Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0720

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/720 tal-31 ta’ Marzu 2023 li jemenda ċerti Regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

    ST/6835/2023/INIT

    ĠU L 94, 3.4.2023, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/720/oj

    3.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/720

    tal-31 ta’ Marzu 2023

    li jemenda ċerti Regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea tista’ timponi miżuri restrittivi, inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi deżinjati. Ir-Regolamenti tal-Kunsill jagħtu effett lil dawk il-miżuri.

    (2)

    Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2664 (2022). Il-paragrafu 1 ta’ dik ir-Riżoluzzjoni jintroduċi eżenzjoni mis-sanzjonijiet fil-forma ta’ ffriżar tal-assi imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu għal assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, applikabbli għal ċerti atturi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 tal-UNSCR 2664 (2022) qed jissejjaħ l-“eżenzjoni umanitarja”.

    (3)

    Fil-31 ta’ Marzu 2023, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/726 (1) ġiet adottata biex tagħti effett lill-UNSCR 2664 (2022) fil-liġi tal-Unjoni.

    (4)

    L-UNSCR 2664 (2022) tenfasizza li meta l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi tmur kontra riżoluzzjonijiet preċedenti, hija għandha tisboq lit-tali riżoluzzjonijiet preċedenti sal-limitu ta’ tali kunflitt. Madankollu, l-UNSCR 2664 (2022) tiċċara li l-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2615 (2021) tal-KSNU jibqa’ fis-seħħ.

    (5)

    L-UNSCR 2664 (2022) titlob li l-fornituri li jiddependu fuq l-eżenzjoni umanitarja jagħmlu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kull benefiċċju pprojbit minn sanzjonijiet, kemm jekk minħabba dispożizzjoni diretta jew indiretta kif ukoll jekk minħabba devjazzjoni, lil individwi jew entitajiet elenkati taħt ir-Regolament rilevanti, inkluż billi jissaħħu l-ġestjoni tar-riskju tal-fornituri u l-istrateġiji u l-proċessi tad-diliġenza dovuta.

    (6)

    L-UNSCR 2664 (2022) teħtieġ li l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi tapplika għar-reġim ta’ sanzjonijiet 1267/1989/2253 ISIL (Da’esh) u Al-Qaida għal perjodu ta’ sentejn mid-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 2664 (2022), u tiddikjara li l-KSNU beħsiebu jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-UNSCR 2664 (2022) qabel id-data li fiha l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni b’mod ieħor tiskadi.

    (7)

    Il-Kunsill iqis li l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi skont l-UNSCR 2664 (2022) jenħtieġ li tapplika wkoll f’każijiet meta l-Unjoni tiddeċiedi li tadotta miżuri komplementari li jikkonċernaw l-iffriżar ta’ fondi u r-riżorsi ekonomiċi flimkien ma’ dawk deċiżi mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu.

    (8)

    Dawn l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

    (9)

    Għalhekk ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2), (KE) Nru 1183/2005 (3), (UE) Nru 267/2012 (4), (UE) Nru 747/2014 (5), (UE) 2015/735 (6), (UE) 2016/1686 (7), (UE) 2016/44 (8), (UE) 2017/1509 (9) u (UE) 2017/1770 (10) jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 34, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “10.   Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Annessi XIII, XVI u XVII, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness XV.”

    ;

    (2)

    fl-Artikolu 45, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(10), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kull attività li b’mod ieħor tkun ipprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017) jew 2397 (2017) jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tali attività tkun neċessarja biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta’ assistenza u ta’ sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili fir-RDPK jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta’ dawk l-UNSCRs.”

    ;

    (3)

    l-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 37

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(10), il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 34(1) u (3) ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi li jappartjenu jew li jkunu disponibbli lill-Foreign Trade Bank jew lill-Korean National Insurance Company (KNIC) sa fejn tali fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu maħsuba esklużivament għall-finijiet uffiċjali ta’ missjoni diplomatika jew konsulari fir-RDPK, jew għal attivitajiet ta’ assistenza umanitarja li jitwettqu min-Nazzjonijiet Uniti, jew f'koordinazzjoni magħha.”.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness Ia.”

    ;

    (2)

    L-Artikolu 4b huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 4b

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3), b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi iffriżati li jappartjenu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia, jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun neċessarju għal finijiet umanitarji, bħall-forniment jew il-faċilitazzjoni tal-forniment ta’ għajnuna, inklużi provvisti mediċi u ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew assistenza għal evakwazzjonijiet mir-RDK.

    2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.”

    ;

    (3)

    L-Artikolu 7b huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 7b

    Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 1a, 2(1) u 2(2).”.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 23, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “7.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness VIII, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness IX.”

    (2)

    fl-Artikolu 23a, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “7.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness XIII, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness XIV.”

    ;

    (3)

    L-Artikolu 41 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 41

    Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 2a, 2b, 2c, 2d, 3a, 3b, 3c, 3d, 4a, 4b, 5, 10d, 15a, 23(1), 23(2), 23(3), 23(4), 23a(1), 23a(2), 23a(3) u 23a(4).”.

    Artikolu 4

    Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1686, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness I.”.

    Artikolu 5

    Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Annessi I u Ia.”.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (UE) Nru 2016/44 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Annessi II u VI, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness III.”

    ;

    (2)

    L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), b’deroga mill-Artikolu 5(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ fondi ffriżati jew ta’ riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, jew li jsiru disponibbi ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, meta jqisu li jkunu neċessarji għal finijiet umanitarji, bħall-forniment u l-iffaċilitar tal-forniment ta’ għajnuna umanitarja, il-forniment ta’ materjali u provvisti neċessarji għal ħtiġijiet ċivili essenzjali, inkluż ikel u materjali agrikoli għall-produzzjoni tiegħu, prodotti mediċi u l-forniment tal-elettriku, jew għall-evakwazzjonijiet mil-Libja. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.”

    ;

    (3)

    L-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li:

    (a)

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal skop wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (i)

    ħtiġijiet umanitarji;

    (ii)

    fjuwil, elettriku u ilma strettament għall-użu taċ-ċittadini;

    (iii)

    it-tkomplija tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-idrokarburi tal-Libja;

    (iv)

    l-istabbiliment, l-operat jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew,

    (v)

    l-iffaċilitar tat-tkomplija tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;

    (b)

    l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-ħsieb tiegħu li jawtorizza aċċess għal fondi jew riżorsi ekonomiċi, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn tali notifika;

    (c)

    l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li dawk il-fondi, jew riżorsi ekonomiċi ma jkunux se jsiru disponibbli lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II jew III, jew għall-benefiċċju tagħhom;

    (d)

    l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta bil-quddiem mal-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi; u

    (e)

    l-Istat Membru kkonċernat ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifiki ppreżentati skont il-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu u l-awtoritajiet Libjani ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mir-rilaxx ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi.”.

    Artikolu 7

    Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1770 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness Ia.”

    ;

    (2)

    L-Artikolu 3a, il-paragrafu 1, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-paragrafu 3, b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2) u fir-rigward ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvista ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi tkun neċessarja għal skopijiet umanitarji, bħall-għoti jew il-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, ikel jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għall-evakwazzjonijiet mill-Mali.”

    ;

    (3)

    L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 8

    Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2).”.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (UE) Nru 2015/735 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness II.”

    ;

    (2)

    L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 15

    Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(1), (2), u (3).”.

    Artikolu 9

    Ir-Regolament (UE) Nru 747/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

    (a)

    in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b)

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c)

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d)

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

    (e)

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

    (f)

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.”

    ;

    (2)

    L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(1), (2), u (3).”.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  Ara l-paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida (ĠU L139, 29.5.2002, p. 9).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u (KE) 1184/2005 (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).

    (10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1).


    Top