Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1609

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1609 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana

    C/2023/3467

    ĠU L 198, 8.8.2023, p. 27–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1609/oj

    8.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 198/27


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1609

    tal-1 ta’ Ġunju 2023

    li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 (2) jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu f’ċerti żoni tal-Baħar tat-Tramuntana. Dan ir-Regolament ġie emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/340 (3).

    (2)

    Fit-22 ta’ Frar 2023, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni bi żball fir-Regolament Delegat (UE) 2023/340. Dan jikkonċerna sentenza li tinsab fir-rakkomandazzjoni konġunta li ma ġietx trasposta fir-Regolament Delegat (UE) 2023/340, jiġifieri l-fatt li l-miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd fiż-żoni ċentrali u tal-Lvant tas-Sylter Aussenriff [iż-żoni 1(10)] għandhom jkunu effettivi fl-1 ta’ Mejju 2023.

    (3)

    Fit-28 ta’ Frar 2023, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni dwar żbalji tekniċi addizzjonali fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2023/340, fir-rigward tad-deżinjazzjoni taż-Żona Ekonomika Esklużiva tan-Netherlands u l-koordinati ġeografiċi tal-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tan-Netherlands.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 3(1) u l-Annessi I u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/118 jiġu kkoreġuti skont dan.

    (5)

    Billi l-korrezzjonijiet previsti f’dan l-att għandhom impatt dirett fuq l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni soġġetti għal miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/118 huwa kkoreġut kif ġej:

    1.

    fl-Artikolu 3(1), tiżdied l-ittra (d):

    “(d)

    fiż-żoni 1(10), il-miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd għandhom ikunu effettivi fl-1 ta’ Mejju 2023.”

    2.

    L-Annessi I u VI huma kkoreġuti kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 tal-5 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 19, 25.1.2017, p. 10).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/340 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni f’Sylter Aussenriff, f’Borkum-Riffgrund, f’Doggerbank u f’Östliche Deutsche Bucht, u fi Klaverbank, fi Friese Front u f’Centrale Oestergronden (ĠU L 48, 16.2.2023, p. 18).


    ANNESS

    L-Annessi I u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/118 huma kkoreġuti kif ġej:

    (1)

    fl-Anness I, il-punt (c) fiż-żona 1(11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    bil-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tan-Netherlands minn 53,724495° N 6,345843° E sa 54,016833° N 6,095963° E.”

    (2)

    fl-Anness VI, il-punt (c) fiż-żoni 4(3), iż-żona ta’ Ġestjoni A f’Borkum-Riffgrund huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    bil-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tan-Netherlands minn 53,724495° N 6,345843° E sa 54,016833° N 6,095963° E.”

    (3)

    fl-Anness VI, il-punt (c) fiż-żoni 4(3), iż-żona ta’ Ġestjoni B f’Doggerbank huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    bil-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tan-Netherlands minn 55,365081° N 4,260850° E sa 55,645558° N 3,637590° E;”.


    Top