This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2229
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/2229 of 25 October 2023 amending and correcting Implementing Regulation (EU) 2021/1165 authorising certain products and substances for use in organic production and establishing their lists
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2229 tal-25 ta’ Ottubru 2023 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2229 tal-25 ta’ Ottubru 2023 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom
C/2023/7101
ĠU L, 2023/2229, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2229/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness I punt 1 Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness I punt 2 tabella Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness II tabella Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness III parti A punt 1 Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness III parti A punt 2 Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness III parti B punt 3 punt (b) Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | anness V parti A taqsima A1 tabella Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Żieda | artikolu 13 paragrafu mhux numerat 4 | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Sostituzzjoni | anness I punt 1 Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Sostituzzjoni | anness II tabella Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Sostituzzjoni | anness V parti A taqsima A1 tabella Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 1 Test | 15/11/2023 | |
Modifies | 32021R1165 | Sostituzzjoni | artikolu 13 paragrafu mhux numerat 3 | 15/11/2023 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2229 |
26.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2229
tal-25 ta’ Ottubru 2023
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri ppreżentaw dossiers dwar ċerti sustanzi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-awtorizzazzjoni u l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi I, II, III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 (2). Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-Grupp ta’ Esperti għall-Parir Tekniku dwar il-Produzzjoni Organika (EGTOP) u mill-Kummissjoni. |
(2) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tas-sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, (3) l-EGTOP irrakkomanda li s-sustanzi kollha b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali (mhux minn oriġini OĠM), jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika mingħajr evalwazzjoni addizzjonali mill-EGTOP. |
(3) |
L-idroġenukarbonat tas-sodju huwa elenkat fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 bħala sustanza bażika li tista’ tintuża fil-produzzjoni organika bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. L-idroġenukarbonat tas-sodju huwa elenkat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 taħt sustanzi b’riskju baxx fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għalhekk jenħtieġ li jiġi awtorizzata wkoll bħala sustanza b’riskju baxx fil-produzzjoni organika bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. |
(4) |
Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mill-EGTOP dwar il-fertilizzanti, il-kondizzjonaturi tal-ħamrija u n-nutrijenti 3, l-entrata “Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta’ skart domestiku” jenħtieġ li tiġi sostitwita b’“Bijoskart kompost jew iffermentat” sabiex sorsi oħra ta’ bijoskart għajr l-iskart domestiku jkunu jistgħu jintużaw għall-ikkompostjar jew għall-fermentazzjoni fil-produzzjoni organika. |
(5) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-fertilizzanti, il-kondizzjonaturi tal-ħamrija u n-nutrijenti, l-EGTOP ikkonfermat ukoll li l-użu ta’ mlieħ tas-selenju f’każ ta’ defiċjenza tal-ħamrija użata għat-trobbija tal-annimali u/jew għar-ragħa huwa konformi mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza. |
(6) |
Abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-EGTOP fir-rigward tal-ikel għall-annimali domestiċi (5), jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu tas-sustanzi li ġejjin: (i) il-glikol propileniku, iż-żejt tal-alga u l-klorur tal-kalċju użati bħala materjal tal-għalf; (ii) il-kelat tal-ħadid, u d-destran tal-ħadid, il-kelat tar-ram, il-kelati tal-manganiż, il-kelati taż-żingu tal-proteini u l-ħmira seleniżata bħala oligoelementi. |
(7) |
Abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet mill-EGTOP fir-rigward tal-ikel 5, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu tas-sustanzi li ġejjin: (i) aċidu askorbiku fuq preparazzjonijiet tal-laħam li magħhom ġew miżjuda ingredjenti oħra minbarra addittivi jew melħ; (ii) leċitini fuq prodotti tal-annimali; u (iii) tartrat ta’ sodju u ta’ potassju fuq prodotti ta’ oriġini mill-pjanti. |
(8) |
L-EGTOP irrakkomanda wkoll li t-tartrati tas-sodju, it-tartrati tal-potassju, u t-tartrat ta’ sodju u ta’ potassju jenħtieġ li jiġu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2027 biss jekk ikunu minn produzzjoni organika (6), minħabba li l-EGTOP qies li l-perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin huwa biżżejjed biex jiżgura li t-tartrati ta’ oriġini organika jkunu disponibbli għall-operaturi kollha. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati “tartrati tas-sodju” u “tartrati tal-potassju” jiġu emendati biex jiġu introdotti dawn il-kundizzjonijiet u limiti speċifiċi, u jenħtieġ li tiddaħħal entrata ġdida “tartrat ta’ sodju u ta’ potassju” fil-lista ta’ “Addittivi tal-ikel, inklużi trasportaturi” tal-Parti A tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165. |
(9) |
L-EGTOP beda l-evalwazzjoni tas-sustanzi għat-tindif u d-diżinfezzjoni li għandhom jiġu awtorizzati fil-produzzjoni organika. Madankollu, jidher li dan se jeħtieġ aktar żmien milli kien antiċipat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165. Peress li l-listi ta’ prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni mhumiex se jiġu stabbiliti qabel l-1 ta’ Jannar 2026, l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 (7) jenħtieġ li jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025. Jenħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet li jirreferu għal-listi ta’ prodotti għat-tindif u d-diżinfezzjoni japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2026. |
(10) |
In-numru CAS għall-kitosan ġie attribwit bi żball lill-idroklorur tal-kitosan fil-punt 1 (Sustanzi bażiċi) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 u għaldaqstant l-entrata għall-kitosan hija nieqsa. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 jiġi emendat u kkoreġut skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 12(1), id-data “31 ta’ Diċembru 2023” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2025”; |
(2) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(4) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(5) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
(6) |
l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165
Il-Punt 1 (Sustanzi bażiċi) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
l-entrata 2C għall-“Kloridrat tal-kitosan” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 13).
(3) EGTOP final report on Fertilisers IV and Plant Protection Products VI u EGTOP final report on Plant Protection Products VII and Fertilisers V: https://agriculture.ec.europa.eu/farming/organic-farming/co-operation-and-expert-advice/egtop-reports_en.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309 24.11.2009, p. 1).
(5) EGTOP final report on Feed VII and pet Food II: https://agriculture.ec.europa.eu/farming/organic-farming/co-operation-and-expert-advice/egtop-reports_en
(6) EGTOP final report on Food VIII: https://agriculture.ec.europa.eu/farming/organic-farming/co-operation-and-expert-advice/egtop-reports_en
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”
ANNESS I
Fit-tabella tal-punt 2 (Sustanzi attivi b’riskju baxx) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
(1) |
wara l-entrata “20D Pirofosfat ferriku”:
|
(2) |
wara l-entrata “28D Estratt milwiem miż-żrieragħ imġelbna tal-Lupinus albus ħelu”:
|
ANNESS II
It-tabella fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 hija emendata kif ġej:
(1) |
l-entrata għal “Taħlita komposta jew iffermentata ta’ skart domestiku” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata li ġejja tiżdied wara l-entrata “Klorur tal-potassju (murjat tal-putassa)”:
|
(*1) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).”
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
fil-Parti B, il-punt (3)(b) “Komposti ta’ mikroelementi” huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/354 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE (ĠU L 67, 5.3.2020, p. 1).”;
ANNESS IV
It-tabella fit-Taqsima A1 (Addittivi tal-ikel, inklużi trasportaturi) tal-Parti A tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1165 hija emendata kif ġej:
(1) |
l-entrata għal “E 300 Aċidu askorbiku” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
l-entrata għal “E 322 – Leċitini” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(3) |
l-entrati għal “E 335 — Tartrati tas-sodju” u “E 336 — tartrati tal-potassju” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(4) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata “E 336 — tartrati tal-potassju”:
|
(*1) Kategoriji tal-ikel fil-Parti D tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2229/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)