Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2720

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2720 tas-27 ta’ Novembru 2023 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2024-2026

    ST/15363/2023/INIT

    ĠU L, 2023/2720, 6.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2720/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/12/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2720/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2720

    6.12.2023

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2720

    tas-27 ta’ Novembru 2023

    li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2024-2026

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi,

    (1)

    Il-provvisti tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-preżent jiddependu mill-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar deċennji l-Unjoni saret tiddependi aktar fuq l-importazzjoni biex tilħaq id-domanda tagħha għall-prodotti tas-sajd. Sabiex jiġi żgurat li ma titqegħidx f’periklu l-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat li l-industrija tal-ipproċessar tagħha jkollha provvista adegwata ta’ prodotti tas-sajd, jenħtieġ li jiġu sospiżi jew jitnaqqsu d-dazji tal-importazzjoni għal għadd ta’ prodotti tas-sajd fil-kuntest ta’ kwoti tariffarji ta’ volum xieraq. Sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-prodotti tas-sajd impurtati u l-prodotti tas-sajd tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqies ukoll l-impatt tal-miżuri fuq il-kompetittività tal-produtturi tal-ħut tal-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 (1) fetaħ u ppreveda l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021-2023. Billi l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023, jenħtieġ li jiġi adottat regolament ġdid li jipprevedi l-kwoti tariffarji għall-perjodu 2024-2026.

    (3)

    Minn Lulju 2014, l-Unjoni imponiet progressivament miżuri restrittivi kontra r-Russja. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna qed tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropej u dinjija.

    (4)

    Aktar reċentement, fit-23 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta l-ħdax-il pakkett ta’ miżuri restrittivi kontra r-Russja minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni kontinwa tagħha kontra l-Ukrajna.

    (5)

    Filwaqt li r-Russa hija membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Unjoni tista’ torbot fuq l-eċċezzjonijiet li japplikaw skont il-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“Ftehim tad-WTO”), u b’mod partikolari l-Artikolu XXI tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li tagħti lill-prodotti importati mir-Russja l-vantaġġi mogħtija lil prodotti simili importati minn pajjiżi oħra (it-trattament ta’ nazzjon l-aktar iffavorit).

    (6)

    Għaldaqstant, fid-dawl tad-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Russja, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-azzjonijiet u l-prinċipji tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma jkunx xieraq li prodotti li joriġinaw mir-Russja jitħallew igawdu minn trattament mingħajr dazju u trattament ta’ nazzjon l-aktar iffavorit fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Belarussja marru għall-agħar f’dawn l-aħħar snin, minħabba n-nuqqas ta’ rispett tar-reġim tal-Belarussja għad-dritt internazzjonali, id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-Belarussja appoġġat b’mod estensiv il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna mill-bidu nett tagħha.

    (8)

    Minn Ottubru 2020, l-Unjoni imponiet progressivament miżuri restrittivi kontra l-Belarussja minħabba abbużi kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem, l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u l-involviment tal-Belarussja fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Peress li l-Belarussja mhijiex membru tad-WTO, l-Unjoni mhijiex obbligata, bis-saħħa tal-Ftehim tad-WTO, li tagħti trattament ta’ nazzjon l-aktar iffavorit lill-prodotti mill-Belarussja.

    (9)

    Għaldaqstant, fid-dawl tad-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Belarussja, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-azzjonijiet u l-prinċipji tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma jkunx xieraq li prodotti li joriġinaw mill-Belarussja jitħallew igawdu minn trattament mingħajr dazju fir-rigward tal-prodotti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (10)

    L-esklużjoni ta’ prodotti mill-Belarussja u r-Russja, b’mod partikolari l-merluzz tal-Alaska, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ser ikollha impatt fuq il-flussi kummerċjali u ser tirrikjedi adattament mill-industrija tal-Unjoni. Jekk, bħala konsegwenza, materja prima li bħalissa mhijiex koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi identifikata bħala ekwivalenti għal dawk il-prodotti u meħtieġa b’mod urġenti matul il-perjodu ta’ adattament, dan ir-Regolament jista’ jiġi rivedut biex iqis dawk iċ-ċirkostanzi.

    (11)

    Jenħtieġ li l-importaturi kollha tal-Unjoni jibbenefikaw minn aċċess ugwali u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti tariffarji previsti f’dan ir-Regolament, u li r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjoni kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati lejn l-Istati Membri kollha sakemm ikunu ntużaw il-kwoti tariffarji kollha.

    (12)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2) jipprevedi sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati meta ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Billi l-kwoti tariffarji huma maħsubin biex jiżguraw il-provvista adegwata tal-prodotti tas-sajd għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun meħtieġ livell minimu ta’ trattament jew ta’ ħidma biex wieħed ikollu dritt għall-kwota.

    (13)

    Biex ikun żgurat li qed issir ġestjoni effiċjenti tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu mill-ammont tal-kwota tariffarja l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu mal-importazzjoni reali tagħhom. Minħabba li dan il-metodu ta’ ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja r-rata li biha jkunu qed jintużaw il-kwoti tariffarji u jenħtieġ li hija tgħarraf lill-Istati Membri b’dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu sospiżi jew jitnaqqsu biex jaqgħu fil-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perjodi u sal-ammonti indikati fih.

    Artikolu 2

    Il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandha ssir skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    Artikolu 3

    Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    Artikolu 4

    1.   Is-sospensjoni jew it-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni għandhom japplikaw biss għall-prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

    2.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti li jiġu pproċessati fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering.

    3.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin biss għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    it-tindif, it-tindif mill-ġewwieni u l-qtugħ tad-denb u tar-ras;

    (b)

    il-qtugħ;

    (c)

    l-ippakkjar mill-ġdid ta’ fletti ffriżati wieħed wieħed;

    (d)

    it-teħid ta’ kampjuni u l-għażla;

    (e)

    it-tikkettar;

    (f)

    l-ippakkjar;

    (g)

    it-tkessiħ;

    (h)

    l-iffriżar;

    (i)

    l-iffriżar qawwi f’daqqa;

    (j)

    it-tneħħija tas-silġ;

    (k)

    l-igglejżjar;

    (l)

    it-taħlil; u

    (m)

    is-separazzjoni.

    4.   Minkejja l-paragrafu 3, il-kwoti tariffarji għandhom ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin għal waħda mill-ħidmiet li ġejjin jew iktar:

    (a)

    it-tqattigħ f’kubi;

    (b)

    it-tqattigħ fi ċrieki u fi strixxi għall-materjali li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex 0307 43 35, ex 0307 43 91, ex 0307 43 92 u ex 0307 43 99;

    (c)

    l-iffilettjar;

    (d)

    il-produzzjoni tal-qatgħat;

    (e)

    il-qtugħ ta’ blokok iffriżati;

    (f)

    is-separazzjoni ta’ blokok iffriżati ta’ fletti b’folja bejniethom u ċefalopodi sabiex jinkisbu fletti individwali;

    (g)

    it-tfettit tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex 0303 66 11, ex 0303 66 12, ex 0303 66 13, ex 0303 66 19, ex 0303 89 70 u ex 0303 89 90;

    (h)

    it-trattament tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (fis-suddiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 0306 17 92 (fis-suddiviżjoni 20 tat-TARIC), 0306 17 99 (fis-suddiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 35 90 (fis-suddiviżjonijiet 12, 14, 92 u 93 tat-TARIC), 0306 36 90 (fis-suddiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 1605 21 90 (fis-suddiviżjonijiet 45, 55 u 62 tat-TARIC) u 1605 29 00 (fis-suddiviżjonijiet 50, 55 u 60 tat-TARIC) bil-gassijiet tal-ippakkjar kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

    (i)

    id-diviżjoni tal-prodott iffriżat jew trattament bis-sħana tal-prodott iffriżat biex jippermetti t-tneħħija ta’ skart intern għal prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 11 10 (fis-suddiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 11 90 (fis-suddiviżjoni 20 tat-TARIC) u 0306 31 00 (fis-suddiviżjoni 10 tat-TARIC);

    (j)

    il-pasturizzazzjoni fil-kodiċijiet tan-NM 0305 20 00 u 1604 32 00;

    (k)

    it-tindif f’każ li din l-operazzjoni tkun l-unika li tista’ ssir fuq oġġett partikolari u t-tindif ikun meħtieġ biex jinkiseb il-prodott aċċettabbli għall-konsum mill-bniedem (bajd tal-ħut mill-intestaturi 0302, 0303 u 0305; gambli mill-intestatura 0306; ħut iffriżat, ħlief fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut, tal-ispeċi Gadus morhua għall-ipproċessar skont il-kodiċi NM 0303 63 10, tal-ispeċi Merluccius minbarra Merluccius merluccius, għall-ipproċessar skont il-kodiċijiet NM 0303 66 11, 0303 66 12, 0303 66 13, 0303 66 19, u tal-ispeċi Theragra chalcogramma għall-ipproċessar skont il-kodiċi NM 0303 67 00); u

    (l)

    imballaġġ f’atmosfera modifikata skont il-kodiċi tan-NM 1605 40 00.

    5.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għal prodotti li joriġinaw mir-Russja jew mill-Belarussja.

    Għall-fini tal-istabbiliment tal-oriġini tal-prodotti taħt il-kwoti, għandhom japplikaw ir-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

    Artikolu 5

    Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2026.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    X. MÉNDEZ BÉRTOLO


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 tat-13 ta’ Novembru 2020 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021-2023 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 3).

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).


    ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi NM

    Kodiċi TARIC

    Deskrizzjoni

    Ammont annwali tal-kwota (tunnellati) (1)

    Dazju tal-kwota

    Perjodu tal-kwota

    09.2503

    ex 0303 39 85

    80

    Pixxiċatt (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra, Eopsetta jordani), iffriżat, għall-ipproċessar

    7 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0303 39 85

    90

    09.2504

    0302 11 20

    10

    Trota tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss, bl-irjus u l-garġi, imnaddfa mill-organi, jiżnu aktar minn 1,2 kg kull waħda, jew bla rjus, bil-garġi mneħħija u mnaddfa, jiżnu aktar minn 1 kg kull waħda, għall-ipproċessar

    10 000

    5  %

    1.1.2024-31.12.2026

    09.2505

    ex 0303 54 10

    95 (2)

    Kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus), sħiħ, fletti u ġwienaħ, għall-ipproċessar

    5 000

    7,5  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 89 49

    20

    ex 0304 99 99

    12

    09.2508

    ex 0307 43 35

    10

    Klamar tal-ispeċi Loligo gahi, iffriżat, għall-ipproċessar

    75 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    09.2746

    ex 0302 89 90

    30

    Lutjan ħamrani tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar

    1 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    09.2748

    ex 0302 91 00

    96

    Bajd tal-ħut iebes, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar

    5 700

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0303 91 90

    96

    ex 0305 20 00

    41

    09.2750

    ex 0305 20 00

    35

    Bajd tal-ħut iebes, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-produzzjoni ta’ sostituti tal-kavjar

    1 200

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 1604 32 00

    20

    09.2759

    ex 0302 51 10

    20

    Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar

    110 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0302 51 90

    10

    ex 0302 59 10

    10

    ex 0303 63 10

    10

    ex 0303 63 30

    10

    ex 0303 63 90

    10

    ex 0303 69 10

    10

    09.2760

    ex 0303 66 11

    10

    Merluzz (Merluccius spp., minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u abadeku roża (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżat, għall-ipproċessar

    10 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0303 66 12

    10

    ex 0303 66 13

    10

    ex 0303 66 19

    11

    91

    ex 0303 89 70

    10

    ex 0303 89 90

    30

    09.2761

    ex 0304 79 50

    10

    Grenadier ikħal (Macruronus Novaezelandiae) u grenadier tal-Patagonja (Macruronus magellanicus), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar

    17 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 95 90

    11

    ex 0304 79 90

    11

    09.2762

    ex 0306 11 10

    10

    Awwista tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħajjin, imkessħin, iffriżati, għall-ipproċessar

    200

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0306 11 90

    20

    ex 0306 31 00

    10

    09.2765

    ex 0305 62 00

    20

    Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar

    2 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    25

    29

    ex 0305 69 10

    10

    09.2770

    ex 0305 63 00

    10

    Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew affumikata, għall-ipproċessar

    1 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    09.2772

    ex 0304 93 10

    10

    Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar

    60 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 94 10

    10

    ex 0304 95 10

    10

    ex 0304 99 10

    10

    09.2774

    ex 0304 74 15

    10

    Merluzz tal-Paċifiku (Merluccius productus) u merluzz Arġentin (merluzz tal-Atlantiku tal-Lbiċ) (Merluccius hubbsi), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar

    40 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 74 19

    10

    ex 0304 95 50

    10

    20

    09.2776

    ex 0304 71 10

    10

    Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar

    45 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 71 90

    10

    ex 0304 95 21

    10

    ex 0304 95 25

    10

    09.2777

    ex 0303 67 00

    10

    Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar

    340 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 75 00

    10

    ex 0304 94 90

    10

    09.2778

    ex 0304 83 90

    21

    Pixxiċatt (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut, għall-ipproċessar

    10 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0304 99 99

    65

    09.2785

    ex 0307 43 91

    10

    Tubi (3) tal-klamar (Ommastrephes spp., minbarra t-Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar

    20 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0307 43 92

    10

    ex 0307 43 99

    21

    09.2786

    ex 0307 43 91

    20

    Klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew it-tentakli u l-pinen, għall-ipproċessar

    5 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0307 43 92

    20

    ex 0307 43 99

    29

    09.2790

    ex 1604 14 26

    10

    Fletti magħrufin bħala “loins” tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar

    35 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 1604 14 36

    10

    ex 1604 14 46

    11

    21

    92

    94

    09.2794

    ex 1605 21 90

    45

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar

    4 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    55

    62

    ex 1605 29 00

    50

    55

    60

    09.2798

    ex 0306 16 99

    20

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, bil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati għall-ipproċessar

    2 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    30

    ex 0306 35 90

    12

    14

    92

    93

    09.2800

    ex 1605 21 90

    55

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar

    4 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 1605 29 00

    60

    09.2802

    ex 0306 17 92

    20

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Penaeus Vannamei u Penaeus monodon, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar

    48 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0306 36 90

    30

    09.2804

    ex 1605 40 00

    40

    Dnub taċ-ċkal tal-ispeċi Procambarus clarkii, imsajrin, għall-ipproċessar

    2 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    09.2821

    0307 43 33

    10

    Klamar tal-ispeċi Loligo pealeii ffriżat, għall-ipproċessar

    1 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    09.2822

    ex 0303 11 00

    20

    Salamun tal-Paċifiku tal-ispeċi Oncorhynchus nerka (salamun aħmar), Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus keta u Oncorhynchus tshawytscha, bir-ras maqtugħa u mnaddaf mill-organi, u fil-forma ta’ fletti, iffriżat, għall-ipproċessar

    10 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0303 12 00

    20

    ex 0304 81 00

    20

    09.2824

    0302 52 00

    10

    Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), frisk, imkessaħ jew iffriżat, bir-ras maqtugħa, bil-garġi mneħħija u mnaddaf mill-organi, għall-ipproċessar

    3 500

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    0303 64 00

    10

    09.2826

    ex 0306 17 99

    10

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pleoticus Muelleri, fil-fosdqa jew le, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar

    16 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026

    ex 0306 36 90

    20

    09.2515

    ex 0304 61 00

    10

    Fletti ffriżati tat-Tilapja (Oreochromis spp.), iffriżati

    10 000

    0  %

    1.1.2024-31.12.2026


    (1)  Espress f’piż nett, ħlief fejn speċifikat mod ieħor.

    (2)  Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju, ma għandhiex tingħata tgawdija tal-kwota tariffarja għall-prodotti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

    (3)  Ġisem ta’ ċefalopodu jew il-klamar mingħajr ras u mingħajr tentakli, bil-ġilda u l-pinen.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2720/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top