This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0504
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/504 of 1 March 2023 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (‘Dalmatinska janjetina’ (PDO))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/504 tal-1 ta’ Marzu 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Dalmatinska janjetina” (DOP))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/504 tal-1 ta’ Marzu 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Dalmatinska janjetina” (DOP))
C/2023/1550
ĠU L 70, 8.3.2023, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/504
tal-1 ta’ Marzu 2023
li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Dalmatinska janjetina” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-talba tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Dalmatinska janjetina” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) f’konformità mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Dalmatinska janjetina” jiġi rreġistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Dalmatinska janjetina” (DOP) huwa rreġistrat. L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu huwa prodott tal-Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).