This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023H1425
Commission Recommendation (EU) 2023/1425 of 27 June 2023 on facilitating finance for the transition to a sustainable economy
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1425 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1425 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli
C/2023/3844
ĠU L 174, 7.7.2023, p. 19–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32023H1425R(01) | (NL) | |||
Corrected by | 32023H1425R(02) | (SL) |
7.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/19 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1425
tas-27 ta’ Ġunju 2023
dwar l-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli sal-2050 hija ta’ sfida iżda toffri wkoll opportunitajiet għall-ekonomija tal-Unjoni. L-investiment fit-tranżizzjoni ekoloġika se jgħin biex l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima b’ekonomija sostenibbli. |
(2) |
Hija meħtieġa azzjoni urġenti f’dan id-deċennju biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’55 % u jintlaħqu l-objettivi ambjentali tagħna, b’mod partikolari dawk relatati mal-kriżijiet tan-natura u tal-ilma, sal-2030. L-Unjoni se jkollha bżonn tinvesti madwar EUR 700 biljun aktar kull sena mill-2021 sal-2030 milli investiet mill-2011 sal-2020 biex tiddekarbonizza l-ekonomija tagħha, tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha (1) u dawk tal-Att dwar l-Industrija Nett Żero propost (2).. |
(3) |
Il-finanzjament għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u sostenibbli llum huwa meħtieġ għal dawk l-impriżi li jixtiequ jsiru sostenibbli iżda ma jistgħux jaqilbu f’pass wieħed lejn mudell ta’ prestazzjoni newtrali għall-klima u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Il-finanzjament tat-tranżizzjoni se jkun meħtieġ matul is-snin li ġejjin biex tiġi żgurata tranżizzjoni f’waqtha u ordnata tal-ekonomija reali lejn is-sostenibbiltà filwaqt li tiġi żgurata l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. Mhux it-teknoloġiji kollha għadhom disponibbli għal ekonomija sostenibbli u l-atturi ekonomiċi jistgħu jilħqu dawn l-objettivi b’pass differenti. |
(4) |
Il-finanzjament sostenibbli huwa dwar il-finanzjament kemm ta’ dak li diġà huwa ekoloġiku kif ukoll ta’ dak li qed jgħaddi għal tali livelli ta’ prestazzjoni maż-żmien. Il-livell ta’ investimenti sostenibbli huwa mistenni li jiżdied maż-żmien, hekk kif it-tranżizzjoni tavvanza. |
(5) |
Bħala tali, u għalkemm il-qafas legali tal-Unjoni ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni, il-finanzjament ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jinftiehem bħala l-finanzjament ta’ titjib fil-prestazzjoni klimatika u ambjentali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, b’pass li jkun kompatibbli mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE. |
(6) |
Il-qafas tal-finanzi sostenibbli tal-UE, inkluż ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-metodoloġiji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2089 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-proposta għal Regolament dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej (6) fihom salvagwardji u prinċipji li jistgħu jinfurmaw aktar x’jikkostitwixxi finanzjament ta’ tranżizzjoni. |
(7) |
Il-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u sostenibbli huwa fil-qalba tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli (7), li tiddeskrivi l-ħtieġa ta’ approċċ inklużiv għal finanzjament sostenibbli irrispettivament mis-setturi, il-ġeografiji, l-atturi u l-punti ta’ tluq differenti fit-tranżizzjoni. |
(8) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tiċċara l-kunċett ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni, filwaqt li tirrikonoxxi r-rwol sinifikanti li l-parteċipanti fis-suq jista’ jkollhom billi jużaw volontarjament għodod mill-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-Unjoni, kif meħtieġ, għall-finanzjament ta’ tranżizzjoni. |
(9) |
L-impriżi, l-intermedjarji finanzjarji u l-investituri, l-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jiġbru, jipprovdu jew jindirizzaw il-finanzjament tat-tranżizzjoni permezz tal-użu volontarju ta’ għodod ta’ finanzjament sostenibbli kif stabbilit f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
(10) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-finanzjament ta’ tranżizzjoni f’ambjent fdat għall-investituri billi tinkoraġġixxi l-użu volontarju ta’ għodod ta’ finanzjament sostenibbli u divulgazzjonijiet b’modi li jistgħu jiżguraw il-kredibbiltà tal-opportunitajiet ta’ investiment fi tranżizzjoni. |
(11) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq il-qafas tal-finanzi sostenibbli tal-Unjoni u fuq elementi minn inizjattivi internazzjonali ewlenin għall-finanzjament ta’ tranżizzjoni bħall-Gwida tal-OECD dwar il-Finanzjament tat-Tranżizzjoni (8), il-Qafas tal-G20 għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni (9), ir-Rapport dwar il-Finanzjament tat-Tranżizzjoni tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Finanzi Sostenibbli (10) u r-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Impenji ta’ Emissjonijiet Netti Żero ta’ Entitajiet Mhux Statali (11). Għalhekk, l-investituri internazzjonali li jsegwu din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jqabblu l-aspetti ewlenin tal-miri ta’ tranżizzjoni u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom mal-prattika tas-suq internazzjonali. |
(12) |
It-tranżizzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (12) tinkludi t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sal-2050, bl-għan li t-tibdil fil-klima jiġi limitat għal tisħin globali ta’ 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (13), it-tranżizzjoni lejn ekonomija reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ambjentalment sostenibbli, jiġifieri ekonomija ċirkolari, tniġġis żero, ekonomija pożittiva għan-natura u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar. |
(13) |
Il-parteċipanti fis-suq jistgħu japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni kemm għat-tranżizzjoni klimatika kif ukoll għal dik ambjentali. |
(14) |
L-impriżi (inklużi kemm l-impriżi mhux finanzjarji kif ukoll dawk finanzjarji) jista’ jkollhom punti ta’ tluq differenti fit-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, skont diversi fatturi, bħas-setturi u l-ġeografiji li fihom ikunu attivi. L-impriżi għandhom ukoll possibbiltajiet u kapaċitajiet differenti għat-tranżizzjoni, skont id-daqs tagħhom, ir-riżorsi finanzjarji u fiżiċi disponibbli jew id-disponibbiltà tal-infrastruttura u t-teknoloġiji. B’riżultat ta’ dan, l-impriżi se jkollhom ħtiġijiet ta’ finanzjament differenti. |
(15) |
L-użu tal-finanzjament ta’ tranżizzjoni huwa volontarju. Mhux l-impriżi kollha, u mhux is-setturi ekonomiċi kollha, għandhom ħtiġijiet finanzjarji ta’ tranżizzjoni klimatika jew ambjentali sinifikanti. Iżda fejn l-impatti jistgħu jitnaqqsu u qed jitnaqqsu, dak it-titjib għandu jiġi rikonoxxut u l-finanzjament għalih għandu jiġi ffaċilitat. |
(16) |
L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jista’ jkollhom bżonn jiffinanzjaw it-tranżizzjoni tagħhom, u fejn dan ikun il-każ, jistgħu jibbenefikaw mill-kisba ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni billi jipprovdu informazzjoni ewlenija dwar is-sostenibbiltà. Madankollu, minħabba d-daqs tagħhom u r-riżorsi aktar limitati, dan jista’ jkun diffiċli u għali. L-SMEs jista’ jkollhom bżonn l-appoġġ tas-sħab ta’ finanzjament, tal-fornituri u tal-klijenti tagħhom fil-katina tal-valur tagħhom meta jikkunsidraw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni tagħhom u jaċċessaw il-finanzjament tat-tranżizzjoni fil-prattika. Intermedjarji korporattivi u finanzjarji kbar huma mħeġġa japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità meta jinvolvu ruħhom mal-SMEs u jeżerċitaw trażżin meta jitolbu informazzjoni mis-sħab, il-fornituri u l-klijenti fil-katina tal-valur tal-SMEs. |
(17) |
Il-finanzjament ta’ tranżizzjoni jista’ jgħin ukoll biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni ta’ impriżi li joperaw f’setturi li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. Pereżempju, investimenti ġodda u nefqa kapitali relatata ta’ tali impriżi jistgħu jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. |
(18) |
Il-ħtiġijiet għall-finanzjament tat-tranżizzjoni jistgħu jiġu ddeterminati billi jiġu ppjanati minn qabel u jiġu stabbiliti miri ta’ tranżizzjoni. Dan jista’ jsir, pereżempju, billi jiġu stabbiliti l-miri u l-azzjonijiet tal-kumpanija fuq terminu qasir, medju u twil f’konformità mat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u sostenibbli, u pjanijiet ta’ investiment u ta’ azzjoni li jindikaw ir-riżorsi li ġew allokati u r-riżorsi li għadhom meħtieġa, biex jiġi żgurat li l-miri jintlaħqu u l-azzjonijiet jiġu ppjanati u implimentati b’mod trasparenti, kredibbli u konsistenti. Dan jista’ jsir kemm fil-livell tal-kumpanija kif ukoll fil-livell tal-attività, skont fejn tinqala’ l-ħtieġa għal finanzjament ta’ tranżizzjoni. |
(19) |
L-ippjanar tat-tranżizzjoni, li huwa l-proċess li bih l-impriżi jittraduċu l-ambizzjonijiet ambjentali u klimatiċi tagħhom f’azzjonijiet, jista’ jgħin lill-impriżi jimminimizzaw ir-riskji strateġiċi u finanzjarji assoċjati mat-tranżizzjoni, jidentifikaw l-opportunitajiet tan-negozju, u jipprovdu ċarezza dwar l-istrateġija tan-negozju tagħhom li tista’ tattira investituri u sħab kummerċjali ġodda. |
(20) |
Iżda l-impriżi jistgħu jużaw ukoll għodod ta’ finanzjament sostenibbli tal-Unjoni, bħat-Tassonomija, mhux biss biex jiddivulgaw attivitajiet allinjati mat-Tassonomija u nefqiet kapitali, iżda wkoll bħala għodda li tħares ’il quddiem għall-proċess ta’ tranżizzjoni tagħhom, bl-użu tal-kriterji tat-Tassonomija bħala punti ta’ referenza għall-istabbiliment tal-miri. It-Tassonomija qed tintuża dejjem aktar għal skopijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni, b’ħafna impriżi jirrapportaw nefqa kapitali allinjata mat-Tassonomija li hija materjalment ogħla mid-dħul allinjat, speċjalment f’setturi b’impatt għoli. |
(21) |
L-investimenti biex jintlaħaq l-allinjament tat-Tassonomija f’5 (eċċezzjonalment 10) snin huma rikonoxxuti bħala nefqa kapitali li hija allinjata bis-sħiħ mat-Tassonomija jekk tkun akkumpanjata minn pjan ta’ nefqa kapitali, li huwa tip ta’ pjan ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-attività (14). Barra minn hekk, l-investimenti f’attivitajiet tranżizzjonali, kif definiti mir-Regolament (UE) 2020/852, huma investimenti fl-aħjar teknoloġiji disponibbli, u għalhekk huma rikonoxxuti wkoll bħala allinjati mat-Tassonomija, dment li ma jirriżultawx f’lock-ins intensivi fil-karbonju fit-tul jew jipprevjenu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar ekoloġiċi. Dawn huma attivitajiet ekonomiċi fejn bħalissa ma teżisti l-ebda teknoloġija alternattiva u fejn il-prestazzjoni tinsab fi triq ta’ tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika fil-futur. Biex jiġi żgurat titjib kontinwu matul it-tranżizzjoni, ir-Regolament (UE) 2020/852 jipprevedi rieżami tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet tranżizzjonali kull tliet snin, biex jitqiesu t-teknoloġiji l-ġodda u l-evidenza xjentifika hekk kif isiru disponibbli. |
(22) |
It-Tassonomija tista’ tkun ukoll gwida utli, li tikkomplementa l-miri klimatiċi jew ambjentali jew il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni, għal attivitajiet ekonomiċi li ma jistgħux jilħqu kontribut sostanzjali għal wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/852 iżda fejn għadu possibbli titjib sinifikanti fil-prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji u l-prinċipji tiegħu jistgħu jintużaw biex jiġu stabbiliti miri interim jew minimi, li għalihom jista’ jiżdied il-finanzjament għat-tranżizzjoni, jekk l-investimenti jkunu kompatibbli mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE (15). Dan għandu jiġi żgurat permezz ta’ pjan ta’ tranżizzjoni għall-attività speċifika (pjan ta’ tranżizzjoni bbażat fuq l-attività). |
(23) |
Id-data turi li t-Tassonomija qed taħdem kif maħsub, b’kumpaniji fl-indiċi STOXX Europe 600 li rrappurtaw allinjament tat-Tassonomija mhux żero sa issa (16), fuq medja tar-rapportar tal-allinjament tat-Tassonomija ta’ madwar 23 % għan-nefqa kapitali, 24 % għan-nefqa operazzjonali u 17 % għad-dħul (17). |
(24) |
Il-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika tal-UE u l-parametri referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi huma għodod xierqa għat-tfassil ta’ portafolli b’objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni. Il-fondi ta’ investiment li jintraċċaw dawk il-parametri referenzjarji kibru b’mod konsiderevoli u bħalissa huma stmati għal EUR 116 biljun. L-użu ta’ parametri referenzjarji ESG ibbażati fuq is-suq b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà ambjentali qed jiżdied ukoll. |
(25) |
Il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni huma għodda utli biex il-miri klimatiċi jew ambjentali jissarrfu fil-livelli kemm tal-impriżi kif ukoll tal-attivitajiet ekonomiċi f’azzjonijiet u pjan ta’ investiment meta jikkomunikaw mal-intermedjarji finanzjarji u l-investituri. L-intermedjarji finanzjarji u l-investituri jistgħu jqisu wkoll l-informazzjoni mill-pjanijiet ta’ tranżizzjoni u l-integrità, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-miri inklużi fil-pjanijiet meta jivvalutaw ir-riskji ta’ tranżizzjoni u ta’ sostenibbiltà fiżika assoċjati ma’ investiment. |
(26) |
Il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni bħalissa mhumiex obbligatorji, iżda qed isiru bħala waħda mill-għodod ewlenin li jħarsu ’l quddiem li l-impriżi jistgħu jużaw biex jistabbilixxu u jartikolaw il-miri tagħhom u l-finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu dawk il-miri, u jinkludu informazzjoni dwar l-istadji importanti, l-attivitajiet, il-proċessi u r-riżorsi. Il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni jistgħu jiġu stabbiliti billi wieħed jiddependi fuq id-Direttiva (UE) 2022/2464 u l-istandards tar-rapportar skont din id-Direttiva, fejn il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni jkunu parti mill-istrateġija kummerċjali ġenerali ta’ impriża li jkollha l-għan li tallinja ruħha mal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi li jillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 1,5 °C. |
(27) |
L-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar tad-Direttiva (UE) 2022/2464 se jkollhom jikkomunikaw kwalunkwe mira marbuta biż-żmien dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li jista’ jkollhom, kif ukoll kwalunkwe pjan li jista’ jkollhom biex jiżguraw li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħhom ikunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u biex jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C. |
(28) |
Il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva (18) fi Frar 2022 sabiex tiżgura li l-kumpaniji attivi fis-suq intern iwettqu t-tranżizzjoni tas-sostenibbiltà tal-ekonomiji tagħna. Hija tipproponi li l-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jadottaw pjan biex jiżguraw li l-mudelli kummerċjali u l-istrateġija tal-kumpanija jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. |
(29) |
Pjan ta’ tranżizzjoni, li huwa aspett tal-istrateġija ġenerali tal-impriża, jista’ jkopri wkoll it-tranżizzjoni lejn objettivi ambjentali. Il-kredibbiltà ta’ pjan ta’ tranżizzjoni tista’ tissaħħaħ permezz tal-adozzjoni tiegħu mill-maniġment tal-kumpanija, permezz tal-inklużjoni ta’ sett strutturat ta’ miri u azzjonijiet fuq terminu qasir, medju u twil, inklużi r-riżorsi allokati u meħtieġa biex jiġi żgurat li l-miri u l-azzjonijiet jiġu implimentati b’mod kredibbli u konsistenti, inkluż il-kunsiderazzjoni u l-evitar ta’ intrappolament fit-tul għal attivitajiet jew assi intensivi fil-gassijiet serra jew ta’ ħsara sinifikanti għall-ambjent, meta titqies il-ħajja ta’ dawk l-assi. |
(30) |
L-intermedjarji finanzjarji għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fl-appoġġ tat-tranżizzjoni tal-ekonomija reali lejn is-sostenibbiltà. Għalhekk, l-għoti ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni għall-ekonomija reali jippermetti lis-settur finanzjarju jissodisfa l-funzjoni ta’ finanzjament tiegħu matul it-tranżizzjoni, inaqqas ir-riskju ta’ tranżizzjoni maż-żmien, u jippermetti lis-settur jagħmel it-tranżizzjoni ordnata tiegħu stess. Il-finanzjament ta’ tranżizzjoni u l-investimenti relatati jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ tranżizzjoni finanzjarja fil-futur anki jekk ma jkunux awtomatikament soġġetti għal inqas riskju finanzjarju minn investimenti oħra. |
(31) |
Is-self u l-investimenti bankarji huma t-tnejn importanti għall-finanzjament tal-ekonomija reali, u t-tnejn huma mistennija li jipprovdu ammont sinifikanti ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni lill-impriżi. Il-banek u investituri istituzzjonali oħra jinsabu f’pożizzjoni partikolarment tajba biex jipprovdu finanzjament ta’ tranżizzjoni lill-klijenti tagħhom, peress li jistgħu jużaw ir-relazzjonijiet tal-klijenti mill-qrib tagħhom. F’dan il-kuntest, il-banek jistgħu jikkunsidraw din ir-Rakkomandazzjoni flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskji ta’ tranżizzjoni u fiżiċi fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), li bħalissa qed jiġu riveduti. |
(32) |
Il-parir li jmiss tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar is-self ekoloġiku (21), kif ukoll il-ħidma tal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli (22), se jikkunsidraw aspetti differenti tal-finanzjament ta’ tranżizzjoni u se jipprovdu kontribut rilevanti għal kunsiderazzjonijiet futuri dwar dan is-suġġett. |
(33) |
Id-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jgħinu biex jiġi ssimplifikat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-intermedjarji finanzjarji u l-impriżi fi tranżizzjoni. Pereżempju, informazzjoni li tħares ’il quddiem dwar il-miri klimatiċi jew ambjentali jew il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni, fejn jeżistu, tista’ tipprovdi informazzjoni utli għall-investituri u l-intermedjarji finanzjarji li huma stess huma impenjati li jagħmlu tranżizzjoni. L-informazzjoni se tgħin lill-intermedjarji finanzjarji u lill-investituri jiddeċiedu dwar x’għandhom jinkludu jew ma jinkludux fil-prodotti ta’ investiment kif ukoll tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ perjodi ta’ żmien differenti ta’ investiment u r-riskji ta’ assi mhux rekuperabbli. |
(34) |
L-intermedjarji finanzjarji u l-investituri jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tranżizzjoni billi joffru soluzzjonijiet ta’ finanzjament speċifiċi relatati mat-tranżizzjoni li huma marbuta ma’ miri klimatiċi jew ambjentali stabbiliti mill-impriżi. |
(35) |
L-Istati Membri huma mistiedna jkomplu jqajmu kuxjenza dwar approċċi biex ifittxu jew jipprovdu finanzjament ta’ tranżizzjoni. Huma mistiedna wkoll ikomplu jipprovdu taħriġ u assistenza teknika li jistgħu jgħinu biex jiżdied l-użu tal-finanzjament ta’ tranżizzjoni u jipprovdu soluzzjonijiet ta’ finanzjament speċifiċi relatati mat-tranżizzjoni għall-impriżi li jixtiequ jinvolvu ruħhom fit-tranżizzjoni. |
(36) |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti fl-Unjoni għandhom ikomplu jqajmu kuxjenza dwar l-approċċi rilevanti għall-finanzjament tat-tranżizzjoni. Dan se jgħin biex titrawwem il-fiduċja fil-parteċipanti fis-suq dwar kif jintużaw l-għodod ta’ finanzjament sostenibbli tal-Unjoni b’mod effettiv u jitħeġġeġ l-użu ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta’ greenwashing. |
(37) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tipprovdix rakkomandazzjonijiet dwar l-aspetti kollha tal-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u sostenibbli. Għandha l-għan li tiċċara l-kunċetti bażiċi ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni u l-użu ta’ għodod li jistgħu jinkoraġġixxu żieda fl-użu ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni privat. |
(38) |
Din ir-Rakkomandazzjoni mhijiex eżawrjenti peress li l-parteċipanti fis-suq jistgħu jsibu modi oħra biex jippromwovu jew iżidu l-finanzjament ta’ tranżizzjoni li jallinja mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. Dan għandu jiġi kkunsidrat flimkien ma’ kwalunkwe żvilupp futur tas-suq jew leġiżlattiv. Il-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli se tgħin biex jiġu identifikati l-prattiki tas-suq rilevanti relatati mal-finanzjament ta’ tranżizzjoni, u l-parteċipanti fis-suq jistgħu jipprovdu feedback biex ikomplu jirfinaw l-elementi tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli u l-użu tiegħu għall-finanzjament ta’ tranżizzjoni permezz tal-Pjattaforma jew permezz ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni organizzati mill-Kummissjoni, bħal sessjonijiet ta’ ħidma u djalogi mal-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni se żżid ukoll l-involviment tagħha mas-sħab internazzjonali, eż. permezz tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Finanzi Sostenibbli u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Finanzi Sostenibbli li jmiss fil-kuntest tal-Global Gateway, biex tippromwovi l-adozzjoni u l-interoperabbiltà internazzjonali tal-finanzjament ta’ tranżizzjoni globalment, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. GĦAN U AMBITU
1.1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ssegwi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli” (23). |
1.2. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa lill-parteċipanti fis-suq li jixtiequ jiksbu jew jipprovdu finanzjament ta’ tranżizzjoni billi toffri suġġerimenti prattiċi dwar kif għandu jiġi avviċinat il-finanzjament ta’ tranżizzjoni. |
1.3. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-impriżi li jridu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività tagħhom u qed ifittxu finanzjament għal investimenti għal dan l-għan. Dan għandu l-għan li jispjega l-użu ta’ għodod ta’ finanzjament sostenibbli għal dan l-għan. Il-finanzjament ta’ tranżizzjoni u l-finanzjament ekoloġiku (24) jistgħu jiġu differenzjati mill-finanzjament ġenerali, li ma għandux objettivi ta’ sostenibbiltà. |
1.4. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ġeneralment mhijiex maħsuba biex tapplika għall-mikrointrapriżi (25), minħabba d-daqs u l-kapaċità amministrattiva tagħhom. |
1.5. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata wkoll lil
|
1.6. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi obbligi legali. |
1.7. |
Atturi mhux tal-Unjoni huma mistiedna jużaw ukoll din ir-Rakkomandazzjoni iżda jista’ jkollhom ħtiġijiet speċifiċi li mhumiex riflessi f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2.1. |
Tranżizzjoni tfisser tranżizzjoni mil-livelli attwali ta’ prestazzjoni klimatika u ambjentali lejn ekonomija newtrali għall-klima, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u ambjentalment sostenibbli f’perjodu ta’ żmien li jippermetti li jintlaħqu:
|
2.2. |
Finanzjament ta’ tranżizzjoni tfisser finanzjament ta’ investimenti kompatibbli mat-tranżizzjoni u li jikkontribwixxu għaliha, li jevita lock-ins, inkluż:
|
2.3. |
Pjan ta’ tranżizzjoni tfisser aspett tal-istrateġija ġenerali tal-impriża li jistabbilixxi l-miri u l-azzjonijiet tal-entità għat-tranżizzjoni tagħha lejn ekonomija newtrali għall-klima jew sostenibbli, inklużi azzjonijiet, bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha f’konformità mal-objettiv li t-tibdil fil-klima jiġi limitat għal 1,5 °C. |
3. RAKKOMANDAZZJONI LILL-IMPRIŻI LI QED IFITTXU FINANZJAMENT TA’ TRANŻIZZJONI
Għodod ta’ finanzjament sostenibbli biex jiġu ddeterminati u artikolati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni
3.1. |
L-impriżi jistgħu jikkunsidraw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni tagħhom abbażi tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħhom għas-sostenibbiltà. Dawn jistgħu jiġu identifikati permezz ta’ valutazzjoni tal-materjalità. |
3.2. |
Biex jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni tagħhom, l-impriżi jistgħu jibdew billi jistabbilixxu miri ta’ tranżizzjoni u jiddefinixxu perkorsi ta’ tranżizzjoni individwali bbażati fuq xenarji u perkorsi bbażati fuq ix-xjenza (29). |
3.3. |
L-għodod ta’ finanzjament sostenibbli, b’mod partikolari t-Tassonomija jew il-parametri referenzjarji klimatiċi tal-UE kif ukoll pjanijiet ta’ tranżizzjoni kredibbli jistgħu jintużaw biex jappoġġaw id-definizzjoni ta’ miri ta’ tranżizzjoni u jartikolaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni fil-livell tal-impriża u fil-livell tal-attivitajiet ekonomiċi (30). |
3.4. |
Billi jintegraw b’mod ċar il-miri ta’ tranżizzjoni u l-ħtiġijiet relatati ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni fi pjan ta’ tranżizzjoni kredibbli, l-intermedjarji finanzjarji u l-investituri jistgħu jifhmu, iqabblu u jikklassfikaw l-opportunitajiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni b’mod aktar faċli. |
3.5. |
Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni jistgħu jiġu speċifikati bħala nefqa kapitali ppjanata u, fejn xieraq, nefqa operatorja relatata mal-ilħuq tal-miri klimatiċi u ambjentali kif ukoll dħul attwali jew immirat relatat mat-tranżizzjoni. |
3.6. |
Fejn rilevanti, l-impriżi jistgħu jiddiskutu mal-intermedjarji finanzjarji u l-investituri l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni u l-aktar soluzzjonijiet ta’ finanzjament xierqa. |
4. L-UŻU TA’ PERKORSI TA’ TRANŻIZZJONI KREDIBBLI BIEX JIĠU STABBILITI MIRI BBAŻATI FUQ IX-XJENZA
4.1. |
L-impriżi jistgħu jużaw xenarji u perkorsi ta’ dekarbonizzazzjoni transsettorjali jew speċifiċi għas-settur disponibbli pubblikament, u fejn jeżistu xenarji ta’ titjib ambjentali, bħala referenzi biex jistabbilixxu miri bbażati fuq ix-xjenza u jiddeterminaw il-ħtiġijiet finanzjarji ta’ tranżizzjoni tagħhom. |
4.2. |
Meta jintużaw xenarji jew perkorsi, huwa rrakkomandat li jintużaw dawk li huma bbażati fuq ix-xjenza, u fil-każ ta’ perkorsi ta’ dekarbonizzazzjoni, dawk li huma konformi mal-Ftehim ta’ Pariġi, bħax-xenarji ta’ 1,5 °C tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija jew tal-Grupp Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima mingħajr ebda eċċess jew b’eċċess limitat (31). |
4.3. |
Huwa rrakkomandat li jiġu aġġustati l-perkorsi għall-impriża individwali f’konformità mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u abbażi tal-postijiet fejn topera u l-punt tat-tluq tal-impriża. Biex dan jiġi appoġġat, huwa rrakkomandat ukoll li jiġu kkonsultati l-Perkorsi ta’ Tranżizzjoni tal-UE kwalitattivi tal-Kummissjoni Ewropea għal kull ekosistema industrijali (32) meta jiġu evalwati l-isfidi tat-tranżizzjoni klimatika u t-teknoloġiji disponibbli tal-aqwa klassi, u l-isfidi ekoloġiċi, diġitali u ta’ reżiljenza usa’ f’settur partikolari. |
4.4. |
Il-miri ta’ tranżizzjoni bbażati fuq ix-xjenza jistgħu jintużaw biex jiżdied il-finanzjament ta’ tranżizzjoni mingħajr pjan ta’ tranżizzjoni, fejn dan ikun proporzjonat għall-kumplessità, id-daqs u l-impatti tal-impriża, u fejn ikunu appoġġati minn informazzjoni li tiżgura l-integrità u t-trasparenza ta’ dawk il-miri u l-obbligu ta’ rendikont għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jintlaħqu dawk il-miri. |
5. L-UŻU TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI KLIMATIĊI TAL-UE
5.1. |
L-impriżi jistgħu jużaw, fejn xieraq, metodoloġiji użati għall-parametri referenzjarji klimatiċi tal-UE biex jikkomplementaw xenarji jew mogħdijiet ibbażati fuq ix-xjenza. Huma jistgħu jappoġġaw id-definizzjoni ta’ perkorsi individwali fil-livell ta’ impriża jew ta’ proġett jew biex jistabbilixxu miri ta’ tranżizzjoni u biex jgħinu fid-determinazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni tagħhom. |
5.2. |
L-istess metodoloġiji jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi evitat li investimenti ġodda jsiru assi potenzjalment mhux rekuperabbli, u jistgħu jagħmluha possibbli li jiġi inkluż il-ħruġ tal-impriża, jew il-kapital miġbur għal proġett ta’ tranżizzjoni rilevanti, f’portafoll ta’ investiment jew ta’ self li jsegwi parametru referenzjarju klimatiku tal-UE (33). |
6. L-UŻU TAT-TASSONOMIJA TAL-UE
6.1. |
L-impriżi jistgħu jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni tagħhom billi jużaw b’mod volontarju t-Tassonomija, flimkien ma’ punti ta’ referenza oħra bbażati fuq ix-xjenza, meta jistabbilixxu miri ta’ tranżizzjoni għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi f’setturi ekonomiċi koperti mill-atti delegati adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 (34). |
6.2. |
L-impriżi huma mħeġġa jużaw it-Tassonomija biex jippjanaw investimenti biex jissodisfaw il-kriterji tat-Tassonomija għal attività ekonomika partikolari f’5 (eċċezzjonalment 10) snin, peress li tali investimenti huma diġà rikonoxxuti bħala allinjati bis-sħiħ mat-Tassonomija. |
6.3. |
L-impriżi jistgħu jużaw it-Tassonomija biex jistabbilixxu stadji importanti u miri intermedji għat-tranżizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, biex ikomplu jtejbu l-prestazzjoni ambjentali jew biex fl-aħħar mill-aħħar jallinjaw mat-Tassonomija fuq perjodu ta’ żmien itwal li għadu qasir biżżejjed biex ikun kompatibbli mat-tranżizzjoni. Pereżempju, fejn meħtieġ, l-impriżi jistgħu jużaw il-kriterji tat-Tassonomija biex jippjanaw allinjament gradwali mat-Tassonomija: bħala l-ewwel mira marbuta biż-żmien, għat-tranżizzjoni lil hinn mil-livelli ta’ prestazzjoni definiti mill-kriterji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, u bħala t-tieni mira marbuta biż-żmien għall-allinjament ma’ kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali, spjegati fi pjan ta’ tranżizzjoni bbażat fuq l-attività. (35) |
6.4. |
Sabiex jiġi operazzjonalizzat l-użu tat-Tassonomija biex jiżdied il-finanzjament ta’ tranżizzjoni, l-impriżi jistgħu jispeċifikaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni tagħhom f’termini tan-nefqa kapitali tal-impriża. Meta jkun xieraq, huma jistgħu jispeċifikaw ukoll dawn il-ħtiġijiet f’termini tan-nefqa jew dħul operattiv attwali u mmirat tagħhom, li huwa jew:
|
7. UŻU TA’ PJAN TA’ TRANŻIZZJONI KREDIBBLI
7.1. |
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali, l-impriżi, speċjalment dawk b’attivitajiet li jinvolvu impatti materjali jew perkorsi kumplessi ta’ tranżizzjoni, jistgħu jiżviluppaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell ta’ impriża jew ta’ attività, jew it-tnejn li huma, biex jartikolaw il-miri ta’ tranżizzjoni, l-istadji importanti, l-azzjonijiet u l-ħtiġijiet tar-riżorsi b’mod strutturat u konsistenti. |
7.2. |
L-istandards tar-rapportar skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 jipprovdu mudell għall-iżvilupp ta’ pjanijiet kredibbli ta’ tranżizzjoni u ta’ azzjoni, li l-impriżi jistgħu jużaw bl-għan li jiżguraw l-integrità, it-trasparenza, u r-responsabbiltà ta’ tali pjanijiet. |
7.3. |
It-Tassonomija u l-parametri referenzjarji klimatiċi tal-UE jistgħu jintużaw flimkien ma’ perkorsi jew xenarji bbażati fuq ix-xjenza biex jiġu ddeterminati l-miri jew il-ħtiġijiet ta’ finanzjament inklużi f’tali pjanijiet fil-livelli kemm tal-impriżi kif ukoll tal-attivitajiet ekonomiċi. |
7.4. |
Il-pjanijiet lejn is-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jużaw ukoll il-Pjanijiet ta’ Azzjoni ambjentali strateġiċi tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari (36), Bijodiversità (37) u Tniġġis Żero (38). |
8. STRUMENTI TA’ FINANZJAMENT BIEX JIŻDIED IL-FINANZJAMENT TA’ TRANŻIZZJONI
8.1. |
L-impriżi huma mħeġġa jużaw wieħed, jew taħlita ta’ diversi, strumenti ta’ finanzjament relatati mat-tranżizzjoni biex jiġbru finanzjament ta’ tranżizzjoni, bħal tipi speċifiċi ta’ self jew ħruġ ta’ swieq kapitali b’karatteristiċi speċifiċi (39). |
Self ekoloġiku jew self ieħor għas-sostenibbiltà
8.2. |
Jekk impriża jkollha ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni, tista’ tfittex tipi speċifiċi ta’ self bħal self marbut mas-sostenibbiltà, self ekoloġiku jew self bi skop speċifiku ieħor. |
8.3. |
L-intermedjarji finanzjarji qed jibdew joffru self bħal dan u jistgħu joffru rati tal-imgħax kompetittivi meta l-prestazzjoni ambjentali prevista li fuqha jkun ibbażat is-self tgħin biex jitnaqqsu r-riskji ta’ tranżizzjoni jew tippermetti rati ta’ rifinanzjament aktar baxxi għall-intermedjarju finanzjarju. |
8.4. |
L-investimenti biex jinkiseb għan ta’ tranżizzjoni speċifiku, bħall-aġġornament tal-assi jew it-twettiq ta’ investimenti ġodda li se jippermettu l-produzzjoni b’impatt klimatiku u ambjentali baxx, jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ self bi skop speċjali bi dħul użat esklussivament għal dan l-għan (imsejjaħ ukoll “finanzjament tal-użu tar-rikavati”). L-artikolazzjoni tal-iskop permezz ta’ miri ta’ tranżizzjoni relatati mal-kriterji tat-Tassonomija tista’ tinkoraġġixxi l-użu ta’ self iddedikat għat-tranżizzjoni. |
8.5. |
L-investimenti fit-titjib tal-prestazzjoni fil-livell tal-impriżi jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ self marbut mas-sostenibbiltà b’miri ta’ prestazzjoni klimatika jew ambjentali bbażati fuq ix-xjenza u marbuta biż-żmien li jservu bħala salvagwardji, u fejn ir-rati tal-imgħax ikunu marbuta mal-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà ppjanati, filwaqt li jiġu evitati effetti ta’ intrappolament. |
Bonds ekoloġiċi jew bonds oħra ta’ sostenibbiltà
8.6. |
L-impriżi jistgħu joħorġu wkoll strumenti tas-suq kapitali jew tipi speċifiċi ta’ bonds, bħal bond ekoloġiku jew bonds oħra tas-sostenibbiltà, biex jiffinanzjaw it-tranżizzjoni tagħhom. Il-bonds jistgħu jintużaw biex jinġabar il-kapital kemm fil-livell tal-impriża kif ukoll fil-livell tal-attività ekonomika. |
8.7. |
Biex jiġbru finanzjament ta’ tranżizzjoni għal skop speċifiku, l-emittenti jistgħu jikkunsidraw il-ħruġ ta’ bonds li juru l-użu tar-rikavati għal skopijiet ta’ tranżizzjoni. Filwaqt li jeżistu standards internazzjonali tal-bonds ekoloġiċi u jistgħu jintużaw biex jiżdied il-finanzjament ta’ tranżizzjoni, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw ukoll li jużaw l-Istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi għall-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li se jsiru allinjati mat-Tassonomija f’5 (eċċezzjonalment 10) snin. |
8.8. |
Il-bonds marbuta mas-sostenibbiltà jistgħu jintużaw biex jinġabar il-kapital għat-titjib fil-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tal-impriża kemm fil-livell tal-impriża kif ukoll fil-livell tal-attività. Jenħtieġ li dawn ikunu marbuta ma’ miri sodi ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà — pereżempju indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tat-Tassonomija — u perjodu ta’ żmien li jkun allinjat mat-tranżizzjoni, peress li l-kupuni normalment jinħarġu bil-kundizzjoni li tinkiseb u tiġi inċentivata l-prestazzjoni prevista. |
8.9. |
L-għodod ta’ finanzjament sostenibbli msemmija fil-punti 3 sa 7 jistgħu jintużaw bħala miri ta’ prestazzjoni u biex tissaħħaħ aktar il-kredibbiltà tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà. |
Finanzjament ta’ ekwità u self speċjalizzat
8.10. |
L-impriżi jistgħu joħorġu wkoll strumenti ta’ ekwità jew jikkunsidraw soluzzjonijiet ta’ self speċjalizzat li huma marbuta ma’ miri ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà fil-livell tal-impriża, fil-livell tal-proġett jew fil-livell tal-attività ekonomika. Jistgħu jintużaw approċċi simili għal dawk deskritti hawn fuq għall-istabbiliment ta’ tali miri ta’ prestazzjoni. |
9. RAKKOMANDAZZJONI LILL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI U LILL-INVESTITURI LI LESTI JIPPROVDU FINANZJAMENT TA’ TRANŻIZZJONI
Għodod għall-istabbiliment ta’ miri ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni u għall-identifikazzjoni ta’ proġetti jew impriżi
9.1. |
L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament tat-tranżizzjoni billi jirriflettu l-objettivi tal-finanzjament tat-tranżizzjoni fl-istrateġija tas-self jew tal-investiment tagħhom. |
9.2. |
Meta jistabbilixxu miri ta’ tranżizzjoni u jfasslu approċċi ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni għal portafolli u strateġiji ta’ investiment jew self, l-intermedjarji finanzjarji jistgħu:
|
9.3. |
L-investituri u s-sidien tal-assi jistgħu jiżviluppaw approċċi simili għall-assi tagħhom stess. |
9.4. |
Biex iħaddmu strateġiji ta’ investiment b’approċċi ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni u jidentifikaw impriżi u proġetti li jilħqu l-miri ta’ tranżizzjoni, l-intermedjarji finanzjarji u l-investituri jistgħu (41):
|
10. INVOLVIMENT MA’ IMPRIŻI LI JEĦTIEĠU FINANZJAMENT TA’ TRANŻIZZJONI
10.1. |
L-intermedjarji finanzjarji huma mħeġġa jinvolvu ruħhom mal-klijenti u l-impriżi destinatarji ta’ investiment fi tranżizzjoni, speċjalment fejn ikun hemm ħtieġa sinifikanti għal finanzjament ta’ tranżizzjoni. |
10.2. |
Il-politika ta’ involviment tista’ tinkludi deskrizzjoni tal-istrateġiji rilevanti ta’ self jew ta’ investiment li jistgħu jkunu adattati għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni rilevanti, u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-finanzjament skont dawn l-istrateġiji. |
10.3. |
Meta jkun hemm involviment ma’ klijenti u impriżi destinatarji ta’ investiment, jistgħu jiġu diskussi l-aspetti li ġejjin:
|
11. SOLUZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT SPEĊIFIĊI GĦAT-TRANŻIZZJONI
11.1. |
Minbarra s-soluzzjonijiet ġenerali ta’ self u finanzjament, l-intermedjarji finanzjarji jistgħu joffru soluzzjonijiet ta’ finanzjament speċifiċi għat-tranżizzjoni lil impriżi jew proġetti bi ħtiġijiet finanzjarji ta’ tranżizzjoni sinifikanti. |
11.2. |
Dan jinkludi, pereżempju, l-offerta ta’ self jew prodotti ta’ finanzjament li jistgħu jgħinu fil-finanzjament ta’ investimenti ta’ tranżizzjoni fil-prattika, bħal dawk ibbażati fuq:
|
11.3. |
L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jikkunsidraw li jistabbilixxu inċentivi biex jinkoraġġixxu prestazzjoni b’saħħitha kontra l-miri ta’ tranżizzjoni tal-impriża, pereżempju li jippremjaw il-progress lejn il-miri ta’ tranżizzjoni jew il-kriterji tat-Tassonomija permezz ta’ rati tal-imgħax attraenti, pereżempju abbażi ta’ riskju ta’ tranżizzjoni mnaqqas jew kostijiet ta’ finanzjament imtejba. |
12. RISKJI TA’ TRANŻIZZJONI U FIŻIĊI
12.1. |
L-intermedjarji finanzjarji u l-investituri huma mħeġġa jivvalutaw kif il-miri ta’ tranżizzjoni u l-objettivi ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni tagħhom jallinjaw mal-istrateġiji ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom u jikkontribwixxu għalihom, biex jindirizzaw ir-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn allinjament ħażin mat-tranżizzjoni. |
12.2. |
B’mod partikolari, l-intermedjarji finanzjarji u l-investituri huma mħeġġa:
|
13. RAKKOMANDAZZJONI RELATATA MA’ INTRAPRIŻI ŻGĦAR U TA’ DAQS MEDJU
Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li qed ifittxu finanzjament ta’ tranżizzjoni
13.1. |
Jekk l-SMEs ikunu interessati li jiġbru finanzjament ta’ tranżizzjoni, se jkollhom bżonn arranġamenti proporzjonati, minħabba d-daqs, il-kapaċità amministrattiva u r-riżorsi tagħhom, u għalhekk huma mħeġġa jinvolvu ruħhom ma’ intermedjarji finanzjarji u investituri biex jesploraw liema għażliet ta’ finanzjament u servizzi ta’ appoġġ huma disponibbli. |
13.2. |
L-SMEs li huma interessati li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni jistgħu jikkunsidraw li jżidu l-finanzjament ta’ tranżizzjoni għall-investimenti tagħhom relatati mat-tranżizzjoni, li jistgħu jkunu investimenti immedjati jew investimenti fil-futur, pereżempju għal dawn li ġejjin:
|
13.3. |
L-SMEs elenkati jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2022/2464 u se jiddivulgaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont standards tar-rapportar simplifikati fil-futur. L-SMEs li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dik id-Direttiva, iżda li huma interessati li jikkomunikaw l-informazzjoni ewlenija tagħhom dwar is-sostenibbiltà, jistgħu jikkunsidraw li jużaw dawn l-istandards ta’ rapportar simplifikati, jew standards oħra ta’ rapportar volontarju li huma mfassla għall-SMEs għal dan il-għan (45). |
13.4. |
L-impriżi l-kbar huma mħeġġa bil-qawwa jappoġġaw b’mod proporzjonat lill-SMEs fil-katina tal-valur tagħhom li huma interessati fil-finanzjament tat-tranżizzjoni, fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni u, fejn rilevanti, fil-kisba ta’ informazzjoni ewlenija dwar is-sostenibbiltà, kemm jekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar obbligatorju dwar is-sostenibbiltà kif ukoll jekk le. |
13.5. |
Fejn rilevanti, impriżi akbar jistgħu jikkooperaw ukoll ma’ istituzzjonijiet ta’ finanzjament biex joffru kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli u/jew kundizzjonijiet ta’ xiri lis-sħab fil-katina tal-valur tagħhom li jeħtieġu finanzjament ta’ tranżizzjoni, b’mod partikolari SMEs f’setturi li huma rilevanti għat-tranżizzjoni (46). |
14. SOLUZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT GĦAL INTRAPRIŻI ŻGĦAR U TA’ DAQS MEDJU
14.1. |
L-SMEs għandhom kapaċità limitata li jipprovdu informazzjoni dettaljata, għalhekk l-intermedjarji finanzjarji u l-investituri huma mħeġġa japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità fin-negozjati mal-klijenti li huma SMEs. Jenħtieġ li ma jitolbux aktar informazzjoni milli meħtieġ u jeżerċitaw trażżin meta jitolbu informazzjoni mis-sħab fil-katina tal-valur tal-SMEs. |
14.2. |
L-intermedjarji finanzjarji huma mħeġġa joffru programmi ta’ edukazzjoni u sensibilizzazzjoni, servizzi ta’ konsulenza jew għodod ibbażati fuq l-Internet biex jgħinu lill-SMEs li huma interessati fil-finanzjament ta’ tranżizzjoni biex iżidu l-għarfien tagħhom dwar ir-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni. |
14.3. |
Bħala parti minn dan, jista’ jingħata appoġġ lill-SMEs interessati biex jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni tagħhom b’mod sempliċi. |
14.4. |
Soluzzjonijiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-ambjent u speċifiċi għat-tranżizzjoni li huma proporzjonati u adatti għall-użu mill-SMEs u li jinċentivaw l-adozzjoni tagħhom, jistgħu jiġu offruti lill-SMEs, filwaqt li jitqies li l-SMEs mhux elenkati mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 u r-Regolament (UE) 2020/852. |
15. RAKKOMANDAZZJONI LILL-ISTATI MEMBRI
L-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin biex jinkoraġġixxu l-finanzjament ta’ tranżizzjoni:
15.1. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jqajmu kuxjenza fost il-parteċipanti fis-suq dwar il-ħtieġa li jiġu ffinanzjati investimenti fit-tranżizzjoni ekoloġika u tal-istandards, prinċipji u salvagwardji eżistenti li jistgħu jiżguraw il-kredibbiltà u l-integrità ambjentali ta’ tali investimenti. Dawn jistgħu jispjegaw il-benefiċċji tal-użu tal-għodod ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE għal dan il-għan. |
15.2. |
L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-parteċipanti fis-suq biex jużaw xenarji ta’ referenza li huma bbażati fuq ix-xjenza, jirriflettu l-perkorsi ta’ dekarbonizzazzjoni f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, bħax-xenarji ta’ 1,5 °C tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) jew tal-Grupp Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) mingħajr ebda eċċess jew b’eċċess limitat, jew perkorsi tal-UE, nazzjonali jew settorjali li jirreferenzjaw dawn ix-xenarji tal-AIE jew tal-IPCC. |
15.3. |
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni, fil-qafas tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u dawk nazzjonali, bejn il-parteċipanti fis-suq biex jaqsmu t-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki fl-għoti jew fit-tfittxija ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni u fl-indirizzar ta’ sfidi komuni. L-Istati Membri jistgħu jikkapitalizzaw fuq ir-rwol li l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u korpi oħra ta’ reputazzjoni jista’ jkollhom f’dan ir-rigward. |
15.4. |
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-bini tal-kapaċità fl-għodod u l-politiki finanzjarji fi tranżizzjoni, inkluż it-taħriġ tal-impjegati taċ-ċivil, ir-regolaturi u l-professjonisti tas-settur finanzjarju biex jappoġġaw it-tfassil ta’ soluzzjonijiet u politiki ta’ finanzjament relatati mat-tranżizzjoni li jirriflettu d-dipendenzi ġeografiċi. |
15.5. |
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu u jippromwovu prodotti u servizzi finanzjarji sostenibbli innovattivi mfassla għall-SMEs, filwaqt li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. |
15.6. |
L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw lill-SMEs fir-rapportar volontarju ta’ informazzjoni ewlenija dwar is-sostenibbiltà u l-finanzjament tat-tranżizzjoni lill-partijiet ikkonċernati u lill-intermedjarji finanzjarji u lill-investituri, li jista’ jżid il-varjetà ta’ għażliet ta’ finanzjament offruti lill-SMEs. |
15.7. |
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-banek multilaterali tal-iżvilupp u lill-banek promozzjonali nazzjonali biex jappoġġaw dawn l-isforzi billi joffru assistenza teknika. |
15.8. |
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu inizjattivi bejn il-banek lokali u l-SMEs biex jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji ta’ finanzjament sostenibbli u miri kredibbli ta’ tranżizzjoni jew, fejn rilevanti, pjanijiet ta’ tranżizzjoni għall-SMEs. |
16. RAKKOMANDAZZJONI LILL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ U LILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI
L-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma mħeġġa:
16.1. |
Jikkonsidraw din ir-Rakkomandazzjoni meta jimmonitorjaw u jissorveljaw ir-riskji ta’ greenwashing relatati mat-tranżizzjoni. |
16.2. |
Iqisu l-informazzjoni rilevanti li tħares ’il quddiem inkluża fil-miri ta’ tranżizzjoni, fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni kredibbli jew fid-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija meta jivvalutaw ir-riskji finanzjarji tal-entitajiet taħt superviżjoni assoċjati mat-tranżizzjoni. |
16.3. |
Iqajmu kuxjenza fost l-entitajiet taħt superviżjoni dwar kif il-qafas regolatorju jippermetti li tintuża informazzjoni li tħares ’il quddiem minn kontropartijiet jew impriżi destinatarji ta’ investiment biex jiġu vvalutati, ġestiti u mmonitorjati r-riskji ta’ tranżizzjoni u r-riskji fiżiċi. |
16.4. |
Jibnu l-kapaċità mal-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali dwar il-finanzjament tat-tranżizzjoni u jħeġġu ambjent ta’ fiduċja għall-finanzjament tat-tranżizzjoni madwar l-UE.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2023. |
Għall-Kummissjoni
Mairead MCGUINNESS
Membru tal-Kummissjoni
(1) L-Unjoni se jkollha bżonn tinvesti EUR 477 biljun aktar fis-sena fl-2021–2030 milli għamlet fl-2011–2020 biex tilħaq il-miri tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport. Se jkollha bżonn tinvesti EUR 110 biljun addizzjonali fis-sena biex tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha. Għad-dettalji, ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment u disponibbiltajiet ta’ finanzjament biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-manifattura tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti tal-UE (SWD (2023) 68 final), u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar” L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika, COM(2021) 662 final.
(2) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema tal-manifattura ta’ prodotti b’teknoloġija żero netti tal-Ewropa (l-Att dwar l-Industrija Net-Żero), COM (2023) 161 final.
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13). Minn hawn’ il quddiem, it-terminu “Tassonomija” jirreferi għar-Regolament (UE) 2020/852 flimkien mal-Atti Delegati adottati skont dak ir-Regolament.
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/2089 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, ta’ Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi u ta’ divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà għall-parametri referenzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 17)
(5) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
(6) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, COM/2021/391 final. Ftehim politiku milħuq mill-koleġiżlaturi fit-28 ta’ Frar 2023.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli, COM (2021) 390 final.
(8) OECD (2022), Gwida tal-OECD dwar il-Finanzjament tat-Tranżizzjoni: L-Iżgurar tal-Kredibbiltà tal-Pjanijiet ta’ Tranżizzjoni Korporattiva għall-Klima, il-Finanzjament Ekoloġiku u l-Investiment, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi.
(9) G20 (2022), 2022 G20 Rapport dwar il-Finanzi Sostenibbli.
(10) Il-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Finanzi Sostenibbli (2022), Rapport dwar il-Finanzjament tat-Tranżizzjoni. Disponibbli fi: https://finance.ec.europa.eu/system/files/2022-11/221109-international-platform-sustainable-report-transition-finance_en.pdf
(11) Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Impenji ta’ Emissjonijiet Netti Żero ta’ Entitajiet Mhux Statali (2022), Kwistjonijiet ta’ Integrità: Impenji Nett Żero min-Negozji, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, il-Bliet u r-Reġjuni.
(12) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(13) Approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016; Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u li jispeċifika l-metodoloġija għall-konformità ma’ dak l-obbligu ta’ divulgazzjoni (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9), l-Anness I.
(15) In-nefqiet għall-pjanijiet ta’ tranżizzjoni bbażati fuq l-attività ma jistgħux jitqiesu allinjati mat-Tassonomija jekk ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kriterji tat-Tassonomija rispettivi, iżda madankollu jistgħu jkunu pass sinifikanti lejn livelli mtejba ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà u jattiraw finanzjament ta’ tranżizzjoni.
(16) Mis-17 ta’ Mejju 2023, 63 % tal-impriżi STOXX Europe 600 diġà ddivulgaw l-eliġibbiltà u l-allinjament tat-Tassonomija tagħhom għas-sena finanzjarja 2022; sors: Bloomberg.
(17) Kważi tnejn minn kull tliet kumpaniji li ddivulgaw nefqa kapitali eliġibbli għat-Tassonomija rrappurtaw ċifra ta’ allinjament mhux żero u waħda minn kull żewġ kumpaniji li ddivulgaw dħul eliġibbli rrappurtaw livell mhux żero ta’ dħul allinjat; Sors: Bloomberg.
(18) Proposta għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM(2022) 71.
(19) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(21) Pariri li ġejjin b’segwitu għas-Sejħa għal parir lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar self ekoloġiku u ipoteki, disponibbli fi: https://www.eba.europa.eu/sites/default/documents/files/document_library/About%20Us/Missions%20and%20tasks/Call%20for%20Advice/2022/CfA%20on%20green%20loans%20and%20mortgages/1043881/EBA%20Call%20for%20Advice%20Green%20Loans%20and%20Mortgages_Clean.pdf
(22) Il-pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita bl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852. Aktar informazzjoni dwar din il-Pjattaforma hija disponibbli fi: https://finance.ec.europa.eu/sustainable-finance/overview-sustainable-finance-old/platform-sustainable-finance_en
(23) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli”, COM/2021/390 final.
(24) Id-distinzjoni u t-trikkib bejn il-finanzjament ta’ tranżizzjoni u l-finanzjament ekoloġiku, kif ukoll kif dan jevolvi maż-żmien huma murija fit-Taqsima 1. tal-Anness.
(25) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1) tiddefinixxi l-mikrointrapriża bħala intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljun.
(26) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(27) Kif definit fir-Regolament (UE) 2020/852.
(28) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).
(29) It-Taqsima 2. tal-Anness turi kif il-karatteristiċi differenti tal-miri ta’ tranżizzjoni ta’ impriża jistgħu jiġu riflessi fil-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni b’orizzonti ta’ żmien differenti. L-illustrazzjoni 2 fl-Anness turi diversi għażliet biex jiġu artikolati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni.
(30) It-Taqsima 3. tal-Anness tagħti ħarsa ġenerali lejn l-għodod li jistgħu jintużaw biex jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni u l-għażliet biex jinġabar il-finanzjament ta’ tranżizzjoni.
(31) Sors possibbli għal xenarji bħal dawn jista’ jkun ix-xenarji ppubblikati min-Netwerk għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja.
(32) Il-perkorsi kwalitattivi ta’ Tranżizzjoni tal-UE tal-Kummissjoni Ewropea huma disponibbli fi: https://single-market-economy.ec.europa.eu/industry/transition-pathways_en.
(33) It-Taqsima 4. tal-Anness tispjega f’aktar dettall il-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji klimatiċi tal-UE u kif dawn jistgħu jintużaw għall-artikolazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni.
(34) Bħall-Att Delegat dwar il-Klima u kwalunkwe att delegat futur li jispeċifika l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar.
(35) It-Taqsima 5. tal-Anness turi wkoll kif it-Tassonomija tista’ tintuża għal dan l-għan.
(36) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva. COM/2020/98 final.
(37) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna. COM/2020/380 final.
(38) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”. COM/2021/400 final.
(39) It-Taqsima 6. tal-Anness tipprovdi eżempji tal-istrumenti ta’ finanzjament deskritti hawn taħt.
(40) Jikkunsidraw ukoll it-Taqsima 2. tal-Anness.
(41) It-Taqsima 7. tal-Anness tipprovdi aktar suġġerimenti dwar għodod bħal dawn.
(42) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva. COM/2020/98 final.
(43) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna. COM/2020/380 final.
(44) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”. COM/2021/400 final.
(45) Skont id-Direttiva (UE) 2022/2464, ir-rappurtar għall-SMEs elenkati (ħlief il-mikrointrapriżi) se jibda fl-2027, abbażi tas-sena finanzjarja 2026. L-SMEs elenkati se jkunu jistgħu jirrapportaw skont standards separati u proporzjonati żviluppati mill-EFRAG.
(46) Pereżempju, il-kumpaniji jistgħu jappoġġaw lill-SMEs, kemm jekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar obbligatorju dwar is-sostenibbiltà kif ukoll jekk le, biex jużaw volontarjament l-għodod ta’ finanzjament sostenibbli tal-Unjoni jew għodod oħra bbażati fuq ix-xjenza biex jikkomunikaw il-proġetti ta’ tranżizzjoni, il-miri ta’ tranżizzjoni jew il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni tagħhom biex jindirizzaw ir-riskji ta’ tranżizzjoni lill-banek b’mod trasparenti u sostantiv.
ANNESS
Dan l-Anness jakkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli (1). Jikkomplementa r-rakkomandazzjonijiet b’kunsiderazzjonijiet u illustrazzjonijiet aktar dettaljati biex jiġi appoġġat l-użu volontarju ta’ għodod mill-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE għall-finanzjament tat-tranżizzjoni. Jagħti diversi għażliet u suġġerimenti lill-impriżi u lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jistabbilixxu miri ta’ tranżizzjoni, jartikolaw u jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-proġetti ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni kif ukoll biex jiġbru jew jipprovdu finanzjament tat-tranżizzjoni. |
Werrej
1. |
Relazzjoni bejn il-finanzjament ekoloġiku u l-finanzjament tat-tranżizzjoni | 35 |
2. |
Kunsiderazzjonijiet dwar kif tipi differenti ta’ impatti, riskji u opportunitajiet ta’ impriża jistgħu jiġu riflessi fil-miri ta’ tranżizzjoni individwali | 35 |
3. |
Ħarsa ġenerali lejn l-għodod ta’ finanzjament sostenibbli biex jiġu artikolati u ddeterminati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni | 38 |
4. |
Metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tal-klimata l-UE | 38 |
5. |
Tassonomija tal-UE | 39 |
5.1. |
Għal xiex tista’ tintuża t-Tassonomija tal-UE | 39 |
5.2. |
It-Tassonomija bħala għodda ta’ tranżizzjoni | 40 |
5.3. |
Għażliet għall-użu tat-Tassonomija biex jiġu speċifikati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni | 40 |
6. |
Strumenti ta’ finanzjament biex jiżdied il-finanzjament tat-tranżizzjoni | 42 |
7. |
Użu tal-għodod ta’ finanzjament sostenibbli tal-Unjoni Ewropea minn intermedjarji finanzjarji u investituri | 43 |
1. Relazzjoni bejn il-finanzjament ekoloġiku u l-finanzjament tat-tranżizzjoni
Il-finanzjament sostenibbli huwa dwar il-finanzjament, kemm ta’ dak li diġà huwa ekoloġiku kif ukoll ta’ dak li qiegħed fi tranżizzjoni lejn dawn il-livelli ta’ prestazzjoni maż-żmien.
L-Illustrazzjoni 1 hawn taħt turi kif il-finanzjament tat-tranżizzjoni huwa relatat mal-finanzjament ġenerali u mal-finanzjament ekoloġiku, u kif dawn il-forom differenti ta’ finanzjament jistgħu jevolvu fuq terminu qasir, medju u twil.
Il-finanzjament ġenerali, li ma għandux objettivi ta’ sostenibbiltà, jista’ jiġi distint mill-finanzjament ekoloġiku u mill-finanzjament għat-tranżizzjoni. Il-finanzjament ġenerali bħalissa jista’ jinkludi kemm attivitajiet b’impatt kbir kif ukoll attivitajiet b’impatt baxx. Maż-żmien, hekk kif titlesta t-tranżizzjoni tal-ekonomija, l-attivitajiet b’impatt kbir se jkollhom jgħaddu minn tranżizzjoni biex isiru attivitajiet b’impatt baxx.
Il-finanzjament tat-tranżizzjoni għandu l-għan li jiffinanzja dik it-tranżizzjoni. Jista’ jinkludi kemm il-finanzjament bl-użu tar-rikavati kif ukoll il-finanzjament bi skop ġenerali (korporattiv). Fuq terminu qasir, il-finanzjament tat-tranżizzjoni spiss mhux se jirriżulta f’titjib li jilħaq il-miri tal-prestazzjoni ekoloġika. Madankollu, fuq terminu twil, il-finanzjament tat-tranżizzjoni jeħtieġ li jiġi allinjat mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE u għalhekk se jitqies bħala finanzjament ekoloġiku jew b’impatt baxx.
2. Kunsiderazzjonijiet dwar kif tipi differenti ta’ impatti, riskji u opportunitajiet ta’ impriża jistgħu jiġu riflessi fil-miri ta’ tranżizzjoni individwali
Din it-taqsima hija relatata mal-punti 3 u 4 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
L-impriżi jistgħu jikkunsidraw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħhom għas-sostenibbiltà. Dawn jistgħu jiġu identifikati permezz ta’ valutazzjoni tal-materjalità li ssegwi l-approċċ ta’ materjalità doppja.
Bħala parti minn din il-valutazzjoni, l-impriżi jistgħu jużaw analiżi tax-xenarji relatata mal-klima u mal-ambjent biex jintużaw fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji fiżiċi u tat-tranżizzjoni u l-opportunitajiet fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil. Fuq il-bażi tal-eżitu ta’ tali valutazzjoni tal-materjalità (2), l-impriżi jistgħu jistabbilixxu miri ta’ tranżizzjoni u jiddeterminaw il-ħtiġijiet u l-impenji ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni, meta rilevanti.
L-Illustrazzjoni 2 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-għodod li jistgħu jintużaw biex jiġi kkunsidrat kif għandhom jiġu definiti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni f’każ ta’ impatti materjali, u kif għandhom jiġu definiti l-ħtiġijiet finanzjarji biex jiġu indirizzati l-impatti baxxi jew residwi.
Meta jippjanaw it-tranżizzjoni tagħhom u jiddefinixxu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni, l-impriżi huma mħeġġa jikkunsidraw ipoġġu miri ta’ tranżizzjoni bbażati fuq perkorsi ta’ tranżizzjoni rilevanti li huma kompatibbli mat-tranżizzjoni, filwaqt li jqisu t-tip ta’ impatti u fatturi oħra bħas-severità, l-iskala, l-ambitu u l-irrimedjabbiltà ta’ dawk l-impatti. L-impriżi jistgħu jużaw l-istandards u l-gwida disponibbli skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 u l-implimentazzjoni tagħha għal dan l-għan (id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà).
L-impriżi huma mħeġġa jagħmlu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin dwar kif l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet differenti jistgħu jiġu riflessi fil-miri ta’ tranżizzjoni u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni relatati.
Tabella 1.
Kunsiderazzjonijiet ġenerali għall-iffissar tal-miri klimatiċi u ambjentali f’każ ta’ impatti materjali
|
Tabella 2.
Kunsiderazzjonijiet għal miri sempliċi ta’ titjib f’każ ta’ impatti mhux materjali
|
3. Ħarsa ġenerali lejn l-għodod ta’ finanzjament sostenibbli biex jiġu artikolati u ddeterminati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni
L-għodod ta’ finanzjament sostenibbli, b’mod partikolari t-Tassonomija, jew il-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE kif ukoll pjanijiet ta’ tranżizzjoni kredibbli jistgħu jintużaw biex jgħinu fl-għażla tal-miri ta’ tranżizzjoni u fl-artikolazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni fil-livell tal-impriża u fil-livell tal-attivitajiet ekonomiċi. Il-finanzjament tat-tranżizzjoni mbagħad jista’ jinġabar permezz ta’ bonds ekoloġiċi jew marbuta mas-sostenibbiltà, self, finanzjament ta’ ekwità jew self speċjalizzat.
L-Illustrazzjoni 3 hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn l-għodod li jistgħu jintużaw biex jiġi artikolat u jinġabar il-finanzjament tat-tranżizzjoni.
4. Metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tal-klimata l-UE
Din it-taqsima hija relatata mal-punt 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
Meta ma jeżistux perkorsi jew pjanijiet direzzjonali bbażati fuq ix-xjenza speċifiċi għas-settur, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw il-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE u jużawhom b’mod li jiżgura allinjament max-xenarju ta’ 1,5 C tal-AIE jew tal-IPCC.
Meta jeżistu xenarji u perkorsi bbażati fuq ix-xjenza speċifiċi għas-settur, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw jekk l-użu tagħhom jippermettilhomx jissodisfaw ukoll l-istandards minimi tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE.
Il-ħruġ fis-suq kapitali ta’ impriżi li jissodisfaw l-istandards minimi tal-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tal-klima u li juru dan (pereżempju permezz ta’ pjan ta’ tranżizzjoni kredibbli li jqis l-istandards u l-gwida disponibbli fid-Direttiva (UE) 2022/2464 u l-implimentazzjoni tiegħu), huwa aktar probabbli li jiġi inkluż f’portafolli li jsegwu l-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE.
Standards minimi tal-parametri referenzjarji tal-klima
Il-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE huma bbażati fuq sett ta’ kriterji li għandhom l-għan li jiżguraw perkors ta’ tranżizzjoni għal portafolli li jkun kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli (8). L-istandards minimi tal-mira u t-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni tal-parametri referenzjarji tal-klima jirrikjedu minimu annwali ta’ tnaqqis ta’ 7 % fl-intensità tal-gassijiet serra mira assoluta tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (9).
Għal kull sena li fiha l-miri ma jintlaħqux, il-miri li ma jintlaħqux jenħtieġ li jiġu kkumpensati, billi jiġu aġġustati ’l fuqil-miri fit-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għas-sena ta’ wara.
Fejn possibbli, ikkunsidra li turi emissjonijiet medji aktar baxxi meta mqabbla mal-pari u li tevita fatturi speċifiċi ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 9 sa 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020.
Ponderazzjoni żejda tal-impriżi li jistabbilixxu u jippubblikaw miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
Il-ħruġ fis-suq kapitali tal-impriżi jista’ jingħata piż akbar f’parametru referenzjarju li jsegwi l-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE, jekk l-impriża emittenti tkun tista’ turi li stabbiliet u ppubblikat miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-emittent tat-titoli kostitwenti jippubblika b’mod konsistenti u preċiż l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1, 2 u 3 tagħhom; |
(b) |
l-emittent tat-titoli kostitwenti jkun naqqas l-intensità tal-gassijiet serra tagħhom jew, fejn applikabbli, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoluti tagħhom, inklużi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambiti 1, 2 u 3, b’medja ta’ mill-inqas 7 % fis-sena għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi. |
5. Tassonomija tal-UE
Din it-taqsima hija relatata mal-punt 6 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1. Għal xiex tista’ tintuża t-Tassonomija tal-UE
L-impriżi jistgħu jużaw it-Tassonomija bħala għodda ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni, għall-ippjanar tat-tranżizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom u għall-allokazzjoni tal-investimenti meħtieġa għat-tranżizzjoni. Bħala tali, tista’ tintuża għall-klassifikazzjoni ta’ investimenti sostenibbli, għall-kejl tal-prestazzjoni klimatika jew ambjentali attwali u ppjanata, għall-istabbiliment tal-miri u għall-komunikazzjoni, inkluża l-artikolazzjoni ta’ miri marbuta mat-Tassonomija fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni.
5.2. It-Tassonomija bħala għodda ta’ tranżizzjoni
It-Tassonomija tippermetti lill-impriżi jagħmlu tranżizzjoni billi gradwalment iżidu s-sehem tagħhom ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli minħabba li tiddefinixxi l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u mhux l-impriżi.
L-Illustrazzjoni 5 turi kif impriża tista’ gradwalment tagħmel it-tranżizzjoni tal-attivitajiet tagħha, hawnhekk l-attivitajiet imwettqa fil-fabbriki, u tinvesti fit-titjib tagħhom biex iżżid is-sehem ta’ attivitajiet ekoloġiċi fil-futur. Pjanijiet ta’ tranżizzjoni bbażati fuq l-attività jistgħu jkunu l-parti ewlenija ta’ strateġija ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-entità.
5.3. Għażliet għall-użu tat-Tassonomija biex jiġu speċifikati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni
L-impriżi jistgħu jużaw it-Tassonomija biex jiddefinixxu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni tagħhom fil-livell tal-attività.
It-Tassonomija ma tippreskrivi l-iskeda ta’ żmien sa meta impriża jenħtieġ li tallinja l-attivitajiet tagħha mal-ebda wieħed mill-kriterji tagħha. Minflok, tħalli flessibbiltà lill-atturi tas-suq biex jużaw l-iskedi ta’ żmien tal-perkorsi ta’ tranżizzjoni bbażati fuq ix-xjenza tagħhom stess. L-impriżi jistgħu jagħmlu referenza għall-kriterji tat-tassonomija fl-istabbiliment tal-miri klimatiċi u ambjentali tagħhom u meta dawk il-miri jkunu allinjati mat-tranżizzjoni, u l-kisba tagħhom tkun kredibbli, ikunu jistgħu jiġbru finanzjament ta’ tranżizzjoni għall-implimentazzjoni tagħhom.
L-Illustrazzjoni 6 turi kif it-Tassonomija tista’ tintuża għal dan l-għan, billi tipprovdi għażliet li jistgħu jiġu kkunsidrati f’sekwenza partikolari, meta titqies l-ewwel il-fattibbiltà tal-għażliet l-aktar ambizzjużi.
1) Il-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi diġà allinjati mat-Tassonomija
Meta attività ekonomika tkun diġà allinjata mat-Tassonomija, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw kull ħtieġa ta’ finanzjament attwali u futura għaż-żamma tal-allinjament mat-Tassonomija anke fil-futur.
2) Investimenti allinjati mat-Tassonomija
Meta attività ekonomika tkun eliġibbli iżda tkun għadha mhijiex allinjata mat-Tassonomija, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw li jallinjawha mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tat-Tassonomija fi żmien ħames (eċċezzjonalment 10) snin (10). Speċifikazzjoni tal-investiment għal tranżizzjoni meħtieġ biex jintlaħqu dawn il-miri fi pjan tan-nefqa kapitali. Tali nefqa kapitali titqies bħala investiment allinjat mat-Tassonomija.
3) Investiment li jallinja ruħu mat-Tassonomija fuq perjodu ta’ żmien itwal
Meta ma jkunx fattibbli l-allinjament mat-Tassonomija f’ħames (eċċezzjonalment 10) snin, ikun possibbli li jiġi kkunsidrat l-allinjament ta’ assi jew ta’ attività ekonomika mal-kriterji assoċjati ta’ prestazzjoni tat-Tassonomija fuq perjodu ta’ żmien itwal li jkun għadu kompatibbli mat-tranżizzjoni. Investimenti għal tranżizzjoni li se jilħqu biss l-allinjament mat-Tassonomija fuq perjodu ta’ żmien itwal mill-ħames (eċċezzjonalment 10) snin rikonoxxuti skont ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178, jistgħu jkunu akkumpanjati minn pjan ta’ tranżizzjoni speċifiku għal attività li jkun kompatibbli mat-tranżizzjoni, li jiġġustifika l-perjodu ta’ żmien itwal biex jintlaħqu l-miri (11) u li juri kif l-allinjament mat-Tassonomija se jintlaħaq fi stadju sussegwenti.
Għall-aspetti ambjentali, il-miri jistgħu jiġu allinjati mal-objettivi u l-miri tal-politika ambjentali internazzjonali u tal-Unjoni, inklużi dawk relatati mal-protezzjoni u r-restawr sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, l-ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.
4) Investimenti għal tranżizzjoni lil hinn mil-livelli tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima la tagħmilx ħsara sinifikanti fl-ewwel pass
L-impriżi b’attivitajiet li bħalissa ma jissodisfawx il-kriterji DNSH (do no significant harm, la tagħmilx ħsara sinifikanti) tat-Tassonomija, li fihom l-investimenti biex jintlaħqu l-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali f’ħames (eċċezzjonalment 10) snin bħalissa mhumiex fattibbli, jistgħu jikkunsidraw li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali ta’ dawk l-attivitajiet lil hinn mil-livelli ta’ prestazzjoni definiti mill-kriterji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” f’perjodu ta’ żmien li jkun qasir biżżejjed biex ikun kompatibbli mat-tranżizzjoni (12). Għal tali investimenti għal tranżizzjoni li jtejbu l-prestazzjoni lil hinn mill-kriterji ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti tat-Tassonomija bħala l-ewwel pass fit-tranżizzjoni, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw li jakkumpanjawhom bi pjan ta’ tranżizzjoni speċifiku għal attività li jkun kompatibbli mat-tranżizzjoni, li jiġġustifika għaliex dan il-pass interim huwa meħtieġ u kif l-allinjament mat-Tassonomija se jintlaħaq fi stadju sussegwenti.
Il-pjan jista’ juri (i) kif l-attività se tagħmel it-tranżizzjoni b’titjib sinifikanti fil-prestazzjoni lil hinn mil-livell tal-kriterji DNSH u lejn il-livell tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali, u (ii) kif it-titjib kontinwu fil-prestazzjoni klimatika jew ambjentali se jiżgura li jiġi evitat li tiġi kkawżata ħsara sinifikanti fil-futur, hekk kif l-ekonomija tqarreb in-newtralità klimatika, u l-livelli ta’ tolleranza għall-ħsara li jitqiesu sinifikanti se jinbidlu wkoll maż-żmien.
5) Investimenti speċifikati permezz ta’ mezzi oħra fi pjan ta’ tranżizzjoni bbażat fuq l-attività
Għal attivitajiet ekonomiċi b’impatt kbir li għadhom mhumiex koperti mill-Atti Delegati dwar it-Tassonomija u meta ma hemm l-ebda alternattiva b’impatt baxx koperta mir-Regolament dwar it-Tassonomija, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw li jużaw mezzi oħra bħal perkorsi bbażati fuq ix-xjenza biex jispeċifikaw il-miri u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament.
6) Investimenti għal attivitajiet ta’ tranżizzjoni b’impatti ambjentali baxxi
Għal attivitajiet ekonomiċi b’impatt baxx, li għalhekk mhumiex koperti mit-Tassonomija, l-impriżi jistgħu jikkunsidraw li jużaw il-kriterji rilevanti tat-Tassonomija biex jindirizzaw l-impatti residwi pereż. permezz ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika tal-bini, mobilità b’emissjonijiet baxxi, teknoloġiji abilitanti, eċċ.
6. Strumenti ta’ finanzjament biex jiżdied il-finanzjament tat-tranżizzjoni
Din it-taqsima hija relatata mal-punt 8 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
L-impriżi jistgħu jikkunsidraw li jużaw wieħed, jew taħlita ta’ diversi, strumenti ta’ finanzjament relatati mat-tranżizzjoni biex jiġbru l-finanzjament tat-tranżizzjoni, bħal tipi speċifiċi ta’ self jew ħruġ ta’ swieq kapitali b’karatteristiċi speċifiċi. It-Tabella 3 hawn taħt tipprovdi illustrazzjonijiet għal dan il-għan.
Tabella 3
Eżempji ta’ self jew strumenti ta’ finanzjament tas-suq kapitali għall-ġbir ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni
Self ekoloġiku u self ieħor tas-sostenibbiltà |
|
||||||||||||||||||||
Bonds ekoloġiċi u bonds oħra tas-sostenibbiltà |
|
||||||||||||||||||||
Finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma |
Meta l-ħruġ ta’ finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma jkun strument ta’ finanzjament adegwat, jikkunsidraw li jużaw kriterji ta’ tranżizzjoni simili għal dawk imsemmija hawn fuq biex jispeċifikaw il-miri ewlenin tal-prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà. |
||||||||||||||||||||
Finanzjament speċjalizzat |
Ikkunsidra finanzjament speċjalizzat bħal lokazzjoni, soluzzjonijiet finanzjarji strutturati, il-finanzjament ta’ proġetti u strumenti ta’ finanzjament imħallat billi jintużaw kriterji ta’ tranżizzjoni simili għal dawk imsemmija hawn fuq biex tispeċifika l-miri ewlenin tal-prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà. |
7. Użu tal-għodod ta’ finanzjament sostenibbli tal-Unjoni Ewropea minn intermedjarji finanzjarji u investituri
Din it-taqsima hija relatata mal-punt 9 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
L-intermedjarji finanzjarji u l-investituri li jkunu lesti jipprovdu finanzjament tat-tranżizzjoni biex jappoġġaw it-tranżizzjoni tal-ekonomija reali jistgħu jużaw għodod ta’ finanzjament sostenibbli biex jistabbilixxu miri tal-portafoll u jidentifikaw proġetti jew impriżi biex jiffinanzjaw it-tranżizzjoni. It-Tabella 4 hawn taħt tipprovdi aktar illustrazzjonijiet f’dan ir-rigward.
Tabella 4
kif jintużaw l-għodod ta’ finanzjament sostenibbli biex jiġu stabbiliti miri tal-portafoll u jiġu identifikati proġetti jew impriżi għall-finanzjament tat-tranżizzjoni
Ikkunsidra l-użu ta’ metodoloġiji tad-dekarbonizzazzjoni tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE biex tistabbilixxi miri ta’ tranżizzjoni tal-portafoll u tidentifika l-kumpaniji rilevanti: |
L-użu ta’ metodoloġiji tad-dekarbonizzazzjoni tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE biex jiġu stabbiliti miri ta’ dekarbonizzazzjoni: Ikkunsidra l-użu tl-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE biex issegwi strateġiji tad-dekarbonizzazzjoni u tinvesti f’portafoll ta’ impriżi b’miri klimatiċi u ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni differenti. Oħloq prodotti finanzjarji li jirreplikaw il-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji ta’ hawn fuq (15); L-amministraturi tal-parametri referenzjarji huma mħeġġa jikkunsidraw li jagħtu ponderazzjoni żejda lill-kumpaniji bbażat fuq il-miri ta’ dekarbonizzazzjoni stabbiliti mill-kumpaniji; Ikkunsidra l-użu tal-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji biex tivvaluta b’mod sistematiku l-istrumenti u l-portafolli ta’ finanzjament, u tfassal perkorsi tal-portafoll lejn in-newtralità klimatika bi standards minimi għad-dekarbonizzazzjoni minn sena għal sena. L-użu ta’ metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE biex jiġu identifikati l-impriżi għas-self jew għall-investiment: Ikkunsidra l-użu tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE jew parametri referenzjarji oħra tal-ESG ibbażati fuq ix-xjenza biex tidentifika l-kumpaniji li jagħmlu t-tranżizzjoni b’mod li huwa kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli; Ikkunsidra l-użu ta’ parametri referenzjarji li jippermettu lill-amministraturi jagħtu ponderazzjoni żejda lill-impriżi b’perkors u pjan ta’ tranżizzjoni bbażati fuq ix-xjenza; L-intermedjarji finanzjarji u l-investituri jistgħu jużaw kriterji ta’ esklużjoni mill-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tal-klima tal-UE, fejn xieraq, biex jeskludu attivitajiet ekonomiċi jew metodi tal-produzzjoni li jagħmlu ħsara lill-ambjent jew lis-soċjetà, u dawk li mod ieħor jikkawżaw ħsara sinifikanti lil kull objettiv ambjentali jew tal-klima. |
||||||||||||||||
Ikkunsidra l-użu tat-Tassonomija biex tistabbilixxi miri fil-livell tal-portafoll u tidentifika l-impriżi rilevanti: |
L-użu ta’ kriterji tat-Tassonomija biex jiġu stabbiliti miri klimatiċi u ambjentali tal-portafoll Ikkunsidra l-użu tal-kriterji u d-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija biex tistabbilixxi miri u ssegwi l-progress maż-żmien fil-livell tal-portafoll u, fil-każ tas-sidien tal-assi, għall-allokazzjoni ġenerali tal-assi. Ikkunsdira d-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija biex issegwi l-proporzjon ta’ investimenti eliġibbli skont it-Tassonomija, il-proporzjon ta’ investimenti allinjati mat-Tassonomija, u l-progress lejn l-allinjament mal-kriterji tat-Tassonomija. Soġġett għad-disponibbiltà tad-data, ikkunsidra l-użu tal-proporzjon tal-assi ekoloġiċi u l-proporzjon ta’ investimenti ekoloġiċi bbażati fuq it-Tassonomija biex tistabbilixxi miri speċifiċi għas-settur fil-livell tal-portafoll li magħhom tista’ tikkonverġi l-medja tal-portafoll matul it-tranżizzjoni. Pereżempju, il-banek jistgħu jużaw il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi u l-emissjonijiet assoluti tal-karbonju fil-portafolli rilevanti jew l-effiċjenza enerġetika medja ta’ portafoll ipotekarju biex jiżviluppaw miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew mira tal-effiċjenza enerġetika u stadji importanti bejniethom. Ikkunsidra l-użu tal-proporzjon tad-dħul ippjanat, in-nefqa kapitali jew in-nefqa operattiva relatata mat-tranżizzjoni ta’ impriżi li se jkunu allinjati mat-Tassonomija fi żmien ħames (eċċezzjonalment 10) snin (iżda ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 biex jiġu rikonoxxuti immedjatament bħala nefqa kapitali allinjata mat-Tassonomija) bħala proporzjon tal-assi ekoloġiċi futuri jew ippjanati, meta jkunu appoġġati minn pjan ta’ tranżizzjoni kredibbli. Metrika simili tista’ titfassal ukoll għal attivitajiet eliġibbli mhux tat-Tassonomija li huma koperti minn pjan ta’ tranżizzjoni kredibbli. L-użu tad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija biex jiġu identifikati l-impriżi għas-self jew għall-investiment: Ikkunsidra l-użu tad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija minn impriżi dwar id-dħul eliġibbli għat-Tassonomija u dak allinjat mat-Tassonomija, in-nefqa kapitali u meta rilevanti in-nefqa operatorja, biex tikkumplementa data korporattiva oħra biex tidentifika proġetti ta’ tranżizzjoni Fil-każ ta’ proġetti eliġibbli għat-Tassonomija, ikkunsidra l-użu ta’ divulgazzjonijiet obbligatorji - u meta disponibbli volontarji - relatati mat-Tassonomija, f’divulgazzjonijiet korporattivi jew pjanijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-entità jew speċifiċi għall-attività, biex tidentifika proġetti b’objettivi ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni li jistabbilixxu miri marbuta ma’:
|
||||||||||||||||
Ikkunsidra l-użu ta’ divulgazzjonijiet korporattivi skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà biex tagħżel impriżi b’objettivi u ħtiġijiet speċifiċi ta’ tranżizzjoni: |
Ikkunsidra l-użu ta’ metrika komuni fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni, kemm fil-livell tal-entità kif ukoll f’dak tal-attività, biex jidentifikaw b’mod sistematiku l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni f’ċerti setturi, fuq il-bażi tal-metriċi finanzjarji u l-pjanijiet ta’ investiment li jirrapportaw il-korporazzjonijiet, pereżempju:
Ikkunsidra l-użu ta’ divulgazzjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni biex tidentifika impriżi jew proġetti speċifiċi b’miri ċari tad-dekarbonizzazzjoni li bħalissa joperaw b’emissjonijiet għoljin iżda li għandhom pjanijiet ta’ tranżizzjoni kredibbli biex inaqqsuhom maż-żmien, li jippermetti lill-portafoll jiddekarbonizza bl-istess pass bħall-impriżi destinatarji ta’ investiment. Ikkunsidra l-użu tal-istandards u l-gwida skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 u l-implimentazzjoni tagħha (Corporate Sustainability Reporting Directive, CSRD), meta disponibbli, biex tikkunsidra l-prestazzjoni klimatika u ambjentali ta’ impriża, il-punt tat-tluq tagħha u l-perkors ta’ tranżizzjoni individwali, biex tikkumplementa d-divulgazzjonijiet dwar il-miri ta’ tranżizzjoni, il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni u d-data tar-rapportar finanzjarju. |
||||||||||||||||
Ikkunsidra l-użu tad-divulgazzjonijiet u l-prospetti li jakkumpanjaw il-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi, ta’ tranżizzjoni u dawk marbuta mas-sostenibbiltà jew ta’ ekwità: |
Ikkunsidra l-użu ta’ informazzjoni pprovduta mill-emittenti ta’ bonds ekoloġiċi, bonds marbuta mas-sostenibbiltà jew bonds oħra b’karatteristiċi ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni biex tagħżel investimenti b’integrità ambjentali u l-livell ta’ ambizzjoni li jkun qed ifittex investitur. Ikkunsidra l-użu tal-livell għoli ta’ trasparenza pprovdut mir-Regolament dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej biex tagħżel proġetti għall-finanzjament tat-tranżizzjoni meta l-integrità ambjentali hija żgurata mit-Tassonomija. It-trasparenza mtejba fl-użu tar-rikavat iżżid il-kredibbiltà u l-affidabbiltà ta’ tali investimenti, b’mod partikolari jekk ikunu konnessi ma’ limiti massimi jew miri tas-sostenibbiltà stabbiliti mill-impriża u divulgati fid-divulgazzjonijiet korporattivi tagħha. Ikkunsidraw l-użu tal-grad għoli ta’ trasparenza pprovdut mill-emittenti bl-użu ta’ formoli ta’ divulgazzjoni volontarja għall-emittenti li jużaw standards oħra għajr dawk ipprovduti mir-Regolament dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej biex jagħżlu proġetti għall-finanzjament ta’ tranżizzjoni li huma allinjati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. Ikkunsidra l-użu tal-informazzjoni dwar l-objettivi ta’ tranżizzjoni jew il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni inklużi fil-prospetti għall-ħruġ minn impriżi fi tranżizzjoni biex tivvaluta r-riskji u l-karatteristiċi tas-sostenibbiltà ta’ ħruġ flimkien ma’ riskji u benefiċċji finanzjarji oħra tal-proġett (17). |
(1) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli (C(2023) 3844).
(2) Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva tal-impatt meta tappartjeni għall-impatti materjali reali jew potenzjali, pożittivi jew negattivi tal-impriża fuq in-nies jew fuq l-ambjent fuq l-orizzonti ta’ żmien qosra, medji u twal. Kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali minn perspettiva tal-impatt tinkludi l-impatti kkawżati mill-impriża, jew li l-impriża kkontribwiet għalihom u l-impatti li huma direttament marbuta mal-operazzjonijiet, il-prodotti u s-servizzi tal-impriża permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Sostenibbiltà materjali tista’ tkun importanti wkoll minn perspettiva finanzjarja, pereżempju jekk ir-riskju għas-sostenibbiltà jimmaterjalizza permezz ta’ assi mhux rekuperabbli.
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva. COM/2020/98 final.
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 li ġġib in-natura lura f’ħajjitna. COM/2020/380 final.
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”: COM/2021/400 final.
(6) Il-Perkorsi ta’ Tranżizzjoni tal-UE tal-Kummissjoni jinsabu fuq: https://single-market-economy.ec.europa.eu/industry/transition-pathways_mt
(7) Id-dipendenza tal-impriża fuq fatturi esterni f’postijiet differenti biex timplimenta l-pjan ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-entità, pereż. politika futura possibbli, tħejjija teknoloġika, aċċettabbiltà soċjali, disponibbiltà tar-riżorsi u impatti klimatiċi fiżiċi fis-siti fejn topera
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-Artikoli 6-12.
(9) Ir-rekwiżiti minimi huma stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020.
(10) Skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet Tassonomiċi, il-perjodu biex jintlaħaq l-allinjament mat-Tassonomija jista’ jaqbeż il-ħames snin biss meta perjodu itwal ikun oġġettivament iġġustifikat minn karatteristiċi speċifiċi tal-attività ekonomika u l-aġġornament ikkonċernat, b’massimu ta’ 10 snin.
(11) In-nefqa kapitali relatata ma titqiesx bħala allinjata mat-Tassonomija, iżda tista’ tkun pass sinifikanti fit-triq ta’ tranżizzjoni lejn livelli ogħla ta’ prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà.
(12) In-nefqa kapitali relatata ma titqiesx bħala allinjata mat-tassonomija, iżda tista’ tkun pass sinifikanti fit-triq ta’ tranżizzjoni lejn livelli ogħla ta’ prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà.
(13) Skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 u l-implimentazzjoni tagħha (id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà).
(14) Skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 u l-implimentazzjoni tagħha (id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà).
(15) Il-parametri referenzjarji jirrikjedu rekwiżit ta’ xenarju ta’ referenza tad-dekarbonizzazzjoni ta’ 30 % għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u ta’ 50 % għall-Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi, rekwiżit tad-dekarbonizzazzjoni ta’ 7 % sena wara sena, l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-Ambitu 3, ir-restrizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-ekwità biex tiġi żgurata li r-rappreżentanza tal-industriji tikkorrispondi għal dik tal-parametru referenzjarju prinċipali (tiġi evitata l-preġudizzju tal-industrija);
(16) Pereż. politika futura possibbli, livell ta’ tħejjija teknoloġika, aċċettabbiltà soċjali, disponibbiltà tar-riżorsi u impatti klimatiċi fiżiċi fis-siti kollha li fihom joperaw
(17) Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1129, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 600/2014 sabiex is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni jsiru aktar attraenti għall-kumpaniji u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u medji, (COM/2022/762 final), tikkontribwixxi għat-trasparenza billi tirrikjedi l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-prospetti għall-ħruġ b’asserzjonijiet dwar is-sostenibbiltà.