This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1462
Council Regulation (EU) 2023/1462 of 17 July 2023 amending Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1462 tas-17 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1462 tas-17 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ST/10990/2023/INIT
ĠU L 180, 17.7.2023, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0036 | Sostituzzjoni | artikolu 16a paragrafu 1 Test | 18/07/2023 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32023R1462R(01) | ||||
Corrected by | 32023R1462R(02) | (RO) |
17.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1462
tas-17 ta’ Lulju 2023
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1) u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, skont l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill li fihom il-Kunsill ikkundanna l-vjolenza u l-ksur serju mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja. |
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fis-Sirja u l-ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż l-użu ta’ armi kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili, il-Kunsill kompla jżid ismijiet mal-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. |
(3) |
It-terremot traġiku tas-6 ta’ Frar 2023 aggrava l-kundizzjonijiet terribbli u żied it-tbatija tal-popolazzjoni Sirjana. |
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Frar 2023, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid ir-rieda tal-Unjoni li tipprovdi aktar assistenza biex ittaffi t-tbatija fir-reġjuni affettwati kollha. Huwa appella lil kulħadd biex jiżgura aċċess umanitarju għall-vittmi tat-terremot fis-Sirja irrispettivament minn fejn jinsabu u appella lill-komunità umanitarja, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, biex tiżgura t-twassil rapidu tal-għajnuna. |
(5) |
Il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, inklużi dawk adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, mhumiex maħsuba biex jimpedixxu l-provvista ta’ għajnuna umanitarja lil persuni fil-bżonn. Il-kummerċ fil-maġġoranza tas-setturi bejn l-Unjoni u s-Sirja – inkluż fl-ikel u l-mediċini – mhuwiex ristrett mill-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ miżuri individwali, hemm fis-seħħ eċċezzjonijiet li jippermettu li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati, fejn tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biss għall-iskop li tingħata għajnuna umanitarja fis-Sirja jew assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. F’ċerti każijiet, hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti. |
(6) |
Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 (3) u r-Regolament (UE) 2023/407 (4), li introduċew eżenzjoni għall-iffriżar tal-assi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet deżinjati, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li din l-eżenzjoni tapplika għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ċerti kategoriji definiti ta’ atturi involuti f’attivitajiet umanitarji u għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur, jiġifieri, sal-24 ta’ Awwissu 2023. |
(7) |
Sabiex ikun hemm rispons għall-urġenza kontinwa tal-kriżi umanitarja fis-Sirja aggravata mit-terremot u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-twassil rapidu tal-għajnuna, huwa xieraq li din l-eżenzjoni tiġi estiża sal-24 ta’ Frar 2024. |
(8) |
L-emendi inklużi f’dan ir-Regolament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, id-data “25 ta’ Awwissu 2023” hija sostitwita b’ “24 ta’ Frar 2024”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
N. CALVIÑO SANTAMARÍA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/408 tas-23 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/407 ta’ 23 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 1).