EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0851
Regulation (EU) 2023/851 of the European Parliament and of the Council of 19 April 2023 amending Regulation (EU) 2019/631 as regards strengthening the CO2 emission performance standards for new passenger cars and new light commercial vehicles in line with the Union’s increased climate ambition (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
PE/66/2022/REV/1
ĠU L 110, 25.4.2023, p. 5–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti A punt 6.1 titolu | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti A punt 6.1.2 titolu | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | anness I parti A punt 6.1.3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti A punt 6.2 titolu | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | anness I parti A punt 6.2.2 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti A punt 6.3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti B punt 6.1 titolu | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti B punt 6.1.2 titolu | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | anness I parti B punt 6.1.3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti B punt 6.2.2 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | anness I parti B punt 6.2.3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | anness I parti B punt 6.3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 5 punt (a) Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 5 punt (b) Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 5a | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 6 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 1 paragrafu 7 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 2 sentenza 1 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 4 paragrafu mhux numerat 1 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 1 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 13 paragrafu 3 sentenza | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 14 paragrafu 2 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 14a | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 1 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 2 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 3 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 4 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 5 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 6 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 15 paragrafu 9 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 2 Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 3 Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 6 Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 punt (a) Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 punt (b) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 3 Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (b) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (c) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (d) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (e) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (f) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (g) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (i) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 3 paragrafu 1 punt (n) | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 Test | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 7 paragrafu 10 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Tħassir | artikolu 7 paragrafu 11 | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 7 paragrafu 6a | 15/05/2023 | |
Modifies | 32019R0631 | Żieda | artikolu 7a | 15/05/2023 |
25.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/5 |
REGOLAMENT (UE) 2023/851 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ April 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Pariġi (4), adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-"Ftehim ta' Pariġi"), daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1.5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn issaħħaħ bl-adozzjoni skont il-UNFCCC tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow fit-13 ta' Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, tirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima ser ikunu ħafna aktar baxxi b'żieda fit-temperatura ta' 1.5oC, meta mqabbla ma' 2oC, u ddeċidiet li tkompli bl-isforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1.5oC. |
(2) |
L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar “Il-‘Patt Ekoloġiku Ewropew’” (il-"Patt Ekoloġiku Ewropew"). Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (5), il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa għal soċjetà b'impatt newtrali fuq il-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali (6). Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
(3) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir iffokata fuq it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, b'industriji vibranti, li jibqgħu mexxejja dinjija fis-segmenti rispettivi tagħhom u muturi tal-innovazzjoni globali, filwaqt li jiżguraw impjiegi ta' kwalità b'remunerazzjoni għolja fl-Unjoni. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. F'dak il-kuntest, it-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali li ser jibqa' għaddej sal-2030 stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) isaħħaħ l-objettiv li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b'mod ġust, ekwu u inklużiv u li tipproteġi, tirrestawra u ttejjeb l-istat tal-ambjent, filwaqt li tappoġġa u tibni fuq is-sett ta' miżuri u inizjattivi mħabbra skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-istess ħin, it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni minn ambjent razzjali jew etniku ta' minoranza. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni ser taffettwa b'mod differenti r-reġjuni tal-Unjoni, speċjalment ir-reġjuni periferiċi u ultraperiferiċi li huma strutturalment żvantaġġati. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
(4) |
L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-anqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030 fil-kontribut aġġornat determinat fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020. |
(5) |
Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Unjoni stabbiliet l-objettiv li l-emissjonijiet netti jitnaqqsu għal żero sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku għall-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030. |
(6) |
Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. Is-settur tat-trasport huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ilhom jiżdiedu mill-1990. Dan jinkludi t-trasport bit-triq b'vetturi ħfief u tqal, li flimkien jammontaw għal aktar minn 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport. Biex tinkiseb in-newtralità klimatika, jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta' 90 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050. |
(7) |
It-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi jenħtieġ li jindirizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni soċjali biex jiġi żgurat li l-mobbiltà tkun affordabbli u aċċessibbli għal kulħadd, speċjalment għal dawk li jivvjaġġaw mingħajr aċċess għal trasport pubbliku ta' kwalità jew soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà. Standards ta' CO2 aktar ambizzjużi għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief mistennija jaċċelleraw l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero, iżidu l-affordabbiltà tagħhom u jaċċelleraw ukoll id-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-oġġetti użati fis-segmenti kollha, b'benefiċċji akbar għall-konsumaturi b'introjtu baxx u medju. Meta jiġu adottati dawn l-istandards huwa importanti wkoll li jitqiesu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali sinifikanti tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u l-ħtieġa li jiġu salvagwardati l-impjiegi u tiġi ppreservata l-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. |
(8) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jinkiseb l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra, kif ukoll biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq fjuwils fossili importati. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati industrijali biex tiżgura l-katina tal-provvista fil-materja prima kritika meħtieġa għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi. Dan ser jappoġġa wkoll il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni. |
(9) |
Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b’mill-anqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inkluż setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. |
(10) |
Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 jenħtieġ li jħeġġeġ li jintużaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja, it-tisħiħ tas-sigurtà u l-effiċjenza tal-enerġija, u l-iffrankar tal-enerġija assoċjat, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-Unjoni wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjonijiet żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi plug-in bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol fil-perkors ta' tranżizzjoni. F'dak il-kuntest, huwa importanti li tiġi żgurata data preċiża u kompleta dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' dawk il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli. |
(11) |
Wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni ser tagħmel proposta għar-reġistrazzjoni wara l-2035 ta' vetturi li jaħdmu esklużivament bi fjuwils newtrali f'termini ta' CO2 f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istandards tal-flotta, u f'konformità mal-objettiv ta' newtralità klimatika tal-Unjoni. |
(12) |
F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti. |
(13) |
L-innovazzjoni teknoloġika hija prerekwiżit għad-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fl-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata. Finanzjament sinifikanti huwa disponibbli diġà għall-innovazzjoni fl-ekosistema tal-mobbiltà permezz ta' strumenti ta' finanzjament differenti tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), InvestEU, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-fond għall-innovazzjoni, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur awtomobilistiku Ewropew, inkluż permezz ta' inizjattivi li jippromwovu sinerġiji fis-settur awtomobilistiku, bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji. Flimkien ma' sinjali regolatorji ċari, dawk l-isforzi ser jappoġġaw u jħeġġu deċiżjonijiet ta' investiment mill-manifatturi, iżommu t-tmexxija teknoloġika Ewropea f'dak is-settur, jgħinu biex tiġi żviluppata l-eċċellenza industrijali fit-teknoloġiji tal-futur fl-Unjoni u jiżguraw is-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-bażi industrijali tagħha. |
(14) |
Jenħtieġ li l-miri fl-istandards ta' rendiment riveduti tas-CO2 ikunu akkumpanjati minn strateġija tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet, filwaqt li jinżammu l-livelli tal-impjiegi fis-settur awtomobilistiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt li din it-tranżizzjoni ser ikollha fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tul il-katina tal-provvista awtomobilistika u lir-reġjuni u l-komunitajiet milquta li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli minħabba l-preżenza ta' industrija awtomobilistika intensiva. Jenħtieġ li, fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jitqies fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-fond għall-innovazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 (16) u l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (17), f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u strumenti finanzjarji disponibbli oħra, bħal dawk mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2022 dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2022 tippermetti lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 dwar L-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: lejn Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa (l-"Istrateġija Industrijali Ġdida aġġornata"). Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 (18) hija għodda importanti għall-Istati Membri biex jindirizzaw l-aspetti soċjali u tal-impjiegi ta’ tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora aktar opzjonijiet biex tappoġġa dik it-tranżizzjoni u, b'mod speċifiku, biex ittaffi kwalunkwe impatt negattiv ta’ dik it-tranżizzjoni fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku. |
(15) |
Sabiex jiġu identifikati xi diskrepanzi fil-finanzjament fl-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, u b'attenzjoni partikolari għall-SMEs u r-reġjuni li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2025, fid-data ta’ preżentazzjoni tal-ewwel rapport ta' progress, u filwaqt li tibni fuq inizjattivi li għaddejjin bħalissa, bħall-perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà u l-Alleanza tar-Reġjuni Awtomobilistiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tippreżenta rapport b'analiżi li tidentifika tali lakuni fil-finanzjament. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri finanzjarji adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati. |
(16) |
L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku, inkluż billi tiġi żgurata l-kontinwità tad-djalogu soċjali li jinvolvi lis-settur u lill-partijiet ikkonċernati tiegħu, bi trasparenza sħiħa. Il-perkors jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lill-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku u lill-konsultazzjoni mas-sħab soċjali, inkluż mill-Istati Membri. Jenħtieġ li dan jibni wkoll fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 intitolata“l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza”, li jinkludi inizjattivi bħall-“Patt għall-Ħiliet” biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu ħiliet ġodda lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors.Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport ta' progress li jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni. Dak ir-rapport ta’ progress jenħtieġ li jqis, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi, b'mod partikolari fis-segment tal-vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll il-miżuri fil-livell tal-Unjoni, tal-Istati Membri u lokali biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn vetturi ħfief b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet u fl-effiċjenza enerġetika tagħhom, l-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi u progress fil-varar ta' infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, li ser jiġu stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament dwar infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi”) u f’riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq il-mobbiltà newtrali għall-klima, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku u t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet, speċjalment fl-SMEs. Ir-rapport ta' progress jenħtieġ li jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż dwar ir-riżultati tad-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista awtomobilistika qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
(17) |
Sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha, huwa importanti li l-flotta eżistenti tiġi dekarbonizzata wkoll. Is-suq għall-vetturi użati joħloq ir-riskju li l-emissjonijiet ta' CO2, kif ukoll it-tniġġis tal-arja, jiġu trasferiti għal reġjuni inqas żviluppati ekonomikament fl-Unjoni. Biex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-flotta eżistenti u biex titħaffef it-tranżizzjoni għal trasport b'emissjonijiet żero, huwa tal-akbar importanza li titħeġġeġ il-konverżjoni ta' vetturi b'magna ta' kombustjoni interna għal trażmissjoni elettrika bil-batterija jew biċ-ċelloli tal-fjuwil, inkluż b’valutazzjoni ta' modi kif jiġi ffaċilitat l-użu ta' tali soluzzjonijiet fl-Istati Membri. |
(18) |
Kif iddikjarat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2022 intitolata “Pjan REPowerEU", sabiex jissaħħu l-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenzi fis-settur tat-trasport u titħaffef it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero, huwa importanti li jiżdied is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero fil-flotot tal-karozzi pubbliċi u korporattivi li jaqbżu ċertu daqs. Għal dak l-għan, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2022 intitolata "Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2023" tinkludi inizjattiva għall-ekoloġizzazzjoni tal-flotot korporattivi. Meta tipproponi dik l-inizjattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti u tevita frammentazzjoni tas-suq intern. |
(19) |
Sabiex tippromwovi l-adozzjoni ta' vetturi li jikkunsmaw inqas enerġija, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinvestiga l-impatti tal-istabbiliment ta' limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. |
(20) |
Il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati bil-varar meħtieġ tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil li ser ikun stabbilit fir-Regolament dwar infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi u f’riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE. F'dak il-kuntest, huwa vitali li l-investiment fl-użu meħtieġ tal-infrastruttura jkompli jsir u jiżdied. B'mod parallel, huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat użu rapidu tal-enerġija rinnovabbli, kif previst fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). |
(21) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, li tappoġġa l-kompetittività tagħhom u tħejji t-triq għal aktar innovazzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin. |
(22) |
Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem, il-manifatturi ser ikollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' inċentivi għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi- jitneħħa mill-1 ta’ Jannar 2030. Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ser ikompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inkluż vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Madankollu, jenħtieġ li l-livelli tal-parametri referenzjarji għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi jiġu riveduti sabiex titqies l-adozzjoni aktar rapida ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. Wara l-1 ta’ Jannar 2030, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha tal-UE li l-manifatturi jridu jilħqu. |
(23) |
Il-krediti tal-ekoinnovazzjoni li jistgħu jintalbu minn manifattur bħalissa huma limitati għal 7 g CO2/km. Jenħtieġ li dak il-limitu massimu jiġi aġġustat 'l isfel f'konformità mal-livelli fil-mira, sabiex jiġi żgurat proporzjon ibbilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu massimu fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifatturi. |
(24) |
L-implimentazzjoni tal-istandards ta’ rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 hija marbuta ħafna ma' dik tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. Wara t-tħassir u s-sostituzzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) fl-1 ta' Settembru 2020 bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), huwa xieraq, sabiex tiġi żgurata konsistenza kontinwa bejn iż-żewġ settijiet ta' strumenti, li d-definizzjonijiet jiġu allinjati aktar u li jiġu aġġornati r-referenzi fir-Regolament (UE) 2019/631 għal-leġiżlazzjoni qafas tal-approvazzjoni tat-tip. |
(25) |
L-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għall-flotta kollha tal-UE jitqassam fost il-manifatturi billi tintuża kurva tal-valuri ta' limitu bbażata fuq il-massa medja tal-flotta tal-UE ta' vetturi ġodda u tal-flotta ta' vetturi ġodda tal-manifattur. Filwaqt li huwa xieraq li jinżamm dak il-mekkaniżmu, jeħtieġ li tiġi evitata sitwazzjoni fejn, bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għal manifattur issir negattiva. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn isseħħ sitwazzjoni bħal din, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km. |
(26) |
Il-valuri użati għall-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur huma bbażati fuq data rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikati tal-konformità tal-vetturi kkonċernati. Biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-istandards ta' rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 huwa essenzjali li d-data użata għal dawk il-finijiet tkun korretta. Jekk, madankollu, jiġu identifikati żbalji fid-data, jista' ma jkunx possibbli, abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, li jiġu kkoreġuti d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikati tal-konformità li jkunu diġà nħarġu, meta d-data tirreferi għal approvazzjonijiet tat-tip li ma jkunux għadhom validi. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob li l-awtoritajiet rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, jew fejn applikabbli, il-manifatturi, joħorġu dikjarazzjoni ta' korrezzjoni li abbażi tagħha l-valuri użati għad-determinazzjoni tal-prestazzjoni tal-manifatturi biex jilħqu l-miri tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti. |
(27) |
Ir-rapportar ta' data minn vetturi tal-kategoriji M2 (xarabanks) u N2 (trakkijiet ta' daqs medju) jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u għalhekk huwa xieraq li dak ir-rekwiżit ta’ rappurtar jitneħħa mir-Regolament (UE) 2019/631. |
(28) |
Fid-dawl taż-żieda fl-objettiv ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom tieqaf mill-1 ta’ Jannar 2036. |
(29) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza legali mal-prattika attwali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-aġġustamenti tal-valuri M0 u TM0 jenħtieġ li jsiru permezz ta' atti delegati li jemendaw l-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/631 minflok permezz ta’ atti delegati li jissupplimentaw dak ir-Regolament. |
(30) |
Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-miri ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2026. Għal dak ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha fir-rapportar ta' kull sentejn. |
(31) |
Diversi Stati Membri ddikjaraw pjanijiet biex jaċċelleraw l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero billi jistabbilixxu data għat-tneħħija gradwali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jarmu CO2 qabel l-2035. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika opzjonijiet biex tiffaċilita dik it-tranżizzjoni u tqis il-ħtieġa għal miżuri addizzjonali f'konformità ma' tali pjanijiet. |
(32) |
Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631. |
(33) |
Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet ta' CO2 kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi ħfief fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data tal-emissjonijiet ta' CO2 kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi ħfief li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. |
(34) |
Sabiex tistabbilixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data tal-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u biex jiġi żgurat li l-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet għall-manifatturi responsabbli għall-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi kummerċjali ħfief f'diversi stadji jkun jista' jiġi aġġustat biex jitqiesu l-bidliet fil-proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-massa ta' tali vetturi, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplementar tar-Regolament (UE) 2019/631 bl-istabbiliment ta’ tali metodoloġija komuni tal-Unjoni u l-emendar, fejn meħtieġ, tal-formuli tal-kalkolu stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal dak ir-Regolament, rispettivament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (24). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(35) |
Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(36) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 4(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn il-mira speċifika tal-emissjonijiet iddeterminata f'konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I." tkun negattiva, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għandha tkun ta' 0 g/km."; |
(5) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: "Artikolu 7a Emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja 1. Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta’ Diċembru 2025 tippubblika rapport li jistabbilixxi metodoloġija għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data tal-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief. 3. Mill-1 ta' Ġunju 2026, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jippreżentaw lill-Kummissjoni d-data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda bl-użu tal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 2." |
(7) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi ("pakketti ta' teknoloġiji innovattivi"). Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli. Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jista' jkun sa:
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta 'l isfel il-valuri tal-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifatturi." |
(9) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: "3. Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tikber, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 (*1) tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-vetturi ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali maż-żmien għal kull manifattur. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta kull sena dwar kif tevolvi d-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-2021 'il quddiem u għandha, hekk kif tkun disponibbli biżżejjed data, u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, tippubblika rapport li jistabbilixxi metodoloġija għal mekkaniżmu biex jiġu aġġustati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur mill-2030 bl-użu ta' data f’kundizzjonijiet reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/392, u li jivvaluta l-fattibbiltà ta' tali mekkaniżmu. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, fejn xieraq, proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi biex jitqiegħed fis-seħħ tali mekkaniżmu. (*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta' Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data relatata mal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 (ĠU L 77, 5.3.2021, p. 8).";" |
(10) |
fl-Artikolu 13(3), tiżdied is-sentenza li ġejja: "Meta d-data fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista' tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta' korrezzjoni bid-data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati."; |
(11) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda l-Anness I kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu." |
(12) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: "Artikolu 14a Rapport tal-progress 1. Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji. 2. Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050, inkluż:
3. Fid-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel rapport ta' progress imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha wkoll, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi analiżi biex tidentifika kwalunkwe diskrepanza fil-finanzjament fl-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, b'attenzjoni partikolari għall-SMEs u r-reġjuni li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri finanzjarji adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati. (*2) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13)." (*3) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1). ";" |
(13) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
l-Anness I huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ April 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU C 194, 12.5.2022, p. 81.
(2) ĠU C 270, 13.7.2022, p. 38.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2023 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023.
(4) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(6) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
(7) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' April 2022 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(12) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(14) Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).
(15) Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23).
(18) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2022/C 243/04 tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35).
(19) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(20) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(21) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(22) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(23) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum ta' fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(*1) Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi fil-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri ta' Stat Membru fl-2017 huwa kkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.";"