat irratifika, aċċetta, approva l-Konvenzjoni ta’ Cape Town u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (“Il-Konvenzjoni”) jew aderixxa magħhom? Tista’ tindika d-data tar-ratifika/tal-adeżjoni u tiddeskrivi fil-qosor il-proċess ta’ adeżjoni tal-Istat mal-Konvenzjoni jew tar-ratifika tagħha?

2.2.

Il-Konvenzjoni u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Kwalifika (“QD”) magħmula huma legalment vinkolanti fit-territorju kollu tal-Istat mingħajr att ulterjuri, leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni jew l-adozzjoni ta’ kwalunkwe liġi jew regolament ulterjuri?

2.3.

Jekk iva, jekk jogħġbok spjega fil-qosor il-proċess li jagħmel il-Konvenzjoni u l-QDs legalment vinkolanti.

3.   Effett tal-liġi nazzjonali u lokali

3.1.

Iddeskrivi u elenka, jekk applikabbli, il-leġiżlazzjoni u r-regolament(i) ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-Konvenzjoni u kull QD magħmula mill-Istat.

3.2.

Il-Konvenzjoni u l-QDs magħmula, kif tradotti fil-liġi nazzjonali (37) (“Konvenzjoni u QDs”), jinvalidaw jew jipprevalu fuq kwalunkwe liġi, regolament, ordni, preċedent ġudizzjarju jew prattika regolatorja nazzjonali konfliġġenti? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess li bih jiġri dan, (38) u jekk le, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji.

3.3.

Hemm xi lakuni eżistenti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivihom. (39)

4.   Deċiżjonijiet tal-qrati u deċiżjonijiet amministrattivi

4.1.

Jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe kwistjoni, inkluż prattika ġudizzjarja, regolatorja, jew amministrattiva li tista’ twassal biex il-qrati, l-awtoritajiet jew il-korpi amministrattivi ma jagħtux forza u effett sħaħ lill-Konvenzjoni u lill-QDs. (40) , (41)

4.2.

Sa fejn taf int, ittieħdet xi azzjoni ta’ infurzar ġudizzjarja jew amministrattiva minn kreditur skont il-Konvenzjoni? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-azzjoni u indika jekk irnexxietx.

4.3.

Sa fejn taf int, mir-ratifika/mill-implimentazzjoni, il-qrati f’dak l-Istat irrifjutaw fi kwalunkwe istanza li jinfurzaw l-obbligi ta’ self ta’ debitur jew garanti fl-Istat b’mod kuntrarju għall-Konvenzjoni u l-QDs?

4.4.

Sa fejn taf int, hemm xi kwistjonijiet oħrajn li jistgħu jiddeterminaw jekk il-qrati u l-korpi amministrattivi għandhomx ikunu mistennija jaġixxu b’mod konsistenti mal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

Appendiċi III

RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

L-għoti ta’ appoġġ finanzjarju uffiċjali ma għandux ipaċi jew jikkumpensa, b’mod parzjali jew sħiħ, ir-rata xierqa tal-primjum li għandha tintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II.

1.   RATA MINIMA VARJABBLI TAL-IMGĦAX

(a)

Ir-rata tal-imgħax minima varjabbli għandha tkun, kif xieraq għall-munita, l-EURIBOR, ir-Rata ta’ Swap tal-Polza tal-Bank, jiġifieri il-BBSY, ir-Rata Offruta tan-Negozjant Kanadiż (CDOR) jew ir-rata mingħajr riskju rilevanti (RFR) għall-munita, inkluż RFRs b’terminu ta’ żmien, kif speċifikat mill-amministratur tal-parametru referenzjarju tal-munita (ir-“rata varjabbli tal-parametru referenzjarju”). Għall-finijiet taċ-ċertezza, għal dollari Amerikani, ir-rata ta’ referenza varjabbli għandha tkun ir-Rata ta’ Finanzjament Garantita mil-Lum għall-Għada (SOFR). Meta r-rata varjabbli tal-parametru referenzjarju tkun rata mil-lum għall-għada, din għandha tiġi komposta kuljum matul kull perjodu tal-imgħax bl-użu ta’ konvenzjonijiet tas-suq ġeneralment aċċettati. Meta r-rata varjabbli tal-parametru referenzjarju tkun rata b’terminu, għandha tkun ir-rata effettiva jumejn ta’ negozju qabel kull perjodu tal-imgħax, bil-maturità li tikkorrispondi għall-frekwenza tal-pagament tal-imgħax tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b’mod uffiċjali. Il-parametru referenzjarju tal-marġni kkalkulat skont l-Artikolu 8 ta’ dan l-Appendiċi għandu jiżdied mar-rata varjabbli tal-parametru referenzjarju.

(b)

Meta r-ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax jiġu kkombinati f’pagamenti parzjali ndaqs, għandha tintuża rata bbażata jew fuq ir-rata ta’ swap jew fuq ir-rata varjabbli tal-parametru referenzjarju effettiva jumejn tax-xogħol qabel id-data ta’ prelevament tas-self, biex tiġi kkalkulata l-iskeda ta’ pagament kollha, daqslikieku kienet rata fissa, u l-iskeda tal-pagament tal-kapital għandha mbagħad tiġi ffissata.

(c)

Meta jingħata appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b’rata varjabbli, ix-xerrejja/il-mutwatarji jista’ jkollhom l-għażla li jaqilbu minn rata varjabbli għal rata fissa sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-għażla tkun limitata għall-qlib għar-rata ta’ swap biss; (42)

2.

L-għażla ta’ qlib għandha tiġi eżerċitata biss fuq talba, u darba biss, u tiġi rrapportata kif xieraq b’referenza għall-formola għar-rapportar mibgħuta fil-bidu lis-Segretarjat skont l-Artikolu 24 ta’ dan il-Ftehim.

2.   RATA TAL-IMGĦAX FISSA U MINIMA

Ir-rata tal-imgħax fissa u minima għandha tkun jew:

(a)

Ir-rata ta’ swap li tirrigwarda l-munita rilevanti tal-kreditu għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġat u b’maturità ugwali għar-rata interpolata għaż-żewġ perjodi annwali l-aktar qrib disponibbli għall-ħajja medja ponderata tas-self. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi stabbilita jumejn ta’ xogħol qabel kull data ta’ prelevament.

JEW

(b)

Ir-Rata ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRR) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ dan l-Appendiċi,

li magħha, fiż-żewġ każijiet, għandu jiżdied il-parametru referenzjarju tal-marġni, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 8 f) ta’ dan l-Appendiċi.

3.   DETERMINAZZJONI TAS-CIRR

(a)

CIRR għandha tiġi ppubblikata għall-euro, għall-yen Ġappuniż, għal-lira sterlina tar-Renju Unit, għad-dollaru Amerikan u, soġġett għas-sottomissjoni ta’ talba minn Parteċipant Interessat, għal kwalunkwe waħda mill-muniti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim Settorjali u kkalkulata biż-żieda ta’ marġni fiss ta’ 120 punt bażi ma’ wieħed mit-tliet rendimenti li ġejjin (ir-rati bażi):

1.

Ir-rendiment tal-bonds tal-gvern fuq ħames snin għal terminu ta’ ripagament sa disa’ snin inklużi,

2.

Ir-rendiment tal-bonds tal-gvern fuq seba’ snin għal terminu ta’ ripagament minn disa’ snin sa 12-il sena inklużi, jew

3.

Ir-rendiment tal-bonds tal-gvern fuq disa’ snin għal iktar minn 12-il sena u sa 15-il sena inklużi.

(b)

Is-CIRR għandha tiġi kkalkulata kull xahar bl-użu ta’ data mix-xahar ta’ qabel u għandha tiġi nnotifikata lis-Segretarjat, mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar. Imbagħad, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Is-CIRR għandha tidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar.

(c)

Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni man-non-Parteċipant, Parteċipant jew is-Segretarjat f’isem dak in-non-Parteċipant jista’ jagħmel proposta għad-determinazzjoni tas-CIRR f’dik il-munita bl-użu tal-proċeduri ta’ Linja Komuni stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 33 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

4.   PERJODU TA’ VALIDITÀ TAS-CIRR

(a)

Iż-żamma tas-CIRR: is-CIRR li tapplika għal tranżazzjoni ma għandhiex tinżamm għal perjodu itwal minn sitt xhur mill-għażla tagħha (id-data tal-kuntratt tal-esportazzjoni jew kwalunkwe data ta’ applikazzjoni minn hemm ’il quddiem) għad-data tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk il-ftehim ta’ kreditu ma jiġix iffirmat f’dik l-iskadenza, u s-CIRR tiġi rrisettjata għal sitt xhur oħra, is-CIRR il-ġdida għandha tiġi impenjata bir-rata prevalenti fid-data tar-risettjar.

(b)

Wara d-data tal-ftehim ta’ kreditu, is-CIRR għandha tiġi applikata għal perjodi ta’ prelevament li ma jaqbżux is-sitt xhur. Wara l-ewwel perjodu ta’ prelevament ta’ sitt xhur, is-CIRR tiġi rrisettjata għas-sitt xhur ta’ wara; is-CIRR il-ġdida għandha tkun dik prevalenti fl-ewwel jum tal-perjodu l-ġdid ta’ sitt xhur u ma tistax tkun inqas mis-CIRR magħżula oriġinarjament (proċedura li għandha tiġi rreplikata għal kull perjodu sussegwenti ta’ sitt xhur ta’ prelevamenti).

5.   APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

Fid-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, il-mutwatarju ma għandux jitħalla jagħżel li jaqleb minn finanzjament b’rata varjabbli uffiċjalment appoġġat għal finanzjament b’CIRR magħżula minn qabel, lanqas ma għandu jitħalla jaqleb bejn CIRR magħżula minn qabel u r-rata tas-suq għal terminu qasir ikkwotata fi kwalunkwe data tal-ħlas tal-imgħax matul il-ħajja tas-self.

6.   RIPAGAMENT ANTIĊIPAT TA’ SELF B’RATA TAL-IMGĦAX FISSA

Fil-każ ta’ ripagament bikri volontarju ta’ self b’rata tal-imgħax fissa kif iddeterminat fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Appendiċi, jew ta’ kwalunkwe porzjon tiegħu jew meta s-CIRR applikata skont il-ftehim ta’ kreditu tiġi mmodifikata f’rata varjabbli jew ta’ swap, il-mutwatarju għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni li tipprovdi appoġġ uffiċjali b’finanzjament għall-kostijiet u t-telf kollha mġarrba bħala riżultat ta’ tali azzjonijiet, inkluż il-kost tal-istituzzjoni tal-gvern biex tissostitwixxi l-parti tal-influss ta’ flus b’rata fissa interrotta mir-ripagament bikri.

7.   BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu n-notifika ta’ emenda ta’ CIRR matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem ta’ xogħol wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika ta’ din l-emenda.

8.   PARAMETRU REFERENZJARJU TAL-MARĠNI

(a)

Il-parametru referenzjarju tal-marġni tas-SOFR għandu jiġi kkalkulat kull xahar f’konformità mal-paragrafu b), bl-użu ta’ data nnotifikata lis-Segretarjat f’konformità mal-paragrafu c), u għandu jidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar. Ladarba l-parametru referenzjarju tal-marġni jiġi kkalkolat, is-Segretarjat għandu jinnotifikah lill-Parteċipanti u għandu jippubblikah.

(b)

Il-parametru referenzjarju tal-marġni tas-SOFR għandu jkun rata ekwivalenti għall-medja tal-inqas 50 % tal-marġnijiet fuq: (i) SOFR (jew is-SOFR komposta ta’ kuljum ikkalkulata fuq frekwenza ta’ tliet xhur jew SOFR b’terminu ta’ 3 xhur, kif xieraq) mitluba għal tranżazzjonijiet b’rata varjabbli u (ii) SOFR (jew is-SOFR komposta kuljum ikkalkulata fuq frekwenza ta’ 3 xhur jew SOFR b’terminu ta’ 3 xhur, kif xieraq) kif interpolata billi l-ħruġ ta’ rata fissa jiġi skambjat ma’ rata varjabbli ekwivalenti mitluba għal tranżazzjonijiet b’rata fissa jew ħruġ ta’ swieq kapitali. Fi kwalunkwe każ, il-marġnijiet inklużi fir-rapporti ta’ kull xahar dwar il-parametri referenzjarji sottomessi mill-Parteċipanti rilevanti għandhom ikunu dawk mit-tliet xhur kalendarji sħaħ ta’ qabel id-data effettiva stabbilita fil-paragrafu a) ta’ hawn fuq. It-tranżazzjonijiet/il-ħruġ li jintuża fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju tal-marġni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Tranżazzjonijiet b’garanzija inkondizzjonata 100 % denominati f’dollari Amerikani; u

2.

Appoġġ uffiċjali pprovdut fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru vvalutati USD 35 miljun jew aktar (jew valur ekwivalenti fi kwalunkwe munita eliġibbli oħra).

(c)

Il-parteċipanti għandhom jirrapportaw marġni fiż-żmien li jsir magħruf u dak il-marġni jibqa’ fuq ir-rapport dwar il-parametru referenzjarju tal-marġni tal-Parteċipant għal tliet xhur kalendarji sħaħ. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet individwali b’diversi avvenimenti ta’ pprezzar, ma għandu jkun hemm l-ebda tentattiv biex jitqabblu l-avvenimenti sussegwenti tal-ipprezzar ma’ notifiki ex post.

(d)

Il-parteċipanti għandhom jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet mid-data li fiha jiġi realizzat il-marġni fit-tul. Għal ftehimiet b’mandat bankarju (inkluża l-PEFCO), id-data li fiha jiġi realizzat il-marġni tkun l-aktar kmieni minn dawn li ġejjin: (i) il-ħruġ ta’ impenn finali mill-Parteċipant, (ii) l-istabbiliment tal-marġni wara l-impenn, (iii) il-prelevament tas-self, u (iv) l-istabbiliment tal-marġni fit-tul wara l-prelevament. Fil-każ ta’ diversi prelevamenti li jseħħu taħt l-istess mandat bankarju u bl-istess marġni, in-notifika għandha ssir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru. Għal self iffinanzjat permezz ta’ ħruġ tas-suq kapitali, id-data li fiha jiġi realizzat il-marġni għandha tkun id-data li fiha tiġi stabbilita r-rata fit-tul li hija tipikament id-data tal-ħruġ tal-bonds. Fil-każ ta’ diversi prelevamenti li jseħħu taħt l-istess bond u bl-istess marġni, in-notifika għandha ssir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru.

(e)

Il-parametru referenzjarju tal-marġni tas-SOFR għandu jkun applikabbli għal tranżazzjoni b’rata varjabbli u għandu jiġi stabbilit mhux qabel id-data tal-impenn finali u miżmum għad-durata tal-impenn finali.

(f)

Għal tranżazzjoni b’rata fissa, il-parametru referenzjarju tal-marġni applikabbli għat-tranżazzjoni għandu jiġi ddeterminat billi l-parametru referenzjarju tas-SOFR jiġi skambjat f’firxa ekwivalenti fuq ir-rata fissa applikabbli, kif determinat fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Appendiċi, u ma jiġix stabbilit aktar kmieni mid-data finali tal-impenn u jinżamm għad-durata tal-impenn finali.

(g)

Għall-perjodu mill-15 ta’ Frar 2022 sal-14 ta’ Lulju 2022, il-parametru referenzjarju tal-marġni għandu jiġi stabbilit għal 30 punt bażi flimkien ma’ firxa aġġustata ta’ kreditu ta’ 26 punt bażi (43) (il-“parametru referenzjarju tal-marġni tranżizzjonali”), għal total ta’ 56 punt bażi, sakemm ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat parametru referenzjarju tal-marġni tas-SOFR skont il-paragrafu b) qabel l-14 ta’ Lulju 2022.

(h)

Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw il-parametru referenzjarju tal-marġni u għandhom jirrieżaminaw il-mekkaniżmu tal-parametru referenzjarju tal-marġni fuq talba ta’ kwalunkwe Parteċipant.

Appendiċi IV

FORMOLA GĦAR-RAPPORTAR

(a)   Informazzjoni Bażika

1.

Il-pajjiż notifikanti

2.

Data tan-notifika

3.

Isem l-awtorità/l-aġenzija notifikanti

4.

Numru ta’ identifikazzjoni

(b)   Informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti

5.

L-isem u l-pajjiż tax-xerrej

6.

L-isem u l-pajjiż tal-mutwatarju

7.

L-isem u l-pajjiż tal-garanti

8.

L-istatus tax-xerrej/tal-mutwatarju/tal-garanti, eż. sovran, bank privat, privat ieħor

9.

Klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej/tal-mutwatarju/tal-garanti

(c)   Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji

10.

F’liema forma huwa pprovdut l-appoġġ uffiċjali, eż. kopertura pura, appoġġ finanzjarju uffiċjali?

11.

Jekk jingħata appoġġ finanzjarju uffiċjali, dan huwa appoġġ dirett għall-kreditu/rifinanzjament/appoġġ għar-rata tal-imgħax?

12.

Deskrizzjoni tat-tranżazzjoni appoġġata, inklużi l-manifattur, il-mudell tal-inġenju tal-ajru u l-għadd ta’ inġenji tal-ajru.

13.

Data finali tal-impenn

14.

Munita tal-kreditu

15.

Ammont ta’ kreditu, skont l-iskala li ġejja f’miljuni ta’ USD:

Kategorija

Ammont ta’ Kreditu

I

0 -200

II

200 -400

III

400 -600

IV

600 -900

V

900 -1 200

VI

1 200 -1 500

VII

1 500 –2 000  (*1)

16.

Perċentwal ta’ appoġġ uffiċjali

17.

Terminu tar-ripagament

18.

Il-profil u l-frekwenza tar-ripagament – inkluż, fejn xieraq, il-ħajja medja ponderata

19.

It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital

20.

Rati tal-imgħax:

Rata minima tal-imgħax applikata

Parametru referenzjarju tal-marġni applikat

21.

Primjum totali mitlub permezz ta’:

Tariffi bil-quddiem (f’perċentwal tal-ammont ta’ kreditu) jew

Firxiet (punti bażi fis-sena ogħla mir-rata tal-imgħax applikata)

Jekk ikun il-każ, jekk jogħġbok indika b’mod separat il-ħlas addizzjonali ta’ 15 % applikat f’konformità mal-Appendiċi II, Artikolu 20 b).

22.

Fil-każ ta’ kreditu/finanzjament dirett, it-tariffi mitluba permezz ta’:

Tariffa tal-Arranġament/Istrutturar

Tariffa ta’ Impenn/Żamma tal-primjum

Tariffa tal-Amministrazzjoni

23.

Perjodu ta’ żamma tal-primjum

24.

Fil-każ ta’ kopertura pura, it-tariffi għaż-żamma tal-primjum

25.

It-termini ta’ strutturazzjoni tat-tranżazzjoni: mitiganti tar-riskji/imposta miżjuda tal-primjum applikata

26.

Jekk ikun il-każ, indikazzjoni tal-impatt tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town fuq ir-rata tal-primjum applikata

Appendiċi V

LISTA TA’ DEFINIZZJONIJIET

Ekwivalenza tal-Kostijiet Kollha: il-valur preżenti nett tar-rati tal-primjum, il-kostijiet tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba għal kreditu dirett bħala perċentwal tal-ammont ta’ kreditu dirett huwa ugwali għall-valur preżenti nett tas-somma tar-rati tal-primjum, il-kostijiet tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba taħt kopertura pura bħala perċentwal tal-ammont ta’ kreditu taħt kopertura pura.

Garantita b’Assi: tranżazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 a) tal-Appendiċi II.

Xerrej/Mutwatarju: jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) entitajiet kummerċjali bħal linji tal-ajru u lokaturi, kif ukoll entitajiet sovrani (jew jekk l-entità tkun differenti, is-sors primarju ta’ ripagament tat-tranżazzjoni).

Tagħmir Fornut mix-Xerrej: tagħmir fornut mix-xerrej u inkorporat fl-inġenju tal-ajru matul il-proċess ta’ manifattura/restawr, mal-konsenja jew qabel, kif muri mill-Att tal-Bejgħ mill-manifattur.

Konvenzjoni ta’ Cape Town: tirreferi għall-Konvenzjoni ta’ Cape Town dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir tal-Inġenji tal-Ajru.

Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma, li biha r-rieda jew l-intenzjoni li jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċevitur, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja, inkluż iżda mhux biss, ittri ta’ eliġibbiltà, ittri ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Linja Komuni: ftehim tal-Parteċipanti għal tranżazzjoni partikolari, jew f’ċirkostanzi speċjali dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għall-appoġġ uffiċjali; tali linja komuni għandha tipprevali fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim Settorjali biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-linja komuni.

Kopertura Kondizzjonali tal-Assigurazzjoni: appoġġ uffiċjali li fil-każ ta’ inadempjenza fuq pagament għal riskji definiti jipprovdi indennifikazzjoni lill-benefiċjarju wara perjodu ta’ stennija speċifikat; matul il-perjodu ta’ stennija, il-benefiċjarju ma għandux id-dritt għal pagament mill-Parteċipant. Il-pagament skont kopertura kondizzjonali tal-assigurazzjoni huwa soġġett għall-validità u l-eċċezzjonijiet tad-dokumentazzjoni sottostanti u tat-tranżazzjoni sottostanti.

Konverżjoni: Bidla kbira fid-disinn tat-tip ta’ inġenju tal-ajru permezz tal-konverżjoni tiegħu f’tip differenti ta’ inġenju tal-ajru (inkluż il-konverżjoni ta’ inġenju tal-ajru tal-passiġġieri f’ajruplan li jitfi n-nar, f’inġenju tal-ajru tal-merkanzija, f’inġenju tal-ajru tat-tiftix u s-salvataġġ, f’inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza, jew business jet), soġġett għal ċertifikazzjoni mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili responsabbli.

Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż: il-klassifikazzjoni prevalenti tar-riskju tal-pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati kif ippubblikata fuq is-sit web tal-OECD.

Aġenzija tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu: waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu b’reputazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe aġenzija ta’ klassifikazzjoni oħra li hija aċċettabbli għall-Parteċipanti.

Kits tal-Magni: sett ta’ parts introdotti biex itejbu l-kisba ta’ affidabbiltà, durabbiltà u/jew ta’ prestazzjoni fl-ajru permezz tal-introduzzjoni tat-teknoloġija.

Kreditu għall-Esportazzjoni: assigurazzjoni, garanzija jew arranġament ta’ finanzjament li jippermetti lil xerrej barrani ta’ prodotti u/jew servizzi esportati sabiex jipposponi pagament fuq perjodu ta’ żmien; kreditu għall-esportazzjoni jista’ jieħu l-forma ta’ kreditu tal-fornitur estiż mill-esportatur, jew ta’ kreditu tax-xerrej, meta l-bank tal-esportatur jew istituzzjoni finanzjarja oħra tislef lix-xerrej (jew lill-bank tiegħu).

Impenn finali: impenn finali jeżisti meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompluti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali.

Kuntratt fis-Sod: ftehim bejn il-manifattur u l-persuna li tieħu l-konsenja tal-inġenju tal-ajru jew magni bħala xerrej, jew, b’rabta ma’ arranġament ta’ bejgħ u kiri b’lura, bħala lokatarju f’kirja b’terminu ta’ minimu ta’ ħames snin, li jistabbilixxi impenn vinkolanti (esklużi dawk marbutin ma’ għażliet li f’dak iż-żmien ma kinux eżerċitati), fejn in-nuqqas ta’ prestazzjoni jinvolvi obbligazzjoni legali.

Parteċipant Interessat: Parteċipant li (i) jipprovdi appoġġ uffiċjali għal qafas tal-inġenju tal-ajru jew għal magni tal-inġenji tal-ajru manifatturati kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu, (ii) għandu interess kummerċjali sostanzjali eżistenti jew għandu esperjenza max-xerrej/mal-mutwatarju kkonċernat, jew (iii) intalab minn manifattur/esportatur biex jipprovdi appoġġ uffiċjali lix-xerrej/lill-mutwatarju inkwistjoni.

Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: jista’ jieħu l-forma ta’ arranġament bejn, minn naħa, gvern, jew istituzzjoni li taġixxi għal gvern jew f’ismu u, min-naħa l-oħra, banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jippermetti l-forniment ta’ finanzjament għall-esportazzjoni b’rata fissa bir-rata tal-imgħax fissa minima jew ogħla minnha.

Modifika Kbira/Restawr Kbir: operazzjonijiet ta’ rikonfigurazzjoni jew ta’ titjib ta’ inġenju tal-ajru tal-passiġġieri jew tal-merkanzija.

Prezz Nett: il-prezz għal oġġett fatturat mill-manifattur jew mill-fornitur tiegħu, wara li jitqiesu l-iskonti kollha tal-prezz u krediti oħrajn fi flus, filwaqt li jitnaqqsu l-krediti jew konċessjonijiet l-oħrajn kollha ta’ kwalunkwe tip relatati miegħu jew kemxejn allokabbli għalih, kif stipulat f’rappreżentazzjoni vinkolanti minn kull wieħed mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni – ir-rappreżentazzjoni tal-manifattur tal-magni hija meħtieġa biss meta tkun rilevanti skont il-forma tal-ftehim ta’ xiri – jew mill-fornitur tas-servizz, skont kif ikun il-każ, u appoġġat minn dokumentazzjoni meħtieġa mill-fornitur ta’ appoġġ uffiċjali biex jiġi kkonfermat dak il-prezz nett. Id-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi kollha (eż. il-VAT) ma humiex inklużi fil-prezz nett.

Inġenju tal-Ajru Ġdid: ara l-Artikolu 8 a) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

Mhux Garantita b’Assi: tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 a) tal-Appendiċi II.

Tranżazzjoni Mhux Sovrana: tranżazzjoni li ma tissodisfax id-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 57 b) tal-Appendiċi II.

Perjodu ta’ Żamma tal-Primjum: soġġett għall-Artikolu 36 b) tal-Appendiċi II, il-perjodu/i li matulu/matulhom jinżammu rata tal-primjum u mitiganti tar-riskju obbligatorji relatati offruti għal tranżazzjoni; ma għandux jaqbeż it-18-il xahar mid-data li fiha jkun ġie stabbilit sakemm isir l-iżborż finali.

Mudell ta’ Konverżjoni tar-Rata tal-Primjum: mudell miftiehem mill-Parteċipanti u magħmul disponibbli għalihom, li għandu jintuża għall-fini ta’ dan il-Ftehim Settorjali sabiex it-tariffi tal-primjum bil-quddiem jiġu kkonvertiti f’firxiet u viċi versa, li fihom ir-rata tal-imgħax u r-rata ta’ skont użata għandhom ikunu ta’ 4,6 %; din ir-rata għandha tiġi rieżaminata regolarment mill-Parteċipanti.

Notifika minn Qabel: notifika magħmula mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, bl-użu tal-formola għar-rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

Kopertura Pura: Appoġġ uffiċjali pprovdut minn jew f’isem gvern permezz ta’ garanzija jew assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ finanzjarju uffiċjali.

Terminu ta’ Ripagament: il-perjodu li jibda fil-Punt tal-Bidu ta’ Kreditu u li jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.

Tranżazzjoni Sovrana: tranżazzjoni li tissodisfa d-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 56 b) tal-Appendiċi II.

Punt tal-Bidu tal-Kreditu: għall-bejgħ ta’ inġenji tal-ajru inklużi ħelikopters, magni ta’ rikambju u spare parts, mhux aktar tard mid-data reali meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-merkanzija, jew id-data medja ponderata meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-merkanzija. Għas-servizzi, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu jkun id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent.

Rata ta’ Swap: rata fissa daqs ir-rata biex isir skambju bejn dejn b’rata varjanti u dejn b’rata fissa (naħa tal-Offerta), imqiegħda bħala l-kurva tas-Swap tal-Indiċi mil-Lum għall-Għada (OIS) tal-munita rilevanti, fuq kwalunkwe fornitur indipendenti tal-indiċi tas-suq, bħal Bloomberg, Reuters, jew l-ekwivalenti għaliha, fil-11:00 ta’ filgħodu, ħin ta’ New York, jumejn tax-xogħol qabel id-data ta’ prelevament tas-self.

Ħajja Medja Ponderata: iż-żmien meħtieġ biex jiġi rtirat nofs il-kapital ta’ kreditu; dan jiġi kkalkolat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital ponderat skont il-porzjon tal-kapital imħallas lura f’kull data ta’ ripagament.

ANNESS IV

FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   GĦAN

L-għan ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat ta’ krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati għall-punti speċifikati fl-Artikolu 4 hawn taħt. Il-Ftehim Settorjali ifittex li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għall-appoġġ uffiċjali, kif iddefinit fl-Artikolu 5 a), sabiex iħeġġeġ kompetizzjoni fost l-esportaturi bbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq l-aktar termini u kundizzjonijiet finanzjarji favorevoli uffiċjalment appoġġati.

Il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet inklużi f’dan il-Ftehim Settorjali ġew żviluppati għall-iskop uniku ta’ dan il-Ftehim Settorjali u tali dispożizzjonijiet ma jippreġudikawx il-partijiet l-oħra tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (l-Arranġament) u l-evoluzzjoni tagħhom.

2.   STATUS

Il-Ftehim Settorjali huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti tiegħu u huwa l-Anness IV tal-Arranġament; dan jifforma parti integrali mill-Arranġament u jieħu post il-Ftehim Settorjali, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2011.

3.   PARTEĊIPAZZJONI

Il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand u n-Norveġja.

4.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi linji gwida speċifiċi għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati uffiċjalment, li għandhom terminu ta’ ripagament ta’ sentejn jew aktar, relatati ma’ kuntratti tal-esportazzjoni ta’:

(a)

Kwalunkwe bastiment tal-baħar ġdid ta’ 100 gt u aktar użat għat-trasport ta’ oġġetti jew ta’ persuni, jew għat-twettiq ta’ servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti fabbriki tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bastimenti tat-tħammil, li jippreżentaw b’mod permanenti permezz tal-propulsjoni u d-direzzjoni (is-sistema tat-tmun) tagħhom, il-karatteristiċi kollha ta’ awtonavigazzjoni fl-ibħra internazzjonali), laneċ tal-irmonk ta’ 365 kw u aktar u għal qxur mhux kompluti ta’ bastimenti li huma fil-wiċċ u mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix il-bastimenti militari. Il-baċiri galleġġanti u l-unitajiet mobbli lil hinn mill-kosta ma humiex koperti mill-Ftehim Settorjali, iżda jekk jinqalgħu problemi b’rabta mal-krediti għall-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (minn hawn ’il quddiem il-“Parteċipanti”), wara li jikkunsidraw talbiet sostanzjati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li għandhom jiġu koperti.

(b)

Kwalunkwe konverżjoni ta’ vapur. Il-konverżjoni ta’ vapur tfisser kwalunkwe konverżjoni ta’ bastimenti tal-baħar ta’ aktar minn 1 000 gt dment li l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjanta tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta’ propulsjoni.

(c)

 

1)

Għalkemm il-bastimenti tat-tip hovercraft ma humiex inklużi fil-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jistgħu jagħtu krediti għall-esportazzjoni għall-bastimenti hovercraft b’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu fil-Ftehim Settorjali. Huma jintrabtu li japplikaw din il-possibbiltà b’mod moderat u li ma jagħtux tali kundizzjonijiet ta’ kreditu lil bastimenti hovercraft f’każijiet fejn jiġi stabbilit li l-ebda kompetizzjoni ma tkun offruta skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali.

2.

Fil-Ftehim Settorjali, it-terminu “hovercraft” huwa definit kif ġej: vettura amfibja ta’ mill-inqas 100 tunnellata ddisinjata biex tkun sostnuta kompletament mill-arja li toħroġ mill-vettura li tifforma kompartiment plenum li jinżamm f’fardal flessibbli madwar il-periferija tal-vettura u l-wiċċ tal-art jew tal-ilma taħt il-vettura, u li tkun kapaċi tiġi imbuttata minn skrejjen tal-arja jew arja ventilata minn fannijiet jew minn apparat simili.

3.

Huwa mifhum li l-għoti ta’ krediti għall-esportazzjoni f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk prevalenti f’dan il-Ftehim Settorjali għandu jkun limitat għal dawk il-bastimenti hovercraft użati fuq rotot marittimi u rotot mhux fuq l-art, ħlief biex jintlaħqu faċilitajiet tat-terminal li jinsabu f’distanza massima ta’ kilometru mill-ilma.

5.   APPOĠĠ UFFIĊJALI

(a)

L-appoġġ uffiċjali jista’ jingħata f’forom differenti:

1.

Garanzija jew assigurazzjoni (kopertura pura) tal-kreditu għall-esportazzjoni.

2.

Appoġġ finanzjarju uffiċjali:

kreditu/finanzjament dirett u rifinanzjament, jew

appoġġ għar-rata tal-imgħax.

3.

Kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.

(b)

L-appoġġ uffiċjali ma għandux jiġi pprovdut jekk ikun hemm evidenza ċara li l-kuntratt ġie strutturat ma’ xerrej f’pajjiż li ma huwiex id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bl-għan li jinkisbu termini ta’ ripagament aktar favorevoli.

6.   IRTIRAR

Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali jista’ jirtira minnu billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. bl-użu tas-sistema tal-posta elettronika li għandu s-Segretarjat biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjonijiet fost il-Parteċipanti u s-Segretarjat. L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika.

7.   MONITORAĠĠ

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim Settorjali.

KAPITOLU II

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati skont dan il-Ftehim Settorjali jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra. Il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kundizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk previsti mill-Ftehim Settorjali tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji abitwali bħal dawn, b’mod partikolari l-prinċipju li bih it-termini ta’ ripagament ma jaqbżux il-ħajja utli tal-oġġetti.

8.   TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

It-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 12-il sena wara l-konsenja.

9.   ĦLAS FI FLUS KONTANTI

Il-Parteċipanti għandhom jirrikjedu ħlas minimu fi flus kontanti ta’ 20 % tal-prezz tal-kuntratt mal-konsenja.

10.   RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a)

Il-kapital tal-kreditu għall-esportazzjoni għandu jiġi ripagat f’pagamenti parzjali ugwali u f’perjodi regolari ta’ bejn sitt xhur u massimu ta’ 12 il-xahar.

(b)

L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu, normalment mal-konsenja.

(c)

Għall-krediti għall-esportazzjoni pprovduti b’appoġġ għal tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni, jistgħu jiġu applikati ripagamenti ugwali tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati minflok ripagamenti ugwali tal-kapital kif stabbilit fil-paragrafu a).

(d)

L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu, normalment mal-konsenja, ma għandux ikun ikkapitalizzat.

(e)

Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali li jkollu l-ħsieb li jappoġġa pagament ta’ mgħax fuq termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu b) għandu jagħti notifika minn qabel mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn, f’konformità mal-Appendiċi I ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

11.   RATI TAL-IMGĦAX U ĦLASIJIET OĦRA

L-imgħax jeskludi:

(a)

kwalunkwe ħlas fil-forma ta’ primjum jew imposta oħra għall-assigurazzjoni jew il-garanzija tal-krediti tal-fornituri jew tal-krediti finanzjarji;

(b)

kwalunkwe ħlas fil-forma ta’ ħlasijiet jew kummissjonijiet bankarji relatati mal-kreditu tal-esportazzjoni minbarra l-imposti bankarji annwali jew semiannwali li huma pagabbli matul il-perjodu ta’ ripagament; u

(c)

taxxi minn ras il-għajn imposti mill-pajjiż importatur.

12.   PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għal kreditu għall-esportazzjoni individwali jew għal linja ta’ kreditu, għajr il-perjodu ta’ validità għar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) stabbiliti fl-Artikolu 17, ma għandhomx jiġu ffissati għal perjodu li jaqbeż is-sitt xhur qabel l-impenn finali.

13.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

Il-Ftehim Settorjali ma jipprevjenix lill-awtoritajiet ta’ kreditu għall-esportazzjoni jew lill-istituzzjonijiet ta’ finanzjament milli jaqblu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk previsti mill-Ftehim, jekk tali azzjoni tittieħed wara l-għoti tal-kuntratt (meta l-ftehim ta’ kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari jkunu diġà saru effettivi) u tkun maħsuba biss biex tevita jew timminimizza t-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ħlas jew għal pretensjonijiet.

14.   TQABBIL

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini ta’ dan il-Ftehim, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 24. It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji pprovduti f’konformità ma’ dan l-Artikolu jitqiesu li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

15.   RATI FISSI MINIMI TAL-IMGĦAX TAĦT APPOĠĠ FINANZJARJU UFFIĊJALI

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali finanzjarju għal self b’rata fissa għandhom japplikaw is-CIRRs rilevanti bħala rati minimi tal-imgħax. Is-CIRRs huma rati tal-imgħax stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

Is-CIRRs iridu jirrappreżentaw ir-rati tal-imgħax tas-self kummerċjali finali fis-suq domestiku tal-munita kkonċernata;

(b)

Is-CIRRs iridu jikkorrispondu mill-qrib mar-rata għal mutwatarji domestiċi tal-ewwel klassi;

(c)

Is-CIRRs iridu jkunu bbażati fuq il-kost ta’ finanzjament b’rata tal-imgħax fissa;

(d)

Is-CIRRs ma jridux joħolqu distorsjoni tal-kundizzjonijiet kompetittivi domestiċi; u

(e)

Is-CIRRs iridu jikkorrispondu mill-qrib ma’ rata disponibbli għal mutwatarji barranin tal-ewwel klassi.

16.   DETERMINAZZJONI TAS-CIRR

(a)

Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi CIRR għandu jibda billi jagħżel waħda miż-żewġ sistemi ta’ rata bażi li ġejjin għall-munita nazzjonali tiegħu:

1.

ir-rendimenti ta’ bonds tal-gvern fuq tliet snin għal terminu ta’ ripagament sa ħames snin inklużi; ir-rendimenti ta’ bonds tal-gvern fuq ħames snin għal aktar minn ħames snin u sa massimu ta’ tmien snin u nofs inklużi; u r-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq seba’ snin għal aktar minn tmien snin u nofs; jew

2.

ir-rendimenti ta’ bonds tal-gvern fuq ħames snin għall-maturitajiet kollha.

L-eċċezzjonijiet għas-sistema tar-rata bażi għandhom ikunu miftiehma bejn il-Parteċipanti.

(b)

Is-CIRRs għandhom jiġu stabbiliti f’marġni fiss ta’ 100 punt bażi ’l fuq mir-rata bażi ta’ kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux qablu mod ieħor.

(c)

Parteċipanti oħra għandhom jużaw is-CIRR stabbilita għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f’dik il-munita.

(d)

Parteċipant jista’ jibdel is-sistema tar-rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż bil-quddiem ta’ sitt xhur u bil-parir tal-Parteċipanti.

(e)

Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni man-non-Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat jista’ jagħmel proposta f’isem dak in-non-Parteċipant għad-determinazzjoni tas-CIRR f’dik il-munita bl-użu ta’ proċeduri tal-Linja Komuni f’konformità mal-Artikoli 32 sa 34.

17.   VALIDITÀ TAS-CIRRs

Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal tranżazzjoni ma għandhiex tkun iffissata għal perjodu itwal minn 120 jum. Għandu jiżdied marġni ta’ 20 punt bażi mas-CIRR rilevanti jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ finanzjarju uffiċjali jiġu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.

18.   APPLIKAZZJONI TAS-CIRRs

(a)

Meta jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b’rata varjabbli, il-banek u istituzzjonijiet ta’ finanzjament oħrajn ma għandhomx jitħallew joffru l-għażla tal-inqas waħda mis-CIRR (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir matul il-ħajja tas-self.

(b)

Fil-każ ta’ ripagament volontarju u bikri ta’ self jew ta’ kwalunkwe parti minnu, il-mutwatarju għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni tal-gvern li tipprovdi l-appoġġ finanzjarju uffiċjali għall-kostijiet u t-telf kollha mġarrba bħala riżultat ta’ tali ripagament bikri, inkluż il-kost għall-istituzzjoni tal-gvern biex tissostitwixxi l-parti tad-dħul ta’ flus b’rata fissa interrotta mir-ripagament bikri.

19.   KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

(a)

Is-CIRRs għal muniti li jiġu ddeterminati skont l-Artikoli 16, 17 u 18 għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat permezz ta’ komunikazzjoni istantanja mill-inqas kull xahar għaċ-ċirkolazzjoni lill-Parteċipanti kollha.

(b)

Tali notifika għandha tasal għand is-Segretarjat mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar kopert minn din l-informazzjoni. Imbagħad, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

20.   DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX

Kwalunkwe bidla fis-CIRRs għandha tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta’ kull xahar.

21.   BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

Meta l-iżviluppi tas-suq jirrikjedu n-notifika ta’ emenda ta’ CIRR matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika ta’ din l-emenda.

22.   PRIMJUM GĦAR-RISKJU TAL-KREDITU

Il-Parteċipanti għandhom jitolbu primjum, minbarra l-imposti fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament tal-krediti għall-esportazzjoni.

KAPITOLU III

PROĊEDURI

23.   INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

(a)

Malli Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li jkun innotifika f’konformità mal-proċeduri fl-Artikolu 26, huwa għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b’dan billi jinkludi n-numru ta’ referenza tan-notifika fuq il-formola għar-rapportar rilevanti.

(b)

Fi skambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikoli 28 sa 30, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu li jipprevedi li jappoġġa għal tranżazzjoni partikolari u jista’ jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra.

24.   PROĊEDURI GĦAT-TQABBIL

(a)

Qabel iqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji preżunti li huma offruti minn Parteċipant jew minn pajjiż mhux Parteċipant skont l-Artikolu 14, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif xieraq bl-użu tal-konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ deskritti fl-Artikolu 30, biex jivverifika li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma uffiċjalment appoġġati u għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

1.

Il-Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u l-kundizzjonijiet li beħsiebu jappoġġa billi jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika meħtieġa għat-termini u l-kundizzjonijiet imqabbla. Fil-każ tat-tqabbil minn non-Parteċipant, il-Parteċipant li jqabbel għandu jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika li kienu jkunu meħtieġa kieku t-termini mqabbla kienu offruti minn Parteċipant.

2.

Minkejja s-subparagrafu 1) ta’ hawn fuq, jekk il-proċedura ta’ notifika applikabbli tkun teħtieġ li l-Parteċipant li jqabbel iżomm l-impenn tiegħu lil hinn mid-data finali tal-għeluq tal-offerta, il-Parteċipant li jqabbel għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu ta’ tqabbil kemm jista’ jkun malajr.

3.

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, huwa għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha kif xieraq.

(b)

Parteċipant li jkun beħsiebu joffri termini u kundizzjonijiet finanzjarji identiċi għal dawk innotifikati skont l-Artikolu 26 jista’ jagħmel dan ladarba l-perjodu ta’ stennija stipulat f’dawk l-Artikoli jkun skada. Dan il-Parteċipant għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu kemm jista’ jkun kmieni.

25.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

(a)

Parteċipant li jkollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk previsti f’dan il-Ftehim Settorjali għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli minnufih.

(b)

Il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu fi żmien jumejn ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

(c)

Wara kjarifika mill-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni speċjali tal-Parteċipanti fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol biex tiġi diskussa l-kwistjoni.

(d)

Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni tal-Parteċipanti, ma għandhomx jidħlu fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali.

26.   NOTIFIKA MINN QABEL

(a)

F’konformità mal-Appendiċi I, Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 2 miljun jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 10 e).

(b)

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni bħal din, dan għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha.

27.   PUNTI TA’ KUNTATT

Il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f’kull pajjiż għandhom isiru permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. posta elettronika, u għandhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

28.   AMBITU TAT-TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

(a)

Parteċipant jista’ jistaqsi lil Parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jassumi fir-rigward ta’ pajjiż terz, istituzzjoni f’pajjiż terz jew metodu partikolari ta’ kif isir in-negozju.

(b)

Parteċipant li jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, billi jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li jistaqsi jkun lest li jappoġġa.

(c)

Jekk issir talba lil aktar minn Parteċipant wieħed, din għandha tinkludi lista ta’ destinatarji.

(d)

Kopja tat-talbiet kollha għall-informazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarjat.

29.   KONTENUT TAT-TWEĠIBIET

(a)

Il-Parteċipant li lilu tiġi indirizzata mistoqsija għandu jwieġeb fi żmien sebat ijiem kalendarji u jipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni. It-tweġiba għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li x’aktarx jieħu. Jekk ikun meħtieġ, it-tweġiba sħiħa għandha ssegwi mill-aktar fis possibbli. Kopji għandhom jintbagħtu lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

(b)

Jekk tweġiba għal mistoqsija sussegwentement issir invalida għal kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:

saret, inbidlet jew ġiet irtirata applikazzjoni, jew

qed jiġu kkunsidrati termini oħra,

għandha tingħata tweġiba mingħajr dewmien u għandha tiġi kkupjata lid-destinatarji l-oħra kollha tal-inkjesta u lis-Segretarjat.

30.   KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ

(a)

Parteċipant għandu jwieġeb fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ.

(b)

Talba għal konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ għandha tkun disponibbli għall-Parteċipanti u għal pajjiżi mhux Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

(c)

Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa, eż. Linja Komuni. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront l-eżitu tal-konsultazzjoni.

31.   PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

(a)

Il-proposti ta’ Linji Komuni għandhom jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Proposta għal Linja Komuni għandha tintbagħat lill-Parteċipanti kollha. L-identità tal-inizjatur ma tiġix żvelata fir-reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bulletin Board elettroniku miżmum mis-Segretarjat fl-Ambjent tan-Network tal-OECD. Madankollu, is-Segretarjat jista’ jiżvela bil-fomm l-identità tal-inizjatur lil Parteċipant fuq talba. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ dawn it-talbiet.

(b)

Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun datata u għandha tkun fil-format li ġej:

In-numru ta’ referenza, segwit minn “Linja Komuni”.

L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej.

L-isem jew deskrizzjoni kemm jista’ jkun preċiża tal-proġett biex il-proġett jiġi identifikat b’mod ċar.

It-termini u l-kundizzjonijiet previsti mill-pajjiż li ħa l-inizjattiva.

Il-proposta għal Linja Komuni.

In-nazzjonalità u l-ismijiet ta’ offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

Id-data tal-għeluq tal-offerti kummerċjali u finanzjarji u n-numru tal-offerta sa fejn ikun magħruf.

Informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-raġunijiet għall-proposta għal Linja Komuni, id-disponibbiltà ta’ studji tal-proġett u/jew ċirkostanzi speċjali.

(c)

Is-Segretarjat għandu jippubblika l-Linji Komuni miftiehma.

32.   TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI

(a)

It-tweġibiet għandhom isiru fi żmien 20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti huma mħeġġa jwieġbu għal proposta għal Linja Komuni mill-aktar fis possibbli.

(b)

Tweġiba tista’ tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, u rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

(c)

Parteċipant li javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni minħabba li ma ġiex avviċinat minn esportatur, jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċevitur f’każ ta’ għajnuna għall-proġett, għandu jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

33.   AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI

(a)

Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, iżda l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha titħalla miftuħa għal perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji.

(b)

Wara dan il-perjodu ulterjuri, Parteċipant li ma jkunx irrifjuta b’mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni għandu jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jista’ jagħmel l-aċċettazzjoni tiegħu tal-Linja Komuni kondizzjonali fuq l-aċċettazzjoni espliċita minn Parteċipant wieħed jew aktar.

(c)

Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni huwa jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista’ twassal lil Parteċipanti oħra biex jibdlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew li jqabblu t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux koperti minn Linja Komuni.

(d)

Linja Komuni li ma tkunx ġiet aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 31 u 33. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti ma jkunux marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

34.   NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI

Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva u Parteċipant li jkun ippropona modifika jew alternattiva ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.

35.   DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet miċħuda; il-Linja Komuni tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fuq il-bulletin board elettronika rekord aġġornat b’mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li jkunu ġew miftiehma jew li ma jkunux ġew deċiżi.

36.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

(a)

Linja Komuni, ladarba tiġi miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix infurmat li ma għadhiex ta’ interess, u li l-Parteċipanti kollha jaqblu ma’ dan. Linja Komuni għandha tibqa’ valida għal perjodu ieħor ta’ sentejn jekk parteċipant jitlob estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura.

(b)

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati kif xieraq, permezz tal-aġġornament tal-lista “L-istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq il-bulletin board elettronika. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fost l-oħrajn, għandu:

Iżid Linji Komuni ġodda meta dawn ikunu ġew aċċettati mill-Parteċipanti.

Jaġġorna d-data tal-iskadenza meta Parteċipant jitlob estensjoni.

Iħassar Linji Komuni li jkunu skadew.

Joħroġ, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, lista ta’ Linji Komuni li jkunu waslu biex jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara.

37.   NOTIFIKI OĦRA

Għall-finijiet tat-trasparenza, kull Parteċipant għandu, minbarra rekwiżiti oħra ta’ rapportar fil-livell tat-tranżazzjonijiet, jipprovdi kull sena informazzjoni dwar is-sistema tiegħu għall-għoti ta’ appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inkluż l-iskemi fis-seħħ.

38.   RIEŻAMI

(a)

Il-Ftehim Settorjali għandu jiġi rieżaminat kull sena jew fuq talba minn kwalunkwe Parteċipant fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Bini tal-Vapuri (WP6), u għandu jsir rapport lill-Parteċipanti fl-Arranġament.

(b)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u dan il-Ftehim Settorjali u filwaqt li titqies in-natura tal-industrija tal-bini tal-vapuri, il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali u fl-Arranġament għandhom jikkonsultaw u jikkoordinaw kif xieraq.

(c)

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw ir-rati minimi tal-imgħax.

Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw perjodikament is-sistema għall-iffissar tas-CIRRs sabiex jiżguraw li r-rati notifikati jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq u jissodisfaw l-għanijiet li fuqhom ikun ibbażat l-istabbiliment tar-rati fis-seħħ. Tali rieżamijiet għandhom ikopru wkoll il-marġni li għandu jiżdied meta jiġu applikati dawn ir-rati.

Parteċipant jista’ jissottometti lill-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal rieżami straordinarju f’każ li dan il-Parteċipant iqis li s-CIRR għal munita waħda jew aktar ma tkunx għadha tirrifletti l-kundizzjonijiet attwali tas-suq.

Appendiċi I

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA GĦAN-NOTIFIKI

L-informazzjoni elenkata f’a) sa d) hawn taħt għandha tiġi pprovduta għan-notifiki kollha magħmula skont dan il-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, l-informazzjoni speċifikata f’e) għandha tiġi pprovduta, kif xieraq, fir-rigward tat-tip speċifiku ta’ notifika li tkun qed issir.

(a)   Informazzjoni Bażika

1.

Il-pajjiż notifikanti

2.

Data tan-notifika

3.

L-istituzzjoni/awtorità/aġenzija tan-notifika

4.

L-ECA(s) li qed jestendu l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni

a.

L-ECA li qed tipprovdi appoġġ ta’ assigurazzjoni/garanzija

b.

L-ECA li qed tipprovdi appoġġ finanzjarju

5.

In-numru tan-notifika

6.

Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni (interni)

7.

In-numru ta’ referenza tal-linja ta’ kreditu (jekk rilevanti)

8.

L-istatus (eż. oriġinali, reviżjoni, sostituzzjoni)

9.

In-numru tar-reviżjoni (jekk rilevanti)

10.

L-Artikolu/i tal-Ftehim Settorjali li skontu qed issir in-notifika

11.

In-numru ta’ referenza tan-notifika li qed tiġi mqabbla (jekk rilevanti)

12.

Deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi mqabbel (jekk rilevanti)

13.

Il-pajjiż tad-destinazzjoni

(b)   Informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti

14.

Isem ix-xerrej

15.

Il-pajjiż tax-xerrej

16.

Il-post tax-xerrej (jekk magħruf)

17.

L-istatus tax-xerrej

18.

It-tip ta’ xerrej

19.

Isem il-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

20.

Il-pajjiż tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

21.

Il-post tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

22.

L-istatus tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

23.

It-tip ta’ mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

24.

Isem il-garanti (jekk rilevanti)

25.

Il-pajjiż tal-garanti (jekk rilevanti)

26.

Il-post tal-garanti (jekk rilevanti)

27.

L-istatus tal-garanti (jekk rilevanti)

28.

It-tip ta’ garanti (jekk rilevanti)

(c)   Informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u l-Proġett

29.

Deskrizzjoni dettaljata tal-prodotti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati

30.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett (jew tas-settur) li għalih qed jiġu pprovduti l-esportazzjonijiet

31.

Kodiċi tal-iskop issuġġerit

32.

Il-post tal-proġett (jekk magħruf)

33.

Id-data tal-għeluq tal-offerta (jekk hija rilevanti)

34.

Id-data tal-iskadenza tal-linja ta’ kreditu (jekk hija rilevanti)

35.

Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), skont l-iskala li ġejja f’miljuni ta’ SDR:

Kategorija

Minn

Sa

I:

0

1

II:

1

2

III:

2

3

IV:

3

5

V:

5

7

VI:

7

10

VII:

10

20

VIII:

20

40

IX:

40

80

X:

80

120

XI:

120

160

XII:

160

200

XIII:

200

240

XIV:

240

280

XV:

280

 (*2)

36.

Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), l-ammont reali (fil-munita tal-kuntratt)

37.

Il-munita tal-kuntratt(i)

(d)   Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji tal-Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fir-rigward ta’ kull segment appoġġat għal tranżazzjonijiet li jinkludu segmenti multipli b’termini u kundizzjonijiet finanzjarji differenti.

38.

Il-valur tal-kreditu skont l-iskala SDR

39.

Il-valur tal-kreditu, l-ammont reali (fakultattiv minflok l-entrata 38)

40.

Il-munita tal-kreditu

41.

Pagament kontanti (% tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni)

42.

SPOC, normalment mal-konsenja, iddeterminat skont (b’referenza għall-Appendiċi II, id-definizzjoni j)

43.

It-tul tal-perjodu ta’ ripagament

44.

It-tul tal-unitajiet tal-perjodu ta’ ripagament

45.

Il-bażi tar-rata tal-imgħax

46.

Rata tal-imgħax jew marġni ogħla mill-bażi

47.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta f’a) sa d).

(e)   Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta, kif xieraq, għal notifiki li jsiru b’rabta mal-Kapitolu II, l-Artikolu 10 e)

48.

Il-profil tar-ripagament

49.

Il-frekwenza tar-ripagament (kapital)

50.

Il-frekwenza tar-ripagament (imgħax)

51.

L-ewwel ripagament tal-kapital wara l-SPOC, normalment mal-konsenja

52.

Ammont ta’ mgħax kapitalizzat qabel l-SPOC, normalment mal-konsenja

53.

Munita tal-imgħax kapitalizzat

54.

Il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament

55.

Il-perċentwal tal-kapital imħallas lura sa nofs il-punt tal-kreditu

56.

Spjegazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ għoti ta’ appoġġ skont l-istrutturi standard ta’ ripagament

57.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta f’e).

Appendiċi II

LISTA TA’ DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma, li biha r-rieda jew l-intenzjoni li jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċevitur, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja.

(b)

Linja Komuni: ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f’ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta’ Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Ftehim biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-Linja Komuni.

(c)

Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni: l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f’isem ix-xerrej għall-prodotti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-kostijiet lokali kif iddefiniti hawn taħt; fil-każ ta’ lokazzjoni, dan jeskludi l-porzjon tal-pagament tal-lokazzjoni li huwa ekwivalenti għall-imgħax.

(d)

Impenn finali: jeżisti impenn finali, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni (jew fil-forma ta’ tranżazzjoni waħda jew linja ta’ kreditu), meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompluti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali.

(e)

Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jippermetti l-forniment ta’ finanzjament għall-esportazzjoni b’rata fissa fis-CIRR jew ogħla minnha.

(f)

Linja ta’ Kreditu: qafas, fi kwalunkwe forma, għall-krediti għall-esportazzjoni li jkopri serje ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu jew ma jkunux marbuta ma’ proġett speċifiku.

(g)

Kostijiet Lokali: in-nefqa għall-oġġetti u s-servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-esportatur jew għat-tlestija tal-proġett li l-kuntratt tal-esportatur jifforma parti minnu. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.

(h)

Kopertura Pura: appoġġ uffiċjali pprovdut minn gvern, jew f’ismu, permezz ta’ garanzija jew assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali b’finanzjament.

(i)

Terminu ta’ Ripagament: il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, normalment mal-konsenja, kif definit f’dan l-Appendiċi, u li jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.

(j)

Punt tal-Bidu tal-Kreditu:

1.

Parts jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi servizzi relatati: fil-każ ta’ parts jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx aktar tard mid-data reali tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew tal-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent.

2.

Oġġetti kważi kapitali, inklużi servizzi relatati - makkinarju jew tagħmir, ġeneralment ta’ valur unitarju relattivament baxx, maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta’ oġġetti kważi-kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx iktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew id-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur għandu responsabbiltajiet għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun meta jsir l-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar.

3.

Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett - makkinarju jew tagħmir ta’ valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ oġġetti kapitali li jikkonsistu f’oġġetti individwali li jistgħu jintużaw fihom infushom, l-aħħar punt tal-bidu jkun id-data attwali meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti, jew id-data medja ponderata meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti.

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għal impjant jew fabbriki kompluti fejn il-fornitur ma jkollu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu jkun id-data li fiha x-xerrej għandu jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (minbarra l-ispare parts) ipprovduti skont il-kuntratt.

Jekk l-esportatur ikollu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun fl-ikkummissjonar.

Għas-servizzi, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu jkun id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar.

4.

Impjanti jew fabbriki kompluti – unitajiet produttivi kompluti ta’ valur għoli li jirrikjedu l-użu ta’ oġġetti kapitali:

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għal impjanti jew fabbriki sħaħ fejn il-fornitur ma jkollu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu huwa d-data meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-ispare parts) ipprovduti taħt il-kuntratt.

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kostruzzjoni fejn il-kuntrattur ma jkollu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu huwa d-data meta titlesta l-kostruzzjoni.

Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt fejn il-fornitur jew il-kuntrattur ikollu responsabbiltà kuntrattwali għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu jkun id-data meta jkun lesta l-installazzjoni jew il-kostruzzjoni u t-testijiet preliminari biex jiġi żgurat li din tkun lesta biex tibda taħdem. Dan japplika kemm jekk tingħata kif ukoll jekk ma tingħatax lix-xerrej f’dak iż-żmien f’konformità mat-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn kwalunkwe impenn kontinwu li l-fornitur jew il-kuntrattur jista’ jkollu, eż. biex jiggarantixxi l-funzjonament effettiv tagħha jew biex iħarreġ il-persunal lokali.

Meta l-kuntratt jinvolvi l-eżekuzzjoni separata ta’ partijiet individwali ta’ proġett, id-data tal-aħħar punt tal-bidu tkun id-data tal-punt tal-bidu għal kull parti separata, jew id-data medja ta’ dawk il-punti tal-bidu, jew, meta l-fornitur ikollu kuntratt, mhux għall-proġett kollu iżda għal parti essenzjali minnu, il-punt tal-bidu jista’ jkun dak xieraq għall-proġett kollu kemm hu.

Għas-servizzi, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu jkun id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar.

(k)

Ħajja Medja Ponderata tal-Perjodu ta’ Ripagament: iż-żmien meħtieġ biex jiġi rtirat nofs il-kapital ta’ kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu, normalment mal-konsenja u kull ripagament tal-kapital ponderat skont il-porzjon tal-kapital imħallas lura f’kull data ta’ ripagament.

DOKUMENT MEHMUŻ: IMPENJI GĦAL XOGĦOL FUTUR

Il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:

(a)

Li jiżviluppaw lista informattiva dwar it-tipi ta’ bastimenti li ġeneralment jitqiesu bħala mhux kummerċjalment vijabbli, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna marbuta stabbiliti fl-Arranġament.

(b)

Li jirrieżaminaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament fir-rigward tal-parametri ta’ referenza minimi tal-primjum bil-għan li jinkorporawhom f’dan il-Ftehim Settorjali.

(c)

Li jiddiskutu, soġġett għall-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax inklużi CIRR speċjali u rati varjabbli.

(d)

Li jirrieżaminaw l-applikabilità tad-dispożizzjonijiet tal-Arranġament dwar il-Finanzjament tal-Proġetti għal dan il-Ftehim Settorjali.

(e)

Li jiddiskutu jekk:

id-data tal-ewwel pagament parzjali tal-kapital;

il-kunċett ta’ Ħajja Medja Ponderata

jista’ jintuża fir-rigward tal-profil ta’ ripagament li jinsab fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA GĦAN-NOTIFIKI

L-informazzjoni elenkata fit-Taqsima I hawn taħt għandha tiġi pprovduta għan-notifiki kollha magħmula skont l-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima II għandha tiġi pprovduta, kif xieraq, fir-rigward tat-tip speċifiku ta’ notifika li tkun qed issir.

I.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI KOLLHA

(a)   Informazzjoni Bażika

1.

Il-pajjiż notifikanti

2.

Data tan-notifika

3.

L-istituzzjoni/awtorità/aġenzija tan-notifika

4.

L-ECA(s) li qed jestendu l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni

a.

L-ECA li qed tipprovdi appoġġ ta’ assigurazzjoni/garanzija

b.

L-ECA li qed tipprovdi appoġġ finanzjarju

5.

In-numru tan-notifika

6.

Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni (interni)

7.

In-numru ta’ referenza tal-linja ta’ kreditu (jekk rilevanti)

8.

L-istatus (eż. oriġinali, reviżjoni, sostituzzjoni)

9.

In-numru tar-reviżjoni (jekk rilevanti)

10.

L-Artikolu/i tal-Arranġament li taħtu/taħthom qed issir in-notifika

11.

In-numru ta’ referenza tan-notifika li qed tiġi mqabbla (jekk rilevanti)

12.

Deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi mqabbel (jekk rilevanti)

13.

Il-pajjiż tad-destinazzjoni

(b)   Informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti

14.

Isem ix-xerrej

15.

Il-pajjiż tax-xerrej

16.

Il-post tax-xerrej (jekk magħruf)

17.

L-istatus tax-xerrej

18.

It-tip ta’ xerrej

19.

Isem il-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

20.

Il-pajjiż tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

21.

Il-post tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

22.

L-istatus tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

23.

It-tip ta’ mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej)

24.

Isem il-garanti (jekk rilevanti)

25.

Il-pajjiż tal-garanti (jekk rilevanti)

26.

Il-post tal-garanti (jekk rilevanti)

27.

L-istatus tal-garanti (jekk rilevanti)

28.

It-tip ta’ garanti (jekk rilevanti)

(c)   Informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u l-Proġett

29.

Deskrizzjoni dettaljata tal-prodotti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati

30.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett (jew tas-settur) li għalih qed jiġu pprovduti l-esportazzjonijiet

31.

Kodiċi tal-iskop issuġġerit

32.

Il-post tal-proġett (jekk magħruf)

33.

Id-data tal-għeluq tal-offerta (jekk hija rilevanti)

34.

Id-data tal-iskadenza tal-linja ta’ kreditu (jekk hija rilevanti)

35.

Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), skont l-iskala li ġejja f’miljuni ta’ SDR:

Kategorija

Minn

Sa

I:

0

1

II:

1

2

III:

2

3

IV:

3

5

V:

5

7

VI:

7

10

VII:

10

20

VIII:

20

40

IX:

40

80

X:

80

120

XI:

120

160

XII:

160

200

XIII:

200

240

XIV:

240

280

XV:

280

 (*3)

36.

Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), l-ammont reali (fil-munita tal-kuntratt)

37.

Il-munita tal-kuntratt(i)

(d)   Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji tal-Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fir-rigward ta’ kull segment appoġġat għal tranżazzjonijiet li jinkludu segmenti multipli b’termini u kundizzjonijiet finanzjarji differenti.

38.

Il-valur tal-kreditu skont l-iskala SDR

39.

Il-valur tal-kreditu, l-ammont reali (fakultattiv minflok l-entrata 38)

40.

Il-munita tal-kreditu

41.

Pagament parzjali (% tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni)

42.

Kostijiet lokali (% tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni)

43.

SPOC iddeterminat skont (b’referenza għall-Anness XIII, id-definizzjoni u)

44.

It-tul tat-terminu ta’ ripagament

45.

It-tul tal-unitajiet tat-terminu ta’ ripagament

46.

Il-bażi tar-rata tal-imgħax

47.

Rata tal-imgħax jew marġni ogħla mill-bażi

48.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima I

II.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA’ DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

(a)   Il-Kapitolu II, l-Artikolu 11 d) 3)

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fir-rigward ta’ kull segment appoġġat għal tranżazzjonijiet li jinkludu segmenti multipli b’termini u kundizzjonijiet finanzjarji differenti.

49.

It-tip ta’ kostijiet lokali appoġġati

50.

In-natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Tagħmir kapitali?

51.

In-natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Konsenji minn sussidjarji u/jew affiljati lokali?

52.

In-natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Kostruzzjoni lokali jew kostijiet tal-installazzjoni?

53.

In-natura tal-kostijiet lokali appoġġati: VAT, dazji fuq l-importazzjoni, taxxi oħra?

54.

In-natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Oħrajn?

55.

Deskrizzjoni ta’ kostijiet lokali “oħrajn”

56.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II a).

(b)   Il-Kapitolu II, l-Artikolu 13 f), l-Anness I, l-Artikolu 6 a), l-Anness II, l-Artikolu 6 a)

57.

Il-profil tar-ripagament

58.

Il-frekwenza tar-ripagament (kapital)

59.

Il-frekwenza tar-ripagament (imgħax)

60.

L-ewwel ripagament tal-kapital wara l-SPOC

61.

L-unitajiet tal-ewwel ripagament tal-kapital wara l-SPOC

62.

L-ammont ta’ mgħax kapitalizzat qabel l-SPOC

63.

Munita tal-imgħax kapitalizzat

64.

Il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament

65.

Il-perċentwal tal-kapital imħallas lura sa nofs il-punt tal-kreditu

66.

pagament parzjali uniku massimu (% tal-kreditu)

67.

Spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex hemm diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn permessi skont jew (kif rilevanti) l-Artikoli 13 a) u 13 b), l-Artikoli 3 a) u 3 b) tal-Anness II, jew l-Artikoli 5 a) u 5 b) tal-Anness IV.

68.

għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ ripagament li ma jikkorrispondix mal-fluss liberu tal-flus, ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata tal-profil ta’ ripagament appoġġat.

69.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II b).

(c)   L-obbligi kollha ta’ notifika fil-Kapitolu II, l-Artikoli 21, 24, 26, u 27.

70.

Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-obbligant

71.

Applikazzjoni ta’ struttura ta’ fluss futur offshore ikkombinata ma’ kont miżmum minn terzi offshore? (Kategoriji 1-7 biss)

72.

Il-kategoriji applikabbli tal-pajjiż u tar-riskju tax-xerrej huma relatati ma’ (ix-xerrej, il-mutwatarju, il-garanti, il-proġett, it-tranżazzjoni)

73.

Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli

74.

Il-kategorija tar-riskju tax-xerrej applikabbli

75.

L-entità indikata fl-entrata 72 għandha klassifikazzjoni tal-munita barranija minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) akkreditata?

76.

L-aktar klassifikazzjoni tal-munita barranija tas-CRA akkreditata favorevoli għall-entità indikata fl-entrata 72

77.

Is-CRA akkreditata li tipprovdi l-klassifikazzjoni rrapportata fl-entrata 76

78.

Il-bażi għar-Rata Minima tal-Primjum (MPR) applikabbli

79.

Il-bażi għar-rata tal-primjum reali mitluba

80.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar il-bażi għar-rata tal-primjum reali mitluba

81.

It-tul tal-perjodu ta’ prelevament

82.

It-tul tal-unitajiet tal-perjodu ta’ prelevament

83.

Il-perċentwal tal-kopertura għar-riskju politiku (tal-pajjiż)

84.

Perċentwal tal-kopertura għar-riskju kummerċjali (tax-xerrej)

85.

Il-prodott tal-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni

86.

Imgħax kopert matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet?

87.

Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew titjib fil-kreditu għar-riskju tax-xerrej applikati għall-MPR (abbażi tal-entrata 78)

88.

Finanzjament fil-munita lokali? (MPRs tal-Kat. 1-7 biss)

89.

Il-fattur tal-munita lokali (LCF) applikat

90.

Titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej?

91.

Il-fattur ta’ titjib tal-kreditu totali (CEF) applikat

92.

L-MPR applikabbli (abbażi tal-entrata 78) wara kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jew titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej

93.

Rata tal-primjum reali mitluba

94.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II c).

(d)   L-Arranġament, l-Artikolu 24 e), l-ewwel inċiż

95.

Spjegazzjoni tal-karatteristiċi tal-obbligant skont il-kriterji għall-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej CC0 fl-Anness X tal-Arranġament

(e)    L-Arranġament, l-Artikolu 24 e), it-tieni inċiż

96.

Ir-raġunament għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej aħjar mill-klassifikazzjoni tas-CRA akkreditata

(f)    L-Arranġament, l-Artikolu 21 c) 2), l-ewwel inċiż

97.

It-tip ta’ strument tad-dejn b’isem speċifiku jew relatat ma’ entità użat biex jiġi stabbilit il-primjum

98.

Isem l-entità tal-istrument tad-dejn

99.

Deskrizzjoni dettaljata u karatteristiċi ewlenin tal-istrument tad-dejn u l-metodoloġija użata għad-deduzzjoni tal-ipprezzar, inkluża (iżda mhux limitata għal) informazzjoni dwar it-terminu, il-profil ta’ kreditu, il-likwidità u l-munita tal-istrument

100.

Ir-relazzjoni bejn l-obbligant/il-garanti tat-tranżazzjoni u l-entità relatata

101.

L-obbligant/il-garanti tat-tranżazzjoni għandu l-istess klassifikazzjoni tas-CRA tal-emittent bħall-entità relatata?

102.

L-entità relatata tissodisfa l-kriterji kollha elenkati fl-Anness XIII (definizzjoni “s”) tal-Arranġament?

103.

Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif il-kriterji li jiddefinixxu entità relatata ġew issodisfati

(g)    L-Arranġament, l-Artikolu 21 c) 2) it-tieni inċiż

104.

Ġustifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej

105.

L-aħjar klassifikazzjoni tal-munita barranija tas-CRA akkreditata għas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti (jekk il-kategorija tar-riskju tax-xerrej applikabbli tkun aktar favorevoli mill-aħjar klassifikazzjoni tas-CRA akkreditata tas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti għal obbligant mhux klassifikat)

106.

Is-CRA akkreditata li tipprovdi l-klassifikazzjoni rrapportata fin-numru 104

(h)   L-Arranġament, l-Artikolu 21 c) 1)

107.

Il-pakkett ta’ self sindakat huwa strutturat jew bħala tranżazzjoni garantita b’assi jew ta’ finanzjament ta’ proġett?

108.

Is-self/il-garanziji tas-suq kummerċjali mingħajr ebda appoġġ bilaterali jew multilaterali jinkludu mill-inqas 25 % tas-sindakat?

109.

Il-partijiet kollha għall-finanzjament huma fuq termini pari passu fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji kollha, inkluż il-pakkett ta’ sigurtà?

110.

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tat-tranżazzjoni huma kompletament konformi mal-Arranġament, kif immodifikat mid-dispożizzjonijiet għall-ipprezzar tal-Parametri Referenzjarji tas-Suq fi tranżazzjonijiet ta’ self/garanziji sindakati?

111.

Deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija użata biex jiġi dderivat il-primjum (jew il-kost globali f’każ ta’ self dirett) irrapportat fl-entrata 93

112.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II h).

(i)   L-Arranġament, l-Artikolu 21 h)

113.

Il-garanzija tkopri t-tul kollu tad-dejn?

114.

Il-garanzija hija irrevokabbli, inkondizzjonata u disponibbli fuq talba?

115.

Il-garanzija hija legalment valida u tista’ tiġi infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti?

116.

Il-garanti għandu affidabbiltà kreditizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn garantit?

117.

Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferimenti ta’ flus tal-pajjiż li fih jinsab?

118.

Perċentwal tal-ammont totali f’riskju (jiġifieri kapital u mgħax) li huwa kopert mill-garanzija

119.

Teżisti xi relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u l-obbligant?

120.

It-tip ta’ relazzjoni

121.

Il-garanti huwa legalment u finanzjarjament indipendenti u jista’ jissodisfa l-obbligu ta’ ħlas tal-obbligant?

122.

Il-garanti jiġi affettwat minn avvenimenti, regolamenti jew intervent sovran fil-pajjiż tal-obbligant?

123.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II i).

(j)   L-Arranġament, l-Artikolu 26 b)

Għall-applikazzjoni ta’ struttura ta’ fluss futur offshore ikkombinata ma’ kont miżmum minn terzi offshore:

124. - 134.

Konferma li l-kriterji elenkati fl-Anness X ġew issodisfati

135.

Informazzjoni dwar fatturi addizzjonali kkunsidrati u/jew kwalunkwe kumment ieħor rigward l-applikazzjoni ta’ struttura ta’ fluss futur offshore ikkombinata ma’ kont miżmum minn terzi offshore

Għall-finanzjament fil-munita lokali:

136. - 141.

Konferma li l-kriterji elenkati fl-Anness X ġew issodisfati

142.

Il-munita lokali użata

143.

Informazzjoni dwar fatturi addizzjonali kkunsidrati u/jew kwalunkwe kumment ieħor dwar l-applikazzjoni ta’ finanzjament fil-munita lokali

144.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II j).

(k)   L-Arranġament, l-Artikolu 27 d)

145. -152.

It-titjib speċifiku fil-kreditu għar-riskju tax-xerrej u l-fatturi korrispondenti ta’ titjib fil-kreditu applikati

153.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II k).

(l)   L-Arranġament, l-Artikoli 45 u 46

154.

Ammont totali ta’ għajnuna relatata mal-kummerċ, skala SDR

155.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ krediti ta’ esportazzjoni mhux konċessjonali f’konformità mal-Arranġament

156.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ fondi oħra b’rati tas-suq jew rati qrib tagħhom

157.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ fondi uffiċjali oħra b’livell ta’ konċessjonalità inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 33 ħlief f’każijiet ta’ tqabbil

158.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: sehem mill-kapparra mix-xerrej

159.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem tal-pagamenti fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu li mhux ikkunsidrat

160.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem tal-għotjiet

161.

Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ krediti konċessjonali

162.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: perjodu ta’ grazzja

163.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: it-tul tal-perjodu ta’ ripagament

164.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: il-frekwenza tar-ripagament

165.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: il-profil tar-ripagament

166.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: il-munita

167.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: ir-rata tal-imgħax

168.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: id-DDR applikabbli

169.

Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: il-livell ta’ konċessjonalità

170.

Il-livell ta’ konċessjonalità ġenerali tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ

171.

Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-taqsima II l).

ANNESS VI

KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TAL-KATEGORIJA TA’ RISKJU TAL-PAJJIŻ 1-7

Formula tal-MPR

Il-formula għall-kalkolu tal-MPR applikabbli għal kreditu għall-esportazzjoni li jinvolvi obbligant/garanti f’pajjiż ikklassifikat fil-Kategoriji 1-7 tar-Riskju tal-Pajjiż hija:

MPR = {[(ai * HOR + bi) * max (PCC, PCP)/0,95] * (1-LCF) + [cin * PCC/0,95 * HOR * (1-CEF)]}* QPFi * PCFi *BTSF * (1- min (TERM, 0,15))

fejn:

ai = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż fil-kategorija ta’ riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

cin = il-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej għall-kategorija tax-xerrej n (n = SOV+, SOV/CCO, CC1-CC5) fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

bi = il-kostant għall-kategorija tar-riskju tal-kategorija tal-pajjiż i (i = 1-7)

HOR = l-orizzont tar-riskju

PCC = il-perċentwal tar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) tal-kopertura

PCP = il-perċentwal tar-riskju politiku (tal-pajjiż) tal-kopertura

CEF = il-fattur ta’ titjib tal-kreditu

QPFi = il-kwalità tal-fattur tal-prodott fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

PCFi = il-perċentwal tal-fattur ta’ kopertura fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

BTSF = il-fattur aħjar minn sovran

LCF = il-fattur tal-munita lokali

TERM = fattur ta’ aġġustament tat-terminu

Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż Applikabbli

Il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 21 e) tal-Arranġament, li min-naħa tiegħu jiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż (ai) u l-kostant (bi) li jinkisbu mit-tabella li ġejja:

 

1

2

3

4

5

6

7

a

0,090

0,200

0,350

0,550

0,740

0,900

1,100

b

0,350

0,350

0,350

0,350

0,750

1,200

1,800

Għażla tal-Kategorija Xierqa tar-Riskju tax-Xerrej

Il-kategorija xierqa tar-riskju tax-xerrej tintgħażel mit-tabella li ġejja, li tipprovdi l-kombinazzjonijiet ta’ kategoriji tar-riskju tal-pajjiż u tax-xerrej li ġew stabbiliti u l-konkordanza miftiehma bejn il-kategoriji tar-riskju tax-xerrej CC1-CC5 u l-klassifikazzjonijiet ta’ CRAs akkreditati. Ġew stabbiliti deskrizzjonijiet kwalitattivi ta’ kull kategorija ta’ riskju tax-xerrej (SOV+ sa CC5) sabiex tiġi ffaċilitata l-klassifikazzjoni tal-obbliganti (u tal-garanti) u dawn huma pprovduti fl-Anness X.

Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

CC1

Minn AAA sa AA-

CC1

Minn A+ sa A-

CC1

Minn BBB+ sa BBB-

CC1

Minn BB+ sa BB

CC1

BB-

CC1

B+

CC1

B

CC2

Minn A+ sa A-

CC2

Minn BBB+ sa BBB-

CC2

Minn BB+ sa BB

CC2

BB-

CC2

B+

CC2

B

CC2

B- jew agħar

CC3

Minn BBB+ sa BBB-

CC3

Minn BB+ sa BB

CC3

BB-

CC3

B+

CC3

B

CC3

B- jew agħar

 

CC4

Minn BB+ sa BB

CC4

BB-

CC4

B+

CC4

B

CC4

B- jew agħar

 

 

CC5

BB- jew agħar

CC5

B+ jew agħar

CC5

B jew agħar

CC5

B- jew agħar

 

 

 

Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej, flimkien mal-kategorija applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej (cin) li jinkiseb mit-tabella li ġejja:

Riskju tax-Xerrej

Kategorija

Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

SOV+

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

SOV/CC0

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

CC1

0,110

0,120

0,110

0,100

0,100

0,100

0,125

CC2

0,200

0,212

0,223

0,234

0,246

0,258

0,271

CC3

0,270

0,320

0,320

0,350

0,380

0,480

mhux applikabbli

CC4

0,405

0,459

0,495

0,540

0,621

mhux applikabbli

mhux applikabbli

CC5

0,630

0,675

0,720

0,810

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Orizzont tar-Riskju (HOR)

L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:

 

Għal profili standard ta’ ripagament (jiġifieri ripagamenti ugwali tal-kapital kull sitt xhur):

HOR = (it-tul tal-perjodu ta’ żborż * 0,5) + it-tul tal-perjodu ta’ ripagament

 

Għall-profili mhux standard ta’ ripagament:

HOR = (it-tul tal-perjodu ta’ żborż * 0,5) + (il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament - 0,25)/0,5

Fil-formuli ta’ hawn fuq, l-unità ta’ kejl għaż-żmien hija snin.

Perċentwal ta’ Kopertura għar-Riskju Kummerċjali (tax-Xerrej) (PCC) u r-Riskju Politiku (tal-Pajjiż) (PCP)

Il-Perċentwali ta’ Kopertura (PCC u PCP) espressi bħala valur deċimali (jiġifieri, 95 % huwa espress bħala 0,95) fil-formula tal-MPR.

Titjib tal-Kreditu għar-Riskju tax-Xerrej

Il-valur tal-fattur ta’ titjib tal-kreditu (CEF) huwa ta’ 0 għal kwalunkwe tranżazzjoni li ma tkunx soġġetta għal xi titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. Il-valur tas-CEF għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej huwa ddeterminat skont l-Anness X, soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 c) tal-Arranġament u ma jistax jaqbeż iż–0,35.

Fattur tal-Kwalità tal-Prodott (QPF)

Il-QPF jinkiseb mit-tabella li ġejja:

Kwalità tal-Prodott

Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

Taħt l-Istandard

0,9965

0,9935

0,9850

0,9825

0,9825

0,9800

0,9800

Standard

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

Ogħla mill-Istandard

1,0035

1,0065

1,0150

1,0175

1,0175

1,0200

1,0200

Perċentwal tal-Fattur ta’ Kopertura (PCF)

Il-PCF jiġi ddeterminat kif ġej:

 

Għal (max(PCC, PCP) ≤ 0,95, PCF = 1)

 

Għal (max(PCC, PCP) > 0,95, PCF = 1 + ((max(PCC, PCP) - 0,95)/0,05) * (perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura)

Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura jinkiseb mit-tabella li ġejja:

 

Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

 

1

2

3

4

5

6

7

Perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura

0,00000

0,00337

0,00489

0,01639

0,03657

0,05878

0,08598

Fattur Aħjar minn Sovran (BTSF)

Meta obbligant jiġi kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej “aħjar minn sovran” (SOV+), BTSF = 0,9, inkella BTSF = 1.

Fattur tal-Munita Lokali (LCF)

Għal tranżazzjoni li tuża l-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż fil-munita lokali, il-valur tal-LCF ma jistax jaqbeż iż–0,2. Il-valur tal-LCF għat-tranżazzjonijiet kollha l-oħrajn huwa ta’ 0.

Fattur ta’ Aġġustament tat-Terminu (TERM)

Il-Fattur ta’ Aġġustament tat-Terminu (TERM) jista’ jiġi applikat biss għal obbliganti li Parteċipant jikklassifika f’kategoriji tar-riskju tax-xerrej ekwivalenti għal grad spekulattiv (klassifikazzjoni tas-CRA ekwivalenti ta’ BB+ jew agħar) skont it-tabella ta’ konkordanza f’dan l-Anness, inkluż l-Kategoriji tax-xerrej SOV+ u SOV/CC0 fil-kategoriji tar-riskju tal-pajjiż 5-7 u għal tranżazzjonijiet fejn l-Orizzont tar-riskju (HOR) ikun itwal minn 10 snin. F’każ bħal dan, TERM = 0,018 * (HOR - 10). Dan l-aġġustament huwa limitat u ma jistax jaqbeż 15 %.

ANNESS VII

PARAMETRI TA’ REFERENZA TAL-PRIMJUMS GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET B’PARAMETRI TA’ REFERENZA TAS-SUQ

Segment mhux kopert ta’ Krediti għall-Esportazzjoni jew il-Parti ta’ Self Sindakat mhux Koperta minn ECA

Il-prezz indikat minn banek/istituzzjonijiet privati fir-rigward tas-segment mhux kopert tal-kreditu għall-esportazzjoni inkwistjoni (jew xi drabi bħala l-parti ta’ self sindakat mhux koperta mill-ECA) jista’ jirrappreżenta l-aħjar qbil mal-kopertura tal-ECA. L-ipprezzar fuq tali porzjonijiet mhux koperti jew partijiet mhux koperti jenħtieġ li jintuża biss jekk ikun ipprovdut fuq termini kummerċjali (eż. dan jeskludi porzjonijiet iffinanzjati mill-IFI).

Bonds Korporattivi b’Isem Speċifiku

Il-bonds korporattivi jirriflettu riskju tal-kreditu b’isem speċifiku. It-tqabbil fit-termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħat-terminu ta’ maturità, u d-denominazzjoni tal-munita, u kwalunkwe titjib fil-kreditu, għandu jsir b’kawtela. Jekk jintużaw bonds korporattivi primarji (jiġifieri rendiment sħiħ mal-ħruġ) jew bonds korporattivi sekondarji (jiġifieri l-firxa aġġustata skont l-opzjoni fuq il-kurva xierqa, li normalment tkun il-kurva tas-swap tal-munita rilevanti), l-ewwel għandhom jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw bonds primarji jew sekondarji minn Entitatjiet Relatati.

Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu b’Isem Speċifiku

Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu (CDS) huma forma ta’ protezzjoni kontra l-inadempjenza. Il-firxa tas-CDS hija l-ammont imħallas għal kull perjodu mix-xerrej tas-CDS bħala perċentwal tal-kapital nozzjonali, u normalment tiġi espressa f’punti bażi. Ix-xerrej tas-CDS effettivament jixtri assigurazzjoni kontra l-inadempjenza billi jagħmel pagamenti lill-bejjiegħ tas-CDS għall-ħajja tal-iswap, jew sakemm iseħħ l-avveniment ta’ kreditu. L-ewwel għandha tintuża kurva tas-CDS għall-obbligant; jekk ma tkunx disponibbli, jistgħu jintużaw kurvi tas-CDS minn Entitatjiet Relatati.

Valuri ta’ Referenza tas-Self

Il-valuri ta’ referenza primarji tas-self (jiġifieri l-ipprezzar mal-ħruġ) jew il-valuri ta’ referenza sekondarji tas-self (jiġifieri r-rendiment kurrenti fuq is-self mistenni mill-istituzzjoni finanzjarja li tixtri s-self minn istituzzjoni finanzjarja oħra). It-tariffi kollha jridu jkunu magħrufa għall-valuri ta’ referenza primarji tas-self sabiex ikun jista’ jiġi kkalkolat ir-rendiment kumplessiv. Jekk jintużaw valuri ta’ referenza tas-self, l-ewwel għandhom jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw dawk minn entitatjiet relatati.

Kurvi ta’ Referenza tas-Suq

Il-kurvi ta’ referenza tas-suq jirriflettu r-riskju tal-kreditu ta’ settur sħiħ jew ta’ klassi ta’ xerrejja. Din l-informazzjoni dwar is-suq tista’ tkun rilevanti meta ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni speċifika għall-isem. B’mod ġenerali, il-kwalità tal-informazzjoni inerenti għal dawn is-swieq tiddependi fuq il-likwidità tagħhom. Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jfittex strumenti tas-suq li huma l-aktar ekwivalenti f’termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħad-data, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-terminu tal-maturità, u d-denominazzjoni tal-munita.

ANNESS VIII

KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TA’ GARANZIJA TA’ RIPAGAMENT TA’ PARTI TERZA U L-KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI

GĦAN

Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ garanziji ta’ ripagament ta’ parti terza skont l-Artikolu 21 e) tal-Arranġament. Jipprovdi wkoll il-kriterji li bihom l-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali għandhom jiġu vvalutati meta jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni għandhiex tkun soġġetta għar-regoli tal-primjum għat-Tranżazzjonijiet ta’ Referenza tas-Suq fl-Artikolu 21 c) tal-Arranġament.

APPLIKAZZJONI

Każ 1: Garanzija għall-Ammont Totali f’Riskju

Meta titolu fil-forma ta’ garanzija ta’ ripagament minn entità jiġi pprovdut għall-ammont totali f’riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti meta jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

Il-garanzija tkopri d-durata kollha tal-kreditu.

Il-garanzija tkun irrevokabbli, inkondizzjonata u disponibbli fuq talba.

Il-garanzija tkun legalment valida u tista’ tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti.

Il-garanti jkollu affidabbiltà kreditizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn garantit.

Il-garanti jkun soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-flus tal-pajjiż li jinsab fih, ħlief meta l-garanti jkun istituzzjoni multilaterali li l-Parteċipanti jkunu qablu li hija ġeneralment eżentata minn tali kontrolli u limitazzjonijiet.

Jekk il-garanti jkun sussidjarja/kumpanija prinċipali tal-entità garantita, il-Parteċipanti għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn is-sussidjarja/il-kumpanija prinċipali u l-grad ta’ impenn legali tal-kumpanija prinċipali, is-sussidjarja/il-kumpanija prinċipali tkunx legalment u finanzjarjament indipendenti u tistax tissodisfa l-obbligi ta’ ħlas tagħha; (2) is-sussidjarja/il-kumpanija prinċipali tistax tiġi affettwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) fil-każ ta’ inadempjenza, l-Uffiċċju Prinċipali jqisx lilu nnifsu bħala responsabbli.

Każ 2: Garanzija Limitata fl-Ammont

Meta titolu fil-forma ta’ garanzija ta’ ripagament minn entità jiġi pprovdut għal ammont limitat f’riskju (jiġifieri kapital u mgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti għall-porzjon tal-kreditu soġġett għall-garanzija, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti l-oħra kollha elenkati fil-Każ 1.

Għall-porzjon mhux garantit, il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej huma dawk tal-obbligant.

Kriterji għall-Valutazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali

Il-Parteċipanti jistgħu jaqblu li istituzzjoni multilaterali jew reġjonali tkun soġġetta għar-regoli dwar il-primjum għal Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq fl-Artikolu 21 c) jekk l-istituzzjoni tkun ġeneralment eżentata mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-flus tal-pajjiż li tinsab fih. Tali istituzzjonijiet għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ fuq il-merti tagħhom stess u waqt li jitqies jekk:

l-istituzzjoni għandhiex indipendenza statutorja u finanzjarja;

l-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska;

l-istituzzjoni għandhiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi;

l-istituzzjoni ma hijiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab;

l-istituzzjoni għandhiex immunità fiskali; u

hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f’sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż tal-obbligant; u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jitqies xieraq fil-proċess ta’ valutazzjoni.

Il-lista ta’ tali istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali ma hijiex magħluqa u Parteċipant jista’ jinnomina istituzzjoni għal rieżami skont il-kunsiderazzjonijiet elenkati hawn fuq. Il-lista ta’ istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali li jkunu soġġetti għar-regoli tal-primjum għat-Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq fl-Artikolu 21 c) għandha tiġi ppubblikata mill-Parteċipanti.

ANNESS IX

DESKRIZZJONI KWALITATTIVA TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

Aħjar minn Sovran (SOV+)

Din hija klassifikazzjoni ta’ eċċezzjoni. L-entità li tikseb klassifikazzjoni bħal din tkun waħda bi profil ta’ kreditu eċċezzjonalment b’saħħtu li tkun mistennija tissodisfa l-obbligi ta’ pagament tagħha matul perjodu ta’ diffikultà ta’ dejn sovran jew saħansitra inadempjenza. L-Aġenziji Internazzjonali tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu joħorġu rapporti regolari li jelenkaw il-Klassifikazzjonijiet Korporattivi u tal-Kontropartijiet li jaqbżu l-Klassifikazzjoni tal-Munita Barranija Sovrana. Ħlief meta r-riskju sovran ikun ġie identifikat permezz tal-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran bħala ogħla b’mod sinifikanti mir-riskju tal-pajjiż, il-Parteċipanti li jipproponu li entità tiġi kklassifikata bħala aħjar minn sovran għandhom jagħmlu referenza għal tali klassifikazzjonijiet aħjar minn sovrani in sostenn tar-rakkomandazzjoni tagħhom. Biex tiġi kklassifikata bħala aħjar mis-sovran li jilqagħha, entità tkun mistennija turi bosta, jew normalment il-maġġoranza, tal-karatteristiċi li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom:

profil ta’ kreditu b’saħħtu;

qligħ sostanzjali mill-kambju meta mqabbel mal-piż tad-dejn tal-munita tagħha;

faċilitajiet ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ flus minn sussidjarji jew operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, speċjalment dawk domiċiljati f’sovrani bi klassifikazzjoni għolja, jiġifieri intrapriżi multinazzjonali;

sid barrani jew sieħeb strateġiku li jista’ jiġi invokat bħala sors ta’ appoġġ finanzjarju fin-nuqqas ta’ garanzija formali;

storja ta’ trattament preferenzjali tal-entità mis-sovran, inkluża eżenzjoni mir-restrizzjonijiet fuq it-trasferimenti u l-konvertibbiltà u rekwiżiti ta’ ċediment għar-rikavati mill-esportazzjoni, u trattament favorevoli tat-taxxa;

linji ta’ kreditu impenjati minn banek internazzjonali bi klassifikazzjoni għolja, speċjalment linji ta’ kreditu mingħajr klawżola ta’ bidla materjali avversa (MAC) li tippermetti lill-banek jirtiraw faċilitajiet impenjati fil-każ ta’ kriżi sovrana jew avvenimenti oħra ta’ riskju; u

assi miżmuma offshore, speċjalment assi likwidi, spiss minħabba regoli li jippermettu lill-esportaturi jaqbdu u jżommu bilanċi ta’ flus offshore li jkunu disponibbli għas-servizz tad-dejn.

Normalment, il-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV+ ma tkunx applikabbli għal:

entitajiet u utilitajiet li huma proprjetà pubblika, sottosovrani bħala ministeri funzjonali, gvernijiet reġjonali, eċċ;

istituzzjonijiet finanzjarji domiċiljati fil-ġuriżdizzjoni tas-sovran; u

entitajiet li primarjament ibigħu lis-suq domestiku fil-munita lokali.

Sovran (SOV)

Obbliganti/garanti sovrani jkunu entitajiet li jkunu ngħataw mandat espliċitu u legali sabiex jidħlu f’obbligu ta’ pagament ta’ dejn f’isem l-Istat Sovran, tipikament il-Ministeru għall-Finanzi jew il-Bank Ċentrali (44). Riskju indikat bħala sovran ikun wieħed fejn:

l-obbligant/il-garanti jkun legalment mandat biex jidħol f’obbligu ta’ pagament ta’ dejn f’isem is-Sovran u b’hekk jimpenja r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran; u

f’każ ta’ skedar mill-ġdid ta’ riskju sovran, id-dejn inkwistjoni jkun inkluż fl-iskedar mill-ġdid u l-obbligi ta’ pagament miksuba mis-sovran permezz tal-iskedar mill-ġdid.

Ekwivalenti għas-Sovran (CC0): Kwalità ta’ Kreditu Eċċezzjonalment Tajba

Il-kategorija ta’ “ekwivalenti għal sovran” tħaddan fiha żewġ tipi bażiċi ta’ obbliganti/garanti:

Entitajiet pubbliċi fejn id-diliġenza dovuta turi li x-xerrej għandu r-rieda sħiħa u l-kreditu/appoġġ tas-sovran impliċiti jew li l-probabbiltà ta’ appoġġ ta’ likwidità u ta’ solvenza sovrani tkun għolja ferm, kemm fir-rigward tal-prospetti ta’ rkupru kif ukoll tar-riskju ta’ inadempjenza. L-entitajiet pubbliċi mhux sovrani ekwivalenti għas-sovran jinkludu wkoll kumpaniji proprjetà tal-gvern b’monopolju jew kważi monopolju fuq l-operazzjonijiet f’settur (eż. enerġija, żejt, gass).

Entitajiet korporattivi bi profil tal-kreditu eċċezzjonalment b’saħħtu, li juru karatteristiċi kemm f’termini ta’ prospetti ta’ inadempjenza kif ukoll ta’ rkupru li jindikaw li r-riskju jista’ jitqies bħala ekwivalenti għal sovran. Il-kandidati jistgħu jinkludu korporattivi blue chip b’saħħithom jew banek importanti ħafna li għalihom il-probabbiltà ta’ appoġġ ta’ likwidità u solvenza sovrani hija għolja.

Kwalità tal-kreditu eċċezzjonalment tajba timplika li r-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagament huwa mistenni li jkun negliġibbli u li l-entità għandha kapaċità eċċezzjonalment b’saħħitha għar-ripagament u din il-kapaċità x’aktarx li ma tiġix affettwata minn avvenimenti prevedibbli. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju tal-entità li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:

ġenerazzjoni eċċezzjonalment tajba sa tajba ħafna ta’ flus u introjtu

livelli ta’ likwidità eċċezzjonalment tajbin sa tajbin ħafna

ingranaġġ eċċezzjonalment baxx sa baxx ħafna

profil kummerċjali eċċellenti sa b’saħħtu ħafna b’ħiliet maniġerjali pprovati u b’saħħithom ħafna

L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC0 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B (Kategorija tal-Pajjiż 7) minn CRAs akkreditati.

Kwalità ta’ Kreditu Tajba Ħafna (CC1)

Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun baxx jew baxx ħafna. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament b’saħħitha ħafna u ma huwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/garanti jkollu suxxettibilità limitata jew limitata ħafna għall-effetti negattivi tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi u fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:

ġenerazzjoni tajba ħafna sa tajba ta’ flus u introjtu

livelli ta’ likwidità tajbin ħafna sa tajbin

ingranaġġ baxx ħafna sa baxx

profil kummerċjali b’saħħtu ħafna b’ħiliet maniġerjali pprovati

L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) li l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC1 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B (Kategorija tal-Pajjiż 7) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Tajba sa Moderatament Tajba, Ogħla mill-Medja (CC2)

Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun baxx. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament tajba sa moderatament tajba u ma huwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/il-garanti jkollu suxxettibilità limitata għall-effetti avversi tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi u fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:

ġenerazzjoni tajba sa moderatament tajba ta’ flus u introjtu

livelli ta’ likwidità tajbin sa moderatament tajbin

ingranaġġ baxx sa moderatament baxx

profil kummerċjali moderatament b’saħħtu b’ħiliet maniġerjali pprovati

L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC2 ikun ikklassifikat bejn A+ (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 7) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Moderata, Medja (CC3)

Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun moderat jew moderatament baxx. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament moderata jew moderatament tajba. Ikun hemm possibbiltà ta’ żvilupp tar-riskju ta’ kreditu peress li l-obbligant/il-garanti jkun qed jiffaċċja inċertezzi kbar kontinwi jew skopertura għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel il-pagamenti fil-ħin. Madankollu, jistgħu jkunu disponibbli alternattivi kummerċjali jew finanzjarji biex jippermettu li jiġu ssodisfati l-impenji finanzjarji. Il-kwalità tal-kreditu tipikament tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux kollha kemm huma.

ġenerazzjoni tal-flus u tal-introjtu moderatament tajba sa moderata

livelli ta’ likwidità moderatament tajbin sa moderati

ingranaġġ moderatament baxx sa moderat

profil kummerċjali moderat b’ħiliet maniġerjali pprovati

L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC3 ikun ikklassifikat bejn BBB+ (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 6) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Moderatament Dgħajfa, Taħt il-Medja (CC4)

Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun moderatament dgħajjef. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament moderata sa moderatament dgħajfa. Ikun hemm possibbiltà ta’ żvilupp tar-riskju ta’ kreditu peress li l-obbligant/il-garanti jkun qed jiffaċċja inċertezzi kbar kontinwi jew skopertura għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel il-pagamenti fil-ħin. Madankollu, jistgħu jkunu disponibbli alternattivi kummerċjali jew finanzjarji biex jippermettu li jiġu ssodisfati l-impenji finanzjarji. Il-kwalità tal-kreditu tipikament tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux kollha kemm huma:

ġenerazzjoni moderata sa moderatament dgħajfa ta’ flus u introjtu

livelli ta’ likwidità moderati sa moderatament dgħajfin

ingranaġġ moderat sa moderatament għoli

profil kummerċjali moderatament dgħajjef b’rekord limitat ta’ ħiliet maniġerjali

L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC4 ikun ikklassifikat bejn BB+ (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 5) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Dgħajfa (CC5)

Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun għoli sa għoli ħafna. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament moderatament dgħajfa sa dgħajfa. L-obbligant/il-garanti jkun għad għandu l-kapaċità li jissodisfa r-ripagamenti iżda b’marġni limitat ta’ sikurezza. Madankollu, ikun hemm probabbiltà li jiżviluppaw problemi ta’ pagament peress li l-kapaċità għal pagament kontinwu tkun kontinġenti fuq ambjent kummerċjali u ekonomiku sostnut u favorevoli. Kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi x’aktarx li jfixklu l-kapaċità jew ir-rieda ta’ ripagament. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:

ġenerazzjoni ta’ flus u ta’ introjtu moderatament dgħajfa sa dgħajfa sa dgħajfa ħafna

livelli ta’ likwidità moderatament dgħajfin sa dgħajfin

ingranaġġ moderatament għoli sa għoli

profil kummerċjali dgħajjef b’rekord limitat jew ineżistenti ta’ ħiliet maniġerjali

L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità fqira ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC5 ikun ikklassifikat bejn BB- (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 4) minn CRAs akkreditati.

ANNESS X

KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U TAT-TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

GĦAN

Dan l-Anness jipprovdi dettalji dwar l-użu tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż elenkati fl-Artikolu 26 a) tal-Arranġament u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej elenkati fl-Artikolu 27 a) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-impatt fuq l-MPRs.

TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

1.   Struttura ta’ Fluss Futur Offshore (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata ma’ Kont Miżmum minn Terzi Offshore (Offshore Escrow Account)

Definizzjoni:

Dokument bil-miktub, bħal att jew rilaxx jew arranġament fiduċjarju, issiġillat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li ma tkunx parti fl-istrument, biex jinżamm minn din il-parti terza sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u mbagħad din il-parti tikkonsenjah lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu ssodisfati soġġett għall-kunsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista’ tnaqqas jew telimina r-riskji ta’ trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b’riskju ogħla.

Kriterji:

Il-kont miżmum minn terzi jkun relatat ma’ proġett ta’ qligħ mill-kambju barrani u l-flussi fil-kont miżmum minn terzi jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn riċevibbli oħra tal-esportazzjoni lil hinn mill-kosta.

Il-kont miżmum minn terzi jkun miżmum lil hinn mill-kosta, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż tal-proġett fejn ir-riskji ta’ trasferiment jew riskji oħrajn tal-pajjiż ikunu limitati ħafna (jiġifieri f’pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli jew f’pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli).

Il-kont miżmum minn terzi jkun jinsab f’bank tal-ewwel klassi, li ma jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament mill-interessi tal-obbligant jew mill-pajjiż tal-obbligant.

Il-finanzjament tal-kont ikun garantit permezz ta’ kuntratti fit-tul jew kuntratti xierqa oħra.

Il-kombinazzjoni tas-sorsi ta’ dħul (jiġifieri ġġenerat mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tal-obbligant li jgħaddi mill-kont tkun f’munita b’saħħitha u jista’ raġonevolment ikun mistenni li d-dħul ikun kollettivament suffiċjenti għas-servizz tad-dejn għad-durata kollha tal-kreditu, u ġej minn klijent barrani wieħed jew aktar b’affidabbiltà kreditizja li jinsabu f’pajjiżi b’riskju aħjar mill-pajjiż li fih ikun jinsab il-proġett (jiġifieri normalment pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli jew pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli).

L-obbligant irrevokabbilment jagħti struzzjonijiet lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri l-pagamenti ma jintbagħtux permezz ta’ kont ikkontrollat mill-obbligant jew permezz tal-pajjiż tiegħu).

Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont ikunu ugwali għal mill-inqas sitt xhur ta’ servizz tad-dejn. Fejn ikunu qed jiġu applikati termini ta’ ripagament flessibbli taħt struttura ta’ finanzjament ta’ proġett, għandu jinżamm fil-kont ammont ekwivalenti għal sitt xhur ta’ servizz ta’ dejn effettiv taħt tali termini flessibbli; dan l-ammont jista’ jvarja maż-żmien skont il-profil tas-servizz tad-dejn.

L-obbligant ikollu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-pagament tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu).

Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lill-mutwanti bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta’ żmien kollu tal-kreditu.

Il-ftuħ tal-kont ikun irċieva l-awtorizzazzjonijiet legali kollha meħtieġa mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità xierqa oħra.

Il-kont miżmum minn terzi u l-arranġamenti kuntrattwali jistgħu ma jkunux kondizzjonali u/jew revokabbli u/jew limitati fid-durata.

Fatturi addizzjonali li għandhom jitqiesu:

It-teknika tapplika soġġett għal kunsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi ta’ hawn fuq u, fost l-oħrajn, fir-rigward ta’:

il-pajjiż, l-obbligant (jiġifieri jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà fir-rigward tal-komoditajiet jew is-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għad-durata kollha tal-kreditu, il-klijenti;

l-istrutturi legali, eż. jekk il-mekkaniżmu jkunx immuni biżżejjed kontra l-influwenza tal-obbligant jew tal-pajjiż tiegħu;

il-grad sa fejn it-teknika tibqa’ soġġetta għal interferenza, tiġdid jew irtirar mill-gvern;

jekk il-kont ikunx protett biżżejjed kontra r-riskji relatati mal-proġett;

l-ammont li se jidħol fil-kont u l-mekkaniżmu għall-kontinwazzjoni ta’ provvista xierqa;

is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta’ Pariġi (eż. eżenzjoni possibbli);

l-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr ir-riskju tat-trasferiment;

il-protezzjoni kontra r-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont;

il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura u d-durata tagħhom; u

l-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni meta mqabbel mal-ammont totali tal-kreditu.

Impatt fuq l-MPR

L-applikazzjoni ta’ din it-teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tista’ tirriżulta f’titjib ta’ kategorija waħda fil-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli għat-tranżazzjoni, ħlief għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż 1.

2.   Finanzjament fil-Munita Lokali

Definizzjoni:

Kuntratt u finanzjament innegozjati f’muniti lokali konvertibbli u disponibbli, minbarra dawk b’saħħithom, u ffinanzjati lokalment b’mod li jiġu eliminati jew jittaffew ir-riskju ta’ trasferiment. L-obbligu ta’ dejn primarju fil-munita lokali, fil-prinċipju, ma jkunx affettwat mill-okkorrenza tal-ewwel żewġ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż.

Kriterji:

Il-pagament tal-obbligazzjoni u tal-pretensjonijiet tal-ECA jew il-pagament lill-Mutwanti Dirett ikun espress/magħmul kollu fil-munita lokali.

Normalment, l-ECA ma tkunx esposta għar-riskju ta’ trasferiment.

Fil-kors normali tal-avvenimenti, ma jkunx hemm rekwiżit li d-depożiti fil-munita lokali jiġu kkonvertiti f’munita b’saħħitha.

Ir-ripagament tal-mutwatarju fil-munita tiegħu stess u f’pajjiżu stess ikun ħelsien validu mill-obbligu tas-self.

Jekk l-introjtu ta’ mutwatarju jkun f’munita lokali, il-mutwatarju jkun protett kontra movimenti avversi tar-rata tal-kambju.

Ir-regolamenti dwar it-trasferimenti fil-pajjiż tal-mutwatarju ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi ta’ ripagament tal-mutwatarju, li jibqgħu fil-munita lokali.

Fatturi addizzjonali li għandhom jitqiesu:

It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fir-rigward ta’ muniti konvertibbli u trasferibbli, fejn l-ekonomija sottostanti tkun soda. L-ECA tal-Parteċipant għandha tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas pretensjonijiet espressi fil-munita tagħha stess f’każ li l-munita lokali ssir jew “mhux trasferibbli” jew “mhux konvertibbli” wara li l-ECA tassumi r-responsabbiltà. (Madankollu Sellief Dirett iġorr din l-iskopertura.)

Impatt fuq l-MPR

L-applikazzjoni ta’ din it-teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tista’ tirriżulta fi skont ta’ mhux aktar minn 20 % għall-porzjon tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż tal-MPR (jiġifieri fattur tal-munita lokali [LCF] b’valur ta’ mhux aktar minn 0,2).

TITJIB TAL-KREDITU GĦAR-RISKJU TAX-XERREJ

It-tabella li ġejja tipprovdi definizzjonijiet tat-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li jista’ jiġi applikat, flimkien mal-impatt massimu tiegħu fuq l-MPRs applikabbli. Għat-tranżzzjonijiet soġġetti għall-MPRs tal-kategorija tar-riskju tal-pajjiż 1-7, ġie indikat is-CEF massimu użat fil-formula tal-MPR; għal tranżazzjonijiet ta’ referenza tas-suq, ġie indikat l-iskont massimu għall-MPR ta’ Referenza tas-Suq applikabbli (45).

TITJIB TAL-KREDITU

DEFINIZZJONI

CEF MASSIMU (KATEGORIJA TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 1-7)

SKONT MASSIMU (REFERENZA TAS-SUQ)

Assenzjazzjoni tar-Rikavati jew tar-Riċevibbli ta’ Kuntratt

F’każ li mutwatarju jkollu kuntratti ma’ xerrejja b’saħħithom, kemm barranin kif ukoll lokali, assenjazzjoni ġuridikament eżegwibbli tal-kuntratt tipprovdi drittijiet biex jiġu eżegwiti l-kuntratti tal-mutwatarju u/jew biex isiru deċiżjonijiet skont kuntratti kbar minflok il-mutwatarju wara inadempjenza skont is-self. Ftehim dirett ma’ parti terza fi tranżazzjoni (aġenzija tal-gvern lokali fi tranżazzjoni ta’ estrazzjoni jew tal-enerġija) jippermetti lill-Mutwanti javviċinaw gvern biex ifittxu rimedji għall-esproprjazzjoni jew ksur ieħor tal-obbligi kuntrattwali relatati mat-tranżazzjoni.

Kumpanija eżistenti li topera f’suq jew f’settur diffiċli jista’ jkollha riċevibbli relatati mal-bejgħ tal-produzzjoni ma’ kumpanija jew ma’ kumpaniji li jinsabu f’ambjent aktar stabbli. Ir-riċevibbli ġeneralment ikunu f’munita b’saħħitha iżda jistgħu ma jkunux is-suġġett ta’ relazzjoni kuntrattwali speċifika. L-assenjazzjoni ta’ dawn ir-riċevibbli tista’ tipprovdi titolu tal-assi fil-kontijiet tal-Mutwatarju, li jagħti lill-Mutwanti trattament preferenzjali fil-fluss tal-flus iġġenerat mill-Mutwatarju.

0,10

Mhux applikabbli

Titolu Garantit b’Assi

Kontroll ta’ assi muri minn:

(1)

ipoteka fuq biċċa proprjetà mobbli ħafna u ta’ valur u

(2)

proprjetà li għandha valur sħiħ fiha nnifisha.

Titolu garantit b’assi huwa wieħed li jista’ jiġi riakkwistat b’faċilità relattiva bħal lokomottiva, tagħmir mediku jew tagħmir tal-kostruzzjoni. Fil-valutazzjoni ta’ tali titolu, l-ECA għandha tqis il-faċilità legali tal-irkupru. Fi kliem ieħor, hemm iktar valur meta l-imgħax tat-titolu fl-assi jkun perfezzjonat skont reġim legali stabbilit u hemm inqas valur meta l-kapaċità ġuridika li jiġi rkuprat l-assi tkun dubjuża. Il-valur eżatt ta’ titolu garantit b’assi huwa stabbilit mis-suq, bis-‘suq’ rilevanti jkun iktar fond minn suq lokali għaliex l-assi jista’ jiġi ttrasferit f’ġuriżdizzjoni oħra. NOTA: L-applikazzjoni ta’ titjib tal-kreditu b’titoli garantiti b’assi għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-MPRs tal-kategoriji tar-riskju tal-pajjiż 1-7 tapplika għar-riskju tax-xerrej, fejn it-titolu garantit b’assi jinżamm internament fil-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni.

0,25

15 %

Titolu Garantit b’Assi Fissi

Spiss, titolu garantit b’assi fissi jkun ġeneralment tagħmir komponent li jista’ jkun limitat mill-fiżikalità tiegħu bħal turbina jew makkinarju tal-manifattura integrat f’linja tal-assemblaġġ. L-intenzjoni u l-valur tat-titolu garantit b’assi fissi huma li jipprovdi lill-ECA b’iktar ingranaġġ fuq l-użu tal-assi fl-irkupru ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza. Il-valur ta’ titolu garantit b’assi fissi jvarja skont fatturi ekonomiċi, legali, tas-suq u oħrajn.

0,15

10 %

Kont Miżmum minn Terzi

Il-kontijiet miżmuma minn terzi jinvolvu kontijiet ta’ riżerva ta’ servizz ta’ dejn miżmuma bħala titolu għall-mutwanti jew forom oħra ta’ kontijiet ta’ riċevibbli ta’ flus miżmuma bħala titolu għall-mutwanti minn parti mhux ikkontrollata jew li qed taqsam sjieda komuni max-xerrej/mal-obbligant. L-ammont miżmum minn terzi jrid jiġi ddepożitat jew miżmum minn parti terzi minn qabel. Il-valur ta’ tali titolu huwa kważi dejjem 100 % tal-ammont nominali f’tali kontijiet ta’ flus. Jippermetti kontroll akbar fuq l-użu tal-flus kontanti, jiżgura li d-dejn jiġi ssodisfat qabel l-infiq diskrezzjonali. NOTA: L-applikazzjoni ta’ titjib tal-kreditu b’kont miżmum minn terzi għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-MPRs tal-kategoriji tar-riskju tal-pajjiż 1-7 tapplika għar-riskju tax-xerrej, fejn il-kont miżmum minn terzi jinżamm internament fil-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni. Il-garanzija fi flus tnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ inadempjenza għall-pagamenti parzjali koperti.

ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta’ 0,10

ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta’ 10 %

ANNESS XI

LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP

LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TA’ PROĠETTI FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA

F’dawn l-aħħar snin, ġew żviluppati għadd ta’ kriterji mid-DAC biex jiġi żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment dawn jinsabu fi:

Id-DAC Principles for Project Appraisal, 1988;

Id-DAC Guiding Principles for Associated Financing and Tied and Partially Untied Official Development Assistance, 1987; u

Il-Good Procurement Practices for Official Development Assistance, 1986. Minn dawn, id-DAC Principles for Project Appraisal and the Good Procurement Practices for Official Development Assistance ġew ippubblikati flimkien fid-Development Assistance Manual, DAC Principles for Effective Aid (DAM) fl-1992, flimkien ma’ diversi “prinċipji” jew “prattiki tajbin” oħra li pproduċa d-DAC.

KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET ĠENERALI TA’ INVESTIMENT TAL-PAJJIŻ RIĊEVITUR (GĦAŻLA TAL-PROĠETTI)

Il-proġett huwa parti mill-programmi ta’ investiment u ta’ nefqa pubblika diġà approvati mill-awtoritajiet ċentrali finanzjarji u tal-ippjanar tal-pajjiż riċevitur?

(Speċifika d-dokument ta’ politika li jsemmi l-proġett, eż. il-programm ta’ investiment pubbliku tal-pajjiż riċevitur.)

Il-proġett qed jiġi kkofinanzjat ma’ istituzzjoni internazzjonali tal-finanzjament tal-iżvilupp?

Hemm xi prova li l-proġett ġie kkunsidrat u rrifjutat minn istituzzjoni internazzjonali ta’ finanzjament tal-iżvilupp jew Membru ieħor tad-DAC minħabba prijorità baxxa għall-iżvilupp?

Fil-każ ta’ proġett tas-settur privat, ġie approvat mill-gvern tal-pajjiż riċevitur?

Il-proġett huwa kopert minn ftehim intergovernattiv li jipprevedi firxa usa’ ta’ attivitajiet ta’ għajnuna mid-donatur fil-pajjiż riċevitur?

PREPARAZZJONI U VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT

Il-proġett tħejja, tfassal u ġie vvalutat skont sett ta’ standards u kriterji ġeneralment konsistenti mad-DAC Principles for Project Appraisal mill-paragrafi 91-162 tad-DAM? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:

(a)

L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi 120 sa 128 tad-DAM).

(b)

L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 112 tad-DAM).

(c)

L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi 113 sa 119 tad-DAM).

Fil-każ ta’ proġett li jipproduċi dħul, b’mod partikolari jekk ikun qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element preferenzjali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi fuq l-utent finali tal-fondi? (il-paragrafu 115 tad-DAM).

(a)

Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi minn 130 sa 134 tad-DAM).

(b)

L-analiżi tal-aspetti soċjali u ta’ distribuzzjoni (il-paragrafi 137 sa 147 tad-DAM).

(c)

Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi 145 sa 147 tad-DAM).

PROĊEDURI TA’ AKKWIST

Liema mod ta’ akkwist se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati f’Good Procurement Practices for ODA mill-paragrafi 409-429 tad-DAM).

(a)

Offerti kompetittivi internazzjonali (il-paragrafi 411 u 419-429 tad-DAM: Il-kundizzjonijiet minimi għal offerti kompetittivi internazzjonali effettivi).

(b)

Offerti kompetittivi nazzjonali (il-paragrafu 412 tad-DAM).

(c)

Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-paragrafi 413-414 tad-DAM).

Huwa previst li l-prezz u l-kwalità tal-provvisti jkunu kkontrollati (il-paragrafu 153 tad-DAM)?

ANNESS XII

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RATA TA’ REFERENZA TAL-IMGĦAX KUMMERĊJALI (CIRR)

TAQSIMA 1

DETERMINAZZJONI TAS-CIRR

1.

CIRR għandha tiġi stabbilita għal kull munita tal-Parteċipanti, sakemm id-data meħtieġa tkun disponibbli għas-Segretarjat. Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni ma’ dak interessat li mhux Parteċipant, Parteċipant jew is-Segretarjat f’isem dak li mhux Parteċipant jista’ jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f’dik il-munita.

2.

Parteċipanti oħra għandhom jużaw is-CIRR stabbilita għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f’dik il-munita.

3.

Is-CIRR hija magħmula minn rata bażi u marġni.

4.

Is-CIRR minima għal kull munita għandha tkun inqas minn 15-il punt bażi.

STABBILIMENT TAR-RATA BAŻI

5.

Ir-rati tas-CIRR għandhom jiġu kkalkulati kull xahar u jkunu effettivi fil-15 ta’ kull xahar.

6.

Ir-rati bażi tas-CIRR huma komputati bl-użu ta’ rendimenti tal-bonds tal-gvern.

7.

Il-maturità tal-bond tal-gvern li għandha tintuża għal kull tranżazzjoni għandha tiġi determinata skont il-formola li jmiss: Perjodu ta’ Prelevament + 0,5 Perjodu ta’ Ripagament + 0,5 Frekwenza tar-Ripagament fi snin (46) (għal profili standard ta’ ripagament). Għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ ripagament mhux standard, għandha tiġi applikata l-formola li jmiss: DP + [
Formula
(47). Ir-riżultat se jitqarreb għall-eqreb sena, b’livell massimu ta’ għaxar snin u b’livell minimu ta’ tliet snin.

8.

Il-parteċipanti għandhom jikkomputaw ir-rendimenti tal-bonds billi jużaw il-medja aritmetika tar-rendimenti kollha ta’ kuljum tal-bonds tal-gvern ta’ 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10 snin tax-xahar kalendarju preċedenti għall-muniti rispettivi tagħhom. Dawk ir-rendimenti għandhom jiġu rrappurtati lis-Segretarjat mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq bażi ta’ kull xahar.

9.

Il-parteċipanti jistgħu jużaw interpolazzjoni lineari sabiex jiksbu r-rendimenti meħtieġa, dment li din tkun fi ħdan ir-reġjun ta’ interpolazzjoni ta’ bonds tal-gvern ta’ sentejn, sa u bl-inklużjoni ta’ bonds tal-gvern ta’ 15-il sena. Ma għandhiex tkun permessa estrapolazzjoni għal rendiment tal-bonds aktar baxx jew ogħla.

10.

F’każ li d-data għal bond tal-gvern meħtieġ wieħed jew aktar ma setgħetx tinkiseb (skont l-Artikoli 8 u 9), ma jkun hemm l-ebda CIRR f’dik il-munita għal tranżazzjonijiet li jeħtieġu tali maturitajiet (l-Artikolu 7 jirreferi) dment li d-data nieqsa ma tkunx tikkonċerna maturitajiet iqsar u ma tkunx ġiet ipprovduta data għal maturitajiet ogħla (sa 10 snin). F’każ bħal dan, ir-rendimenti tal-eqreb bond tal-gvern għandhom jintużaw biex jiġu kkomputati r-rati bażi li jeħtieġu tali maturitajiet iqsar.

STABBILIMENT TAL-MARĠNI (48)

11.

Il-marġni għandu jiġi kkalkulat fuq bażi trimestrali (fil-15 ta’ Jannar, il-15 ta’ April, il-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena, rispettivament) skont ir-rendimenti tal-firxa tal-iswap ta’ ħames snin (id-differenza bejn ir-rata tal-bonds tal-gvern fuq ħames snin u r-rata ta’ swap ta’ ħames snin).

12.

Il-marġni għandu jiġi kkomputat bil-formula li ġejja: 0,5 * (medja ta’ tliet xhur tar-rendimenti tal-firxa tal-iswap ta’ ħames snin ta’ kuljum) + 80 punt bażi. Ir-riżultat għandu jitqarreb għall-eqreb punt bażi u għandu jkollu livell massimu ta’ 120 punt bażi u livell minimu ta’ 80 punt bażi.

13.

Il-medja ta’ tliet xhur tal-firxiet tal-iswap ta’ ħames snin ta’ kuljum li għandhom jintużaw għandha tinkiseb billi tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tal-firxa tal-iswap ta’ ħames snin ta’ kuljum tal-aħħar tliet xhur kalendarji fil-muniti rilevanti. Dawn għandhom jiġu rrappurtati lis-Segretarjat mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull trimestru.

14.

F’każ li l-firxa tal-iswap ta’ ħames snin ma tkunx disponibbli fis-suq għal munita partikolari, il-marġni għandu jiġi stabbilit għal 100 bps.

15.

Il-marġnijiet li jirriżultaw għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fil-bidu ta’ kull trimestru.

TAQSIMA 2

APPLIKAZZJONI TAS-CIRR

16.

Meta jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b’rata varjabbli, il-banek u istituzzjonijiet ta’ finanzjament oħrajn ma għandhomx jitħallew joffru l-għażla tal-inqas waħda mis-CIRR (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir matul il-ħajja tas-self.

PERJODU TA’ VALIDITÀ TAS-CIRR

17.

CIRR tista’ tiġi ffissata qabel, fid-Data tal-Kuntratt Finanzjarju (DFC), jew wara.

18.

F’każ fejn CIRR tkun iffissata u miżmuma qabel id-DFC, il-Perjodu ta’ Żamma ma għandux jaqbeż it-12-il xahar konsekuttiv (49), it-tul tal-Perjodu ta’ Żamma għandu jiġi deċiż mhux aktar tard mid-Data tal-Kwotazzjoni (DOQ), u għandha tiżdied firxa addizzjonali mas-CIRR applikabbli skont it-tabella ta’ hawn taħt:

Perjodu ta’ Żamma (f’xhur)

Kost tal-Perjodu ta’ Żamma (punti bażi)

1 - 6

20

7

23

8

26

9

30

10

34

11

39

12

44

19.

Jekk il-Perjodu ta’ Żamma jiskadi qabel id-DFC, ir-rata tas-CIRR tista’ tiġi rrisettjata mill-ġdid immedjatament jew aktar tard u tinżamm għal Perjodu ta’ Żamma ġdid. Jekk l-iffirmar tal-kuntratt kummerċjali (SCC) ikun seħħ qabel ir-risettjar, ir-rata tar-risettjar ma għandhiex tkun aktar baxxa mir-rata l-aktar reċenti li tkun ġiet iffissata qabel. Ma hemm l-ebda limitu għad-drabi li CIRR tista’ tiġi risettjata.

20.

Kwalunkwe bidla fil-Perjodu ta’ Akkumulazzjoni tal-Imgħax qabel jew fid-DFC għandha tikkawża kalkolu mill-ġdid tar-rata bażi tas-CIRR. Dan il-kalkolu mill-ġdid għandu jkun ibbażat fuq il-Perjodu ta’ Akkumulazzjoni tal-Imgħax il-ġdid bl-użu tar-rati bażi stabbiliti fid-DOQ inizjali; ma għandux jitqies bħala risettjar jew kanċellazzjoni tar-rata tas-CIRR.

TARIFFA TA’ IMPENN

21.

Għandha tintalab tariffa ta’ impenn għall-krediti diretti. Jekk is-CIRR tkun ġiet iffissata qabel jew fid-DFC, it-tariffa ta’ impenn għandha tintalab minnufih wara d-DFC. Jekk is-CIRR tkun ġiet iffissata wara d-DFC, din għandha tintalab minnufih wara d-DoQ.

22.

Il-Parteċipanti għandhom jitolbu tariffa ta’ impenn skont il-prattiki tas-suq kummerċjali jew ogħla minnhom, dment li din l-informazzjoni tkun disponibbli.

KANĊELLAZZJONI VOLONTARJA U PREPAGAMENT VOLONTARJU

23.

Jekk rata tas-CIRR tiġi kkanċellata volontarjament, kwalunkwe rata tas-CIRR sussegwenti li tiġi kkwotata għall-istess tranżazzjoni u l-istess esportatur ma għandhiex tkun aktar baxxa mill-aħħar CIRR ikkwotata qabel.

24.

Qabel id-DFC, ma hemm l-ebda kost biex tiġi kkanċellata rata tas-CIRR jew biex isir qlib għal rata varjabbli.

25.

Ladarba tkun seħħet id-DFC u irrispettivament minn meta tkun ġiet stabbilita s-CIRR, f’każ ta’ kanċellazzjoni volontarja jew prepagament volontarju ta’ self jew ta’ kwalunkwe porzjon minnu, il-mutwatarju għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni tal-gvern li tipprovdi appoġġ uffiċjali għall-kostijiet u t-telf kollha mġarrba minħabba tali prepagament bikri jew kanċellazzjoni volontarja. Dan jinkludi l-kostijiet għall-istituzzjoni tal-gvern biex tissostitwixxi l-parti tal-influss ta’ flus b’rata fissa mistenni li jkun ġie interrott mill-prepagament bikri jew il-kanċellazzjoni volontarja.

TAQSIMA 3

FTEHIMIET TRAŻIZZJONALI

26.

Id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2023 għal tranżazzjonijiet impenjati minn dik id-data ’l quddiem.

ANNESS XIII

LISTA TA’ DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-Arranġament:

(a)

Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma, li biha r-rieda jew l-intenzjoni li jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċevitur, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja.

(b)

Linja Komuni: ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f’ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta’ Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-Linja Komuni.

(c)

Livell ta’ Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta: fil-każ ta’ għotjiet, il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 100 %. Fil-każ ta’ self, il-livell ta’ konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti skontat tal-pagamenti futuri tas-servizz ta’ dejn li għandhom isiru mill-mutwatarju. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwal tal-valur nominali tas-self.

(d)

Data tal-Kuntratt Finanzjarju (DFC): id-data li fiha jintrabtu l-partijiet kollha fil-Kuntratt Finanzjarju, filwaqt li jitqies kwalunkwe obbligu legali involut.

(e)

Data tal-Kwotazzjoni (DoQ): id-data li fiha tiġi ffissata CIRR.

(f)

Dekummissjonar: l-għeluq jew iż-żarmar ta’ impjant tal-enerġija nukleari.

(g)

Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni: l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f’isem ix-xerrej għall-prodotti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-kostijiet lokali kif iddefiniti hawn taħt; fil-każ ta’ lokazzjoni, dan jeskludi l-porzjon tal-pagament tal-lokazzjoni li huwa ekwivalenti għall-imgħax.

(h)

Impenn Finali: jeżisti impenn finali, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni (jew fil-forma ta’ tranżazzjoni waħda jew linja ta’ kreditu), meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompluti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali.

(i)

Perjodu ta’ Żamma: il-perjodu li jibda fid-DoQ u jintemm fid-DFC.

(j)

Tagħbija Inizjali tal-Fjuwil: it-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandha tikkonsisti f’mhux aktar mill-qalba nukleari installata inizjalment flimkien ma’ żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu f’mhux aktar minn żewġ terzi ta’ qalba nukleari.

(k)

Perjodu ta’ Akkumulazzjoni tal-Imgħax: il-perjodu li matulu jakkumula l-imgħax (jiġifieri mill-ewwel żborż sal-aħħar ripagament tal-kapital: perjodu ta’ prelevament + perjodu ta’ ripagament).

(l)

Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jippermetti l-forniment ta’ finanzjament għall-esportazzjoni b’rata fissa fis-CIRR jew ogħla minnha.

(m)

Linja ta’ Kreditu: qafas, fi kwalunkwe forma, għall-krediti għall-esportazzjoni li jkopri serje ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu jew ma jkunux marbuta ma’ proġett speċifiku.

(n)

Kostijiet Lokali: in-nefqa għall-oġġetti u s-servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-esportatur jew għat-tlestija tal-proġett li l-kuntratt tal-esportatur jifforma parti minnu. Din teskludi l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.

(o)

Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq: tranżazzjoni li tinvolvi lill-obbliganti/garanti aħħarin f’pajjiżi tal-Kategorija 0, fil-pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli u pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli.

(p)

Primjum Attwarju Minimu: huwa r-rata medja annwali ta’ inadempjenza (derivata minn rati ta’ inadempjenza kumulattivi ppubblikati mis-CRAs akkreditati ewlenin) għal klassifikazzjoni u terminu totali partikolari (WAL tat-tranżazzjoni kollha) aġġustata b’telf preżunt f’inadempjenza u b’fattur tal-kostijiet tat-tagħbija skont il-konvenzjonijiet miftiehma mill-Parteċipanti.

(q)

Bond jew CDS b’Isem Speċifiku: bond jew CDS b’Isem Speċifiku huwa limitat għal dawk l-istrumenti ta’ referenza tas-suq li jappartjenu għall-istess obbligant/garanti involut fit-tranżazzjoni li tkun qed tiġi appoġġata.

(r)

Kopertura Pura: appoġġ uffiċjali pprovdut minn gvern, jew f’ismu, permezz ta’ garanzija jew assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali b’finanzjament.

(s)

Entità Relatata: Ir-referenzi tal-Entità Relatata huma strumenti ta’ referenza ta’ mutwatarju relatat li ma jkunx eżattament identiku għall-mutwatarju fit-tranżazzjoni appoġġata. Fil-każ fejn l-obbligant ma jkollu l-ebda bond ikkwotat jew CDS, u fl-istruttura organizzazzjonali tal-obbligant ikun hemm kumpanija prinċipali, sussidjarja jew oħt b’Bonds jew CDSs b’Isem Speċifiku pendenti fis-suq, allura taħt l-Artikolu 21 c), dawk il-Bonds jew CDSs b’Isem Speċifiku jistgħu jintużaw bħallikieku kienu nħarġu mill-obbligant innifsu jekk:

1.

Il-kumpanija omm, sussidjarja jew oħt ikollha l-istess klassifikazzjoni ta’ emittent minn CRA bħall-obbligant/garanti; jew

2.

Il-kriterji li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:

i.

Il-klassifikazzjoni interna tal-Parteċipant tal-obbligant/garanti tkun tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni tas-CRA tal-entità relatata.

ii.

L-obbligant/il-garanti jkun il-kumpanija operatorja ewlenija tal-kumpanija omm/tal-azjenda, u jkun parti ewlenija u integrali min-negozju tal-grupp.

iii.

Il-klassifikazzjoni tas-CRA tkun ibbażata fuq l-attività prinċipali tal-grupp.

iv.

L-obbligant/il-garanti jipprovdi parti sinifikanti mill-qligħ tal-grupp billi jipprovdi jew xi wħud mill-prodotti/servizzi ewlenin tal-grupp lil klijenti ewlenin jew ikun is-sid u jopera porzjon kbir mill-assi tal-kumpanija omm.

v.

Il-bejgħ tal-obbligant/garanti mill-grupp ikun diffiċli ħafna biex jiġi immaġinat, u d-disponiment ibiddel b’mod sinifikanti l-forma ġenerali tal-grupp.

vi.

Inadempjenza tal-obbligant/garanti tikkostitwixxi riskju enormi għar-reputazzjoni tal-grupp, tagħmel ħsara lill-franchise tiegħu u tista’ thedded il-vijabbiltà tiegħu.

vii.

Ikun jeżisti livell għoli ta’ ġestjoni u ta’ integrazzjoni operazzjonali fejn il-kapital u l-finanzjament tipikament jiġu pprovduti mill-kumpanija omm jew minn sussidjarja finanzjarja permezz ta’ self bejn il-kumpaniji u fejn l-appoġġ tal-kumpanija omm ma jkunx iddubitat.

(t)

Terminu ta’ Ripagament: il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif definit f’dan l-Anness, u li jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.

(u)

Punt tal-Bidu tal-Kreditu:

1.

Parts jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi servizzi relatati: fil-każ ta’ parts jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx aktar tard mid-data reali tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew tal-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent.

2.

Oġġetti kważi kapitali, inklużi servizzi relatati - makkinarju jew tagħmir, ġeneralment ta’ valur unitarju relattivament baxx, maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta’ oġġetti kważi-kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx iktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew id-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur għandu responsabbiltajiet għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun meta jsir l-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar.

3.

Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett - makkinarju jew tagħmir ta’ valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ oġġetti kapitali li jikkonsistu f’oġġetti individwali li jistgħu jintużaw fihom infushom, l-aħħar punt tal-bidu jkun id-data attwali meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti, jew id-data medja ponderata meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti.

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għal impjant jew fabbriki kompluti fejn il-fornitur ma jkollu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu jkun id-data li fiha x-xerrej għandu jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (minbarra l-ispare parts) ipprovduti skont il-kuntratt.

Jekk l-esportatur ikollu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun fl-ikkummissjonar.

Għas-servizzi, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu jkun id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar.

4.

Impjanti jew fabbriki kompluti – unitajiet produttivi kompluti ta’ valur għoli li jirrikjedu l-użu ta’ oġġetti kapitali:

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għal impjanti jew fabbriki sħaħ fejn il-fornitur ma jkollu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu huwa d-data meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-ispare parts) ipprovduti taħt il-kuntratt.

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kostruzzjoni fejn il-kuntrattur ma jkollu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu huwa d-data meta titlesta l-kostruzzjoni.

Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt fejn il-fornitur jew il-kuntrattur ikollu responsabbiltà kuntrattwali għall-ikkummissjonar, l-aħħar punt tal-bidu jkun id-data meta jkun lesta l-installazzjoni jew il-kostruzzjoni u t-testijiet preliminari biex jiġi żgurat li din tkun lesta biex tibda taħdem. Dan japplika kemm jekk tingħata kif ukoll jekk ma tingħatax lix-xerrej f’dak iż-żmien f’konformità mat-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn kwalunkwe impenn kontinwu li l-fornitur jew il-kuntrattur jista’ jkollu, eż. biex jiggarantixxi l-funzjonament effettiv tagħha jew biex iħarreġ il-persunal lokali.

Meta l-kuntratt jinvolvi l-eżekuzzjoni separata ta’ partijiet individwali ta’ proġett, id-data tal-aħħar punt tal-bidu tkun id-data tal-punt tal-bidu għal kull parti separata, jew id-data medja ta’ dawk il-punti tal-bidu, jew, meta l-fornitur ikollu kuntratt, mhux għall-proġett kollu iżda għal parti essenzjali minnu, il-punt tal-bidu jista’ jkun dak xieraq għall-proġett kollu kemm hu.

Għas-servizzi, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu jkun id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar.

(v)

Għajnuna Marbuta: għajnuna li fil-fatt (fil-liġi jew fil-fatt) tkun marbuta mal-akkwist ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew minn numru ristrett ta’ pajjiżi; din tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta’ finanzjament assoċjat b’livell ta’ konċessjonalità akbar minn żero fil-mija.

Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-“irbit” ikun bi ftehim formali jew bi kwalunkwe forma ta’ ftehim informali bejn ir-riċevitur u l-pajjiż donatur, kif ukoll jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom stabbiliti fl-Artikolu 30 tal-Arranġament li ma jkunux disponibbli b’mod liberu u sħiħ għall-finanzjament tal-akkwist mill-pajjiż riċevitur, mill-parti l-kbira tal-pajjiżi l-oħra kollha fil-fażi ta’ żvilupp u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqisu ekwivalenti għal tali irbit.

(w)

Għajnuna Mhux Marbuta: għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li r-rikavati tagħhom ikunu disponibbli b’mod sħiħ u liberu għall-finanzjament tal-akkwist minn kwalunkwe pajjiż.

(x)

Ħajja Medja Ponderata tal-Perjodu ta’ Ripagament: iż-żmien meħtieġ biex jiġi rtirat nofs il-kapital ta’ kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital ponderat skont il-porzjon tal-kapital imħallas lura f’kull data ta’ ripagament.


(1)  Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni dwar l-OECD.

(2)  Iddefiniti mill-Bank Dinji kull sena skont l-ING per capita.

(3)  Għall-finijiet tal-Arranġament, it-terminu “impjant tal-enerġija” jikkonsisti minn impjanti sħaħ tal-enerġija jew partijiet minnhom, inkluż il-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta’ persunal) meħtieġa b’mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni tal-impjant. Dan ma jinkludix oġġetti li normalment ikun responsabbli għalihom ix-xerrej, b’mod partikolari l-kostijiet assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-irħula tal-kostruzzjoni, mal-linji tal-elettriku, u mal-installazzjoni tat-trażmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma li jkunu barra mill-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija, kif ukoll il-kostijiet li jirriżultaw fil-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. permessi tas-sit, permess tal-kostruzzjoni, permessi għat-tagħbija tal-fjuwil).

(4)  L-istatus ta’ pajjiż f’termini ta’: (1) jekk hux pajjiż b’Introjtu Għoli (kif definit mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont l-ING per capita), (2) jekk hux membru fl-OECD u (3) jekk hux parti miż-Żona tal-Euro jiġi rieżaminat fuq bażi annwali. Id-deżinjazzjoni ta’ pajjiż skont l-Artikolu 21 c) bħala pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli kif ukoll it-tneħħija ta’ tali deżinjazzjoni jidħlu fis-seħħ biss wara li l-klassifikazzjoni tal-introjtu tal-pajjiż (Introjtu Għoli jew mod ieħor) tkun baqgħet l-istess għal sentejn konsekuttivi. Bidla fid-deżinjazzjoni ta’ pajjiż bħala pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli kif ukoll it-tneħħija ta’ tali deżinjazzjoni relatata ma’ bidla fis-sħubija tiegħu fl-OECD jew jekk ikunx parti miż-Żona tal-Euro jidħlu fis-seħħ immedjatament meta jsir ir-rieżami annwali tal-istatus tal-pajjiżi.

(5)  Il-valutazzjoni ta’ jekk Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali hijiex ġeneralment eżentata mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-flus tal-pajjiż li fih tinsab għandha ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII. Il-Parteċipanti għandhom iżommu lista tal-istituzzjonijiet meqjusa li jissodisfaw il-kriterji u, għalhekk, soġġetti għar-rati tal-primjum għat-Tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq.

(6)  Sabiex tikkwalifika bħala tranżazzjoni garantita b’assi, irid ikun hemm interess ta’ garanzija tal-ewwel prijorità fuq l-assi li jkun qed jiġi ffinanzjat; u, fil-każ ta’ struttura ta’ lokazzjoni, assenjazzjoni u/jew interess ta’ garanzija tal-ewwel prijorità b’rabta mal-pagamenti tal-lokazzjoni.

(7)  Sabiex tikkwalifika bħala tranżazzjoni ta’ finanzjament ta’ proġett, it-tranżazzjoni trid tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew servizzi lil kumpanija tal-proġett indipendenti (legalment u ekonomikament) fejn, (1) il-flussi tal-flus u l-qligħ tal-kumpanija tal-proġett jitqiesu mis-sellief bħala s-sors tal-fondi li minnhom is-self se jitħallas lura u (2) l-assi tal-kumpanija tal-proġett jitqiesu mis-sellief bħala kollateral għas-self.

(8)  Dan il-kriterju tal-porzjon ta’ 25 % jista’ jiġi ssodisfat meta l-porzjon ta’ pagament mhux fi flus kontanti ta’ tranżazzjoni li tinvolvi bank wieħed li jirċievi kopertura minn ECA jinkludi porzjon mhux kopert ta’ mill-inqas 25 %. Tali tranżazzjonijiet iridu jissodisfaw il-kriterji l-oħra kollha tas-subparagrafu 1, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet pari passu ta’ dan l-inċiż.

(9)  Meta l-obbligant/il-garanti jiġi kklassifikat minn aktar minn CRA Akkreditata waħda, il-klassifikazzjoni tas-CRA hija l-aħjar klassifikazzjoni tal-munita barranija disponibbli fuq bażi superjuri mhux garantita għall-obbligant (jew għall-garanti). Is-Segretarjat għandu jiġbor u jżomm lista ta’ tali CRAs akkreditati.

(10)  F’każ li entità rilevanti tal-ipprezzar tas-suq b’Isem Speċifiku ma tkunx ikklassifikata minn CRA Akkreditata, allura l-ipprezzar tas-suq li jirriżulta għandu jitqies li huwa taħt ir-rata korrispondenti tat-TCMB u jkun soġġett għal notifika minn qabel f’konformità mal-Artikolu 44.

(11)  Ir-rati tal-primjum mitluba għal tranżazzjonijiet b’garanzija ta’ parti terza mogħtija minn obbligant f’pajjiż tal-Kategorija 0, pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli, pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli, jew minn istituzzjoni multilaterali jew reġjonali meqjusa li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII huma soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 21 c).

(12)  Fil-każ ta’ garanzija ta’ parti terza, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej iridu jkunu relatati mal-istess entità, jiġifieri jew l-obbligant jew il-garanti.

(13)  Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li huma eliġibbli biex jiġu kklassifikati f’waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż ma jistgħux jiġu kklassifikati jekk ġeneralment ma jirċevux krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Għal tali pajjiżi mhux ikklassifikati, il-Parteċipanti huma liberi li japplikaw il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li jqisu xierqa.

(14)  Ir-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tax-xerrejja għandhom jinftiehmu li jistipulaw l-aktar klassifikazzjoni favorevoli li tista’ tiġi applikata, eż. xerrej sovran jista’ jiġi kklassifikat fi klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej inqas favorevoli.

(15)  L-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Aħjar minn Sovran (SOV+) huma 10 % inqas mill-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Sovran (CC0).

(16)  Meta l-mutwatarju mhux sovran jiġi kklassifikat minn aktar minn CRA akkreditata waħda, in-notifika tkun meħtieġa biss meta l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tkun aktar favorevoli mill-aktar klassifikazzjoni favorevoli tas-CRA.

(17)  Abbażi tar-rieżami annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiż tiegħu, għall-finijiet tal-eliġibbiltà għall-għajnuna marbuta jintuża limitu ta’ Introjtu Nazzjonali Gross (ING) per capita; dan il-limitu huwa disponibbli fuq is-sit web tal-OECD (https://www.oecd.org/trade/topics/export-credits/arrangement-and-sector-understandings/financing-terms-and-conditions/).

(18)  Peress li ġew miftiehma regoli ġodda dwar is-CIRR, il-kalkolu tad-DDR skont l-approċċ previst fl-Artikolu 36 a) huwa temporanju sakemm isiru aktar diskussjonijiet mill-Parteċipanti.

(19)  Fil-każ ta’ impjant li jaħdem bil-gass naturali, hija mistennija li tinkiseb intensità tal-karbonju ferm aktar baxxa.

(20)  Effiċjenza fil-konverżjoni tal-enerġija tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) = (Sħana netta esportata mill-fwar/is-sħana jew il-valur kalorifiku [LHV] ipprovdut mill-karburant) (× 100 %).

(21)  Effiċjenza tal-gassifikatur = (Valur kalorifiku tal-gass għal kull kg ta’ karburant użat/valur kalorifiku nett medju (LHV) ta’ 1 kg ta’ karburant) (× 100 %).

(22)  Ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC: It-Tibdil fil-Klima 2007, http://www.ipcc.ch/publications_and_data/ ar4/wg3/en/ch4s4-3-5.html.

(23)  L-effiċjenza totali tas-sistema (

Image 1
o) ta’ sistema ta’ CHP hija s-somma tal-output nett tal-enerġija utli (WE) u l-outputs netti termali utli (ΣQTH) diviżi bl-input totali ta’ fjuwil (QFUEL), kif muri hawn taħt:

Image 2

(24)  Wara t-30 ta’ Ġunju 2024, din il-klassi ta’ proġett għandha titwaqqaf sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. Fl-istess ħin, il-Parteċipanti se jirrieżaminaw l-istandards internazzjonali żviluppati sa dak iż-żmien u jiddeċiedu jekk jinkorporawhomx f’din l-entrata.

(25)  Il-bastimenti għandhom jiġu esklużi minn dan it-tip ta’ proġett minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor.

(26)  It-tipi speċifiċi ta’ sistemi ta’ trasport fuq il-binarji li huma eliġibbli għall-appoġġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Appendiċi huma: 1) Kwalunkwe tip ta’ sistema tat-trasport bil-ferrovija. 2) Is-sistemi ta’ trasport bil-karozzi tal-linja bit-trolley. 3) Is-sistemi tat-trasport bil-cable cars. Is-sistemi tat-trasport bil-cable cars assoċjati ma’ attivitajiet rikreattivi bħall-iskijar ma humiex eliġibbli għall-appoġġ skont dan l-Appendiċi.

(27)  Lista illustrattiva għall-infrastruttura assoċjata: sistemi ta’ kontroll (sinjalar u sistemi oħra tal-IT), elettrifikazzjoni, binarji, wajers u kejbils fl-għoli, piluni, infrastruttura għall-iċċarġjar tal-batteriji, infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu, u xogħol ta’ kostruzzjoni relatat.

(28)  Wara t-30 ta’ Ġunju 2024, din il-klassi ta’ proġetti għandha titwaqqaf sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. Fl-istess ħin, il-Parteċipanti se jirrieżaminaw l-istandards internazzjonali żviluppati sa dak iż-żmien u jiddeċiedu jekk jinkorporawhomx f’din l-entrata. Parteċipant jista’ jippreżenta proposta taħt din il-Klassi tal-Proġett sat-30 ta’ Ġunju 2025, dment li dak il-Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra sat-30 ta’ Ġunju 2024 li qed jipprepara biex iressaq proposta speċifika.

(29)  Madankollu, f’każijiet meta x-xerrej tal-installazzjoni tat-trażmissjoni tal-enerġija jkun l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-installazzjoni tat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali ma għandhomx ikunu aktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija nukleari.

(30)  Ir-rekwiżit ta’ rapportar ta’ ripagament semiannwali ex ante ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru żgħar b’ammont totali ffinanzjat ta’ inqas minn USD 5 miljun (jiġifieri tranżazzjonijiet de minimis).

(31)  Għandha tingħata spjegazzjoni meta l-klassifikazzjoni tar-riskji proposta ta’ xerrej/mutwatarju taqbeż il-klassifikazzjoni tar-riskji tas-sovran ospitanti.

(32)  Għal tranżazzjoni b’valur tal-kuntratt ta’ esportazzjoni ta’ inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant li ma jixtieqx isegwi l-proċedura ta’ klassifikazzjoni tar-riskji stabbilita fl-Artikoli 6 sa 8 ta’ dan l-Appendiċi għandu japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji “8” għax-xerrej/għall-mutwatarju li jkun is-suġġett tat-tranżazzjoni u għandu jinnotifika t-tranżazzjoni f’konformità mal-Artikolu 24 a) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(33)  Għal tranżazzjonijiet b’valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni ta’ inqas minn USD 5 miljun, għandu japplika perjodu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.

(34)  Flimkien ma’ informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduta bir-rispett dovut għad-dmirijiet ta’ kunfidenzjalità).

(35)  Flimkien ma’ informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduta bir-rispett dovut għad-dmirijiet ta’ kunfidenzjalità).

(36)  Għall-finijiet ta’ dan il-kwestjonarju, l-“Istat” huwa l-pajjiż li qed jiġi propost li jiżdied mal-Lista tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town skont l-Appendiċi II, it-Taqsima 2 II tal-ASU. Fejn xieraq, dawn il-mistoqsijiet għandhom jitwieġbu wkoll fir-rigward tal-liġijiet tal-“unità territorjali” partikolari tal-Istat li fih jinsab l-operatur rilevanti ta’ inġenju tal-ajru [jew korp rilevanti ieħor kif stabbilit fl-Artikolu 35 (b) tal-Appendiċi II] u l-“liġi nazzjonali” għandha tinqara bħala li tinkludi referenza għal-liġi lokali rilevanti.

(37)  Għall-finijiet ta’ dan il-kwestjonarju, “liġi nazzjonali” tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha ta’ Stat, inklużi iżda mhux biss, il-Kostituzzjoni u l-Emendi għaliha, kwalunkwe liġi jew regolament federali, statali u distrettwali.

(38)  Pereżempju, li (i) it-trattati jipprevalu fuq liġi oħra bis-saħħa ta’ liġi qafas kostituzzjonali jew simili fl-Istat X, jew (ii) il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa fl-Istat X, u ġiet ippromulgata b’mod espliċitu biex tistabbilixxi l-prijorità tat-Trattat ta’ Cape Town u/jew tissostitwixxi tali liġi oħra, jew (iii) it-Trattat ta’ Cape Town jew il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu hija (a) aktar speċifika minn liġi oħra (lex specialis derogat legi generali), u/jew (b) aktar reċenti minn tali liġi oħra (lex posterior derogat legi priori), u bħala riżultat ta’ (a) u/jew (b) tipprevali fuq tali liġi oħra.

(39)  Pereżempju, hemm xi raġuni għaliex id-drittijiet u r-rimedji mogħtija lill-kredituri skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk mogħtija skont il-QDs, ma jkunux (a) rikonoxxuti bħala effettivi jew (b) suffiċjenti waħedhom, biex tali drittijiet u rimedji jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod validu fl-Istat?

(40)  Eżempju ta’ azzjoni amministrattiva għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija jista’ jkun in-nuqqas tal-Istat milli jimplimenta kwalunkwe proċedura jew riżorsa li tagħti effett lil dispożizzjoni tal-Konvenzjoni jew lil Dikjarazzjoni ta’ Kwalifika. Eżempju ieħor ikun in-nuqqas ta’ Stat li jistabbilixxi proċeduri xierqa fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru tiegħu għar-reġistrazzjoni tal-IDERAs.

(41)  Jekk jogħġbok inkludi fl-analiżi tiegħek kwalunkwe preċedent/deċiżjoni relatata mar-rikonoxximent tad-drittijiet tal-kredituri, inklużi ECAs, fejn rilevanti.

(42)  Huwa mifhum li meta jsir skambju minn self b’rata varjabbli bbażat fuq LIBOR għal self b’rata ta’ swap ibbażat fuq SOFR, il-firxa aġġustata tal-kreditu, kif misjuba fuq il-kurva tas-SOFR Libor Basis, ibbażata fuq il-ħajja medja ponderata u l-munita tas-self, għandha tiżdied mar-rata ta’ swap. (Għal USD fuq Bloomberg il-kurva tas-SOFR Libor Basis tinsab fil-paġna IRSB46)

(43)  Abbażi tal-Aġġustament ta’ Kreditu Storiku ppubblikat minn Bloomberg fil-5 ta’ Marzu, 2021 għal USD 3 xhur Indiċi YUS0003M ta’ 0,26161

(*1)   Indika n-numru ta’ multipli ta’ USD 300 miljun li jaqbżu l-USD 2 000 miljun.

(*2)  Indika n-numru tal-multipli ta’ SDR 40 miljun li jeċċedu l-SDR 280 miljun, eż. SDR 410 miljun jiġu nnotifikati bħala Kategorija XV+3.

(*3)  Indika n-numru tal-multipli ta’ SDR 40 miljun li jeċċedu l-SDR 280 miljun, eż. SDR 410 miljun jiġu nnotifikati bħala Kategorija XV+3.

(44)  Normalment, dan ikun riskju fuq il-bank ċentrali jew il-Ministeru għall-Finanzi. Għal entitajiet tal-gvern ċentrali li ma jkunux il-ministeru tal-finanzi, għandha ssir id-diliġenza dovuta sabiex jiġi affermat li l-entità timpenja r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran.

(45)  Għal Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq, ir-rata tal-primjum li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej ma tistax tkun anqas mill-Primjum Attwarju Minimu applikabbli.

(46)  Frekwenza tar-Ripagament għal ripagament annwali = 1, għal ripagamenti semiannwali = 0,5 u għal ripagamenti ta’ kull tliet xhur = 0,25.

(47)  tli = data tal-pagament parzjali ist; tsp = data tal-punt tal-bidu; Dli = ammont imħallas fil-pagament parzjali ist.

(48)  Wara l-waqfien tal-Libor, fit-30 ta’ Diċembru 2022 il-Parteċipanti qablu li jimplimentaw marġni temporanju ta’ 100 punt bażi għall-muniti kollha għal sena mill-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda tas-CIRR (jiġifieri sal-14 ta’ Lulju 2024) jew sakemm il-Parteċipanti jkunu jistgħu jaqblu dwar alternattiva.

(49)  Jekk is-CIRR tiġi rrisettjata, din terġa’ tirrisettja l-countdown għall-għadd ta’ xhur għal żero.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2738/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top