This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0103
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/103 of 12 January 2023 amending Implementing Regulations (EU) No 1242/2014 and (EU) No 1243/2014 as regards technical specifications and rules for the presentation of cumulative data on operations and information to be sent by Member States
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/103 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli għall-preżentazzjoni tad-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/103 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli għall-preżentazzjoni tad-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri
C/2023/37
ĠU L 12, 13.1.2023, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R1242 | Sostituzzjoni | anness I tabella punt 25 kolonna tat-tabella 2 Test | 14/01/2023 | |
Modifies | 32014R1243 | Sostituzzjoni | anness I parti F | 14/01/2023 |
13.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/103
tat-12 ta’ Jannar 2023
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli għall-preżentazzjoni tad-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 97(2) u 107(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd jipprevedi miżuri speċifiċi biex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jittaffew l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (minn hawn ’il quddiem “miżuri speċifiċi”). |
(2) |
Sabiex ikun hemm monitoraġġ u rapportar affidabbli tal-operazzjonijiet relatati mal-miżuri speċifiċi, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u fir-regoli għall-preżentazzjoni tad-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 (2) u (UE) Nru 1243/2014 (3). |
(3) |
Peress li l-iskadenza għall-forniment tad-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena skont l-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 diġà għaddiet għall-2022, jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu din l-informazzjoni fil-format emendat biss mill-2023, sabiex jiżguraw rapportar konsistenti u armonizzat. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 jiġu emendati kif xieraq. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jirrappurtaw data kumulattiva dwar operazzjonijiet relatati mal-miżuri speċifiċi sal-iskadenza tal-31 ta’ Marzu 2023, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta’ data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 39).
ANNESS I
Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014, fit-tabella, fl-entrata 25, it-test tat-tieni kolonna (“Kontenut tal-entrata”) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19 jew miżuri sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżati minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.”
ANNESS II
Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014, il-Parti F hija sostitwita b’dan li ġej:
“IL-PARTI F
Il-mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq il-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u t-taffija tal-konsegwenzi ta’ dik l-aggressjoni militari fuq l-attivitajiet tas-sajd.
Entrata |
Kontenut tal-entrata |
Kumment |
Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji |
25 |
Il-mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19 jew miżuri sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżati minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. |
Kodiċi 0 = mhux marbuta mal-COVID-19 jew mal-miżuri sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżati minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura Kodiċi 1 = marbuta mal-COVID-19 Kodiċi 2 = marbuta mal-miżuri sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżati minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
Speċifiċi għall-FEMS” |